EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8985

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8985 — Boeing/KLX) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 314, 6.9.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8985 — Boeing/KLX)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 314/12)

1.   

Fid-29 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Boeing Company (“Boeing”, l-Istati Uniti),

KLX inc. (“KLX”, l-Istati Uniti).

Boeing takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ KLX kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Boeing: manifattur ta’ ajruplani kummerċjali, business jets, inġenji tal-ajru u ħelikopters militari; fornitur ta’ sistemi spazjali u tas-sigurtà u fornitur ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għas-suq ajruspazjali, inkluża d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-ajruspazju u kimiċi

—   KLX: id-distribuzzjoni ta’ partijiet żgħar tal-ajruspazju u l-kimiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8985 — Boeing/KLX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top