Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0705

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2017

    COM/2018/705 final

    Brussell, 19.10.2018

    COM(2018) 705 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-IFRS, l-EFRAG u l-PIOB fl-2017


    1.L-għan u l-kamp ta' applikazzjoni tar-rapport

    Skont ir-Regolament Nru 258/2014 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni biex jappoġġja attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar kif emendat bir-Regolament 2017/827 2 , il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-benefiċjarji tal-programm.

    L-objettiv ta’ dan il-programm tal-Unjoni huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jappoġġa l-iżvilupp trasparenti u indipendenti ta’ standards internazzjonali ta’ kwalità għolja tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.

    Għaldaqstant, dan ir-rapport ikopri l-attivitajiet tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) u tal-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) fl-2017. Madankollu, ċerti avvenimenti li seħħew fl-2018 issemmew ukoll fejn kien meqjus li huwa utli għall-finijiet ta’ dan ir-rapport.

    2.Il-Fondazzjoni tal-IFRS

    2.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-IFRS

    1.1.1.It-twaqqif ta’ standard

    Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tat-twaqqif tal-istandards tal-IASB, inkluża l-ħidma tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS (IFRIC), u proċeduri ta’ approvazzjoni li għaddejjin hija spjegata fl-Appendiċi 1 ta’ dan ir-rapport.

    1.1.2.Proġetti ta’ riċerka

    Wara konsultazzjoni mwettqa fl-2015, il-pjan ta’ ħidma tal-2017-2021 tal-IASB għandu l-għan li jtejjeb l-istandards eżistenti, jippromwovi komunikazzjoni aħjar u jappoġġja l-implimentazzjoni. Fl-2017, fir-rigward tal-proġett tiegħu “Regolamentazzjoni Aħjar”, l-IASB ħareġ dokument ta’ diskussjoni; abbozz ta’ espożizzjoni u dikjarazzjoni ta’ prattika li huma maħsuba biex isaħħu r-rilevanza ta’ divulgazzjonijiet billi jiffokaw fuq il-materjalità. Il-proġetti ta’ riċerka dwar “rati ta’ skont” u “pagamenti bbażat fuq l-ishma” twettqu mingħajr ma wasslu għal emendi sinifikanti tal-istandards eżistenti. B’konsistenza mar-rekwiżit tal-Manwal ta’ Proċess Dovut tiegħu, l-IASB nieda wkoll ir-reviżjoni ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, li ilha applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘l quddiem, biex tikkunsidra u twettaq segwitu dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni.

    Barra minn hekk inħarġu ħames abbozzi ta’ espożizzjoni li jappartjenu għall-emendi b’kamp ta’ applikazzjoni limitat. Il-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni Ewropea jkopri wkoll il-proġett iddedikati għall-aġġornament f’waqtu tat-tassonomija tal-IFRS li sservi bħala kontribut għall-Format Elettroniku Uniku Ewropew.

    1.1.3.Il-Qafas Kunċettwali rivedut

    L-IASB ħareġ il-Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju rivedut f’Marzu 2018. Dan attwalment ma jaqax fl-ambitu tal-proċedura ta’ approvazzjoni li għandha x’taqsam biss mal-istandards u l-interpretazzjonijiet tal-IFRS. Il-qafas kunċettwali rivedut jikkomplimenta l-istandards eżistenti u huwa mfassal biex jgħin il-fehim u l-interpretazzjoni l-istandards tal-IFRS. Il-qafas rivedut jiċċara li l-informazzjoni pprovduta għandha tgħin lill-utenti fil-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-maniġment tar-riżorsi ekonomiċi ta’ entità. Huwa jispeċifika wkoll li l-eżerċizzju ta’ prudenza, definit bħala l-eżerċizzju ta’ kawtela meta jinqatgħu sentenzi bil-kundizzjonijiet ta’ inċertezza, jappoġġa l-lealtà tar-rappurtar finanzjarju iżda m’għandux iwassal għal dikjarazzjonijiet skorretti li jirriżultaw minn trattament asimmetriku bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet.

    Il-qafas rivedut ma jirreferix għall-kunċett ta’ “affidabbiltà”, huwa jindika li jista’ jkun hemm bżonn li jinstab kompromess bejn “rilevanza” u “rappreżentazzjoni fidila”. B’mod konsistenti, id-definizzjoni ta’ ass u obbligazzjoni hija emendata dwar il-probabbiltà tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija. Dan jista’ jwessa’ l-ambitu ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji soġġetti għal kompromess bejn ir-rilevanza u l-inċertezza.

    2.2.Il-prinċipji ġenerali li abbażi tagħhom ġew żviluppati Standards ġodda

    1.1.4.Prinċipji ġenerali

    Ir-rekwiżiti tal-proċess dovut tal-IASB huma deskritti fil-Manwal ta’ Proċess Dovut. L-applikazzjoni tiegħu fil-prattika hija sorveljata minn kumitat iddedikat tal-Fiduċjarji magħrufa bħala l-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Proċess Dovut (DPOC). Il-prinċipji ewlenin jinkludu:

    trasparenza: laqgħat tekniċi huma miftuħa għall-pubbliku, rekords tal-laqgħat u d-dokumentazzjoni teknika ikkunsidrati mill-IASB huma mxandra fuq is-sit web tal-Fondazzjoni ( https://www.ifrs.org/ );

    konsultazzjoni sħiħa u ġusta: tal-anqas, l-istadji obbligatorji għal kwalunkwe proposta jinkludu laqgħa pubblika waħda u konsultazzjoni pubblika. Il-Bord irid jikkunsidra wkoll fuq il-bażi ta’ “ikkonforma jew spjega” konsultazzjonijiet addizzjonali bħall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti ta’ diskussjoni, it-twaqqif ta’ gruppi konsultattivi, l-organizzar ta’ seduti fil-pubbliku jew it-twettieq ta’ xogħol fuq il-post. Ittri ta’ kumment riċevut mill-IASB huma magħmula pubbliċi.

    responsabbiltà: il-Bord għandu jwettaq analiżi tal-effett għar-rekwiżiti l-ġodda tiegħu inklużi kemm il-benefiċċji għar-rapportar finanzjarju f’termini ta’ komparabbiltà, rilevanza u utilità kif ukoll l-ispejjeż kemm għall-preparaturi kif ukoll għall-utenti. Standards ġodda huma appoġġati minn Bażi għall-Konklużjonijiet tispjega r-raġuni tad-deċiżjonijiet u r-reazzjonijiet għall-kummenti li waslu matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

    F’Novembru 2017, il-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Proċess Dovut iddeċieda li jwettaq reviżjoni tal-Manwal ta’ Proċess Dovut bi tlestija mistennija sal-2020. L-ambitu ta’ din ir-reviżjoni jinkludi r-riflessjoni tal-iżviluppi tal-proċess tar-Reviżjoni tal-Effetti wara konsultazzjoni tal-Kunsill Konsultattiv tal-IFRS.

    Fl-2017, il-Fondazzjoni tal-IFRS ikkummissjonat studju estern dwar il-perċezzjoni tagħha tal-partijiet interessati. Ir-riżultati enfasizzaw valultazzjoni qawwija għall-indipendenza u t-trasparenza tagħha iżda taw opinjonijiet differenti fir-rigward tal-bilanċ bejn il-kapaċità ta’ rispons u l-kwantità ta’ proċess dovut.

    1.1.5.Proċess dovut, analiżi tal-effett u kunsiderazzjonijiet speċifiċi tal-mudelli tan-negozju, il-konsegwenzi fuq transazzjonijiet ekonomiċi, kumplessità, perspettiva għal żmien qasir u volatilità.

    L-istandard maħruġ maħruġ fl-2017 huwa 17-il Kuntratt tal-Assigurazzjoni tal-IFRS. Dan oriġina minn Dokument ta’ Diskussjoni tal-2007 segwit minn żewġ Abbozzi ta’ Espożizzjoni ppubblikati fl-2010 u l-2013. L-IASB wettaq ukoll erba’ ċikli ta’ ttestjar. L-aħħar reviżjoni esterna fl-2016 kienet tinvolvi tnax-il parteċipant mill-industrija tal-assigurazzjoni u kellha l-għan li tidentifika kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u d-diffikultajiet operazzjonali li jirriżultaw minn sitt rekwiżiti speċifiċi tal-istandard.

    Fi Frar 2017, il-Bord tal-Monitoraġġ enfasizza li l-istandards il-ġodda għandhom ikunu sostnuti b’analiżi solida tal-effetti. L-analiżi tal-effetti 17 tal-IFRS ġiet ippubblikata f’Mejju 2017 flimkien mal-istandard finali. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea tilqa’ tajjeb din il-pubblikazzjoni, hija tqis ukoll li jkun preferibbli li tintegra l-analiżi tal-effetti sistematikament f’għall-proċess tal-IASB tal-istipular tal-istandards biex b’hekk issawwar l-eżitu tal-istandard minflok li tippubblika l-analiżi tal-effetti “ad hoc” fl-aħħar tal-proċess tal-istabbiliment tal-istandards. L-analiżi tal-effetti saħqet li r-rekwiżiti li jiġu applikati suppożizzjonijiet attwali u li jiġi rikonoxxut f’waqtu t-telf mistenni jsaħħu t-trasparenza filwaqt li l-opzjonijiet mogħtija minn IFRS 17 jippermettu lill-assiguraturi biex jirrappurtaw l-assi u l-obbligazzjonijiet b’mod konsistenti mal-mudell kummerċjali tagħhom. Din il-konsistenza fl-applikazzjoni tal-kejl attwali għaż-żewġ assi kif ukoll obbligazzjonijiet tqies biex itaffi l-preokkupazzjonijiet dwar perspettivi għal żmien qasir u ta’ volatilità. L-analiżi tal-effetti indikat li l-ispejjeż ta’ konformità x’aktarx li jkunu materjali iżda b’varjabbiltà sinifikanti bejn il-ġurisdizzjonijiet u jirriflettu d-diversità ta’ prattiki nazzjonali preeżistenti kemm jekk il-GAAP Nazzjonali attwalment jipprevedi l-użu ta’ Valur Ġust jew prezzijiet attwali jew le. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumplessità, ingħata approċċ simplifikat għal kuntratti għal żmien qasir biex jipprovdu għajnuna operazzjonali. L-analiżi tal-effetti kkunsidrat ukoll l-interazzjoni tal-IFRS 17 mal-qafas regolatorju Solvibbiltà II. Hija kkonkludiet ukoll li r-rekwiżiti addizzjonali tal-IFRS 17 dwar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni x’aktarx tkun teħtieġ lill-assiguraturi sabiex jiżviluppaw sistemi addizzjonali. Fir-rigward tal-impatt fuq is-swieq tal-assigurazzjoni, l-analiżi tal-effetti ikkonkludiet li t-trasparenza mtejba tista’ tipprovdi informazzjoni aħjar u tikkontribwixxi indirettament għal bidliet fil-prezzijiet jew id-disinn tal-prodott iżda li l-ebda impatt dirett ma ġie identifikat.

    B’mod ġenerali, il-pubblikazzjoni hija titjib sinifikanti tal-proċess dovut tal-IASB. Madankollu, l-analiżi tal-effetti tal-istandard fuq is-suq tal-assigurazzjoni għadu jiddependi ħafna fuq is-suppożizzjoni li l-istandards tal-kontabilità huma newtrali u “ma jaffettwawx ir-realtà ekonomika sottostanti fi ħdan in-negozju”. Barra minn hekk, l-analiżi tal-effetti fuq is-suq tal-assigurazzjoni hija kwalitattiva u mhux kwantitattiva. Bħala konsegwenza, l-impatt attwali fuq it-tranżazzjonijiet ekonomiċi fl-UE tista’ ma tkunx kompletament ċara.

    Fl-2017 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat dokument ta’ diskussjoni lill-Bord tal-Monitoraġġ bil-għan li titjieb il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt tal-IASB b’mod ġenerali. Ġie inkluż djalogu dwar it-tisħiħ ulterjuri tal-valutazzjoni tal-impatt bħala parti mill-Pjan ta’ Ħidma tal-Bord ta’ Monitoraġġ.

    2.3.Il-governanza, l-integrità u r-responsabbiltà

    1.1.6.Ħarsa ġenerali

    Il-Fondazzjoni tal-IFRS hija regolata minn Bord ta’ 22 3 Fiduċjarju kollettivament responsabbli għal sorveljanza ġenerali u għall-ħatriet tal-IASB. Il-Fiduċjarji ltaqgħu 3 darbiet fl-2017. Il-ħatra tal-Fiduċjarji hija soġġetta għat-tqassim skont l-oriġini ġeografika u għall-approvazzjoni minn qabel mill-Bord tal-Monitoraġġ, li hija mfassla biex tipprovdi link ma’ Awtoritajiet Pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea hija membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ. Il-Bord tal-Monitoraġġ iltaqa’ darba fl-2017. L-IASB għandu 14 membru maħtur mill-fiduċjarji soġġetti għar-rekwiżiti tal-bilanċ ġeografiku. Il-membri tal-IASB huma maħtura għal mandat ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded darba. L-IASB huwa responsabbli għall-iffissar tal-istandards. Matul l-2017 huwa kellu 11-il laqgħa tal-bord. Il-Fiduċjarji jaħtru wkoll l-14-il membru tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-IFRS (IFRIC) iddedikati għall-interpretazzjoni tal-applikazzjoni tal-Istandards tal-IFRS u li jipprovdu gwida dwar kwistjonijiet ta’ rappurtaġġ finanzjarji. Barra minn hekk, il-Kunsill Konsultattiv tal-IFRS jipprovdi forum għal parteċipazzjoni minn organizzazzjonijiet u individwi. Il-membri tiegħu jinħatru minn fiduċjarji u għandhom jiġu kkonsultati mill-Bord dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw proġetti maġġuri.

    1.1.7.Regoli dwar it-trasparenza

    Il-laqgħat tal-Bord u l-Interpretazzjoni tal-Kumitat huma miftuħa għall-pubbliku, l-aġendi huma ppubblikati u l-laqgħat huma mxandar fuq l-internet.

    Meta membri tal-Fondazzjoni tal-IFRS jiltaqgħu mal-partijiet interessati barra mill-qafas tal-Manwal ta’ Proċess Dovut, ma tinżamm l-ebda reġistrazzjoni formali.

    1.1.8.Rappreżentazzjoni tal-partijiet interessati

    Bħala parti mir-Reviżjoni tal-Istruttura u l-Effettività” tal-Fiduċjarji li l-Fondazzjoni tal-IFRS twettaq konsultazzjoni pubblika kull ħames snin. L-aħħar waħda tnediet fl-2015. Il-konsultazzjoni talbet reazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-Fiduċjarji. Xi partijiet interessati inkluża l-Kummissjoni Ewropea sostnew li s-sħubija tal-Fiduċjarji għandha tirrifletti l-impenn li tadotta l-IFRS u s-sehem relattiv fil-kontribuzzjoni ta’ finanzjament lill-Fondazzjoni. Madankollu, il-Fiduċjarji affermaw mill-ġdid li s-sħubija tal-Bord tal-Fiduċjarji u l-IASB għandha tkun rappreżentattiva tas-swieq kapitali dinjija u soġġetti għal rekwiżiti tal-bilanċ ġeografiku biex tinżamm rappreżentazzjoni ekwivalenti bejn l-Asja u l-Oċeanja, l-Ewropa u l-Amerika.

    Bħala konsegwenza, id-distribuzzjoni ġeografika tal-Fiduċjarji ġiet emendata ftit f’Diċembru 2016 bl-għaqda tal-kategoriji tal-Amerka ta’ Fuq u l-Amerka t’Isfel f’Amerika waħda u żdied in-numru ta’ Fiduċjarji mingħajr assenjazzjoni ġeografika żdied minn 2 sa 3. Barra minn hekk, in-numru ta’ Membri tal-Bord tnaqqas minn 16 għal 14.

    Fil-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Konsultattiv tal-IFRS kien magħmul minn 43 organizzazzjoni b’ 49 membru individwali. Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa bħala osservatur.

    F’laqgħa li saret f’Novembru 2017, il-Bord ta’ Fiduċjajri estenda l-mandat ta’ Michel Prada bħala President tal-Fiduċjarju għal massimu ta’ sena, sakemm issir il-ħatra tas-suċċessur tiegħu. L-inkariġu tas-Sur Prada li kieku kien jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

    1.1.9.Responsabbiltà quddiem il-Parlament Ewropew

    Bħala parti mir-Regolament 2017/827 4 għandu jiġi provdut rendikont sħiħ tal-iżvilupp tal-IFRS li l-Parlament Ewropew. L-iskambju annwali ta’ fehmiet bejn il-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew u s-Sur HOOGERVORST, President tal-IASB u s-Sur PRADA, President tal-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS, sar fis-26 ta’ Jannar 2017. Il-Kumitat ECON kellu wkoll skambju annwali ta’ fehmiet fid-19 u l-20 ta’ Marzu 2018, fejn iddiskuta il-kwistjoni tal-involviment tal-IASB fir-rappurtar pajjiż b’pajjiż dwar it-taxxi. Hans Hoogervorst irrapporta li l-IASB se jfittex il-fehmiet tal-Bord tal-Monitoraġġ.

    1.1.10.Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess

    Il-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni tal-IFRS jinħatru għal mandat ta’ 3 snin li jista’ jiġġedded darba u għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Wara talba mingħand il-Bord tal-Monitoraġġ, qed tiġi żviluppata politika ta’ kunflitt ta’ interess biex tevita li Fiduċjarju jista’ joriġina mill-istess organizzazzjoni bħala membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ.

    Tliet membri tal-IASB biss jistgħu jkunu impjegati part-time. Membri full-time tal-Bord huma meħtieġa mill-kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS biex jaqtgħu r-relazzjonijiet u r-rabtiet ta’ impjieg li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tagħhom. La huwa permess is-sekondar minn min iħaddem u lanqas id-drittijiet ta’ integrazzjoni mill-ġdid mal-impjegatur preċedenti.

    1.1.11.It-tqassim ta’ finanzjament

    Fl-2017, il-Fondazzjoni tal-IFRS rċeviet 4.6 miljun EUR għotja mill-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta 16.5 % tat-total ta’ finanzjament riċevut. Bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali, dan l-ammont jista’ jiġi rivedut kull sena.

    Għalkemm il-kontribuzzjonijiet irrappurtati mill-partijiet interessati żdiedu b’4,2 % fl-2017, wara li tqies l-impatt tat-tibdil fir-rati tal-kambju, ħareġ li naqsu bi 2 %. B’mod partikolari l-Arabja Sawdija (-100 %), in-Niġerja (-100 %), il-Brażil (-34 %) u l-Istati Uniti (- 25 %) naqsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom. Bħala konsegwenza, filwaqt li Amerikani jikkostitwixxu 27 % tas-sħubija tal-Fiduċjarju huma jħallsu biss 6 % tal-kontribuzzjonijiet totali.

    Il-Fondazzjoni tal-IFRS irrappurtat profit nett ta’ 8,7 miljun GBP. Eċċess totali miżmuma fil-31 ta’ Diċembru 2017 ammonta għal 31,5 Miljun GBP. Il-kontributuri ewlenin għall-Fondazzjoni huma rrappurtati fl-appendiċi 2.

    3.L-EFRAG

    3.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-EFRAG

    1.1.12.Konsulenza dwar l-approvazzjoni u Valutazzjoni tal-Impatt

    L-EFRAG jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea dwar jekk l-istandards tal-IFRS ġodda jew riveduti jissodisfawx l-interessi Ewropej fil-proċess tal-istipular tal-istandards internazzjonali. Dawk l-interessi għandhom jinkludu l-kunċett ta’ “prudenza” iż-żamma tar-rekwiżit dwar “stampa vera u ġusta”, u tal-ġid pubbliku Ewropew. Il-valutazzjoni tal-impatt issa tifforma parti sinifikanti mix-xogħol dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG biex jiġġudika jekk standard huwiex favorevoli għall-ġid pubbliku Ewropew.

    Għall-parir dwar l-approvazzjoni rigward il-Lokazzjonijiet tal-IFRS 16 fl-2017, l-EFRAG għamel l-ewwel analiżi tal-impatt sħiħa (impatt ekonomiku u tal-imġiba) sostnut minn valutazzjoni tal-impatt makroekonomiku b’saħħtu bħala parti mill-mandat tajjeb pubbliku ikbar tiegħu. Dan serva bħala każ pilota biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċità tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EFRAG. L-EFRAG imilet ukoll il-parir tagħha dwar l-approvazzjoni bl-Applikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji mal-Kuntratti ta’ Assigurazzjoni tal-IFRS 4 (Emendi għall-IFRS 4). Minħabba r-riskju ta’ konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati għall-kompetittività Ewropea, il-Kummissjoni pproponiet żieda Ewropea li testendi l-possibbiltà li jiġi differit l-IFRS 9 għal konglomerati finanzjarji li ma jissodisfawx il-kriterju ta’ predominanza tal-IASB.

    F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni Ewropea talbet ukoll il-pariri dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni tal-IFRS 17, sa tmiem l-2018. Fit-talba tagħha, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat lill-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità (ARC), identifikat għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi inkluż il-ġid pubbliku Ewropew li jeħtieġ li jiġu analizzati mill-EFRAG. B’mod partikolari, intalbet valutazzjoni tal-effetti potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-kompetittività u l-impatt fuq is-suq Ewropew tal-assigurazzjoni. L-EFRAG beda x-xogħol fuq il-parir ta’ approvazzjoni tiegħu fl-2017 iżda l-parti ewlenija tal-ħidma ser issir fl-2018.

    Element importanti tal-analiżi tal-impatt hija studju tal-każ dettaljat dwar l-impatt antiċipat tal-IFRS 17 fuq kampjun ta’ gruppi tal-assigurazzjoni Ewropea. Elementi oħraj li jsostnu l-analiżi tal-impatt jinkludu rapport dettaljat ta’ informazzjoni mal-utenti; investigazzjoni ta’ xejriet eżistenti fl-industrija tal-assigurazzjoni u proċedura simplifikata ta’ studju ta’ każ mmirati għall-assiguraturi żgħar u ta’ daqs medju li ma jipparteċipawx fi studju ta’ każ dettaljat. F’Settembru 2018, l-EFRAG għandu l-għan li jippubblika abbozz ta’ parir dwar l-approvazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika.

    Matul l-2017, l-EFRAG ħa sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-IASB u ħareġ ittri ta’ kumment wara konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti kollha tal-IASB (abbozzi ta’ esponiment u dokumenti ta’ diskussjoni).

    1.1.13.Talbiet oħra għal parir tekniku

    B’segwitu għal riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew bl-adozzjoni tal-IFRS 9, il-Kummissjoni f’Mejju 2017 talbet il-parir tekniku mogħti mill-EFRAG fuq ir-rekwiżiti tal-Istrumenti Finanzjarji tal-IFRS 9 dwar il-kontabbiltà għal strumenti ta’ ekwità minn perspettiva ta’ investiment fit-tul.

    Fl-ewwel fażi, l-EFRAG kien mitlub jiġbor dejta kwantitattiva dwar il-livell attwali ta’ strumenti azzjonarji miżmuma minn investituri fuq terminu twil, il-klassifikazzjoni ta’ kontabilità tagħhom u l-effett potenzjali tar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-imġiba tagħhom biex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti jistgħux jaffettwaw b’mod negattiv l-investiment fit-tul.

    Fit-tieni fażi, l-EFRAG kien mistieden jiżviluppa analiżi ta’ alternattivi potenzjali għar-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ riċiklaġġ tal-IFRS 9 ta’ strumenti tal-ekwità mkejlin bil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv. L-EFRAG, f’Lulju 2017 nieda konsultazzjoni pubblika biex tiġbor dejta kwantitattiva u ikkummissjona reviżjoni tal-letteratura akkademika minn tim ta’ akkademiċi Ewropej. F’Jannar 2018 l-EFRAG ippubblika rapport dwar l-ewwel fażi tal-proġett.

    1.1.14.Attivitajiet ta' riċerka

    Is-suġġetti tax-xogħol ta’ riċerka tal-EFRAG intgħażlu filwaqt li tqiesu r-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika fl-2015. Il-konsultazzjoni pubblika pprovdiet tagħrif dwar il-prijoritajiet tar-riċerka fost il-kostitwenti Ewropej. L-EFRAG se joħroġ konsultazzjoni ta’ aġenda ta’ riċerka ġdida fit-tieni kwart tal-2018. L-EFRAG huwa impenjat bis-sħiħ għal riċerka bbażata fuq l-evidenza. Bħala parti mill-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu, l-EFRAG ippubblika Studju dwar “Dynamic Risk Management - How do banks manage interest rate risk?” U Dokument ta' Diskussjoni “Goodwill Impairment Test: Can it be improved?”.

    L-EFRAG għandu wkoll proġetti ta’ riċerka attivi dwar: tranżazzjonijiet apparti l-iskambji ta’ valur ugwali; il-kontabilità għal pjanijiet tal-pensjoni ibridi; u l-implikazzjonijiet tal-ambjent attwali tar-rata tal-imgħax.

    3.2.Il-governanza, it-trasparenza u r-responsabbiltà pubblika

    1.1.15.Riforma tal-governanza wara rakkomandazzjoni tar-rapport Maystadt

    Ir-riforma tal-governanza tal-EFRAG, li ġiet implimentata fil-31 ta’ Ottubru 2014, żiedet il-leġittimità u r-rappreżentattività tal-organizzazzjoni, u wasslet għal proċess aktar koeżiv rigward il-parteċipazzjoni tal-UE fil-proċess għat-twaqqif ta' standards tal-IASB. Ir-riforma tal-governanza tlestiet f’Lulju 2016 bil-ħatra uffiċjali mill-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG ta’ Jean-Paul Gauzès, eks-Membru tal-Parlament Ewropew, bħala President tal-Bord tal-EFRAG wara n-nomina tal-Kummissjoni u kif approvat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

    L-ASE u l-BĊE għażlu li jkunu osservaturi uffiċjali bid-dritt tal-kelma fil-Bord tal-EFRAG. Il-kontribut tagħhom ġie kkunsidrat bir-reqqa biex jasal fil-pożizzjonijiet tal-EFRAG u dawn taw kontribut importanti għal analiżi tal-impatt tal-EFRAG l-aktar fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.

    Fl-2017, il-Bord tal-EFRAG wasal għall-konklużjonijiet kollha tiegħu abbażi ta’ kunsens, mingħajr ma kien hemm bżonn li jirrikorri għall-votazzjoni. Fl-2017, saret l-ewwel rotazzjoni tal-Bord tal-EFRAG u inħatar Bord ġdid. Fl-ispirtu tar-rapport Maystadt, inħoloq siġġu ta’ osservatur għal organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw investituri privati (“utenti aħħarija”).

    Il-Bord tal-EFRAG iwettaq reviżjoni tal-prestazzjoni u l-effikaċja tal-membri tiegħu stess taħt is-sorveljanza tal-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG fuq bażi annwali. Ir-reviżjoni tal-2017 kopriet taħlita ta’ kwistjonijiet strateġiċi, operattivi u ta’ governanza. Dan wera li kollox ma’ kollox, l-istruttura l-ġdida ta’ governanza ħadmet sew u rriżultat f’aktar kredibilità għall-organizzazzjoni. Ġew adottatidDiversi rakkomandazzjonijiet biex fil-ġejjieni l-effettività tal-attivitajiet tal-EFRAG tkompli titjieb.

    L-EFRAG jippubblika reviżjoni annwali waqt li jipprovdu trasparenza sħiħa dwar il-governanza u l-istruttura finanzjarja tiegħu u l-attivitajiet prinċipali fis-sena kkonċernata. Ir-reviżjoni annwali tas-sena 2017 5 ġie ppubblikat fit-21 ta’ Marzu 2018.

    R-Regoli Interni tal-EFRAG jistabbilixxu rekwiżiti dwar kunflitti ta’ interess u l-Bord tal-EFRAG għandu Politika dwar il-Kunflitti ta’ Interess tal-membri tal-Bord li hija ppubblikata fuq is-sit web tal-EFRAG. L-objettiv tal-politika huwa li jiżgura l-kredibilità tal-EFRAG bħala organizzazzjoni li taħdem fl-interess tal-pubbliku Ewropew. Il-politika hija maħsuba biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn jistgħu jinħolqu kunflitti jew perċezzjonijiet ta’ kunflitti li jistgħu jirriżultaw f’deċiżjonijiet jew azzjonijiet li mhumiex fl-aħjar interess tal-pubbliku Ewropew inġenerali, jew, jagħtu l-perċezzjoni li l-EFRAG ikun aġixxa b’mod skorrett. Il-membri tal-Bord tal-EFRAG u l-persunal tal-EFRAG jiffirmaw dikjarazzjonijiet annwali.

    Fl-aħħar nett saret verifika indipendenti dwar il-viżibbiltà u l-effettività tal-EFRAG matul it-tieni nofs tal-2017. Ir-rapport ippubblikat f’Marzu 2018 ipprovda il-perspettiva attwali dwar l-organizzazzjoni ta’ qawwiet u oqsma għal titjib. B’mod ġenerali, ir-rapport ikkonferma l-kwalità għolja tal-ħidma tal-EFRAG filwaqt li ssuġġerixxa l-viżibbiltà bħala wieħed mill-oqsma għal titjib kif ukoll il-ħtieġa li jingħaqdu fid-dibattitu usa’ dwar ir-rapportar korporattiv. L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-EFRAG, u tim ta’ komunikazzjoni taħt it-tmexxija tal-President tal-Bord tal-EFRAG, se jġibu magħhom progress addizzjonali fuq il-viżibilità u l-kredibilità tal-EFRAG.

    1.1.16.Regoli dwar it-trasparenza

    Sa mit-twaqqif tiegħu u wara r-riforma msemmija hawn fuq, l-EFRAG daħħal fis-seħħ proċess dovut trasparenti pubbliku li żviluppa aktar maż-żmien. Dan il-proċess dovut jippermetti lill-kostitwenti kollha Ewropej biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom biex jiġu kkunsidrati mill-EFRAG, u jiżgura li titqies id-diversità ta’ mudelli kontabilistiċi u ekonomiċi fl-Ewropa, fl-istabbiliment tal-pożizzjonijiet tal-EFRAG. Dan kien essenzjali biex jiġi żgurat li l-Istandards tal-IFRS il-ġodda jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-Ewropa.

    Pereżempju, bħala parti mill-proċess dovut tiegħu, l-EFRAG 1) ippubblika abbozz ta’ pożizzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika, 2) wettaq testijiet fuq il-post u forom oħra ta’ analiżi tal-effetti, 3) organizza attivitajiet ta’ informazzjoni (li xi wħud minnhom huma partikolarment immirati lejn l-utenti tar-rapporti finanzjarji) u 4) wettaq stħarriġ speċjali.

    L-EFRAG ikkontribwixxa wkoll għall-issettjar ta’ standards ibbażat fuq l-evidenza billi wettaq studji kwantitattivi li jinfurmaw id-diskussjoni 6 dwar l-ittri ta’ kumment tal-EFRAG u l-pariri dwar l-approvazzjoni. Studji kwantitattivi gradwalment qed isiru parti iktar importanti mix-xogħol ta’ riċerka tal-EFRAG.

    Il-laqgħat tal-Bord tal-EFRAG, il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-EFRAG (TEG tal-EFRAG) u l-Forum Konsultattiv minn dawk li Jissettjaw l-Istandards (CFSS tal-EFRAG) issa jsiru fil-pubbliku u l-aġenda u s-sommarji tal-laqgħat huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EFRAG. Barra minn hekk, id-dokumenti ta’ sostenn tal-aġenda għall-laqgħat tal-Bord tal-EFRAG u, minn Jannar 2017, għall-laqgħat tat-TEG tal-EFRAG u s-CFSS tal-EFRAG huma disponibbli pubblikament. Sa minn Marzu 2018, dawn il-laqgħat pubbliċi huma mxandar fuq l-internet u jippermettu lill-partijiet interessati biex jaraw id-diskussjonijiet mhux biss fil-ħin reali iżda wkoll wara li jsiru l-laqgħat. Id-diskussjonijiet tat-TEG tal-EFRAG huma appoġġati permezz tal-kontribut mis-CFSS tal-EFRAG u tal-Gruppi ta’ Ħidma speċjalizzati tal-EFRAG.

    1.1.17.Rappreżentazzjoni wiesgħa u r-responsabbiltà pubblika tal-istruttura tal-governanza tal-EFRAG

    Il-kontribut li jasal mingħand il-Bord tal-Utenti tal-EFRAG huwa essenzjali għal ħidmet tal-EFRAG. L-għamla differenti tal-Bord tal-utenti kif ukoll tal-Bord tal-EFRAG u tat-TEG tal-EFRAG kemm f’termini ta’ sfond professjonali kif ukoll ġeografiku tiżgura li l-perspettivi differenti kollha jitqiesu adegwatament mill-EFRAG.

    Madankollu, għalkemm ir-riżultati globali ta’ dawn l-azzjonijiet kienu pożittivi ħafna, jibqa’ xi riżervi rigward il-ħila li jiġbru l-firxa kollha tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati fl-Ewropa. L-EFRAG se jesplora kif jista’ jkun aktar proattiv fit-tiftix ta’ reazzjoni mill-partijiet interessati inqas involuti mill-qrib fil-ħidma tal-EFRAG li iżda huma affettwati minnu, jew minn gruppi ta’ partijiet interessati barra l-isfera immedjat tal-EFRAG.

    1.1.18.L-involviment fi stadju bikri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    L-EFRAG tejjeb ukoll ir-relazzjoni tiegħu mal-Parlament Ewropew u b’mod partikolari mat-Tim Permanenti tal-ECON IFRS tal-Parlament Ewropew ippresedut mill-MEP Theodor Stolojan. Il-laqgħat jippermettu li l-PE jagħti l-kontribut għall-attivitajiet tal-EFRAG u li jiġi aġġornat dwar l-attivitajiet ewlenin tal-EFRAG fl-istadji kollha tal-proċess tal-istabbiliment tal-istandards.

    F’Marzu 2017, it-tim tal-IFRS iltaqa mal-EFRAG biex jiddiskuti l-pariri dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG dwar il-Lokazzjonijiet tal-IFRS 16 u l-proċess tal-parir ta’ approvazzjoni li jmiss tal-Kuntratti tal-Assigurazzjoni tal-IFRS 17. L-EFRAG ippreżenta wkoll il-ħidma tiegħu fuq it-tqarrib tal-opinjonijiet Ewropej għad-dibattitu internazzjonali. L-EFRAG ġie mistieden ukoll għal-laqgħa ta’ Ottubru 2017 tat-tim tal-IFRS biex jipprovdi aġġornament dwar il-proċess tal-EFRAG biex jagħti parir dwar l-approvazzjoni tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni; l-implimentazzjoni tar-Rapport Stolojan u tal-ħidma ta’ wara l-approvazzjoni tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. F’dawn il-laqgħat, l-EFRAG talab lit-tim tal-IFRS kif jista’ jgħin biex jiffaċilita l-involviment bikri tal-Parlament fl-iżvilupp tal-pariri dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG dwar l-IFRS 17.

    Barra minn hekk, l-EFRAG ġie mistieden mill-Kummissjoni Ewropea biex jattendi l-laqgħat tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità (ARC) magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri u f’kull laqgħa ta’ preżentazzjonijiet ta’ xogħol ta’ approvazzjoni li għadu għaddej u suġġetti oħra. Dan ippermetta li l-ARC jagħmel skambju direett ta’ fehmiet mal-EFRAG u jagħti kontribut bikri. L-ARC iddiskuta l-abbozz tal-Kummissjoni għal talbiet għall-pariri dwar l-approvazzjoni biex jiżgura li l-kwistjonijiet kollha rilevanti għal Stati Membri jkunu ġew indirizzati.

    Ir-riċeviment ta’ kontribut tal-Parlament u l-ARC fi stadju bikri ippermetta lill-EFRAG biex jinkludu kwistjonijiet rilevanti fl-abbozz ta’ ittra ta’ kumment jew l-abbozz ta’ parir dwar l-approvazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika.

    1.1.19.Diversifikazzjoni u bilanċ tal-istruttura ta’ finanzjament tal-EFRAG

    L-EFRAG huwa organizzazzjoni iffinanzjati pubblikament u privatament li taħdem fl-interess tal-pubbliku Ewropew. L-EFRAG għandu l-forma legali ta’ AISBL (Organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ Belġjana). L-organizzazzjonijiet tal-Membri tal-EFRAG jinkludu tmien Organizzazzjonijiet tal-Partijiet Interessati Ewropej u disa’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali.

    Biex ikompli jsaħħaħ l-istruttura finanzjarja tiegħu u jwessa’ s-sħubija tiegħu, l-EFRAG ippubblika sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Marzu 2017. Instituto de Contabilidad y Auditoria de Cuentas (ICAC) - l-Istabbiliment tal-Istandards Nazzjonali Spanjol — ingħaqad mal-EFRAG bħala Organizzazzjoni Nazzjonali f’Ottubru 2017 biex japprofondixxi l-konnessjoni tal-EFRAG fir-rigward tal-komunità tar-rappurtar finanzjarja Spanjola. L-EFRAG se jkompli jaħdem fuq l-estensjoni tal-bażi ta’ sħubija tiegħu u qed ifittex rappreżentanza ġeografika usa’.

    Minbarra finanzjament bi flus, l-EFRAG jirċievi kontribuzzjonijiet in natura pprovduti mill-membri tat-TEG tal-EFRAG, il-Bord tal-EFRAG, il-Gruppi ta’ Ħidma u Bordijiet Konsultattivi kif ukoll fil-forma ta’ ssekondar liberu.

    It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet fi flus mill-organizzazzjonijiet membri huwa rrappurtat f’Appendiċi 3.

    4.PIOB

    4.1.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet

    Il-PIOB huwa responsabbli għas-sorveljanza twaqqaf standards ta’ verifika, etika u l-edukazzjoni għall-kontabilisti. L-istandards rilevanti huma l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA), L-istandards tal-etika għall-kontabilisti, u l-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (IESs). L-istruttura ta’ twaqqif tal-istandards ġiet introdotta wara l-kollass f’fiduċja fis-swieq tal-kapital milquta mill-affari Enron u mill-waqgħa ta’ Arthur Andersen. L-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs), li huma direttament jew indirettament użati minn ħafna awdituri statutorji, huma ta’ importanza partikolari.

    L-għan finali tal-PIOB huwa li jiżgura li dawk l-istandards jiġu żviluppati fl-interess pubbliku. Il-Kummissjoni nnominat żewġ membri tal-PIOB minn 10.

    Il-PIOB japprova n-nomini tal-membri tal-bords tal-issettjar tal-istandards, jaqbel mal-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom, jimmonitorja l-iżvilupp tal-istandards u jivverifika li l-elementi kollha msemmija fil-konsultazzjonijiet pubbliċi jiġu kkunsidrati kif xieraq. Fejn meħtieġ, il-PIOB jirrakkomanda passi biex jiżgura li l-istandards b’mod effettiv jirrispondu għall-interess pubbliku.

    Fl-2017, il-PIOB kkomunika regolarment mal-Bordijiet li jistabbilixxu l-istandards taħt is-superviżjoni tiegħu (il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB); il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni tal-Kontabbiltà (IAESB) u l-International Ethics Standards Board for Accountants (IESBA), it-tliet Gruppi Konsultattivi ta’ Konsulenza tagħhom, il-Bord Konsultattiv ta’ Konformità u l-Kumitat Nominattiv u t-tmexxija tal-IFAC.

    Fl-2017, il-PIOB wettaq ukoll żewġ avvenimenti ta’ informazzjoni. L-ewwel wieħed seħħ fis-9 ta’ Frar fi New Delhi, l-Indja, u kien ospitat mill-Institute of Chartered Accountants of India (l-ICAI) taħt it-titolu “Global Audit Oversight: Reconciling the Perception Gap”. It-tieni kienet diskussjoni dwar l-Impatt dwar il-Verifika tat-Teknoloġija organizzata f’Madrid fil-30 ta’ Ġunju. Il-PIOB, flimkien mal-Grupp ta’ Monitoraġġ, investa wkoll fl-iżvilupp ta’ Qafas ta’ Interess Pubbliku bl-għan li jipprovdi mekkaniżmu aħjar għall-valutazzjoni dwar kif l-interess pubbliku huwa maqbud fil-proċess tal-istipular tal-istandards kollha.

    4.2.Il-governanza u r-responsabbiltà

    Il-membri tal-PIOB huma maħtura mill-Grupp ta’ Monitoraġġ li huwa fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-arranġamenti tal-governanza globali fil-qasam ta’ standards internazzjonali għall-awditjar, assigurazzjoni, l-etika u l-edukazzjoni. Il-grupp ta’ Monitoraġġ, li hija membru tiegħu l-Kummissjoni Ewropea, jissorvelja kif il-PIOB iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ interess pubbliku b’attenzjoni partikolari għas-sorveljanza tal-PIOB fil-proċess tal-istipular tal-istandards.

    Fid-9 ta’ Novembru 2017, il-Grupp ta’ Monitoraġġ ħareġ konsultazzjoni pubblika dwar “it-tisħiħ tal-governanza u s-superviżjoni tal-bords internazzjonali relatati mal-awditjar li jissettjaw l-istandards fl-interess pubbliku” 7 . Il-Grupp ta’ Monitoraġġ irċieva 179 risposta u fil-31 ta’ Mejju 2018 8 , ippubblika sommarju tar-reazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-IOSCO, li juri appoġġ mifrux fost il-partijiet interessati għal riforma biex tiżdied ir-responsabilità u t-trasparenza f’servizzi relatati mal-awditjar tal-istandards. Hemm ukoll appoġġ mill-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati kollha għal qafas ta’ interess pubbliku li huwa inkorporat fil-proċess tal-istipular tal-istandards kollha. Fuq il-bażi tar-reazzjonijiet riċevuti u aktar attivitajiet ta’ informazzjoni, lejn tmiem l-2018 il-Grupp ta’ Monitoraġġ biħsiebu jippubblika White Paper dwar l-istruttura futura tal-governanza. Il-Kwadru ta’ Interess Pubbliku, żviluppat flimkien mal-PIOB, se tkun wieħed mill-elementi ewlenin tiegħu.

    Il-White Paper se tinkludi wkoll mistoqsijiet dwar il-kompożizzjoni u r-rwol tal-PIOB taħt il-mudell ta’ governanza futura. B’mod ġenerali, dawk li wieġbu jappoġġjaw sorveljanza indipendenti qawwija u ġie suġġerit li l-PIOB jiġi afdat b’ kompiti addizzjonali (eż. l-approvazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi).

    4.3.L-iżviluppi fid-diversifikazzjoni tal-finanzjament fl-2017

    Il-finanzjament tal-PIOB huwa mfassal biex jippreserva l-indipendenza tiegħu fil-fatt u dehra. Biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku, id-diversifikazzjoni xierqa ta’ sorsi stabbli ta’ finanzjament tgħin mhux biss biex tinżamm il-kontinwità tiegħu iżda wkoll biex tiġi garantita l-indipendenza tal-PIOB. L-importanza tad-diversifikazzjoni tal-finanzjament diġà kienet ġiet rikonoxxuta fir-riforma tal-IFAC (Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti) tal-2003 li kienet wasslet għall-istabbiliment tas-sistema tat-twaqqif tal-istandards internazzjonali attwali, inkluż il-PIOB.

    Sa mill-ħolqien tiegħu fl-2005 sal-2010, meta l-programm ta’ finanzjament Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni 716/2009/KE daħal fis-seħħ, il-PIOB ġie ffinanzjat esklussivament mill-IFAC (minbarra xi kontribuzzjonijiet in natura minn Spanja (il-PIOB huwa bbażat f’Madrid)).

    Il-fondi magħmula disponibbli mill-IFAC f’sena partikolari jikkostitwixxu l-kontribuzzjoni massima garantita li tkun disponibbli għall-PIOB mingħajr l-ebda interferenza oħra mill-IFAC. Il-kontribuzzjonijiet li mhux ġejjin mill-IFAC jissostitwixxu, u għalhekk inaqqsu, il-kontribuzzjonijiet tal-IFAC għal dik is-sena speċifika. Idealment il-porzjon ta’ finanzjament tal-IFAC tal-ispejjeż annwali tal-PIOB totali jinħtieġ li jkun inqas minn nofs it-total.

    Il-kontribut tal-UE fil-perjodu ta’ bejn l-2010 u l-2016 ħeġġeġ donaturi potenzjali oħrajn biex jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom stess ukoll. Fl-2016, l-ispejjeż tal-PIOB ammontaw għal EUR 1 563, 565. L-IFAC ipprovdiet EUR 914,758, li jirrappreżentaw 58,50 % tat-total.

    Fis-sena 2017, il-kontribuzzjoni tal-UE kienet ta’ EUR 325,000 li tirrappreżenta 20.37 % tat-total. L-IFAC ipprovdiet EUR 1.059.807 li jirrappreżentaw 66,45 % tat-total. It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet fi flus ta’ organizzazzjonijiet oħra huwa rrappurtat f’Appendiċi 4.

    L-Artikolu 9.5 tar-Regolament jistipula li jekk il-finanzjament mill-IFAC f’sena partikolari jilħaq aktar minn żewġ terzi tal-ammont totali tal-finanzjament annwali tal-PIOB, il-Kummissjoni tipproponi li l-kontribuzzjoni annwali tagħha għal dik is-sena tkun limitata għal massimu ta’ EUR 300 000. Fis-sena 2017 (bħal fl-2014 u l-2016), dan ma kienx il-każ. Għalhekk, peress li l-limitu kritiku stipulati fir-Regolament (66,66 %) ma ntlaħaqx mill-finanzjament tal-IFAC, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tirrevedi l-kontribuzzjoni tagħha tal-2017 lill-PIOB.

    5.Konklużjoni

    Fl-2017 il-programm ta’ finanzjament tal-Unjoni jibqa’ għalkollox rilevanti fil-kuntest tal-isforzi tal-UE biex tiġi stabbilita Unjoni tas-Swieq Kapitali u biex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. It-tliet benefiċjarji (l-EFRAG, l-IFRSF u l-PIOB) ħallew riżultati tajbin fir-rigward tal-missjoni tagħhom biex jiddefendu l-interess pubbliku Ewropew u jaqdu rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern.

    Madankollu, għalkemm ir-riżultati globali ta’ dawn l-azzjonijiet kienu pożittivi f’termini ta’ modalitajiet ta’ implimentazzjoni, jidher li hemm lok għal titjib. Il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha mal-benefiċjarji fl-2018 biex jiġi żgurat li standards (ogħla) ta’ trasparenza, b’mod partikolari fir-rigward l-istabbiliment ta’ reġistri obbligatorji ta’ trasparenza fuq laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati esterni.

    Fir-rigward tal-EFRAG, il-Kummissjoni apprezzat l-analiżi komprensiva tal-effetti, li appoġġat il-pariri dwar l-approvazzjoni tal-EFRAG dwar l-istandards ġodda jew riveduti tal-IFRS. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-EFRAG biex ikompli jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu f’dan il-qasam biex jiġi żgurat li l-Istandards tal-IFRS huma tajbin għall-Ewropa.

    Fir-rigward tal-Fondazzjoni tal-IFRS, bħala membru tal-Bord ta’ Monitoraġġ, il-Kummissjoni bdiet djalogu ma’ Fiduċjarji u l-IASB biex tissaħħaħ il-metodoloġija ta’ analiżi tal-effetti b’mod partikolari f’termini ta’ kamp ta’ applikazzjoni, iż-żmien u l-metodu. Dan ser jinkludi b’mod speċjali monitoraġġ tar-reviżjoni tal-Fiduċjarju tal-Manwal ta’ Proċess Dovut tal-IFRS u hu mistenni jintemm sal-2020. Barra minn hekk, bħala parti mir-“Reviżjoni tal-Fiduċjarju tal-Istruttura u l-Effettività tal-Fondazzjoni”, l-importanza tas-swieq kapitali ġiet ikkonfermata bħala l-kriterju ġenerali għal rappreżentazzjoni tal-partijiet interessati fil-Bord tal-Fiduċjarji. Il-Fiduċjarji jassumu r-responsabilità għall-iffinanzjar tal-Fondazzjoni 9 li hija bbażata fuq kontribuzzjonijiet volontarji minn ġurisdizzjonijiet, normalment maħduma bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross totali bl-użu tal-aktar dejta riċenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali. Madankollu, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tal-2017 minn ġuriżdizzjonijiet jirrifletti distakk dejjem jikber bejn r-rappreżentanza fuq il-Bord ta’ Fiduċjarji u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-ġurisdizzjonijiet “tagħhom”. Bħala riżultat, il-Kummissjoni temmen li huwa meħtieġ li tirrevedi l-adegwatezza tal-arranġamenti tal-Fiduċjarji kif previst fil-Bord tal-Monitoraġġ tal-pjan ta’ ħidma tal-2018 biex tissorvelja mill-qrib l-isforzi li jittieħdu minn ġurisdizzjonijiet li attwalment ma jissodisfawx il-kontribuzzjonijiet mistennija tagħhom.

    Il-PIOB qed taqdi rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ Qafas ta’ Interess Pubbliku li għandu jiġi inkorporat fil-proċess tal-istipular tal-istandards fil-qasam tal-awditjar. Il-kompożizzjoni u r-rwol tal-PIOB aktarx li tevolvi fis-snin li ġejjin skont il-proċess ta’ riforma, imniedi mill-Grupp ta’ Monitoraġġ. Madankollu, is-superviżjoni indipendenti inevitabbilment se tkun ukoll waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull mudell futur. Barra minn hekk, sadattant l-isforzi biex jiġi diversifikat il-finanzjament tal-PIOB għandhom ikomplu.

    Appendiċi 1 — Sommarju ta’ attivitajiet tal-IFRS fl-2017

    L-istandard

    Id-Data tal-ħruġ tal-IASB

    Data tal-applikazzjoni

    Data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

    L-IFRS16 — Kuntratti ta’ Kiri

    13/01/2016

    01/01/2019

    09/11/2017

    Emendi għall-IAS 12 Rikonoxximent ta’ Assi ta’ Taxxa Differita għal Telf mhux Realizzat

    19/01/2016

    01/01/2017

    09/11/2017

    Emendi għall-IAS 7 Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni

    29/01/2016

    01/01/2017

    09/11/2017

    Kjarifiki lill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma’ Klijenti

    12/04/2016

    01/01/2018

    09/11/2017

    Emendi għall-IFRS 2 — Kjarifiki ta’ Klassifikazzjoni u Kejl ta’ Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet

    20/06/2016

    01/01/2018

    27/02/2018

    L-applikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji IFRS 9 mal-IFRS 4 Kuntratti ta’ Assigurazzjoni (Emendi għall-IFRS 4)

    12/09/2016

    01/01/2018

    09/11/2017

    Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS 2014–2016

    08/12/2016

    01/01/2017

    08/02/2018

    Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem tal-IFRIC 22

    08/12/2016

    01/01/2018

    Emendi għall-IAS 40: Trasferimenti ta' Propjetà għall-Investiment

    08/12/2016

    01/01/2018

    15/03/2018

    L-IFRS17 — Kuntratti ta’ assigurazzjoni

    18/05/2017

    01/01/2021

    IFRIC23 — Inċertezza fuq Trattamenti Fiskali fuq id-Dħul

    07/06/2017

    01/01/2018

    Emendi għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji — Karatteristiċi ta’ Prepagament b’Kumpens Negattiv

    12/10/2017

    01/01/2019

    L-emenda għall-IAS28 — Interess fuq Terminu Twil f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġuntt

    12/10/2017

    01/01/2019

    Titjib annwali 2015–2017

    12/12/2017

    01/01/2019

    Proġetti rrappurtati fl-applikazzjonijiet għall-għotjiet

    2017

    2018

    Kummenti

    Komunikazzjoni aħjar tal-proġett

    Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Prinċipji ta’ żvelar

    Il-pjan ta’ ħidma

    Dokument ta’ diskussjoni – 30/03/2017

    Il-proġett ta’ riċerka mfassla biex titjib tar-rekwiżiti ta’ żvelar.

    Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Definizzjoni ta’ materjalità (Emenda għal IAS1 u 8)

    Abbozz tal-Esponiment – 14/09/2017

    Kjarifika tad-definizzjoni ta’ materjalità

    Inizjattiva ta’ Divulgazzjoni – Dikjarazzjoni tal-Materjalità tal-Prassi

    Il-pjan ta’ ħidma

    Maħruġ – 14/09/2017

    Il-proġett imlesti bir-rilaxx ta’ “Nagħmlu Ġudizzji Materjalità”

    Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Primarji

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Titjib immirat tal-istruttura u l-kontenut ta’ dikjarazzjoni finanzjarja primarji

    Proġetti ta’ riċerka

    Kombinament ta’ negozji taħt Kontroll Komuni

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Għandu l-għan li jnaqqas id-diversità f’kontabilità għal kombinamenti ta’ negozji taħt kontroll komuni. Tali tranżazzjonijiet ma jkunux indirizzati mill-Istandards tal-IFRS.

    Reviżjoni ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS13

    Pjan ta’ Ħidma

    Ir-rieżami għandu l-għan li jivvaluta l-impatt ta’ IFRS13 “Kejl tal-Valur Ġust” dwar ir-rappurtar finanzjarju. Dan beda fl-2017 b’talba għal informazzjoni.

    Rata ta' skont

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ riċerka dwar l-użu ta’ rata ta’ skont tul l-Istandards tal-IFRS. Il-proġett ngħalaq f’Marzu 2017. Sommarju ta’ riċerka huwa mistenni fl-2018.

    Ġestjoni tar-Riskju Dinamika

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Il-pjan ta’ riċerka tal-makroiħħeġġjar li jimmira li jfassal mudell ta’ kontabbiltà biex jirrappurta l-effett tal-iħħeġġjar u l-ġestjoni tar-riskju dinamika. Dokument ta’ diskussjoni mistenni fl-2019.

    Strumenti finanzjarji b’Karatteristiċi ta’ ekwità

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Kjarifika għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li għandhom karatteristiċi kemm ta’ obbligazzjoni kif ukoll ta’ ekwità. Għandha l-għan li tiċċara r-rekwiżiti tal-IAS32 – Strumenti Finanzjarji. Dokument ta’ diskussjoni huwa mistenni fl-2018.

    Avvjament u indeboliment

    Pjan ta’ Ħidma

    Pjan ta’ Ħidma

    Proġett ta’ riċerka biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent f’waqtu tal-avvjament għall-indeboliment. Għandha l-għan li ttejjeb ir-rekwiżiti tal-IAS36. Dokument ta’ diskussjoni huwa mistenni fl-2018.

    Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

    Pjan ta’ Ħidma

    Lest

    Il-proġett ta’ riċerka kien tlesta f’Mejju 2016 u wassal għal emendi b’ambitu dejjaq. Sommarju ta’ riċerka huwa mistenni fl-2018.

    Attivitajiet regolati b’rata

    Pjan ta’ Ħidma

    Għadhom għaddejjin

    Il-proġett jimmira li jiġi kkunsidrat l-effett tar-rata regolamenti meta l-politiki tal-ipprezzar tal-kumpaniji huma regolati.

    Il-qafas kunċettwali

    Abbozz tal-Esponiment – 28/05/2015

    Għadhom għaddejjin

    Qafas Kunċettwali ġdid huwa mistenni sa Marzu 2018

    Proġetti ta’ manutenzjoni — Emendi b’ambitu dejjaq

    Politiki ta’ kontabbiltà u ta’ Stimi Kontabilistiċi (Emendi għall-IAS 8)

    Abbozz ta’ esponiment - 12/09/2017

    Id-distinzjoni bejn politiki ta’ kontabbiltà u stimi.

    Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà (Emenda għall-IAS 8)

    Pjan ta’ Ħidma

    Iddisinjati biex inaqqsu l-imprattikabilità limitu rigward l-applikazzjoni retroattiva ta’ bidliet volontarji fil-politika tal-kontabilità.

    Disponibilità ta’ rifużjoni (Emendi għall-IFRIC14)

    Pjan ta’ Ħidma

    Kjarifiki meta partijiet terzi jkollhom drittijiet biex jagħmlu deċiżjonijiet partikolari dwar kumpanija ta’ pjan ta’ benefiċċju definit

    Klassifikazzjoni ta’ obbligazzjonijiet (Emenda għall-IAS 1)

    Abbozz tal-Esponiment – 10/02/2015

    Kjarifika ta’ klassifikazzjoni ta’ djun ma’ għażliet ta’ tiġdid. Emenda hija mistennija fl-2018.

    Definizzjoni ta’ negozju (Emenda għall-IFRS 3)

    Pjan ta’ Ħidma

    Kjarifika bejn id-definizzjoni ta’ “negozju” u “grupp ta’ assi”

    Tariffi fit-test ta’ 10 fil-mija għad-Dekontabilizzar (Emenda għall-IFRS 9)

    Pjan ta’ Ħidma

    Kjarifiki ta’ miżati u spejjeż li għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat id-dekontabilizzar ta’ obbligazzjoni finanzjarja

    Titjib għall-IFRS 8 — Segmenti operattivi

    Abbozz tal-Esponiment – 29/03/2017

    Kjarifika tad-definizzjoni ta’ “kap li jiddeċiedi fl-operat” u titjib tar-rekwiżiti ta’ żvelar.

    L-emenda għall-IAS19 — Emenda, Tnaqqis jew Saldu tal-Pjan

    Maħruġ – 08/02/2018

    Kjarifika tar-rekwiżiti tal-kontabbiltà meta sseħħ emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu finali.

    L-IAS16 — Dħul qabel Intiżi għall-Użu

    L-Abbozz ta’ Esponiment – 20/06/2017

    Emenda li tipprojbixxi t-tnaqqis tar-rikavat tal-bejgħ jitnaqqsu mill-kost ta’ entrata ta’ proprjetà



    Appendiċi 2 — Ripartizzjoni tal-finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS 2017

    It-tqassim ta’ finanzjament tal-Fondazzjoni tal-IFRS

    Kontribuzzjonijiet finanzjarji

    Kontribuzzjoni 2017

    Kontribuzzjoni 2016

    Numru ta’ fiduċjarji fl-1 ta’ Jannar 2018

    L-evoluzzjoni tar-rata tal-kambju kostanti

    Ditti internazzjonali tal-kontabilità

    34,7 %

    31,3 %

    -0,3 %

    Il-Kummissjoni Ewropea

    16,5 %

    15,6 %

    2,0 %

    Stati Membri tal-UE

    15,9 %

    15,4 %

    7

    1 %

    L-Asja, l-Oceania,

    25,6 %

    29,0 %

    8

    -2,5 %

    L-Ameriki

    5,8 %

    6,6 %

    6

    -17,0 %

    L-Afrika

    0,5 %

    1,2 %

    1

    -53,3 %

    Oħrajn

    0,9 %

    0,9 %

    0

    -2,4 %

    Ammont totali

    22

    -2,1 %

    Sors: Il-Fondazzjoni tal-IFRS

    Appendiċi 3 — Ripartizzjoni tal-finanzjament tal-EFRAG 2017

    KONTRIBUZZJONIJIET EUR 000

    2017

    2016

    Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet Interessati

    L-Ewropa tal-kontabilità

    300

    300

    BUSINESSEUROPE

    125

    125

    INSURANCE EUROPE

    75

    75

    il-Federazzjoni Bankarja Ewropea (EBF)

    75

    75

    Il-Grupp Ewropew tal-Banek tat-Tfaddil (ESBG)

    75

    75

    L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Banek Kooperattivi (EACB)

    75

    75

    Il-Federazzjoni Ewropea tal-Kontabilisti u l-Awdituri għall-SMEs (EFAA)

    25

    25

    Federazzjoni Ewropea tas-Soċjetajiet tal-Analisti Finanzjarji (EFFAS)

    15

    15

    Ammont totali

    765

    765

    Organizzazzjonijiet Nazzjonali

    Franza

    350

    350

    Il-Ġermanja

    350

    350

    IR-RENJU UNIT

    350

    350

    L-Italja

    290

    290

    L-Iżvezja

    100

    100

    Id-Danimarka

    50

    50

    In-Netherlands

    50

    50

    Spanja

    50

    0

    Il-Lussemburgu

    15

    15

    Ammont totali

    1605

    1555

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2,624

    2,432

    KONTRIBUZZJONIJIET TOTALI

    4,994

    4,752

    Sors: L-EFRAG



    Appendiċi 4

    Diversifikazzjoni tal-baġit tal-2017

    Fl-2012, il-PIOB mexxa eżerċizzju ta' ġbir ta' fondi b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Monitoraġġ (MG) u l-IFAC. B'konsegwenza ta' dan, fl-2013, 2014, 2015, 2016 u l-2017, il-PIOB kiseb bażi ta' fondi diversifikata li tinkludi sorsi oħra apparti l-IFAC. Fl-2017, il-PIOB irċieva kontribuzzjonijiet li ammontaw għal 1,594,836 ewro mill-kontrobuturi li jmiss:

    ·Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti 1,059,807 euro

    ·Kummissjoni Ewropea: 325,000 euro

    ·Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) 100,000 euro

    ·Kunsill għar-Rappurtar Finanzjarju 40,000 euro

    ·Awtorità tal-Kontabilità ta' Abu Dabi 35,000 euro

    ·Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali: 35,000 euro

    ·Dħul mill-imgħax: 29 euro

       

    Kontribuzzjonijiet tal-2017

    (1)

    ĠU L 105, 8.4.2014, p.1.

    (2)

    ĠU L 129, 19.5.2017, p.24.

    (3)

    Fl-1 ta’ Jannar 2018

    (4)

    Premessa 7

    (5)

      http://www.efrag.org/About/AnnualReports

    (6)

    Perezempju fir-rigward tad-Dokument tas-Segretarjat dwar il-Valutazzjoni Kwantitattiva tal-Impatti Kontabilistiċi u l-Istudju Kwantitattiv X’nafu eżattament dwar l-avvjament u l-indeboliment? u r-rapport tal-EFRAG dwar is-sejbiet tal-ewwel fażi tal-Proġett ta’ Riċerka dwar Strument ta' Ekwità: Indeboliment u Riċiklaġġ.

    (7)

    https://www.iosco.org/

    (8)

    https://www.iosco.org/about/monitoring_group/pdf/2018-05-31-Monitoring-Group-Summary-of-Feedback.pdf

    (9)

    L-Artikolu 13(a) tal-Kostituzzjoni tal-Fondazzjoni tal-IFRS

    Top