Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0017

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411 – C8-0322/2016 – 2016/0190(CNS))

    ĠU C 458, 19.12.2018, p. 499–525 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 458/499


    P8_TA(2018)0017

    Il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411 – C8-0322/2016 – 2016/0190(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

    (2018/C 458/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0411),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0322/2016),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0388/2017),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u hekk kif emendata hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (34) ġie emendat b'mod sostanzjali (35). Billi għandhom isiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (34) ġie emendat b'mod sostanzjali (35). Billi għandhom isiru iżjed emendi indispensabbli , dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. Dawn l-emendi tar-Regolament se jgħinu jsaħħu ċ-ċertezza tad-dritt u jżiedu l-flessibbiltà, se jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' aktar aċċess għal proċedimenti ġudizzjarji u għall-effikaċja ta' tali proċedimenti. Fl-istess ħin, il-bidliet għal dan ir-Regolament se jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jżommu s-sovranità sħiħa fil-qasam tal-liġi sostantiva dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    Il-funzjonament korrett u bla xkiel ta' spazju ta' ġustizzja tal-Unjoni b'rispett għas-sistemi ġuridiċi u għat-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri huwa essenzjali għall-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' ġustizzja ta' xulxin għandha tkompli tittejjeb. L-Unjoni ffissat l-oġġettiv lilha nnifisha li toħloq, iżżomm u tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu assigurati . Bil-għan li jiġu implimentati dawn l-oġġettivi , id-drittijiet tal-persuni, speċjalment it-tfal, fi proċedimenti ġuridiċi għandhom jissaħħew sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntiera. Ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili għandhom jittejbu, l-aċċess għall-ġustizzja għandu jiġi ssimplifikat u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri għanhom jitjiebu .

    (3)

    Il-funzjonament korrett u bla xkiel ta' spazju ta' ġustizzja tal-Unjoni b'rispett għas-sistemi ġuridiċi u għat-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri huwa essenzjali għall-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' ġustizzja ta' xulxin għandha tkompli tittejjeb. L-Unjoni tat lilha nfisha l-objettiv li toħloq, iżżomm u tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu żgurati . Bil-għan li jiġu implimentati dawn l-objettivi , huwa essenzjali li d-drittijiet tal-persuni, speċjalment it-tfal, fi proċedimenti ġuridiċi jissaħħew sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntiera. Jenħtieġ li jittejjeb r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili , jiġi simplifikat l-aċċess għall-ġustizzja u jiġu perfezzjonati l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri , billi tiġi żgurata verifika preċiża tan-natura non diskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet fundamentali relatati .

    Emenda 3

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fl-oqsma ta' koperazzjoni ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, speċjalment meta jkun neċessarju għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.

    (4)

    Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, speċjalment meta jkun neċessarju għall-moviment liberu tal-persuni u għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.

    Emenda 4

    Proposta għal regolament

    Premessa 4a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a)

    Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili b'implikazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn ta' taħriġ ġudizzjarju, speċjalment dwar l-aspetti transfruntiera fil-liġi tal-familja. L-attivitajiet ta' taħriġ, bħal seminars u skambji, huma meħtieġa kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali, ħalli tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar dan ir-Regolament, il-kontenut u l-konsegwenzi tiegħu, kif ukoll ħalli tinħoloq fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri għal dak li jikkonċerna s-sistemi ġudizzjarji tagħhom.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6)

    Sabiex l-ugwaljanza għall-minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament għandu jkopri d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-miżuri ta' protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma' xi proċediment matrimonjali jew xi proċediment ieħor .

    (6)

    Sabiex l-ugwaljanza għall-minuri kollha tkun żgurata, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri, indipendentement minn kull rabta ma' xi proċediment matrimonjali.

    Emenda 6

    Proposta għal regolament

    Premessa 6a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (6a)

    Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni japplikaw ukoll għat-tfal kollha li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni u li r-residenza abitwali tagħhom ma tistax tiġi stabbilita b'ċertezza. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni jiġi estiż, b'mod partikolari, sabiex ikopri t-tfal li huma refuġjati, kif ukoll it-tfal li ġew spustati internazzjonalment sew jekk għal raġunijiet soċjoekonomiċi sew jekk minħabba problemi li qed iseħħu f'pajjiżhom.

    Emenda 7

    Proposta għal regolament

    Premessa 12a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), u speċjalment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, kif ukoll id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, u d-drittijiet tat-tfal stabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Karta.

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13)

    Ir-raġunijiet tal-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri huma f'formati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri għandhom jiġu applikati skont dawn . Kwalunkwe referenza għall-aħjar interessi tal-minuri għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Minuri tal-20 ta' Novembru 1989.

    (13)

    Jenħtieġ li l-motivi għall-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jkunu dejjem mfassla fid-dawl tal-aqwa interessi tal-minuri u jiġu applikati b'kunsiderazzjoni ta' dawk l-interessi . Jenħtieġ li kwalunkwe referenza għall-aħjar interessi tal-minuri tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu  7, 14, 22 u  24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Minuri tal-20 ta' Novembru 1989. Huwa imperattiv li, insegwitu ta' deċiżjoni definittiva li tipprevedi r-ritorn tal-minuri, l-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu għandhom ġurisdizzjoni, fis-sens ta' dan ir-Regolament, fuq il-mertu ta' każ li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri, jiżgura li l-aħjar interessi u d-drittijiet fundamentali tal-minuri jkunu protetti ladarba l-minuri jiġi rritornat, b'mod partikolari meta hu jew hi jkollhom kuntatt maż-żewġ ġenituri.

    Emenda 9

    Proposta għal regolament

    Premessa 14a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14a)

    Jenħtieġ li t-tifsira tal-kunċett “residenza abitwali” tiġi interpretata fuq il-bażi ta' definizzjonijiet mill-awtoritajiet fuq bażi ta' każ b'każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.

    Emenda 10

    Proposta għal regolament

    Premessa 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15)

    Meta r-residenza abitwali tal-minuri tinbidel wara rilokazzjoni leġittima, il-ġurisdizzjoni għandha ssegwi l-minuri sabiex tibqa' qrib . Dan għandu japplika meta jkun għadu ma hemm l-ebda proċediment pendenti, u anke fi proċedimenti pendenti. Fi proċedimenti pendenti, madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fl-interessi tal-effiċjenza tal-ġustizzja li l-qrati tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti jkunu pendenti jkollhom ġurisdizzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni finali, diment li dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Din il-possibbiltà hija ta' importanza partikulari meta l-proċedimenti jkunu qorbu l-konklużjoni tagħhom u ġenitur wieħed ikun jixtieq jimxi lejn Stat Membru ieħor mal-minuri .

    (15)

    Meta r-residenza abitwali tal-minuri tinbidel wara rilokazzjoni leġittima, jenħtieġ li l-ġurisdizzjoni ssegwi l-minuri sabiex tibqa' qrib. Fi proċedimenti pendenti, madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fl-interessi tal-effiċjenza tal-ġustizzja li l-qrati tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti jkunu pendenti jkollhom ġurisdizzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni finali, diment li dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-proċedimenti pendenti relatati mad-drittijiet ta' kustodja u ta' aċċess jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni definittiva, sabiex il-persuni li għandhom id-drittijiet ta' kustodja ma jittrasferixxux il-minuri f'pajjiż ieħor bl-għan li jevitaw deċiżjoni mhux favorevoli minn awtorità, sakemm il-partijiet ma jaqblux li l-proċedimenti pendenti għandhom jintemmu .

    Emenda 11

    Proposta għal regolament

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17)

    Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill- awtoritajiet ta' xi Stat Membru li ma għandux ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ milli jieħdu miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, f'każijiet urġenti, fir-rigward tal-persuna jew proprjetà ta' minuri li jkunu preżenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-miżuri għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fl-Istati Membri kollha oħrajn inklużi l-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament sakemm awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun ħadet il-miżuri li hija tqis xierqa. Madankollu, il-miżuri li tieħu qorti fi Stat Membru għandhom jiġu emendati jew sostitwiti biss minn miżuri meħudin ukoll minn qorti fl-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ. Awtorità li jkollha ġurisdizzjoni biss fuq miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi għandha , jekk titressaq applikazzjoni quddiemha dwar il-mertu tal-każ, tiddikjara fuq inizjattiva tagħha stess li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni . Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi dan, l-awtorità għandha tinforma, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali, lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ skont dan ir-Regolament dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu. Madankollu, in-nuqqas milli jiġi infurmat Stat Membru ieħor ma għandux ikun bħala tali r-raġuni għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-miżura.

    (17)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jimpedixxix lill-awtoritajiet ta' xi Stat Membru li ma għandhomx ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ milli jieħdu miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, f'każijiet urġenti bħal fil-każijiet ta' vjolenza domestika jew vjolenza abbażi tas-sess , fir-rigward tal-persuna jew il-proprjetà ta' minuri li tkun tinsab f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu rikonoxxuti u infurzati fl-Istati Membri kollha oħrajn inklużi l-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament sakemm awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun ħadet il-miżuri li hija tqis xierqa. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri li tieħu qorti fi Stat Membru jiġu emendati jew sostitwiti biss minn miżuri meħudin ukoll minn qorti fl-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ. Jenħtieġ li awtorità li jkollha ġurisdizzjoni biss fuq miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, tiddikjara ex officio li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni meta titressaq applikazzjoni quddiemha dwar il-mertu tal-każ . Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi dan, jenħtieġ li l-awtorità tinforma, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali, u mingħajr dewmien indebitu, lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ skont dan ir-Regolament dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu. Madankollu, jenħtieġ li n-nuqqas milli jiġi infurmat Stat Membru ieħor ma jikkostitwixxix bħala tali r-raġuni għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-miżura.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18)

    F'każijiet eċċezzjonali, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri jaf ma jkunux l-aktar awtoritajiet xierqa biex jittrattaw il-każ. Fl- aħjar interessi tal-minuri, bħala eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, l- awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tagħha f' każ speċifiku għal awtorità oħra ta' Stat Membru ieħor jekk din l-awtorità hija f'pożizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, f'dan il-każ it-tieni awtorità ma għandiex titħalla tittrasferixxi l- ġurisdizzjoni għal awtorità terza .

    (18)

    Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-fatt li, f'każijiet eċċezzjonali, bħal f'każijiet ta' vjolenza domestika jew ibbażata fuq il-ġeneru, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri jaf ma jkunux l-aktar awtoritajiet xierqa biex jittrattaw il-każ. Bħala eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, l-awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tagħha fil-każ speċifiku lil awtorità oħra ta' Stat Membru ieħor jekk din l-awtorità hija f'pożizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, jenħtieġ li f'dan il-każ il-kunsens tat-tieni awtorità jinkiseb l-ewwel, peress li ladarba tkun aċċettat il-każ din ma tistax tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni lil awtorità terza. Qabel kwalunkwe trasferiment ta' ġurisdizzjoni , huwa essenzjali li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu eżaminati kif dovut u jitqiesu bis-sħiħ .

    Emenda 13

    Proposta għal regolament

    Premessa 23

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (23)

    Il-proċedimenti fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri skont dan ir-Regolament kif ukoll proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 għandhom jirrispettaw id-dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom liberament, u meta jiġu vvalutati l-aħjar interessi tal-minuri, għandu jingħata l-piż xieraq lil dawn l-ideat. Is-smigħ tal-minuri skont l-Artikolu 24(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal għandu parti importanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament, madankollu, mhux maħsub sabiex jistabbilixxi kif jinstemgħu l-minuri, pereżempju, jekk il-minuri jinstemgħux mill-imħallef direttament jew minn espert imħarreġ apposta li jirraporta lill-qorti wara, jew jekk il-minuri jinstemgħux fl-awla tal-qorti jew f'post ieħor .

    (23)

    Il-proċedimenti fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri skont dan ir-Regolament kif ukoll proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jenħtieġ li jirrispettaw id-dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom liberament, u meta jiġu vvalutati l-aħjar interessi tal-minuri, jenħtieġ li jingħata l-piż xieraq lil dawn l-ideat. Is-smigħ tal-minuri skont l-Artikolu 24(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 18  (1a) għandu parti importanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament, madankollu, mhux maħsub biex jistabbilixxi standards minimi komuni fir-rigward tal-proċedura relatata mas-smigħ tal-minuri, li għadha regolata mid-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri .

    Emenda 14

    Proposta għal regolament

    Premessa 26

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (26)

    Sabiex jikkonludu l-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 malajr kemm jista' jkun, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għal dawn il-poċedimenti fuq qorti waħda jew aktar , filwaqt li jqisu l-istrutturi interni tagħhom għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif xieraq. Il-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq għadd limitat ta' qrati fi Stat Membru hija għodda essenzjali u effettiva biex jitħaffef it-trattar ta' każijiet ta' sekwestru ta' minuri f'diversi Stati Membri minħabba l-imħallfin li jisimgħu għadd kbir minn dawn il-każi jiżviluppaw kompetenza partikulari. Skont l-istruttura tas-sistema ġuridika, il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru ta' minuri tista' tkun ikkonċentrata f'qorti waħda għall-pajjiż kollu jew f'għadd limitat ta' qrati, bl-użu, pereżempu, ta' għadd ta' qrati tal-appell bħala punt tat-tluq u li jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri fuq qorti ġenerali f'kull distrett ta' qorti tal-appell. Kull qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha jkunu tressqu r-rikors jew l-appell quddiemha. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-għadd ta' appelli possibbli kontra deċiżjoni li tippermetti jew li tirrifjuta r-ritorn ta' minuri skont il-Konvenzjoni dwar il-Ħtif ta' Minuri tal-1980 għal appell wieħed.

    (26)

    Sabiex jikkonludu l-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 malajr kemm jista' jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għal dawn il-poċedimenti fuq numru limitat ta' qorti , filwaqt li jqisu l-istrutturi interni tagħhom għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif xieraq. Il-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq għadd limitat ta' qrati fi Stat Membru hija għodda essenzjali u effettiva biex jitħaffef it-trattar ta' każijiet ta' sekwestru ta' minuri f'diversi Stati Membri minħabba l-fatt li l-imħallfin li jisimgħu għadd kbir minn dawn il-każijiet jiżviluppaw kompetenza partikulari. Skont l-istruttura tas-sistema ġuridika, il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru ta' minuri tista' tkun ikkonċentrata f'għadd limitat ta' qrati, bl-użu, pereżempu, ta' għadd ta' qrati tal-appell bħala punt tat-tluq u li jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri fuq qorti ġenerali f'kull distrett ta' qorti tal-appell , madankollu, mingħajr ma jiġi mminat id-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja min-naħa tal-partijiet u l-puntwalità tal-proċedimenti tar-ritorn . Jenħtieġ li kull qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha jkunu tressqu r-rikors jew l-appell quddiemha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jillimitaw l-għadd ta' appelli possibbli kontra deċiżjoni li tippermetti jew li tirrifjuta r-ritorn ta' minuri skont il-Konvenzjoni dwar il-Ħtif ta' Minuri tal-1980 għal appell wieħed. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sentenzi tal-qorti maqtugħa fi Stat Membru jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor. Meta tinqata' sentenza tal-qorti, huwa essenzjali li din trid tiġi rikonoxxuta wkoll fl-Unjoni Ewropea kollha, speċjalment fl-interessi tal-minuri.

    Emenda 15

    Proposta għal regolament

    Premessa 28

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28)

    Fil-każijiet kollha rigward il-minuri , u b'mod partikulari f'każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri, l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi għandhom iqisu l-possibbiltà li jsibu soluzzjonijiet amikevoli permezz ta' medjazzjoni u mezzi xierqa oħrajn , assistiti, fejn xieraq, b'netwerks eżistenti u strutturi ta' appoġġ għal medjazzjoni f'tilwim dwar responsabbiltà tal-ġenituri transfruntier. Madankollu, dawn l-isforzi ma għandhomx itawlu bla bżonn il-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.

    (28)

    Il-medjazzjoni tista' tassumi rwol fundamentali għat-tmiem ta' kunflitti , fil-każijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal u b'mod partikolari fil-każ ta' kunflitti transfruntiera bejn ġenituri dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess għal minuri u f'każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri . Barra minn hekk, fid-dawl taż-żieda fit-tilwimiet transfruntiera dwar il-kustodja fl-Unjoni Ewropea, fejn m'hemm ebda qafas internazzjonali disponibbli, minħabba l-influssi riċenti tal-migrazzjoni, spiss jinstab li l-medjazzjoni hi l-uniku mezz legali biex il-familji jiġu megħjuna jiksbu soluzzjoni sostenibbli dwar it-tilwimiet fil-familja. Sabiex jippromwovu medjazzjoni f'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi , assistiti, fejn xieraq, b'netwerks eżistenti u strutturi ta' appoġġ għal medjazzjoni f'tilwim dwar responsabbiltà tal-ġenituri transfruntier , jassistu lill-partijiet, qabel jew matul il-proċedimenti ġudizzjarji, fl-għażla ta' medjaturi xierqa u fl-organizzazzjoni tal-medjazzjoni. Jenħtieġ li l-partijiet jingħataw għajnuna finanzjarja sabiex inwettqu l-medjazzjoni, tal-inqas sal-punt fejn huma kienu bbenefikaw jew kellhom jibbenefikaw minn għajnuna legali . Madankollu, jenħtieġ li dawn l-isforzi ma jtawlux bla bżonn il-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u jenħtieġ li ma jirriżultax f'parteċipazzjoni obbligatorja tal-vittmi ta' kull forma ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika, fil-proċedimenti ta' medjazzjoni.

    Emenda 16

    Proposta għal regolament

    Premessa 28a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (28a)

    Biex tiġi offruta alternattiva effettiva għall-proċedimenti tal-qorti fi kwistjonijiet nazzjonali jew internazzjonali tat-tilwimiet fil-familja, huwa essenzjali li l-medjaturi involuti jkun attendew taħriġ speċjalizzat xieraq; It-taħriġ jenħtieġ li jkopri, b'mod partikolari, il-qafas legali tat-tilwim transfruntier fil-familja, il-kompetenza interkulturali u l-għodod għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet li joħolqu kunflitti, dejjem fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri. Jenħtieġ li t-taħriġ għall-imħallfin, bħala sors ewlieni potenzjali ta' rinviju għall-medjazzjoni, jindirizza wkoll kif jitħeġġu l-partijiet biex jinvolvu rwieħhom fil-medjazzjoni mill-iktar fis possibbli u kif tiġi inkorporata l-medjazzjoni fil-proċedimenti tal-qorti mingħajr ma jinħoloq dewmien żejjed.

    Emenda 17

    Proposta għal regolament

    Premessa 30

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (30)

    Meta l-qorti jew l-Istat Membru fejn, jew li fih il-minuri jitneħħew jew jinżammu b'mod inġust jiddeċiedu li jirrifjutaw ir-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fid-deċiżjoni tagħhom dawn għandhom jirreferu b'mod espliċitu għall-artikoli rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 li fuqhom ikun ibbażat dan ir-rifjut. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti, mogħtija waqt il-proċedimenti tal-kustodja wara eżami bir-reqqa tal-aħjar interessi tal-minuri, mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija jew żamma inġusta. Jekk dik id-deċiżjoni tobbliga r-ritorn tal-minuri, ir-ritorn għandu jiġi magħmul mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.

    (30)

    Meta l-qorti jew l-Istat Membru fejn, jew li fih il-minuri jitneħħew jew jinżammu b'mod inġust jiddeċiedu li jirrifjutaw ir-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fid-deċiżjoni tagħhom jenħtieġ li dawn jirreferu b'mod espliċitu għall-artikoli rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 li fuqhom ikun ibbażat dan ir-rifjut u jiddikjaraw il-motivi għal dan. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti, mogħtija waqt il-proċedimenti tal-kustodja wara eżami bir-reqqa tal-aħjar interessi tal-minuri, mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija jew żamma inġusta. Jekk dik id-deċiżjoni tobbliga r-ritorn tal-minuri, jenħtieġ li r-ritorn isir mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.

    Emenda 18

    Proposta għal regolament

    Premessa 33

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (33)

    Barra minn hekk, l-għan li l-litigazzjoni transfruntiera rigward il-minuri tieħu inqas żmien u flus jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infurzabbiltà qabel l-infurzar fl-Istat Membru tal-infurzar għad-deċiżjonijiet kollha dwar kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 abolixxa biss dan ir-rekwiżit għad-deċiżjonijiet li jippermettu l-aċċess u ċerti deċiżjonijiet li jordnaw ir-ritorn ta' minuri, dan ir-Regolament issa jipprevedi proċedura unika għall-infurzar transfruntier tad-deċiżjonijiet kollha fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri. B'riultat ta' dan, soġġetta għad-dispoizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandha titqies daqs li kieku ttieħdet fl-Istat Membru tal-infurzar.

    (33)

    Barra minn hekk, l-għan li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini Ewropej jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infurzabbiltà qabel l-infurzar fl-Istat Membru tal-infurzar għad-deċiżjonijiet kollha dwar kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri , li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. B'mod partikolari, dan se jkollu l-effett li t-tilwim transfruntier li jirrigwarda l-minuri jieħu inqas żmien u flus. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 abolixxa biss dan ir-rekwiżit għad-deċiżjonijiet li jippermettu l-aċċess u ċerti deċiżjonijiet li jordnaw ir-ritorn ta' minuri, dan ir-Regolament issa jipprevedi proċedura unika għall-infurzar transfruntier tad-deċiżjonijiet kollha fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament . B'riżultat ta' dan, soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' Stat Membru titqies daqs li kieku ttieħdet fl-Istat Membru tal-infurzar.

    Emenda 19

    Proposta għal regolament

    Premessa 37a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (37a)

    Jenħtieġ li kwalunkwe rifjut tar-rikonoxximent ta' deċiżjoni skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi li tali rikonoxximent imur kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru jkun konformi mal-Artikolu 21 tal-Karta.

    Emenda 20

    Proposta għal regolament

    Premessa 42

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (42)

    F'każijiet speċifiċi fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Din l-assistenza għandha tinkludi, b'mod partikulari, il-lokazzjoni tal-minuri, direttament jew permezz ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta dan ikun meħtieġ biex titwettaq talba skont dan ir-Regolament, u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-minuri għall-finijiet tal-proċedimenti.

    (42)

    F'każijiet speċifiċi fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Ċentrali jikkooperaw ma' xulxin biex jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Jenħtieġ li din l-assistenza tinkludi, b'mod partikulari, il-lokazzjoni tal-minuri, direttament jew permezz ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta dan ikun meħtieġ biex titwettaq talba skont dan ir-Regolament, u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-minuri għall-finijiet tal-proċedimenti. F'każijiet fejn il-ġurisdizzjoni hija fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li tiegħu l-minuri huwa ċittadin, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istat Membru bil-ġurisdizzjoni jinfurmaw, mingħajr dewmien indebitu, lill-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istat Membru li tiegħu l-minuri huwa ċittadin.

    Emenda 21

    Proposta għal regolament

    Premessa 44

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (44)

    Mingħajr preġudizzju għal ebda rekwiżit skont id-dritt proċedurali nazzjonali tagħha, awtorità rikjedenti għandu jkollha d-diskrezzjoni li tagħżel liberament bejn il-mezzi differenti disponibbli għaliha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa, pereżempju, f'każ ta' qrati billi japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, billi jużaw in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b'mod partikulari l-Awtoritajiet Ċentrali stabbiliti skont dan ir-Regolament, l-imħallfin u l-punti ta' kuntatt tan-Netwerk, jew f'każ ta' awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi billi jitolbu informazzjoni permezz ta' organizzazzjoni mhux governattiva speċjalizzata f'dan il-qasam.

    (44)

    Mingħajr preġudizzju għal ebda rekwiżit skont id-dritt proċedurali nazzjonali tagħha, jenħtieġ li awtorità rikjedenti jkollha d-diskrezzjoni li tagħżel liberament bejn il-mezzi differenti disponibbli għaliha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa, pereżempju, f'każ ta' qrati billi japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, billi jużaw in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b'mod partikulari l-Awtoritajiet Ċentrali stabbiliti skont dan ir-Regolament, l-imħallfin u l-punti ta' kuntatt tan-Netwerk, jew f'każ ta' awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi billi jitolbu informazzjoni permezz ta' organizzazzjoni mhux governattiva speċjalizzata f'dan il-qasam. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-komunikazzjoni internazzjonali jinbdew u/jew jiġu ffaċilitati minn netwerk jew imħallfin ta' kollegament speċifiċi għal dan l-għan f'kull Stat Membru. Jenħtieġ li r-rwol tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew ikun differenzjat minn dak tal-Awtoritajiet Ċentrali.

    Emenda 22

    Proposta għal regolament

    Premessa 46

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (46)

    Awtorità ta' Stat Membru li tikkontempla deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tkun intitolata li titlob għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri mill-awtoritaiet ta' Stat Membru ieħor jekk l-aħjar interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan. Skont iċ-ċirkustanzi, din tista' tinkludi informazzjoni dwar il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet rigward ġenitur jew aħwa tal-minuri, jew dwar il-kapaċità li ġenitur jieħu ħsieb ta' minuri jew ikollu aċċess għall-minuri.

    (46)

    Jenħtieġ li awtorità ta' Stat Membru li tikkontempla deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun obbligata li titlob għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri mill-awtoritaiet ta' Stat Membru ieħor jekk l-aħjar interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan. Skont iċ-ċirkustanzi, din tista' tinkludi informazzjoni dwar il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet rigward ġenitur jew aħwa tal-minuri, jew dwar il-kapaċità li ġenitur jew familja tieħu ħsieb ta' minuri jew ikollha aċċess għall-minuri. Jenħtieġ li n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali kif ukoll l-isfond kulturali u reliġjuż ta' ġenitur ma jitqiesux bħala element determinanti meta tittieħed deċiżjoni dwar il-kapaċità tiegħu li jieħu ħsieb minuri.

    Emenda 23

    Proposta għal regolament

    Premessa 46a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (46a)

    Il-komunikazzjoni bejn l-imħallfin, l-awtoritajiet pubbliċi, l-awtoritajiet ċentrali, il-professjonisti li jassistu lill-ġenituri u bejn il-ġenituri nfushom jenħtieġ li tiġi promossa b'kull mezz, filwaqt li, fost l-oħrajn, jitqies li deċiżjoni li l-minuri jenħtieġ li ma jiġix ritornat tista' tikser id-drittijiet bażiċi tal-minuri daqs deċiżjoni li jiġi ritornat.

    Emenda 24

    Proposta għal regolament

    Premessa 48a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (48a)

    Meta l-interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-imħallfin jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet ċentrali jew mal-qrati kompetenti fi Stati Membri oħra.

    Emenda 25

    Proposta għal regolament

    Premessa 49

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (49)

    Meta awtorità jew Stat Membru jkunu diġà ħadu deċiżjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jew ikunu qed jikkontemplaw din id-deċiżjoni u l-implimentazzjoni għandha sseħħ fi Stat Membru ieħor, l-awtorità tista' titlob li l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. Dan għandu japplika, pereżempju, għal deċiżjonijiet li jippermettu aċċess sorveljat li għandu jiġi eżerċitat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn tkun lokalizzata l-awtorità li tordna l-aċċess jew li jinvolvu kwalunkwe miżura ta' akkumpanjament oħra tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandha tiġi implimentata d-deċiżjoni.

    (49)

    Meta awtorità jew Stat Membru jkunu diġà ħadu deċiżjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jew ikunu qed jikkontemplaw din id-deċiżjoni u l-implimentazzjoni għandha sseħħ fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-awtorità titlob li l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. Jenħtieġ li dan japplika, pereżempju, għal deċiżjonijiet li jippermettu aċċess sorveljat li għandu jiġi eżerċitat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn tkun lokalizzata l-awtorità li tordna l-aċċess jew li jinvolvu kwalunkwe miżura ta' akkumpanjament oħra tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandha tiġi implimentata d-deċiżjoni.

    Emenda 26

    Proposta għal regolament

    Premessa 50

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (50)

    Meta awtorità ta' Stat Membru tqis it-tqegħid ta' minuri ma' familja tar-rispett jew f'istituzzjoni fi Stat Membru ieħor, għandha sseħħ proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali taż-żewġ Stati Membri qabel it-tqegħid. L-awtorità li tqis it-tqegħid għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-minuri għandu jitqiegħed qabel ma tordna t-tqegħid. Billi ħafna d-drabi t-qegħid ikun miżura urġenti meħtieġa biex minuri jitneħħa minn sitwazzjoni li tpoġġi l-aħjar interessi tiegħu f'riskju, iż-żmien huwa element essenzjali għal dawn id-deċiżjonijiet. Sabiex titħaffef il-proċedura tal-konsultazzjoni, dan ir-Regolament għalhekk jistabbilixxi b'mod eżawrjenti r-rekwiżiti għat-talba u skadenza għat-tweġiba mill-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri. Madankollu, il-kundizzjonijiet biex jingħata jew jiġi rifjutat il-kunsens ikomplu jitmexxew mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest.

    (50)

    Meta awtorità ta' Stat Membru tqis it-tqegħid ta' minuri ma' membri tal-familja, ma' familja tar-rispett jew f'istituzzjoni fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li sseħħ proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali taż-żewġ Stati Membri qabel it-tqegħid. L-awtorità li tqis it-tqegħid jenħtieġ li tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-minuri għandu jitqiegħed qabel ma tordna t-tqegħid. Billi ħafna d-drabi t-qegħid ikun miżura urġenti meħtieġa biex minuri jitneħħa minn sitwazzjoni li tpoġġi l-aħjar interessi tiegħu f'riskju, iż-żmien huwa element essenzjali għal dawn id-deċiżjonijiet. Sabiex titħaffef il-proċedura tal-konsultazzjoni, dan ir-Regolament għalhekk jistabbilixxi b'mod eżawrjenti r-rekwiżiti għat-talba u skadenza għat-tweġiba mill-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri. Madankollu, il-kundizzjonijiet biex jingħata jew jiġi rifjutat il-kunsens ikomplu jitmexxew mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest.

    Emenda 27

    Proposta għal regolament

    Premessa 51

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (51)

    Kwalunkwe tqegħid fit-tul ta' minuri barra minn pajjiżhom għandu jkun f'konformità mal-Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (id-dritt li jinżamm kunttat personali mal-ġenituri) u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, notevolment l-Artikoli 8, 9 u 20. B'mod partikulari, meta jitqiesu s-soluzzjonijiet, għandha tingħata l-importanza dovuta lix-xewqa ta' kontinwità fit-trobbija tal-minuri u lill-kuntest etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minuri.

    (51)

    Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-istat li jqisu t-tqegħid ta' minuri jaġixxu f'konformità mal-Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (id-dritt li jinżamm kunttat personali mal-ġenituri) u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, notevolment l-Artikoli 8, 9 u 20. B'mod partikulari, meta jitqiesu s-soluzzjonijiet, jenħtieġ li tingħata l-importanza dovuta lill-possibbiltà li aħwa jitqiegħdu fl-istess familja ospitanti jew fl-istess istituzzjoni u lix-xewqa ta' kontinwità fit-trobbija tal-minuri u lill-kuntest etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minuri. F'każ, b'mod partikolari, ta' tqegħid fit-tul ta' minuri barra minn pajjiżu, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti dejjem iqisu l-possibbiltà ta' tqegħid tal-minuri ma' qraba li jgħixu f'pajjiż ieħor, jekk il-minuri jkun stabbilixxa relazzjoni ma' dawk il-membri tal-familja u wara li tkun saret valutazzjoni individwali tal-aħjar interessi tal-minuri. Tali tqegħid fit-tul jenħtieġ li jkun soġġett għal reviżjoni perjodika fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-aħjar interessi tal-minuri.

    Emenda 28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Dan ir-Regolament japplika, tkun xi tkun in-natura tal- awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, fi kwistjonijiet ċivili dwar:

    1.   Dan ir-Regolament japplika, tkun xi tkun in-natura tal-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew awtorità oħra bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament , fi kwistjonijiet ċivili dwar:

    Emenda 29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    sekwestru internazzjonali ta' minuri;

    Emenda 30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    it-tqegħid tal-minuri ma' familja tar-rispett jew f'kustodja istituzzjonali;

    (d)

    it-tqegħid tal-minuri ma' membri tal-familja, familja tar-rispett jew f'kustodja istituzzjonali sikura barra mill-pajjiż ;

    Emenda 31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.

    “awtorità” tfisser kull awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma inklużi fil-kompetenza ta' dan ir-Regolament;

    1.

    “awtorità” tfisser kull awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew kwalunkwe awtorità oħra fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

    Emenda 32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.

    “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;

    3.

    “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;

    Emenda 33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.

    “deċiżjoni” tfisser digriet, ordni jew sentenza ta' awtorità ta' Stat Membru rigward divorzju, separazzjoni legali, annullament taż-żwieġ jew responsabbiltà tal-ġenituri,;

    4.

    “deċiżjoni” tfisser digriet, ordni, sentenza ta' awtorità ta' Stat Membru , jew strument awtentiku infurzabbli fi Stat Membru jew ftehim bejn il-partijiet li huwa infurzabbli fl-Istat Membru fejn ġie konkluż rigward divorzju, separazzjoni legali, annullament taż-żwieġ jew responsabbiltà tal-ġenituri;

    Emenda 34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    12.

    “tneħħija jew żamma inġusta” tfisser it-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fejn:

    12.

    “sekwestru internazzjonali ta' minuri” tfisser it-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fejn:

    Emenda 35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.    L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru. Meta minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru għal ieħor u jiksbu residenza abitwali ġdida hemmhekk, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida għandu jkollhom ġurisdizzjoni.

    1.   L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru. Meta minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru għal ieħor u jiksbu residenza abitwali ġdida hemmhekk, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida għandu jkollhom ġurisdizzjoni , sakemm li l-partijiet ma jaqblux qabel iċ-ċaqliq li l-ġurisdizzjoni għandha tibqa' kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih il-minuri kellu r-residenza abitwali sa dak iż-żmien .

    Emenda 36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     F'każ ta' proċedimenti pendenti relatati mad-dritt ta' kustodja u d-dritt ta' aċċess, l-awtorità tal-Istat Membru ta' oriġini għandha tibqa' żżomm il-ġurisdizzjoni sat-tmiem tal-proċedimenti, sakemm il-partijiet ma jaqblux li jtemmu l-proċedimenti.

    Emenda 37

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-Paragrafu 1 ma japplikax jekk id-detentur tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida tal-minuri billi jipparteċipa fi proċedimenti quddiem dawk l-awtoritajiet mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħhom.

    2.   Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika jekk id-detentur tad-dritt ta' aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 , wara li ġie infurmat mill-awtoritajiet tar-residenza abitwali tiegħu dwar l-implikazzjonijiet legali, aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida tal-minuri billi jipparteċipa, minkejja din l-informazzjoni , fi proċedimenti quddiem dawk l-awtoritajiet mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħhom.

    Emenda 38

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b – punt i

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i)

    fi żmien sena wara li d-detentur tad-drittijiet ta' kustodja jkun kellu jew kellu jkollu informazzjoni dwar fejn kienu l-minuri , ma tkun saret l-ebda talba għar-ritorn ppreżentata quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri jkunu ġew imneħħija jew miżmuma ;

    (i)

    fi żmien sena wara li d-detentur tad-drittijiet ta' kustodja jkun kellu jew kellu jkollu informazzjoni dwar fejn jinsab il-minuri , u dan minkejja l-fatt li hu ġie informat mill-awtoritajiet legali bir-rekwiżit legali li jressaq talba għar-ritorn, l-ebda talba bħal din ma tressqet quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri jkun tneħħa jew miżmum ;

    Emenda 39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-imħallfin magħżula għandhom ikunu l-imħallfin tal-familja li jeżerċitaw il-professjoni u li kisbu esperjenza f'dan ir-rigward, b'mod partikolari b’esperjenza fi kwistjonijiet li jkollhom dimensjoni ġurisdizzjonali transkonfinali.

    Emenda 40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    F'każijiet urġenti, l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri jew il-proprjetà li jippossedu l-minuri hija preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni li jieħdu miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi fir-rigward tal-minuri jew tal-proprjetà

    F'każijiet urġenti, l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri jew il-proprjetà li jippossedu l-minuri hija preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni li jieħdu miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi fir-rigward tal-minuri jew tal-proprjetà . Tali miżuri ma għandhomx idewmu bla bżonn il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet finali dwar il-kustodja u d-drittijiet ta' aċċess.

    Emenda 41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi, l-awtorità li tkun ħadet il-miżuri protettivi għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament dwar il-mertu tal-każ, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali maħtura skont l-Artikolu 60.

    Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi, l-awtorità li tkun ħadet il-miżuri protettivi għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament dwar il-mertu tal-każ, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali maħtura skont l-Artikolu 60. Din l-awtorità għandha tiżgura li l-ġenituri involuti fil-proċedimenti jkunu ttrattati b'mod ugwali, u għandha tiżgura li jkunu kompletament infurmati dwar il-miżuri rilevanti mingħajr dewmien u b'lingwa li jifhmu sew.

    Emenda 42

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw hekk kif l-awtorità tal-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament skont il-mertu tal-każ tkun ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.

    2.   Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ma għandhom jieqfu japplikaw hekk kif l-awtorità tal-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament fuq il-mertu tal-każ tkun ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa u mill-mument li din tinnotifika dawk il-miżuri lill-awtorità tal-Istat Membru li fih ittieħdu l-miżuri proviżorji .

    Emenda 43

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2 a.     Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, fuq talba ta' awtorità li quddiemha titressaq it-tilwima, kwalunkwe awtorità oħra adita għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità li għamlet it-talba bid-data meta ġiet adita skont l-Artikolu 15.

    Emenda 44

    Proposta għal regolament

    Artikolu 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 20

    Artikolu 20

    Dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom

    Dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom

    Meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri li jkunu kapaċi jifformulaw l-ideat tagħhom jingħataw l-opportunità ġenwina u effettiva li jesprimu dawk l-ideat liberament waqt il-proċedimenti.

    Meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri li jkunu kapaċi jifformulaw l-ideat tagħhom jingħataw l-opportunità ġenwina u effettiva li jesprimu dawk l-ideat liberament waqt il-proċedimenti , skont il-liġi proċedurali nazzjonali rilevanti, l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u -r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 18  (1bis). L-awtoritajiet għandhom jiddokumentaw il-kunsiderazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward fid-deċiżjoni.

     

    Is-smigħ ta' minuri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jesprimu l-ideat tagħhom għandu jsir minn imħallef jew minn espert imħarreġ apposta skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, mingħajr l-ebda pressjoni, b’mod partikolari l-pressjoni tal-ġenituri, taħt kundizzjonijiet addattati għat-tfal xierqa għall-età tagħhom f’termini ta’ lingwa u kontenut u għandu jipprovdi l-garanziji kollha li jippermettu l-protezzjoni tal-integrità emozzjonali u l-aħjar interessi tal-minuri.

     

    Is-smigħ tal-minuri ma għandux isir fil-preżenza tal-partijiet fil-proċedimenti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, iżda għandu jiġu rreġistrat u miżjud mad-dokumentazzjoni b'tali mod li l-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom ikollhom l-opportunità li jaraw ir-reġistrazzjoni tas-smigħ.

    L-awtorità għandha tqis kif xieraq l-ideat tal-minuri f'konformità mal-età u l-maturità tagħhom u tirreġistra l-kunsiderazzjonijiet tagħhom fid-deċiżjoni.

    L-awtorità għandha tqis kif xieraq l-ideat tal-minuri f'konformità mal-età u l-maturità tagħhom , filwaqt li tqis l-aħjar interessi tal-minuri, u tirreġistra l-kunsiderazzjonijiet tagħhom fid-deċiżjoni.

    Emenda 45

    Proposta għal regolament

    Artikolu 23 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Kmieni kemm jista' jkun fil-proċedimenti, il-qorti għandha teżamina jekk il-partijiet humiex lesti li jinvolvu ruħhom f'medjazzjoni biex, fl-aħjar interessi tal-minuri, jaslu għal soluzzjoni miftehma, diment li dan ma jtawwalx il-proċedimenti bla bżonn.

    2.   Kmieni kemm jista' jkun fil-proċedimenti, il-qorti għandha teżamina jekk il-partijiet humiex lesti li jinvolvu ruħhom f'medjazzjoni biex, fl-aħjar interessi tal-minuri, jaslu għal soluzzjoni miftehma, diment li dan ma jtawwalx il-proċedimenti bla bżonn. F'dan il-każ, il-qorti għandha titlob lill-partijiet biex jagħmlu użu minn medjazzjoni.

    Emenda 46

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Il-qorti tista' tiddikjara d-deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri infurzabbli b'mod provviżorju minkejja kull appell, anke jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix din l-infurzabbiltà provviżorja.

    3.   Il-qorti tista' tiddikjara d-deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri infurzabbli b'mod provviżorju minkejja kull appell, anke jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix din l-infurzabbiltà provviżorja , filwaqt li tqis l-aħjar interessi tal-minuri .

    Emenda 47

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 5a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a.     Meta awtorità ġudizzjarja tkun ordnat ir-ritorn tal-minuri, din għandha tinnotifika lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija inġusta ta' tali deċiżjoni u d-data li fiha din tidħol fis-seħħ.

    Emenda 48

    Proposta għal regolament

    Artikolu 32 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Meta d-deċiżjoni ma tkunx infurzata fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-proċedimenti tal-infurzar ikunu nbdew, il-qorti tal-Istat Membru tal-infurzar għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali rikjedenti fl-Istat Membru ta' oriġini, jew lir-rikorrent, jekk il-proċedimenti kinux ġew istitwiti mingħajr l-assistenza tal-Awtorità Ċentrali, dwar dan il-fatt u r-raġunijiet.

    4.   Meta d-deċiżjoni ma tkunx infurzata fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-proċedimenti tal-infurzar ikunu nbdew, il-qorti tal-Istat Membru tal-infurzar għandha tinforma kif xieraq lill-Awtorità Ċentrali rikjedenti fl-Istat Membru ta' oriġini, jew lir-rikorrent, jekk il-proċedimenti kienu ġew istitwiti mingħajr l-assistenza tal-Awtorità Ċentrali, dwar dan il-fatt u r-raġunijiet u għandha tipprovdi l-ħin stmat tal-infurzar .

    Emenda 49

    Proposta għal regolament

    Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika tal-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub; or

    (a)

    jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika tal-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub , għalkemm dan ir-rifjut jista' ma jwassalx għal xi forma ta' diskriminazzjoni projbita bl-Artikolu 21 tal-Karta ; or

    Emenda 50

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Rigward l-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandu jiġi rifjutat :

    1.   Rigward l-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma għandhiex tkun rikonoxxuta :

    Emenda 51

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    meta tkun ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma jkunx ġie notifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jkun ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat id-deċiżjoni b'mod inekwivokabbli; or

    (b)

    meta d-deċiżjoni tkun ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma jkunx ġie notifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jkun ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat id-deċiżjoni b'mod inekwivokabbli; or

    Emenda 52

    Proposta għal regolament

    Artikolu 58 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Ir-rikorrent li fl-Istat Membru tal-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali jew minn eżenzjoni mill-kostijiet u mill-ispejjeż għandu jkun intitulat , fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 27(3) , u fl-Artikoli 32, 39 u 42 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-kostijiet u mill-ispejjeż stabbiliti mil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.

    Ir-rikorrent li fl-Istat Membru tal-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali , minn għajnuna finanzjarja għall-użu ta' medjazzjoni jew minn eżenzjoni mill-kostijiet u mill-ispejjeż għandu jkun intitolat , fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 27(3) u fl-Artikoli 32, 39 u 42 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-kostijiet u mill-ispejjeż stabbiliti mil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.

    Emenda 53

    Proposta għal regolament

    Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    jipprovdu, fuq talba mill-Awtorità Ċentral ta' Stat Membru ieħor, assistenza biex jinstab fejn qiegħed minuri meta jkun jidher li l-minuri jista' jkun preżenti fit-territorju tal-Istat Membru rikjest u d-determinazzjoni ta' fejn qiegħed il-minuri tkun meħtieġa biex issir talba skont dan ir-Regolament;

    (a)

    jipprovdu, fuq talba mill-Awtorità Ċentral ta' Stat Membru ieħor, assistenza biex jinstab fejn qiegħed minuri meta jkun jidher li l-minuri jista' jkun preżenti fit-territorju tal-Istat Membru rikjest u d-determinazzjoni ta' fejn qiegħed il-minuri tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

    Emenda 54

    Proposta għal regolament

    Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet, u partikolarment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, l-Artikolu 25(1)(a), l-Artikolu 26(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(4);

    (d)

    jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-qrati , u partikolarment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, 19, l-Artikolu  25(1)(a), l-Artikolu 26(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(4);

    Emenda 55

    Proposta għal regolament

    Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea)

    jinfurmaw lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri dwar l-għajnuna u l-assistenza legali, pereżempju assistenza provduta minn avukati bilingwi speċjalizzati, sabiex jiġi evitat li d-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu fehmu l-portata ta' dak il-kunsens.

    Emenda 56

    Proposta għal regolament

    Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt g

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g)

    Jiżguraw li meta jniedu jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni tal-proċedimenti tal-qorti għar-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, ir-reġistru mħejji fid-dawl ta' dawn il-proċedimenti, ħlief meta jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jagħmlu dan impossibbli, ikun komplut fi żmien sitt ġimgħat.

    (g)

    jiżguraw li meta jniedu jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni tal-proċedimenti tal-qorti għar-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, ir-reġistru mħejji fid-dawl ta' dawn il-proċedimenti, ħlief meta jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jagħmlu dan impossibbli, ikun komplut u ppreżentat quddiem il-qorti jew awtorità kompetenti oħra fi żmien sitt ġimgħat.

    Emenda 57

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Fuq talba b'raġunijiet li jsostnuha mill-Awtorità Ċentrali jew awtorità ta' Stat Membru li l-minuri jkollu rabta sostanzjali magħha, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkun resident abitwali u preżenti tista' , direttament jew permezz ta' awtoritajiet jew korpi oħrajn:

    1.   Fuq talba b'raġunijiet li jsostnuha mill-Awtorità Ċentrali jew awtorità ta' Stat Membru li l-minuri jkollu rabta sostanzjali magħha, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkun resident abitwali u preżenti għandha , direttament jew permezz ta' awtoritajiet jew korpi oħrajn:

    Emenda 58

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Meta tiġi kkontemplata deċiżjoni fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, awtorità ta' Stat Membru, jekk is-sitwazzjoni tal-minuri tkun teħtieġ dan, tista' titlob lil kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru ieħor li jkollha informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri biex tikkomunika dik l-informazzjoni.

    2.   Meta tiġi kkontemplata deċiżjoni fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, awtorità ta' Stat Membru, jekk is-sitwazzjoni tal-minuri tkun teħtieġ dan, għandha titlob lil kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru ieħor li jkollha informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri biex tikkomunika dik l-informazzjoni.

    Emenda 59

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2а.     Waqt l-eżami ta' kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom għandha tinforma, mingħajr dewmien indebitu, lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li l-minuri jew ġenitur tagħhom ikun ċittadini tiegħu bl-eżistenza tal-proċedimenti pendenti.

    Emenda 60

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Awtorità ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtoritajiet ta' Stat Membru biex jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda skont dan ir-Regolament, speċjalment għal-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dritt li jinżamm kuntatt dirett fuq bażi regolari.

    3.   Awtorità ta' Stat Membru għandha titlob lill-awtoritajiet ta' Stat Membru biex jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda skont dan ir-Regolament, speċjalment għal-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dritt li jinżamm kuntatt dirett fuq bażi regolari.

    Emenda 61

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   L-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri ma jkunux residenti abitwali għandhom, fuq talba minn persuna li tirrisjedi f'dak l-Istat Membru li tkun qed tfittex li tikseb jew li żżomm l-aċċess għall-minuri, jew fuq talba minn Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru, jiġbru l-informazzjoni jew l-evidenza, u jistgħu jagħmlu sejba skont l-idoneità ta' dik il-persuna biex teżerċita l-aċċess u  skont il-kundizzjonijiet li bihom għandu jiġi eżerċitat dak l-aċċess .

    5.   L-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri ma jkunux residenti abitwali għandhom, fuq talba ta' ġenitur jew membru tal-familja residenti f'dak l-Istat Membru u li qed jipprovaw jiksbu jew iżżommu l-aċċess għall-minuri, jew fuq talba minn Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru ieħor , jiġbru l-informazzjoni jew l-evidenza, u jistgħu jiddeċiedu fuq l-idoneità ta' dawk il-persuni biex jeżerċitaw l-aċċess u  fuq il-kundizzjonijiet ta' tali eżerċizzju .

    Emenda 62

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 5a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a.     Awtorità ta' Stat Membru tista' titlob lill-Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru ieħor tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru fir-rigward ta' kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li huma rilevanti għall-eżaminazzjoni ta' każ skont dan ir-Regolament. L-awtorità tal-Istat Membru rikjest għandha tirrispondi fl-iqsar żmien possibbli.

    Emenda 63

    Proposta għal regolament

    Artikolu 65 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Meta awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament tikkontempla t-tqegħid tal-minuri f'istitut jew ma' familja tar-rispett fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Għal dan il-għan, permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru proprju tagħha, hija għandha twassal talba għal kunsens lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri li tinkludi rapport dwar il-minuri flimkien ma' raġunijiet għat-tqegħid propost jew għall-għoti ta' kura.

    1.   Meta awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament tikkontempla t-tqegħid tal-minuri ma' membri tal-familja, f'familji tar-rispett jew f'kura istituzzjonali sikura fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Għal dan il-għan, permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru proprju tagħha, hija għandha twassal talba għal kunsens lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri li tinkludi rapport dwar il-minuri flimkien ma' raġunijiet għat-tqegħid propost jew għall-għoti ta' kura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw lill-ġenituri u lill-qraba tal-minuri d-dritt għall-kuntatt regolari mill-qrib, irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom, ħlief fil-każijiet fejn dan ikun ta' periklu għall-benesseri tal-minuri.

    Emenda 64

    Proposta għal regolament

    Artikolu 65 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Jekk l-awtorità kompetenti beħsiebha tibgħat assistenti soċjali fi Stat Membru ieħor sabiex jiġu ddeterminati jekk it-tqegħid hemmhekk humiex kompatibbli mal-benesseri tal-minuri, din għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.

    Emenda 65

    Proposta għal regolament

    Artikolu 66 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.    Kull Awtorità Ċentrali għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha.

    4.    Ħlief fejn ġie miftiehem mod ieħor bejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Istat Membru li ssirlu t-talba, kull Awtorità Ċentrali għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha.

    Emenda 66

    Proposta għal regolament

    Artikolu 79 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sa [10 snin wara d-data tal-applikazzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-evalwazzjoni ex post ta' dan ir-Regolament bl-appoġġ tal-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat jekk hemm bżonn bi proposta leġiżlattiva.

    Sa [ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-evalwazzjoni ex post ta' dan ir-Regolament sostnuta bl-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat jekk hemm bżonn bi proposta leġiżlattiva.

    Emenda 67

    Proposta għal regolament

    Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    L-għadd tal-każijiet u d-deċiżjonijiet fil-proċedimenti tal-medjazzjoni li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri;


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

    (34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

    (35)  Ara l-Anness V.

    (34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

    (35)  Ara l-Anness V.

    (1a)   CM/Rec(2012)2 tat-28 ta' Marzu 2012.

    (1bis)   CM/Rec(2012)2 tat-28 ta' Marzu 2012.


    Top