This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8974
Prior notification of a concentration (Case M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 267, 30.7.2018, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 267/05)
1.
Fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
The Procter & Gamble Company (“P & G”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
— |
In-negozju Merck KGaA fil-kura tas-saħħa għall-konsumaturi (“Merck OTC Business”, il-Ġermanja). |
P&G takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju għall-konsumaturi ta’ Merck.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— P&G: attiva fil-livell dinji fil-provvista ta’ oġġetti tal-konsumaturi, inklużi dawk għall-kura tad-drapp u l-kura domestika, grooming, il-kura tas-saħħa, u prodotti tat-trabi, għan-nisa u l-kura tal-familja.
— Merck OTC Business: attiva fil-livell dinji fil-provvista ta’ prodotti għall-kura tas-saħħa għall-konsumaturi, inklużi vitamini u minerali, prodotti respiratorji, prodotti għas-serħan mill-uġigħ, prodotti diġestivi u għall-kura tal-ġilda.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8974 — Procter & Gamble/Merck consumer healthcare business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).