Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8762

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 64, 20.2.2018, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 64/21


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 64/10)

    1.

    Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    ArcelorMittal SA (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu),

    CLN — Coils Lamiere Nastri SpA (“CLN”, l-Italja),

    Industeel Belgium SA (“Industeel”, il-Belġju), ikkontrollata minn ArcelorMittal,

    ArcelorMittal CLN Distribuzione Italia srl (“AMCLN”, l-Italja), ikkontrollata minn ArcelorMittal u CLN, u

    Centro Servizi Metalli SpA (“CSM”, l-Italja).

    ArcelorMittal u CLN jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CSM kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   l-impriża ArcelorMittal: il-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti lesti u parzjalment lesti tal-azzar, inklużi prodotti ċatti tal-azzar bil-faħam u prodotti twal tal-azzar bil-faħam u l-provvista ta’ prodotti tal-azzar ta’ kwalità fis-swieq kbar dinjija tal-azzar inklużi dawk tal-karozzi, tal-kostruzzjoni, tal-apparati domestiċi u tal-imballaġġ,

    —   l-impriża CLN: id-distribuzzjoni permezz ta’ ċentri ta’ servizzi tal-azzar; il-produzzjoni tar-roti tal-azzar għall-karozzi, muturi, vetturi kummerċjali u industrijali u l-produzzjoni ta’ komponenti ppressati għall-karozzi u l-vetturi kummerċjali,

    —   l-impriża CSM: id-distribuzzjoni tal-azzar li ma jsaddadx permezz ta’ ċentri tal-oxycutting.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top