Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8811

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 62, 17.2.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/8


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 62/05)

    1.

    Fit-12 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    IFM Investors Pty Ltd (“IFM”, l-Awstralja),

    Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

    Concesionaria Mexiquense, SA de CV (“Conmex”, il-Messiku).

    IFM u CDPQ jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Conmex kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   IFM: tiġġestixxi investimenti mad-dinja kollha bil-bażi tagħha fl-Awstralja b’assi ġestiti fl-infrastruttura, fl-ekwitajiet ikkwotati fil-borża, fil-kapital privat u fl-investimenti tad-dejn.

    —   CDPQ: investitur istituzzjonali Kanadiż attiva mad-dinja kollha li tiġġestixi fondi primarjament għal pjanijiet ta’ pensjonijiet pubbliċi u parapubbliċi u pjanijiet ta’ assigurazzjoni. Hija tinvesti fi swieq finanzjarji kbar, fl-ekwità privata, fl-infrastruttura u fil-proprjetà immobbli.

    —   Conmex: involuta fil-bini u t-tħaddim tal-grupp ta’ toroq b’pedaġġ li jiffurmaw il-Mexiquense Beltway (Sistema Carretero del Oriente del Estado de México, magħrufa wkoll bħala Circuito Exterior Mexiquense u Vialidad Mexiquense) fil-Messiku.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top