Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0524

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS))

    ĠU C 388, 13.11.2020, p. 868–883 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/868


    P8_TA(2018)0524

    Tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2020/C 388/48)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0147),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0138/2018),

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0426/2018),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali.

    (1)

    It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali u li dan mhux se jseħħ fil-futur qarib .

    Emenda 2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a)

    Fl-era diġitali, issa li d-data saret riżorsa ekonomika ġdida flimkien mar-riżorsi tax-xogħol u tradizzjonali tal-imgħoddi, u peress li ħafna drabi l-kumpaniji multinazzjonali li jiddependu ħafna fuq attivitajiet diġitali jagħmlu arranġamenti fiskali li jippermettulhom jevitaw jew jevadu t-taxxi, jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ ġdid sabiex ikun hemm sistema ġusta u sostenibbli tat-tassazzjoni diġitali, li tiżgura li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom fejn isseħħ l-attività ekonomika reali tagħhom.

    Emenda 3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)

    F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) “Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy” (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD “Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018” (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija.

    (2)

    F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) “Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy” (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD “Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018” (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija. Madankollu, sal-lum il-ħidma tal-OECD dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali għadha ma rriżultatx fi progress suffiċjenti, li juri l-ħtieġa li l-Unjoni tavvanza dwar din il-kwistjoni fil-livell tal-Unjoni. Minkejja d-diffikultajiet biex jintlaħaq ftehim globali u l-azzjoni meħuda mill-Unjoni fir-rigward ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tali ftehim jibqa' jiġi segwit bi sforz kbir. Madankollu, fin-nuqqas ta' approċċ komuni tal-Unjoni, l-Istati Membri se jadottaw soluzzjonijiet unilaterali, li se jwasslu għal inċertezza regolatorja u li se jkun diffiċli għall-kumpaniji li joperaw b'mod transfruntier u għall-awtoritajiet tat-taxxa. Kif mitlub fil-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament Ewropew dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa (PANA) u fil-Kumitat Speċjali tiegħu dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (TAXE2), jenħtieġ li jitwaqqaf korp tat-taxxa tan-NU li jingħata s-setgħa biex iservi bħala l-forum għal dibattiti u diskussjonijiet dwar ftehimiet globali u kwistjonijiet oħra relatati mas-sistema internazzjonali tat-taxxa.

    Emenda 4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a)

    Il-Parlament Ewropew, fir-rapporti finali tiegħu tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Kumitati Speċjali dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili, wasal għall-konklużjoni li hemm ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa marbutin mal-ekonomija diġitali.

    Emenda 5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u  stennew b'interess proposti xierqa mill-Kummissjoni sa kmieni fl-2018 (15). Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu għandha tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (16). F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor.

    (4)

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u  esprimew stennija b'interess li l-Kummissjoni toħroġ bi proposti xierqa sa kmieni fl-2018 (15). Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu jenħtieġ li tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (16).F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament mid-daqs jew minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor. Barra minn hekk, ir-regoli komuni stabbiliti f'din id-Direttiva jitolbu armonizzazzjoni usa' tal-bażi tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni għall-korporazzjonijiet kollha. Huwa għalhekk li din id-Direttiva jenħtieġ li ma xxekkilx jew iddewwem xogħlijiet dwar il-proposta għal Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.

    Emenda 6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni.

    (5)

    Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni. Minkejja dan, sabiex id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan it-test ikunu effettivi bis-sħiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġew jadattaw, fejn ikun meħtieġ, il-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja li attwalment għandhom fis-seħħ sabiex jinkludu dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili b'rabta mal-ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni kif stabbilit b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tressaq proposta biex tistabbilixxi mudell tal-Unjoni ta' emenda ta' trattat tat-taxxa li jintuża biex jiġu adattati l-eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull wieħed mill-Istati Membri.

    Emenda 9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8)

    Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li jħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (8)

    Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata , filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa iżda wkoll il-moviment liberu tas-servizzi fis-Suq Uniku Ewropew u mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni . Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika jew ikollhom biss preżenza fiżika żgħira f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li dawn iħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika sabiex jiġi żgurat li l-approċċ tal-Unjoni jkun ġust u mhux diskriminatorju kontra xi Stat Membru partikolari. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    Emenda 10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8a)

    Sabiex titwaqqaf bażi ta' taxxa koerenti u konsistenti għall-korporazzjonijiet kollha, il-kunċett ta' preżenza diġitali sinifikanti u s-soluzzjonijiet ippreżentati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jsiru wkoll parti integrali tad-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva.

    Emenda 40

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8b)

    Jekk din il-proposta ma tirriżultax fi ftehim u għalhekk tonqos milli telimina d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ proposta ġdida bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex joħorġu d-direttivi meħtieġa.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9)

    Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta , kif ukoll tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.

    (9)

    Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-data , kif ukoll tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku , b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-data personali ssir anonima. Id-data li tista' tinġabar mill-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi limitata b'mod strett għal data li tindika l-Istat Membru li fih jinsabu l-utenti, mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent.

    Emenda 12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.

    (10)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa… [ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha , b'mod partikolari dwar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rieżami jenħtieġ li jeżamina wkoll jekk jenħtiġx li jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti . Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Dak il-kumitat jenħtieġ li jippubblika l-aġendi tiegħu u, qabel l-għażla tagħhom, jenħtieġ li jkun żgurat li l-membri ta' dak il-kumitat ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li jiġi mistieden osservatur tal-Parlament Ewropew biex jattendi l-laqgħat tiegħu.

    Emenda 13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 10a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (10a)

    Minħabba l-ispejjeż aministrattivi għal preżenza diġitali sinifikanti, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-SMEs ma jaqgħux b'mod mhux intenzjonat fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti mill-proċess ta' rieżami, teżamina sa fejn din id-Direttiva taffettwa ħażin lill-SMEs.

    Emenda 14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a)

    Peress li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jipprovdu soluzzjoni permanenti u komprensiva għall-kwistjoni ta' tassazzjoni diġitali, is-soluzzjoni interim ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali kif previst fid-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali ma għandhiex tibqa' tapplika awtomatikament ladarba d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jsiru applikabbli.

    Emenda 15

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.

    Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament mid-daqs tagħhom u minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.

    Emenda 19

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 4 – paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni.

    6.   L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni , mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 . L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri għandha tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti.

    Emenda 21

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    7a.     Kontribwent għandu jintalab jiżvela lill-awtoritajiet tat-taxxa l-informazzjoni kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-preżenza diġitali sinifikanti skont dan l-Artikolu.

    Emenda 23

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, it-twassil u l-bejgħ tad-dejta fil-livell tal-utenti;

    (a)

    il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, l-isfruttament, it-trażmissjoni, it-twassil u l-bejgħ tad-data fil-livell tal-utenti;

    Emenda 25

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal sabiex ikunu jistgħu jattribwixxu profitti għall-istabbiliment permanenti u sabiex jirriflettu l-attivitajiet diġitali f'dak l-Istat Membru.

    Emenda 26

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 5a

    1.     Sa … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida għall-awtoritajiet tat-taxxa dwar kif għandhom jiġu identifikati, imkejla u ntaxxati preżenza diġitali sinifikanti u servizzi diġitali. Dawk ir-regoli għandhom jiġu armonizzati fl-Unjoni kollha u għandhom jinħarġu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

    2.     Abbażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida b'metodoloġija ċara għall-kumpaniji biex jivvalutaw huma stess jekk l-attivitajiet tagħhom u liema minnhom għandhom jingħaddu fil-preżenza diġitali sinifikanti. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

    Emenda 27

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 5b

    Kooperazzjoni amministrattiva

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-Direttiva fl-Unjoni Ewropea, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.

    Emenda 28

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Rieżami

    Rapport ta' Implimentazzjoni u Rieżami

    Emenda 29

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha.

    1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha . F'dak ir-rapport għandha ssir enfasi partikulari fuq il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-SMEs, l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll jekk għandhomx jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti.

    Emenda 30

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 6a

     

    Eżerċizzju tad-delega

     

    1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

     

    2.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

     

    3.     Id-delega ta' setgħa msemmija tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

     

    4.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

     

    5.     Att delegat adottat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.

    Emenda 31

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 6b

    Ir-rikors tal-appell

    Il-kumpaniji – kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk li mhumiex – jistgħu jappellaw id-deċiżjoni li s-servizzi li huma jipprovdu huma servizzi diġitali b'konformità mal-liġi nazzjonali.

    Emenda 32

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 6c

    L-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew

    Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka ta' dik id-delega ta' setgħat mill-Kunsill.

    Emenda 33

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6d (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 6d

    Mandat lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja t-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu delega ta' setgħat lill-Kummissjoni biex tinnegozja f'isimhom ir-reviżjoni jew l-adozzjoni tat-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi skont ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tad-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti għal finijiet ta' taxxa.

    Emenda 34

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

    2.   Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u osservatur tal-Parlament Ewropew . Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni. Dan il-Kumitat għandu jippubblika l-aġendi tiegħu u l-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess qabel l-għażla tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, għandhom jitħallew jattendu l-laqgħat rilevanti bħala osservaturi.

    Emenda 35

    Proposta għal direttiva

    Article 7 – paragraph 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.

    4.   Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew ta' rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.

    Emenda 36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-Kumitat DigiTax għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet u s-sejbiet tiegħu u għandu jaqsam dan ir-rapport mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni.

    Emenda 37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Il-Kumitat DigiTax għandu jivverifika u jikkontrolla l-implimentazzjoni korretta ta' din id-Direttiva mill-kumpaniji. Huwa għandu jkun kapaċi jiġbor u juża d-data miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex jeżamina l-implimentazzjoni korretta tar-regoli dwar il-preżenza diġitali sinifikanti u biex iservi ta' korp li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex titnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà ta' tassazzjoni doppja u ta' nontassazzjoni doppja.

    Emenda 38

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 8 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti.

    Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679.

    Emenda 39

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 9a

    Rabta mat-Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali fir-rigward tad-Dħul

    Ladarba din id-Direttiva jsir applikabbli, id-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali għandha tiskadi awtomatikament.


    (15)  Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).

    (16)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).

    (15)  Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).

    (16)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).

    (17)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

    (17)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


    Top