Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0663

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2017 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

    COM/2018/663 final

    Brussell, 3.10.2018

    COM(2018) 663 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    dwar l-applikazzjoni fl-2017 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


    Introduzzjoni

    Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tonora l-impenn sod tagħha favur aktar trasparenza u akkontabbiltà. Wieħed mill-mezzi li bih qed tfittex li tagħmel dan huwa billi trawwem l-eżerċitar effettiv tad-dritt għal aċċess għad-dokumenti 1 miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE. Dan id-dritt hu mnaqqax fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, fl-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2 .

    Aġenda għal Trasparenza Iktar Mifruxa

    Il-Kummissjoni Ewropea ħadet diversi passi importanti biex issaħħaħ it-trasparenza tal-proċessi tagħha tat-tfassil tal-liġijiet u tal-implimentazzjoni tal-politika, inkluż fil-kuntatti tagħha mal-partijiet ikkonċernati u mal-lobbisti.

    Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea kompliet twettaq l-Aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar, li l-għan tagħha huwa li l-Unjoni Ewropea taħdem aħjar u b’mod iktar trasparenti, b’enfasi qawwija fuq azzjoni b’mod iktar sempliċi u biss fejn din tkun importanti għaċ-ċittadini. Il-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) ilu sa mill-2017 ifittex u jidentifika opportunitajiet għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż bla bżonn kull darba li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi reviżjoni ta’ liġi eżistenti. L-inizjattivi li jirriżultaw minn din il-ħidma huma inklużi kull sena fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u jistgħu jiġu mmonitorjati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tar-REFIT.

    Fi ħdan ir-REFIT, il-Kummissjoni Ewropea tiffoka b’mod partikolari fuq dawk l-oqsma fejn in-negozji u partijiet konċernati oħrajn jaraw spejjeż u piżijiet eċċessivi. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot il-Pjattaforma REFIT, portal onlajn fejn kulħadd jista’ jagħmel suġġerimenti, u jieħu pariri mingħand grupp ta’ esperti ta’ livell għoli. Sa mill-ħolqien tagħha, il-Pjattaforma REFIT adottat 58 opinjoni, imsejsa fuq aktar minn 280 suġġeriment pubbliku dwar kif il-liġijiet tal-UE jistgħu jsiru aktar effettivi u effiċjenti.

    F’April 2016, it-tliet istituzzjonijiet qablu dwar il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Matul l-2017, tkompliet il-ħidma bejn l-istituzzjonijiet dwar il-kunċett għall-Bażi tad-Dejta Leġiżlattiva Konġunta futura prevista fil-ftehim. Din ġiet miftiehma u issa għaddejja ħidma biex jiġu ddefiniti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati u tibda tiġi żviluppata l-għodda futura, li se tkun portal faċli għall-utent, immirat lejn il-pubbliku ġenerali, li jipprovdi aċċess sempliċi għall-informazzjoni dwar il-proċessi leġiżlattivi li jkunu għaddejjin, ippreżentata f’format ta’ skeda u b’links għal sorsi aktar dettaljati.

    F’Diċembru 2017, ġie varat ir-Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati onlajn il-ġdid 3 . Dan huwa għodda konġunta tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li tagħti aċċess għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-atti delegati, mill-ippjanar tagħhom mill-Kummissjoni Ewropea sal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali. B’hekk dan ir-reġistru jżid it-trasparenza tal-proċess tat-tħejjija, tal-adozzjoni u tal-iskrutinju tal-atti delegati u jservi bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-partijiet ikkonċernati interessati f’dan it-tip ta’ atti.

    Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea tejbet aktar ir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti, b’mod partikolari billi żiedet taqsima ġdida ddedikata għal-laqgħat tal-gruppi, li turi d-dokumenti b’mod aktar ordnat u faċli biex wieħed jużaha. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn ir-reġistru tal-gruppi tal-esperti u r-Reġistru tat-Trasparenza ġew imsaħħa, billi ġie żgurat it-trasferiment awtomatiku tad-data dwar is-sħubija fil-gruppi tal-esperti.

    B’mod parallel, ir-Reġistru tat-Trasparenza kompla jikber b’mod stabbli, u issa fih aktar minn 11 000-il entrata, b’2 430 entità ġdida jingħaqdu matul l-2017 4 u kollha kemm huma ffirmaw Kodiċi ta’ Kondotta komuni. Ir-Reġistru tat-Trasparenza llum huwa wieħed mill-ikbar tat-tip tiegħu fid-dinja.

    Ġiet żviluppata u implimentata soluzzjoni ġdida u innovattiva tal-IT biex titjieb il-kwalità kumplessiva tad-data u titjieb l-esperjenza tal-utent. Barra minn hekk, minn Diċembru 2017, ir-Reġistru għat-Trasparenza beda awtomatikament jipprovdi informazzjoni dwar il-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni 5 li fihom ikunu ġew maħtura reġistranti, liema informazzjoni tinġibed mir-Reġistru tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni u minn entitajiet simili oħra 6 .

    Fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar Reġistru ta’ Trasparenza mandatorju 7 , il-Parlament Ewropew adotta l-mandat ta’ negozjar tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2017 8 u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-mandat tiegħu fis-6 ta’ Diċembru 2017 9 . Fit-6 ta’ Settembru 2017 u fit-12 ta’ Diċembru 2017 saru żewġ laqgħat interistituzzjonali ta’ orjentazzjoni taħt il-Presidenza Estonjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-rappreżentanti politiċi mit-tliet istituzzjonijiet qablu li n-negozjati dwar Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE mandatorju se jibdew kmieni fl-2018. Wara l-laqgħat ta’ tħejjija fil-livell tekniku, l-ewwel laqgħa politika saret fis-16 ta’ April 2018.

    It-trasparenza rigward l-etika tal-Kummissarji u l-eks-Kummissarji hija żgurata permezz ta’ paġna web appost fis-server Europa 10 .

    Il-President Juncker, fl-okkażjoni tad-Diskors annawli tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, ħabbar Kodiċi ta’ Kondotta ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni 11 . Ir-regoli mmodernizzati jistabbilixxu standards ġodda għal regoli etiċi fl-Ewropa. Il-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid ikompli mal-ispinta tal-President Juncker għal aktar trasparenza sa mill-bidu tal-mandat tiegħu u jestendi l-perjodu ta’ “preklużjoni” minn 18-il xahar għal sentejn għall-eks-Kummissarji u għal tliet snin għall-President tal-Kummissjoni Ewropea. L-immodernizzar immur lil hinn minn dan billi jistabbilixxi regoli aktar ċari u standards tal-etika ogħla filwaqt li jintroduċi aktar trasparenza f’għadd ta’ oqsma. Il-Kodiċi l-ġdid daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018.

    Fit-12 ta’ Settembru 2017, fir-rigward tat-trasparenza proattiva, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet 12 , fid-dawl tal-ħafna talbiet li waslu għall-aċċess għad-dokumenti dwar l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Kummissarji, li tippubblika, kull xahrejn, ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż tal-missjonijiet għal kull Membru. Ir-rapporti regolari jkopru l-missjonijiet kollha li jkunu saru dment li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika, id-difiża u l-kwistjonijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali jew il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. L-ewwel rapporti ġew ippubblikati fl-aħħar ta’ Frar 2018.

    Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni Ewropea lejn it-trasparenza li ttieħed fl-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-kummerċ “Kummerċ għal Kulħadd”, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat testi ta’ negozjar u l-aħħar rapporti dwar il-ftehimiet kummerċjali eżistenti tal-UE u n-negozjati kummerċjali li għaddejjin ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE fuq sit web apposta 13 .

    Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet ukoll li tadotta approċċ ġenerali lejn it-trasparenza u li tiżgura l-livell massimu ta’ ftuħ matul il-proċess ta’ negozjar mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ġie enfasizzat ukoll fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-progress tan-negozjati mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li “in-negozjati twettqu b’trasparenza mingħajr preċedent”. Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, b’mod proattiv u fuq websajt apposta, ħafna dokumenti rilevanti bħal pereżempju abbozzi ta’ pożizzjonijiet ta’ negozjar għal suġġetti partikolari ta’ negozjar, dokumenti ta’ pożizzjoni tal-UE, aġendi tar-rawnds ta’ negozjar, noti tekniċi konġunti bejn l-UE u r-Renju Unit, ir-Rapport Konġunt dwar il-progress matul l-ewwel fażi tan-negozjati u l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

    L-aċċess għad-dokumenti

    Fi ħdan l-aġenda usa’ għat-trasparenza, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti jingħata parti prominenti fl-impenn tal-Kummissjoni Ewropea għat-trasparenza. Minbarra li tipprovdi aċċess għad-dokumenti fil-pussess tagħha, wara li tkun irċeviet talbiet speċifiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll b’mod proattiv u faċli għall-utent, firxa wiesa’ ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti, kemm fid-diversi reġistri pubbliċi tagħha kif ukoll fil-paġni web tagħha.

    Dan ir-rapport hu mfassal skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kif il-Kummissjoni Ewropea applikat ir-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti fl-2017. Ir-rapport hu bbażat fuq data statistika li hija miġbura fil-qosor fl-Anness 14 . L-istatistiki jirriflettu l-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti fl-2017 u t-tweġibiet ipprovduti għalihom. Dawn ma jirriflettux l-għadd ta’ dokumenti mitluba jew (parzjalment) iddivulgati, li kienu ferm iktar numerużi.



    Filwaqt li l-applikanti jistgħu jitolbu aċċess għal dokument wieħed, iktar sikwit dawn jitolbu aċċess għal għadd kbir ta’ dokumenti, jew saħansitra għal fajls sħaħ dwar suġġett speċifiku jew proċedura speċifika. L-istatistiki juru l-importanza tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti bħala parti mill-politika ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasparenza. Id-dokumenti mitluba ġew iddivulgati bis-sħiħ jew b’mod parzjali f’82 % tas-6 255 każ fl-istadju inizjali, u ngħata aċċess usa’ jew saħansitra sħiħ fi 46,9 % tal-299 każ rieżaminat fl-istadju konfermatorju.

    Ir-Riżorsi

    Fil-Kummissjoni Ewropea, it-trattament tal-aċċess inizjali għad-dokumenti mitluba jiġi ttrattat fuq bażi deċentralizzata mid-diversi Direttorati Ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni. Kull Direttorat Ġenerali u servizz innomina mill-inqas espert legali wieħed, li jaġixxi bħala “koordinatur tal-aċċess għad-dokumenti”, għal dan il-kompitu. Skont id-daqs tas-servizz u l-għadd ta’ talbiet riċevuti, dawn il-membri tal-persunal jiġu normalment megħjuna minn ftit persunal amministrattiv u ta’ appoġġ. Il-koordinatur jikkoordina l-abbozz tat-tweġibiet mal-unitajiet responsabbli mill-oqsma sottostanti ta’ politika.

    It-talbiet ta’ konferma jiġu ttrattati mis-Segretarjat Ġenerali, sabiex jiġi żgurat rieżami amministrattiv indipendenti tat-tweġiba mogħtija fl-istadju inizjali. Għal dan il-kompitu
    s-Segretarjat Ġenerali jwarrab għaxar karigi ekwivalenti għal full-time, u dawn huma magħmulin minn persunal li jittratta l-każijiet u minn persunal amministrattiv. Minbarra r-responsabbiltà tagħhom biex jirrieżaminaw it-tweġibiet inizjali, huma jipprovdu gwida orizzontali, taħriġ u pariri
    lid-Direttorati Ġenerali u lis-servizzi kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Huma jimmaniġġjaw ukoll is-sistema tal-IT tal-Kummissjoni kollha li tittratta t-talbiet inizjali u konfermatorji għall-aċċess għad-dokumenti, li bħalissa qed tiġi mmodernizzata. L-għadd dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-aċċess għal dokumenti mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-ħtieġa għal aktar trasparenza f’dan il-qasam jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u tal-IT lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li jkun hemm trattament effiċjenti tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti u jinkisbu l-aħjar riżultati għaċ-ċittadini.



    1.Ir-Reġistri u s-Siti tal-Internet

    Fl-2017, żdiedu 18 825 dokument ġdid mar-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni 15 (ara l-Anness – Tabella 1), li jaqgħu taħt il-kategoriji C, COM, JOIN, OJ, PV, SEC jew SWD 16 . Fl-2017 il-Kummissjoni Ewropea la ħolqot u lanqas ma rċiviet dokumenti sensittivi 17 li jaqgħu f’dawk il-kategoriji.

    Fl-2017, il-websajt tal-“Aċċess għad-Dokumenti” fuq Europa 18 rreġistrat tnaqqis fl-għadd ta’ żjarat (12 618 meta mqabbel mal-15,496 fl-2016), u fl-għadd ta’ paġni li nqraw (16 876 meta mqabbel mat-23,290 fl-2016, ara l-Anness – Tabella 2).

    Iż-żewġ pjattaformi saru għodda ta’ tiftix importanti li jippermettu liċ-ċittadini jipparteċipaw aktar mill-qrib u attivament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u fil-politika dwar l-aċċess għad-dokumenti.

    2.    Il-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001

    Fl-2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea baqgħu jagħmlu laqgħat tekniċi regolari fuq livell amministrattiv biex jaqsmu l-esperjenzi, jiżviluppaw l-aħjar prattiki u jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    3.    L-Analiżi tal-Applikazzjonijiet għall-Aċċess

    3.1.    L-għadd ta’ applikazzjonijiet

    Fl-2017, l-għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali żdied bi kważi 3 % (6 255 meta mqabbel ma’ 6 077 fl-2016). L-għadd ta’ tweġibiet inizjali bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 naqas b’madwar 6 % (minn 7 137 fl-2016 għal 6 704 fl-2017 ) 19 .

    L-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji li jitolbu rieżami, mill-Kummissjoni Ewropea, ta’ tweġibiet inizjali li jirrifjutaw l-aċċess kompletament jew parzjalment, żdied naqra b’1 % (299 fl-2017 meta mqabbel ma’ 295 fl-2016), biex b’hekk kompliet it-tendenza ta’ żieda kostanti li ilha mill-2016. L-għadd ta’ tweġibiet konfermatorji bbażati fuq ir-Regolament 1049/2001 żdied b’mod sinifikanti b’madwar 15 %, minn 219 fl-2016 għal 258 fl-2017.

    L-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji ttrattati fl-2017 kien anki ogħla, minħabba li f’xi każijiet, talbiet minn applikant wieħed ġew iggruppati mill-ġdid u ġew ittrattati bi tweġiba waħda (ara l-Anness — Tabella 5).

    3.2.    Sehem ta’ applikazzjonijiet għal kull Direttorat Ġenerali/Servizz tal-Kummissjoni Ewropea (l-Anness – Tabella 10)

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni rċieva l-ikbar sehem ta’ applikazzjonijiet inizjali (9,9 % meta mqabbel ma’ 7,2 % fl-2016), filwaqt li d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari kklassifika fit-tieni post, bi tnaqqis żgħir minn 8,0 % fl-2016 għal 7,9 % fl-2017. L-applikazzjonijiet inizjali għal dokumenti miżmuma mid-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali żdiedu minn 5,6 % għal 7,5 % fl-2017, u dan qiegħdu fit-tielet post.

    Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (6,3 %), is-Segretarjat Ġenerali (5,8 %) u d-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (5,3 %) kienu l-uniċi DĠ oħra li jirċivew aktar minn 5 % tal-applikazzjonijiet inizjali kollha. Kull wieħed mid-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea rrappreżenta 4% jew inqas mill-applikazzjonijiet inizjali kollha.

    Rigward l-applikazzjonijiet konfermatorji riċevuti mis-Segretarjat Ġenerali, l-ikbar sehem kien relatat mat-tweġibiet inizjali pprovduti mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (20,1 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 15,9 % fl-2016). Dan kien segwit mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (8,0 %, meta mqabbel ma’ 5,86 % fl-2016). Fit-tielet post kien hemm flimkien id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari u d-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, li t-tnejn kienu jirrappreżentaw 6,0 % tat-tweġibiet inizjali (meta mqabbel ma’ 10,2 % u 2,7 % fl-2016, rispettivament).

    It-tweġibiet inizjali ta’ tliet dipartimenti oħra tal-Kummissjoni Ewropea fformaw is-soġġett ta’ iktar minn 5 % tal-applikazzjonijiet konfermatorji kollha (id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u d-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport). It-tweġibiet inizjali pprovduti mill-bqija tad-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea kienu jgħoddu għal inqas minn 5 % tat-talbiet għal rieżami konfermatorju kull wieħed.

    3.3.    Il-profil soċjali u okkupazzjonali tal-applikanti 20 (Anness – Tabella 8)

    Ħafna mill-applikazzjonijiet inizjali fl-2017 baqgħu joriġinaw mingħand ċittadini. Dawn kienu jirrappreżentaw kważi 37,4 % tal-applikazzjonijiet kollha (meta mqabbel ma’ 38,3 % fl-2016). Fit-tieni post kien hemm l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gruppi ta’ riflessjoni (21,6 % fl-2017 meta mqabbel ma’ 16,0 % fl-2016). Il-kumpaniji u l-professjonisti ġuridiċi kienu t-tielet l-aktar kategorija attiva, li rispettivament kienu jgħoddu għal 13,6 % u 13,2 % tal-applikazzjonijiet inizjali (meta mqabbel ma’ 9,7 % u 13,5 % rispettivament fl-2016).

    Ir-raba’ post kien okkupat mis-soċjetà ċivili (NGOs) (7,5 %, meta mqabbel ma’ 11,9 % fl-2016), segwiti mill-ġurnalisti (5,7 %, meta mqabbel ma’ 5,9 % fl-2016), u mill-Membri tal-Parlment Ewropew (1,0 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 4,8 % fl-2016).

    Ħafna mill-applikazzjonijiet konfermatorji fl-2017 oriġinaw mill-professjonisti ġuridiċi. Dawn kienu jirrappreżentaw kważi 37 % tal-applikazzjonijiet kollha (36,8 % meta mqabbel ma’ 26,4 % fl-2016). Iċ-ċittadini, b’24,4 % tal-applikazzjonijiet kollha (meta mqabbel ma’ 30,2 % fl-2016) kienu t-tieni l-iktar kategorija attiva ta’ applikanti.

    Dawn kienu segwiti mis-soċjetà ċivili (NGOs), li rrappreżentat 12,7 % tal-applikazzjonijiet (24,8 % fl-2016). L-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gruppi ta’ riflessjoni okkupaw ir-raba’ post bi 8,4 % (4,4 % fl-2016), il-ġurnalisti kienu fil-ħames post b’7,7 % tal-applikazzjonijiet (8,1 % fl-2016) u l-kumpaniji fis-sitt post 6,7 % (3,1 % fl-2016)

    3.4.    L-oriġini ġeografika tal-applikanti (Anness – Tabella 9)

    Fir-rigward tat-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet inizjali, l-akbar proporzjon ta’ applikazzjonijiet inizjali baqa’ joriġina minn applikanti residenti jew ibbażati fil-Belġju (25,7 %, meta mqabbel ma’ 27,2 % fl-2016), segwit mir-Renju Unit (żieda sinifikanti, minn 10,0 % fl-2016 għal 15,2 % fl-2017) u mill-Ġermanja (11,9 %, meta mqabbel ma’ 12,6 % fl-2016). Segwew in-Netherlands, Franza, l-Italja u Spanja, li rrappreżentaw iktar minn 5% tal-applikazzjonijiet kollha kull wieħed. L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw inqas minn 3 % għal kull Stat Membru.

    Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti baqa’ wkoll jiġi eżerċitat mill-applikanti li jirresjedu jew li għandhom uffiċċju reġistrat f’pajjiżi terzi, billi l-applikazzjonijiet inizjali tagħhom irrappreżentaw 5,62 % tal-applikazzjonijiet inizjali kollha (4,1 % fl-2016).



    Rigward it-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet konfermatorji, l-ikbar sehem bil-bosta baqa’ joriġina mill-applikanti fil-Belġju (29,4 %, meta mqabbel ma’ 33,2 % fl-2016), segwit mill-Ġermanja (14,4 %, meta mqabbel ma’ 13,2 % fl-2016). Ir-Renju Unit (8,7 %), Spanja (8,4 %), l-Italja (6,4%) u Franza (6,0 %) kienu l-uniċi Stati Membri oħra li minnhom oriġinaw iktar minn 5% tal-applikazzjonijiet.

    L-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-21 Stat Membru li jifdal kienu jirrappreżentaw 3 % jew inqas kull wieħed. Finalment, l-applikazzjonijiet mingħand applikanti li jirresjedu jew li għandhom uffiċċju reġistrat f’pajjiżi terzi rrappreżentaw 4,7 % tal-applikazzjonijiet kollha (meta mqabbel ma’ 3,7 % fl-2016).

    4.    L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess

    4.1.    Tipi ta’ aċċess ipprovdut

    Fl-2017, ingħata aċċess sħiħ jew parzjali f’iktar minn 82 % tal-każijiet fl-istadju inizjali (82,0 % meta mqabbel ma’ 81,3 % fl-2016). L-aċċess sħiħ baqa’ jingħata fi kważi 62 % tal-każijiet kollha. Dan jikkostitwixxi żieda żgħira meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (60.9 %).

    Il-perċentwal ta’ tweġibiet parzjalment pożittivi baqa’ l-istess (20,2 % fl-2017 meta mqabbel ma’ 20,4 % fl-2016). Perċentwali ftit aktar baxx (17,98 %) ta’ applikazzjonijiet ġew irrifjutati kompletament meta mqabbla ma’ 2016 (18,7 %) — ara l-Anness (Tabella 4).

    Fl-2017, kważi waħda minn kull żewġ tweġibiet inizjali kkontestati b’applikazzjoni konfermatorja treġġgħet lura (kompletament jew parzjali) fl-istadju konfermatorju (46,9% fl-2017 meta mqabbel ma’ 52% fl-2016). L-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji li wasslu għal tweġiba kompletament pożittiva kien kemm xejn ogħla (5,4 %) milli kien fl-2016 (5,0 %) – ara l-Anness (Tabella 6).

    F’41,5 % tal-każijiet, ingħata aċċess usa’ (iżda mhux sħiħ) milli ngħata fil-livell inizjali (tnaqqis meta mqabbel ma’ 47,3 % fl-2016). Fil-livell konfermatorju, ir-rifjut inizjali sħiħ ġie kkonfermat fi 53,1 % tal-każijiet (meta mqabbel ma’ 47,9 % fl-2016).

    4.2.    L-eċċezzjonijiet invokati għad-dritt ta' aċċess (Anness – Tabella 7)

    Il-protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu baqgħet ir-raġuni ewlenija għar-rifjut (sħiħ jew parzjali) ta’ aċċess fl-istadju inizjali, u baqgħet kostanti b’31,3 %. Bħal fis-snin preċedenti, parti kbira mir-rifjuti parzjali kienet dovuta għall-ħtieġa, li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, li jiġu redatti l-ismijiet
    tal-membri tal-persunal mhux anzjan jew tar-rappreżentanti ta’ partijiet terzi li jidhru fid-dokumenti.

    It-tieni l-aktar eċċezzjoni invokata kienet il-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-awditi (17,6 % fl-2017 meta mqabbel ma’ 16,2 % fl-2016). L-eċċezzjoni li kellha l-għan li tħares l-interessi kummerċjali okkupat it-tielet post u ġiet invokata aktar ta’ spiss milli fl-2016 (16,8 % fl-2017 meta mqabbel ma’ 13,7 % fl-2016).



    L-użu relattiv tal-eċċezzjoni li tipproteġi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni naqas bi ftit (16,3 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 18,8 % fl-2016). L-eċċezzjoni li tipproteġi l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika, li kellha l-aktar żieda sinifikanti fl-2016, naqset u okkupat il-ħames post (5,4 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 7,3 % fl-2016).

    Fl-istadju konfermatorju, l-iktar raġuni ewlenija invokata ta’ spiss għall-ikkonfermar ta’ rifjut (sħiħ jew parzjali) ta’ aċċess kienet il-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi li rrappreżentat żieda ta’ 57 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (35,1 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 20,3 % fl-2016). Fit-tieni post kien hemm l-eċċezzjoni li tipproteġi l-privatezza u l-integrità tal-individwu (26,2 % meta mqabbel ma’ 28,3 % fl-2016). L-eċċezzjoni li tipproteġi l-interessi kummerċjali ġiet invokata bi frekwenza inqas (13,3 % fl-2017, meta mqabbel ma’ 15,9 % fl-2016), u b’hekk ikklassifikat fit-tielet post.

    Fir-raba’ u l-ħames post kien hemm, rispettivament, l-eċċezzjonijiet li jipproteġu l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni (11,9 %, meta mqabbel ma’ 20,3 % fl-2016), u l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-UE jew ta’ Stat Membru (4,7 %, meta mqabbel ma’ 2,8 % fl-2016).

    5.    Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

    Fl-2017, l-Ombudsman Ewropew għalaq 25 ilment kontra t-trattament mill-Kummissjoni Ewropea ta’ talbiet għal aċċess għad-dokumenti 21 . Sitta minn dawn ingħalqu b’kummenti ulterjuri jew kritiċi 22 . B’paragun, fl-2016 l-Ombudsman Ewropew għalaq għadd aktar baxx (21) ta’ lmenti, iżda b’għadd simili (sitta) b’rimarki ulterjuri jew kritiċi 23 .

    Fl-2017, l-Ombudsman Ewropew fetaħ 25 inkjesta ġdida li fihom l-aċċess għad-dokumenti kien il-parti prinċipali jew inkella parti sussidjarja mill-ilment (żieda sinifikanti meta mqabbel mal-2016, meta nfetħu 12-il inkjesta ġdida u dan jirrifletti kemm l-Ombudsman Ewropew qiegħed jagħti dejjem aktar importanza lil dan il-qasam ta’ attività).

    6.    Stħarriġ Ġudizzjarju

    Fl-2017, il-Qrati tal-UE pprovdew ġurisprudenza importanti ġdida li se tinfluwenza l-prattika tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) 1049/2001.

    6.1.    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    Il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet tmien sentenzi ta’ appell li fihom il-Kummissjoni Ewropea kienet parti mill-proċedimenti.

    Fil-Kawża 24  Saint Gobain Glass vs Il-Kummissjoni Ewropea, rigward l-aċċess għad-dokumenti mill-Istati Membri dwar informazzjoni ambjentali, b’mod partikolari dwar il-kwoti tal-emissjonijiet, il-Qorti ddeċidiet li l-kunċett tal-“proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet”, imsemmi fl-eċċezzjoni tal-“proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet” tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jirrigwarda l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-awtoritajiet pubbliċi, mingħajr ma jkopri l-proċedura amministrattiva kollha li tkun wasslet għad-deċiżjoni.

    Barra minn hekk, il-Qorti ddikjara li l-interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 4(3) fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus) timplika wkoll li n-natura interna tad-dokumenti jew ir-riskju ta’ pressjoni esterna mhumiex biżżejjed biex juru ħsara serja.

    F’żewġ sentenzi, il-Qorti ċċarat ukoll il-punt sa fejn id-dokumenti li jiffurmaw parti minn proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkunu għaddejjin jistgħu jaqgħu taħt il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni.

    Fis-sentenza 25 tagħha fil-kawża r-Repubblika Franċiża vs Carl Schlyter, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet għall-ewwel darba l-kunċett ta’ “investigazzjoni” fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Il-Qorti ddikjarat li r-rekwiżit tat-trasparenza li fuqu hija bbażata d-Direttiva (UE) 2015/1535 (dik li qabel kienet id-Direttiva 98/34/KE) japplika wkoll għal opinjonijiet dettaljati maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Istati Membri bħala kwistjoni ta’ prinċipju. Dan il-prinċipju normalment japplika wkoll għall-kummenti maħruġa minn dawn tal-aħħar. Ma tista’ tapplika l-ebda preżunzjoni
    ġenerali ta’ nondivulgazzjoni għal dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ notifika skont dawn id-Direttivi. Minflok, id-dokumenti għandhom jiġu identifikati u vvalutati individwalment.

    Il-Qorti sostniet fis-sentenza tagħha 26  l-Iżvezja u Spirlea vs il-Kummissjoni Ewropea li d-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ ksur matul il-fażi prekontenzjuża ta’ inkjesta mwettqa bħala parti minn proċedura EU Pilot, jistgħu jiġu koperti mill-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4(2), it-tielet inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    Fis-sentenza tagħha 27 fil-kawża l-Kummissjoni Ewropea vs Patrick Breyer, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li t-talbiet bil-miktub tal-partijiet li jipparteċipaw fi proċeduri tal-Qrati tal-UE mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea rċeviet it-talbiet bil-miktub permezz tal-Qorti stess ma għandu l-ebda impatt fuq l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li l-Kummissjoni Ewropea għandha d-dokumenti.

    F’Typke vs il-Kummissjoni Ewropea 28 , il-Qorti kkonfermat li d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet japplika biss għal dokumenti eżistenti fil-pussess tal-istituzzjoni kkonċernata u li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jistax jiġi invokat biex jobbliga istituzzjoni toħloq dokument li ma jeżistix. Minn dan isegwi li applikazzjoni għal aċċess li tkun teħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea toħloq dokument ġdid, anki jekk dak id-dokument ikun ibbażat fuq informazzjoni li diġà kienet tidher f’dokumenti eżistenti miżmuma minnha, ma taqax taħt il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    6.2.    Il-Qorti Ġenerali

    Il-Qorti Ġenerali qatgħet 14-il sentenza marbuta mad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti fejn il-Kummissjoni kienet parti mill-proċedimenti.

    F’żewġ kawżi, il-Qorti Ġenerali qatgħatha li rikors għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ma kienx ammissibbli 29 . Kawża minnhom l-appell ma wassalx għal sentenza 30 .

    F’ħames każijiet, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent għal annullament ta’ deċiżjoni konfermatorja tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aċċess għad-dokumenti, billi kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea 31 . Fi żewġ kawżi, il-Qorti Ġenerali annullat (parzjalment) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 32 .

    F’livell ġenerali, fir-rigward tat-talbiet b’ambitu wiesa’, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-istituzzjoni tista’ tirrifjuta l-aċċess jekk it-twettiq ta’ valutazzjoni individwali jkun jirrappreżenta piż amministrattiv sproporzjonat u jekk l-applikant jirrifjuta li jikkoopera biex tinstab soluzzjoni ġusta. L-istituzzjoni ma għandhiex għalfejn tiġġustifika għaliex hija ma kkunsidratx għażliet oħra ħlief ir-rifjut, u lanqas ma għandha għalfejn, l-istituzzjoni, f’każijiet bħal dawn, tirrilaxxa d-dokumenti li tkun diġà eżaminat individwalment bħala parti mill-valutazzjoni tal-piż amministrattiv.

    Fir-rigward tal-interessi kummerċjali, il-Qorti Ġenerali qatgħatha li d-dokumenti mressqa skont ir-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (KE) Nru 1907/2006, ma jaqgħux awtomatikament taħt preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess. Il-fatt li dokument jista’ jkun protett minn dritt ta’ proprjetà intellettwali li jirriżulta minn leġiżlazzjoni settorjali ma jimplikax awtomatikament li d-dokument għandu jitqies bħala sigriet kummerċjali. Ir-rilaxx ta’ dokumenti li jirriflettu l-livelli ta’ espożizzjoni għal sustanzi kimiċi perikolużi jista’ f’xi każijiet jiġi kkunsidrat ġustifikat minn interess pubbliku prevalenti 33 .

    Dwar l-iskop tal-investigazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-preżunzjoni ġenerali tan-nonaċċessibbiltà tad-dokumenti li jappartjenu għal fajl dwar l-għajnuna mill-Istat. Speċifikat ukoll li r-raġunament f’deċiżjoni konfermatorja ma jistax jikkonsisti f’sempliċi referenza għar-raġunament f’dokumenti (annessi) oħra, anki jekk dan tal-aħħar jista’ jintuża biex isostni partijiet speċifiċi tiegħu 34 .

    Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll li, minkejja li l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent huma ta’ interess pubbliku, il-kunsiderazzjonijiet ġenerali relatati mal-prinċipju tat-trasparenza u mad-dritt tal-pubbliku li jiġu infurmati dwar il-ħidma tal-istituzzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw id-divulgazzjoni ta’ dokumenti dwar l-istadju prekontenzjuż tal-proċeduri ta’ ksur 35 .

    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-pożizzjoni tagħha meħuda f’sentenzi preċedenti li istituzzjoni tal-UE, meta tivvaluta talba għal aċċess għal dokumenti miżmuma minnha, tista’ tqis aktar minn raġuni waħda għal rifjut stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. F’dan il-każ partikolari, li għandu x’jaqsam ma’ investigazzjoni, hija kienet tal-fehma li d-divulgazzjoni tad-dokumenti mitluba tkun tista’ timmina kemm il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi involuti kif ukoll il-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjoni relatata 36 .

    Fir-rigward ta’ dokumenti li jkollhom rabta rilevanti ma’ tilwima ġudizzjarja fil-livell tal-UE, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-eċċezzjonijiet tal-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti u l-protezzjoni tal-investigazzjonijiet ma japplikawx meta d-dokumenti inkwistjoni ma jkunux saru fil-kuntest tal-proċedimenti speċifiċi tal-qorti, u l-ftuħ tal-istadju prekontenzjuż ta’ azzjoni ta’ ksur kontra Stat Membru ma jkunx raġonevolment prevedibbli. Ma hemmx biżżejjed referenza għal proċedimenti futuri fil-kuntest ta’ azzjoni potenzjali ta’ ksur. Bl-istess mod, l-eċċezzjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet ma tapplikax meta l-proċedura skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 (li qabel kienet id-Direttiva 98/34/KE) tingħalaq mingħajr azzjoni ta’ segwitu mill-Kummissjoni Ewropea minħabba li f’ċirkostanzi bħal dawn il-bidu ta’ azzjoni ta’ ksur tibqa’ purament ipotetika 37 .

    Fl-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li, qabel ma tirrifjuta l-aċċess għal dokument li joriġina minn Stat Membru, l-istituzzjoni trid tiżgura li l-Istat Membru jkun ibbaża l-oġġezzjoni tiegħu fuq waħda mill-eċċezzjonijiet sostantivi fl-Artikolu 4(1) sa (3), u r-raġunijiet sottomessi minn dan tal-aħħar ikunu realment jeżistu u għandha ssemmihom fid-deċiżjoni tagħha stess.

    Fir-rigward ta’ riferimenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 5, it-tieni paragrafu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ta’ talbiet għal aċċess għal dokumenti rċevuti skont il-liġi nazzjonali, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-istituzzjoni mhijiex kompetenti biex taċċetta dawn ir-riferimenti għal dokumenti li ma joriġinawx mill-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk dawn id-dokumenti jkunux għandha jew le 38 .

    Fl-2017, il-Qorti Ġenerali ma qatgħet l-ebda sentenza relatata mad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti b’appell kontra deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti.

    6.3.    Kawżi pendenti quddiem il-Qorti

    Fl-2017, ġew ippreżentati 15-il kawża ġdida quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament 1049/2001 39 . Barra minn hekk, ġie ppreżentati appell ġdid wieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet parti fil-proċedimenti 40 .

    7.    Konklużjonijiet

    Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tonora l-impenn tagħha li żżid it-trasparenza, kemm skont ir-Regolament (KE) Nru1049/2001 kif ukoll fil-qafas tal-aġenda tagħha għal trasparenza iktar mifruxa. Il-pubblikazzjonijiet proattivi tal-Kummissjoni Ewropea jgħinu biex titjieb il-kwalità u l-kwantità tal-informazzjoni u tad-dokumenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali permezz tal-websajts tagħha.

    Dan kien rifless, fost l-oħrajn, fl-implimentazzjoni progressiva tagħha tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar; fil-politika tagħha dwar il-“bibien li jduru”; fil-proposta tagħha għal Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza obbligatorju; kif ukoll f’diversi inizjattivi mmirati biex iżidu t-trasparenza proattiva. Dawn inkludew: il-pubblikazzjoni sistematika tal-informazzjoni dwar il-laqgħat tal-mexxejja politiċi u tal-uffiċjali għoljin tagħha mal-partijiet ikkonċernati; il-pubblikazzjoni tad-dokumenti rilevanti dwar in-negozjati tal-irtirar li għaddejjin mar-Renju Unit; it-tnedija tar-Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati onlajn il-ġdid; u l-pubblikazzjoni regolari tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Kummissarji individwali.

    Il-Kummissjoni Ewropea kompliet ukoll tippubblika b’mod proattiv u faċli għall-utent firxa wiesa’ ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti dwar id-diversi attivitajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tagħha.

    Id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti wara li tkun saret talba għalihom, kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattati u fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, baqa' jkun strument importanti li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea tonora l-impenji tagħha favur it-trasparenza.

    Għalkemm l-għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji żdied biss bi ftit (299 fl-2017 meta mqabbel ma’ 295 fl-2016), l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għal dokumenti fl-istadju inizjali żdied b’mod sinifikanti, minn 6077 fl-2016 għal 6255 fl-2017. Fl-istess ħin, iż-żieda fil-kumplessità tal-applikazzjonijiet żdiedet ukoll. Dan juri li ċ-ċittadini tal-UE u benefiċjarji oħra qed jagħmlu użu attiv mid-dritt tagħhom li jaċċessaw dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea.

    Il-Kummissjoni Ewropea tibqa' fil-wisa' l-istituzzjoni tal-UE li ġġestixxi l-akbar għadd ta' talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Ir-rata għolja ta’ divulgazzjoni ta’ dokumenti wara diversi talbiet ta’ aċċess wasslet għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ għadd kbir ta’ dokumenti. B’mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tippubblika ammonti kbar ta’ dokumentazzjoni u informazzjoni fl-2017 fuq il-bosta paġni web tal-Kummissjoni Ewropea u fid-diversi reġistri pubbliċi tagħha, li jkopru l-oqsma kollha tal-attività tal-Unjoni Ewropea.

    (1)    Il-benefiċjarji tad-dritt ta' aċċess għal dokumenti huma ċ-ċittadini tal-UE u l-persuni li jirresjedu jew li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru. Barra minn hekk, ċittadini u persuni ġuridiċi minn pajjiżi terzi li ma jirresjedux jew li ma għandhomx uffiċċju reġistrat fi Stat Membru jgawdu minn dan id-dritt ukoll.
    (2)    Il-Ġurnal Uffiċjali L 145, 31.5.2001, p. 43 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament 1049/2001”).
    (3)       http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-5221_mt.htm
    (4)      Qed jingħaddu biss l-entitajiet li kienu rreġistrati u attivi fil-31.12.2017.
    (5)      Dan jirreferi għal individwi maħtura biex jirrappreżentaw interess komuni ta’ partijiet ikkonċernati f’qasam ta’ politika partikolari, li ma jirrappreżentawx parti kkonċernata individwali, iżda orjentazzjoni ta’ politika komuni għal organizzazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati differenti (“membri tat-Tip B”) u għal organizzazzjonijiet fis-sens wiesa’ tal-kelma, inklużi kumpaniji, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi, trade unions, universitajiet, istituti ta’ riċerka, ditti u konsulenzi tal-liġi (“membri tat-Tip C”), kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 tal-30.5.2016.
    (6)       http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?Lang=MT
    (7)       http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2016/MT/1-2016-627-MT-F1-1.PDF
    (8)       http://www.europarl.europa.eu/resources/library/media/20170622RES78125/20170622RES78125.pdf
    (9)       http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/12/06/transparency-register-council-agrees-mandate-for-negotiations/
    (10)       https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/service-standards-and-principles/codes-conduct/ethics-and-integrity-eu-commissioners_mt
    (11)      Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)700 tal-31.1.2018 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.
    (12)      Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)6200 tal-12.9.2017 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.
    (13) http://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=1395
    (14)    Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, l-istatistiċi ppreżentati f’dan ir-Rapport huma bbażati fuq iċ-ċifri misluta mill-applikazzjonijiet tal-IT tal-Kummissjoni Ewropea fit-13 ta’ Marzu 2018. Il-perċentwali fil-parti narrattiva tar-Rapport huma arrotondati għall-eqreb deċimali.
    (15)      Għadd simili bħal fl-2016 (18 523).
    (16)      C: Atti awtonomi tal-Kummissjoni; COM: Proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni u dokumenti oħra kkomunikati lil istituzzjonijiet oħra, bid-dokumenti preparatorji tagħhom; JOIN: Atti Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli; ĠU: Aġendi tal-laqgħat tal-Kummissjoni; PV: Minuti tal-laqgħat tal-Kummissjoni; SEC: Dokumenti tal-Kummissjoni li ma jistgħux jiġu kklassifikati f’xi waħda mis-sensiliet l-oħra; SWD: Dokument ta' ħidma t al-persunal tal-Kummissjoni.     Għall-finijiet tar-Regolament 1049/2001, id-dokumenti sensittivi huma dokumenti kklassifikati bħala "top secret", "secret" jew "confidential" (ara l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1049/2001).
    (17)    Aċċess għad-dokumenti: http://ec.europa.eu/transparency/access_documents/index_mt.htm .
    (18)      Dan l-għadd jinkludi wkoll it-tweġibiet li fihom il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li ma għandhiex id-dokumenti mitluba. F’sitwazzjoni bħal din, l-applikanti għandhom id-dritt jikkontestaw in-nuqqas ta’ eżistenza tad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 quddiem il-Qorti Ġenerali.
    (19)

    Dan l-għadd jinkludi wkoll it-tweġibiet fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li hija ma għandha l-ebda wieħed mid-dokumenti mitluba. F’sitwazzjoni bħal din, l-applikanti għandhom id-dritt jikkontestaw in-nuqqas ta’ eżistenza tad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 quddiem il-Qorti Ġenerali.

    (20)      Fl-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti jistgħu (iżda mhumiex obbligati) jindikaw il-profil soċjali/okkupazzjonali tagħhom (jiġifieri jagħżlu waħda mis-seba’ kategoriji mogħtija). Għal skopijiet statistiċi, il-profil “ċittadini” jkopri l-applikanti li indikaw il-profil tagħhom bħala “ċittadini” flimkien mal-applikanti li ma indikawx il-profil soċjali/ekonomiku tagħhom (jiġifieri ma għażlu l-ebda waħda mis-seba’ kategoriji).
    (21)      L-istatistika tikkonċerna l-każijiet tal-Ombudsman Ewropew għad-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea kollha ħlief għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.
    (22)      L-erba’ każijiet b’rimarki: 682/2014/JF, 351/2016/OV, 5/2016/OI, 7/2016/PL. 21 każ ingħalqu mingħajr kummenti/azzjonijiet ulterjuri.
    (23)    Is-sitt każijiet b’kummenti ulterjuri/kritiċi: 2012/0803/TN, 2013/369/TN, 2014/0852/LP, 2014/1871/JN, 2014/2063/PMC, u 2015/437/OMB. Tliet każijiet ingħalqu b'suġġerimenti għal titjib u 12-il każ ingħalqu mingħajr azzjoni ulterjuri.
    (24)      Is-sentenza tat-13 ta’ Lulju 2017 f’Saint Gobain Glass vs il-Kummissjoni Ewropea , C-60/15 P, EU:C:2017:540.
    (25)      Is-sentenza tas-7 ta’ Lulju 2017 fil-kawża r-Repubblika Franċiża vs Carl Schlyter , C-331/15 P, EU:C:2017:639. 
    (26)      Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017 fl-Iżvezja u Spirlea vs il-Kummissjoni Ewropea, C-562/14 P, EU:C:2017:356.
    (27)      Is-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2017 fil-kawża l-Kummissjoni Ewropea vs Patrick Breyer , C-213/15 P, EU:C:2017:563.
    (28)      Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017 f’Typke vs il-Kummissjoni Ewropea , C-491/15 P, EU:C:2017:5.
    (29)      Id-Digriet tas-7 ta’ Lulju 2017 f’De Masi vs il-Kummissjoni Ewropea, T-11/16, EU:T:2017:385; Id-Digriet tal-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża De Masi vs il-Kummissjoni Ewropea, T-341/16, EU:T:2017:301; Id-Digriet tad-19 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża De Masi vs il-Kummissjoni Ewropea, T-423/16, EU:T:2017:546; Id-Digriet tal-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża l-Europen Environmental Bureau vs il-Kummissjoni Ewropea, T-448/15, EU:T:2017:503.
    (30)      Id-Digriet tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża Rogesa vs il-Kummissjoni Ewropea, T-475/17, EU:T:2017:919.
    (31) Is-sentenza tat-23 ta’ Jannar 2017 f’Association Justice & Environment, z.s. vs il-Kummissjoni Ewropea, T-727/15, EU:T:2017:18; Is-sentenza tat-28 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża Deutsche Telekom AG vs il-Kummissjoni Ewropea, T-210/15, EU:T:2017:224; Is-sentenza tal-5 ta’ April 2017 f’ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni Ewropea, T-344/15, EU;T: 2017:250; Is-sentenza tas-7 ta’ Settembru 2017 f’AlzChem AG vs il-Kummissjoni Ewropea, T-451/15, EU;T:2017:588; Is-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2017 f’Verschuur vs il-Kummissjoni Ewropea, T-877/16, EU;T:2017:353.
    (32)      Is-Sentenza tat-28 ta’ April 2017 f’Gameart sp.z o.o. vs il-Kummissjoni Ewropea , T-264/15, EU:T:2017:290; Is-sentenza tas-27 ta’ April 2017 f’Germanwings GmbH vs il-Kummissjoni Ewropea , T-375/15, EU:T:2017:289.
    (33)      Is-sentenza tat-13 ta’ Jannar 2017 f’Deza vs l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, T-189/14, EU;T:2017:4.
    (34)      Is-sentenza tas-27 ta’ April 2017 f’Germanwings GmbH vs il-Kummissjoni Ewropea , T-375/15, EU:T:2017:289.
    (35)      Is-sentenza tat-23 ta’ Jannar 2017 f’Association Justice & Environment, z.s. vs il-Kummissjoni Ewropea,
    T-727/15, EU:T:2017:18.
    (36)      Is-sentenza tat-28 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża Deutsche Telekom AG vs il-Kummissjoni Ewropea, T-210/15, EU:T:2017:224;
    (37)      Is-sentenza tal-5 ta’ April 2017, f’ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni Ewropea, T-344/15, EU:T:2017:250.
    (38)      Is-Sentenza tat-28 ta’ April 2017 f’Gameart sp.z o.o. vs il-Kummissjoni Ewropea , T-264/15, EU:T:2017:290.
    (39)      Kawżi pendenti quddiem il-Qorti: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs il-Kummissjoni Ewropea , T-750/17; Viasat vs il-Kummissjoni Ewropea, T-734/17; Evropaïki Dynamiki vs il-Kummissjoni Ewropea, T-730/17; Commune de Fessenheim e.a. vs il-Kummissjoni Ewropea, T-726/17; ClientEarth vs il-Kummissjoni Ewropea, T-677/17; Viasat vs il-Kummissjoni Ewropea, T-649/17; Rogesa vs il-Kummissjoni Ewropea, T-475/17; Arca Capital Bohemia vs il-Kummissjoni Ewropea, T-441/17; Arca Capital Bohemia vs il-Kummissjoni Ewropea, T-440/17; Campbell vs il-Kummissjoni Ewropea, T-312/17; RE vs il-Kummissjoni Ewropea, T-257/17; CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs vs il-Kummissjoni Ewropea, T-168/17; Sumner vs il-Kummissjoni Ewropea, T-152/17; Hércules Club de Fútbol vs il-Kummissjoni Ewropea, T-134/17; Chambre de commerce et d'industrie métropolitaine Bretagne-ouest (port de Brest) vs il-Kummissjoni Ewropea, T-39/17.
    (40)      Il-kawża AlzChem AG vs il-Kummissjoni Ewropea, C-666/17 P.
    Top

    Brussell, 3.10.2018

    COM(2018) 663 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI


    dwar l-applikazzjoni fl-2017 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni


    Statistika marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

    1.L-għadd ta’ dokumenti mniżżla fir-reġistru

    C

    COM

    JOIN

    ĠU

    PV

    SEC

    SWD

    Total

    2016

    14,458

    1,931

    115

    132

    93

    1,333

    461

    18,523

    2017

    14,749

    1,850

    120

    129

    96

    1,373

    508

    18,825

    2.Il-Konsultazzjoni tal-websajt dwar l-aċċess għad-dokumenti fuq is-server Europa



    Viżitaturi individwali

    Paġni konsultati

    2016

    2017

    2016

    2017

    Total

    15,496

    12,618

    23,290

    16,876

    3.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet inizjali riċevuti u ttrattati

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    Applikazzjonijiet irreġistrati

    6,525

    6,227

    6,752

    6,077

    6,255

    Tweġibiet mogħtija 1  

    7,659

    7,156

    7,684

    7,137

    6,704

    4.Tweġibiet mogħtija fl-istadju inizjali

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Mogħti aċċess sħiħ

    4,400

    73.43

    4,096

    72.77

    4,003

    68.79

    3,622

    60.94

    3,200

    61.86

    Mogħti aċċess parzjali

    866

    14.45

    668

    11.87

    926

    15.91

    1,213

    20.41

    1,043

    20.16

    Aċċess rifjutat

    640

    10.68

    866

    15.36

    890

    15.29

    1,109

    18.66

    930

    17.98

    Total

    5,906

    100

    5,630

    100

    5,819

    100

    5,944

    100

    5,173

    100

    5.L-Għadd ta’ applikazzjonijiet konfermatorji riċevuti u ttrattati

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    Applikazzjonijiet irreġistrati

    236

    300

    284

    295

    299

    Tweġibiet mogħtija

    252

    327

    291

    257

    299

    6.Tweġibiet mogħtija fl-istadju konfermatorju

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Għadd

    %

    Reviżjoni sħiħa –

    Mogħti aċċess sħiħ

    38

    20.11

    51

    18.75

    22

    9.57

    11

    5.02

    14

    5.43

    Reviżjoni parzjali –

    Mogħti aċċess parzjali

    45

    23.81

    67

    24.63

    73

    31.74

    103

    47.03

    107

    41.47

    Konferma tar-risposta inizjali –

    Aċċess rifjutat

    106

    56.08

    154

    56.62

    135

    58.70

    105

    47.95

    137

    53.10

    Total

    189

    100

    272

    100

    230

    100

    219

    100

    258

    100

    7.Rifjut tal-aċċess skont l-eċċezzjoni applikata (%)

    Eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2016

    2017

    2016

    2017

    4.1(a), l-ewwel inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika

    7.29

    5.41

    2.39

    0.33

    4.1(a), it-tieni inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna d-difiża u l-kwistjonijiet militari

    0.15

    0.15

    0

    0

    4.1(a), it-tielet inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali

    3.39

    4.03

    2.39

    3.97

    4.1(a), ir-raba’ inċiż — Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna l-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-UE jew ta’ Stat Membru

    1.42

    0.96

    2.79

    4.64

    4.1(b) – Protezzjoni tal-privatezza u tal-integrità tal-individwu

    29.76

    31.33

    28.29

    26.16

    4.2, l-ewwel inċiż – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali

    13.71

    16.76

    15.94

    13.25

    4.2, it-tieni inċiż – Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u tal-pariri ġuridiċi

    4.70

    4.33

    5.58

    2.65

    4.2, it-tielet inċiż – Protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi

    16.23

    17.64

    20.32

    35.10

    4.3, l-ewwel subparagrafu — Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fejn s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni

    18.78

    16.33

    20.32

    11.92

    4.3. it-tieni subparagrafu – Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet fejn diġà ttieħdet id-deċiżjoni (opinjonijiet għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari)

    2.95

    2.11

    1.99

    1.99

    4.4. u 4.5. – Rifjut minn Stat Membru jew minn parti terza 2

    1.60

    0.96

    /

    /

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    8.
    Il-profil soċjali u professjonali tal-applikanti (%)

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2016

    2017

    2016

    2017

    Istituzzjoni akkademika/Grupp ta’ riflessjoni

    15.96

    21.61

    4.41

    8.36

    Kumpanija/assoċjazzjoni ta’ Negozju

    9.73

    13.57

    3.05

    6.69

    Ġurnalista

    5.89

    5.72

    8.14

    7.69

    Kumpanija ġuridika/avukat indipendenti

    13.46

    13.24

    26.44

    36.79

    MEP/assistent MEP

    4.77

    1.01

    3.05

    3.34

    Organizzazzjoni nongovernattiva (NGO)

    11.88

    7.45

    24.75

    12.71

    Mhux speċifikat (Ċittadini)

    38.3

    37.39

    30.17

    24.41

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    9.L-oriġini ġeografika tal-applikanti (%)

     

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2016

    2017

    2016

    2017

    l-Awstrija

    1.35

    1.07

    1.02

    2.34

    il-Belġju

    27.23

    25.74

    33.22

    29.43

    il-Bulgarija

    0.59

    0.43

    1.36

    0.33

    Ċipru

    0.07

    0.08

    0

    0.67

    Il-Kroazja

    0.30

    0.35

    0.68

    0

    ir-Repubblika Ċeka

    1.51

    0.75

    1.69

    1.34

    id-Danimarka

    1.65

    2.14

    0

    1.00

    l-Estonja

    0.23

    0.43

    1.02

    0

    il-Finlandja

    1.05

    0.43

    0.34

    0

    Franza

    7.95

    6.60

    5.08

    6.02

    il-Ġermanja

    12.56

    11.97

    13.22

    14.38

    Il-Ġreċja

    1.51

    1.14

    1.69

    2.01

    l-Ungerija

    1.22

    0.90

    1.36

    1.67

    L-Irlanda

    1.53

    1.95

    1.36

    2.01

    L-Italja

    6.70

    6.33

    9.83

    6.35

    Il-Latvja

    0.23

    0.13

    0

    0

    Il-Litwanja

    0.43

    0.21

    0

    0

    il-Lussemburgu

    0.82

    0.85

    0.34

    0

    Malta

    0.26

    0.22

    0.34

    0

    In-Netherlands

    5.20

    6.83

    6.44

    3.34

    il-Polonja

    1.99

    1.69

    2.03

    3.68

    Il-Portugall

    1.07

    0.75

    0

    2.34

    Ir-Rumanija

    0.58

    0.77

    0

    0.67

    Is-Slovakkja

    0.28

    0.35

    0

    0.3

    is-Slovenja

    0.21

    0.24

    0.34

    0

    Spanja

    7.54

    5.87

    8.81

    8.36

    L-Iżvezja

    1.27

    0.91

    0

    0

    Ir-Renju Unit

    10.04

    15.24

    5.76

    8.70

    Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE

    1.65

    1.82

    3.05

    4.01

    L-Amerka ta' Fuq

    0.99

    2.65

    0.34

    0.67

    L-Awstralja u n-New Zealand

    0.36

    0.06

    0

    0

    L-Afrika

    0.20

    0.16

    0

    0

    L-Amerka t’Isfel

    0.12

    0.03

    0

    0

    L-Asja

    0.84

    0.50

    0.34

    0

    Mhux speċifikat 3

    0.49

    0.40

    0.34

    0.33

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    10.
    L-Applikazzjonijiet skont id-dipartimenti tal-Kummissjoni (%)

    STADJU INIZJALI

    STADJU KONFERMATORJU

    2016

    2017

    2016

    2017

    AGRI – Agrikoltura u Żvilupp Rurali

    3.21

    2.01

    1.69

    0.33

    BUDG – Baġit

    0.72

    0.50

    0.34

    0.33

    CLIMA – Azzjoni Klimatika

    1.28

    1.52

    1.36

    1.67

    CNECT – Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

    2.19

    2.33

    2.71

    6.02

    COMM – Komunikazzjoni

    0.66

    0.30

    1.02

    1.00

    COMP – Kompetizzjoni

    7.22

    9.86

    15.93

    20.07

    DEVCO – Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

    3.51

    3.05

    1.36

    4.01

    DGT – Traduzzjoni

    0.10

    0.05

    0.34

    0

    DIGIT – Informatika

    0.54

    1.31

    0

    0.33

    EAC – Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura

    0.72

    0.46

    0.34

    1.00

    ECFIN – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    1.25

    0.90

    0.34

    0

    ECHO – Protezzjoni Ċivili Ewropea u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja

    0.56

    5.29

    1.02

    0.33

    EMPL – Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

    3.16

    2.78

    4.07

    3.01

    ENER – Enerġija

    2.86

    2.67

    2.03

    2.34

    ENV – Ambjent

    4.02

    3.95

    3.73

    3.01

    EPSC – Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika

    0.05

    0.05

    0

    0

    EPSO – L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

    0.89

    0.42

    5.42

    1.34

    ESTAT – Eurostat

    0.28

    0.13

    0

    0.67

    FISMA – Stabbiltà Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji u Unjoni tas-Swieq Kapitali

    5.63

    7.48

    1.36

    2.34

    FPI – Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija 4

    1.35

    0.48

    0

    0

    GROW – Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

    7.57

    6.31

    5.76

    8.03

    HOME – Migrazzjoni u Affarijiet Interni

    4.29

    2.46

    3.39

    3.34

    HR – Riżorsi Umani u Sigurtà (inklużi l-OIL (l-Uffiċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu) + l-PMO (l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali )

    3.01

    4.17

    1.69

    2.68

    IAS – Servizz tal-Awditjar intern

    0.05

    0.10

    0.34

    0

    JRC – Ċentru Konġunt tar-Riċerka

    0.25

    0.19

    0

    1.00

    JUST – Ġustizzja u Konsumaturi

    3.26

    2.30

    6.10

    5.35

    MARE – Affarijiet Marittimi u Sajd

    0.66

    1.42

    0.34

    1.00

    MOVE – Mobilità u Trasport

    4.67

    4.27

    3.05

    5.02

    NEAR – Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

    2.19

    1.92

    2.71

    3.34

    OIB – Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell

    0.08

    0.13

    0

    0

    OLAF – Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 5

    0.33

    0.37

    0.34

    0

    OP – L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

    0.10

    0.13

    0

    0

    REGIO – Politika Reġjonali u Urbana

    3.34

    1.73

    1.36

    0.67

    RTD – Riċerka u Innovazzjoni

    1.43

    1.97

    2.37

    1.34

    SANTE – Saħħa u Sikurezza Alimentari

    8.01

    7.93

    10.17

    6.02

    SCIC – Interpretazzjoni

    0.07

    0.02

    0

    0

    SG – Segretarjat Ġenerali

    8.62

    5.84

    6.78

    3.34

    SJ - Servizz Ġuridiku

    3.65

    3.69

    4.41

    3.34

    TAXUD – Tassazzjoni u Unjoni Doganali

    4.18

    4.86

    6.10

    5.69

    TF 50 — Task forc (Brexit)

    0

    0.42

    0

    0.67

    TRADE – Kummerċ

    4.03

    4.24

    2.03

    1.34

    Total (%)

    100

    100

    100

    100

    (1)    Rikjesta waħda tista’ tikkonċerna diversi dokumenti u tista’ konsegwentement twassal għal diversi risposti differenti. Min-naħa l-oħra f’xi każijiet, diversi rikjesti jistgħu jinġabru flimkien u jagħtu lok għal risposta waħda biss. Dan l-għadd jinkludi wkoll it-tweġibiet fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li hija ma għandha l-ebda wieħed mid-dokumenti mitluba.
    (2)      Din il-kategorija ma għadhiex tintuża aktar, billi ma tikkostitwixxix eċċezzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001. Madankollu għadha tidher peress li d-dejta mhux ipproċessata mhux dejjem ippermettiet distribuzzjoni skont l-eċċezzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001.
    (3)      Din il-kategorija tidher fl-istatistika billi f’każijiet fejn l-applikazzjoni inizjali ma kinitx ippreżentata permezz tal-għodda onlajn, ġiet ikkodifikata b’mod manwali u f’ċerti każijiet, minħabba żball klerikali, il-pajjiż tal-applikant ma kienx indikat fis-sistema tal-IT użata għall-ġestjoni tal-aċċess għad-dokumenti (GestDem).
    (4)    Mill-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-SEAE), id-dokumenti tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija biss qed jinżammu fil-Kummissjoni Ewropea.
    (5)      Id-dejta dwar l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti marbuta mal-attivitajiet amministrattivi tiegħu, li huma rreġistrati fl-istess sistema tal-IT kif użat minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni Ewropea (GestDem). L-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti marbuta mal-attivitajiet investigattivi tal-OLAF mhumiex is-suġġett ta’ dan ir-rapport.
    Top