This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XG0629(01)
Council conclusions to contribute towards halting the rise in Childhood Overweight and Obesity
Konklużjonijiet tal-Kunsill li jikkontribwixxu biex jieqfu jiżdiedu l-Piż Żejjed u l-Obeżità fit-Tfulija
Konklużjonijiet tal-Kunsill li jikkontribwixxu biex jieqfu jiżdiedu l-Piż Żejjed u l-Obeżità fit-Tfulija
ĠU C 205, 29.6.2017, p. 46–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/46 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill li jikkontribwixxu biex jieqfu jiżdiedu l-Piż Żejjed u l-Obeżità fit-Tfulija (1)
(2017/C 205/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
IFAKKAR
1. |
Fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (2), li jiddikjara li “livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni” u li “[l-]Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri [fil-qasam tas-saħħa pubblika] u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom”; |
2. |
Li mill-2000 ‘l hawn, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ssottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, partikolarment permezz tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, b’mod partikolari: (3)
|
3. |
Fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 (12), li jirrikonoxxi l-impatt ta’ benefiċċju tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għas-sistemi tas-saħħa u l-importanza ta’ dieta tajba għas-saħħa (13) u l-promozzjoni tal-attività fiżika fit-tnaqqis tar-riskju ta’ kundizzjonijiet kroniċi u l-mard li ma jitteħidx u jistieden lill-Istati Membri jkomplu jagħtu l-ogħla prijorità lill-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ attività fiżika, biex b’hekk jikkontribwixxu għal saħħa u kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tal-UE u għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar l-Ikel u n-Nutrizzjoni 2015-2020 (14); |
4. |
Fil-Pjan ta’ Azzjoni Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma Jitteħidx 2013-2020 tas-27 ta’ Mejju 2013 (15) u d-disa’ miri globali volontarji tiegħu; l-Istrateġija għall-Attività Fiżika għar-Reġjun Ewropew tad-WHO għall-2016-2025 (16); ir-Rapport tad-WHO tal-Kummissjoni għat-Tmiem tal-Obeżità fit-Tfulija (2016) (17) li żviluppa pakkett komprensiv u integrat ta’ rakkomandazzjonijiet għall-indirizzar tal-obeżità fit-tfulija; |
5. |
Fir-Riżoluzzjoni tan-NU tal-25 ta’ Settembru 2015“Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli”, li tirrikonoxxi li biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi hemm bżonn ta’ approċċ multisettorjali u li jinkludi diversi partijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jibqa’ l-art (18); |
6. |
Fid-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna tal-5 ta’ Lulju 2013 dwar in-Nutrizzjoni u l-Mard li ma Jitteħidx fil-Kuntest ta’ “Saħħa 2020” (19) fejn intlaħaq qbil li tittieħed azzjoni b’rabta mal-obeżità u li tingħata prijorità lill-ħidma b’rabta mad-dieti tajbin għas-saħħa tat-tfal, partikolarment permezz tal-ħolqien ta’ ambjenti ta’ ikel u xorb aktar tajbin għas-saħħa; |
7. |
Fl-Akkwist Pubbliku ta’ Ikel Tajjeb għas-Saħħa - Rapport Tekniku dwar l-Ambjent Skolastiku 2017, abbozzat mill-Presidenza Maltija flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, id-WHO, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika (20); |
8. |
Fl-abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-obeżità fit-tfulija ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-22 ta’ Frar 2017 (21); |
JIRRIKONOXXI LI
1. |
Is-saħħa hija valur, opportunità u investiment għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ kull pajjiż; |
2. |
Il-prevalenza għolja ta’ piż żejjed u obeżità fit-tfulija f’ħafna Stati Membri hija sfida ewlenija għas-saħħa, li tikkontribwixxi għal inugwaljanzi dejjem akbar fis-saħħa, fejn it-tfal huma l-aktar grupp vulnerabbli li jintlaqat bl-agħar mod; u li l-obeżità fit-tfulija tagħti previżjoni ċara tal-obeżità fl-età adulta b’konsegwenzi għas-saħħa u ekonomiċi magħrufin sew, peress li huwa probabbli li aktar minn 60 % tat-tfal b’piż żejjed isiru adulti b’piż żejjed (22); |
3. |
Il-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija huma assoċjati ma’ konsegwenzi serji għas-saħħa kemm fuq perijodu qasir kif ukoll twil, inkluż riskju akbar ta’ dijabete tat-Tip 2, ażma, ipertensjoni u mard kardjovaskulari fost l-oħrajn; u li ladarba persuna jaqbadha dan il-mard, l-obeżità tnaqqas b’mod sinifikanti l-effikaċja tat-trattament għalih; |
4. |
L-obeżità taffettwa l-kwalità tal-ħajja u hija assoċjata, fost l-oħrajn, ma’ stima personali baxxa; |
5. |
Il-kawżi tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija huma kumplessi u jinkludu diversi fatturi, u jinħolqu l-aktar mill-esponiment għal ambjent obeżoġeniku (23); |
6. |
In-nuqqas ta’ attività fiżika adegwata u n-nutrizzjoni żbilanċjata jirriżultaw f’piż żejjed, obeżità u mard kroniku differenti. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żewġ oqsma jiġu indirizzati b’mod adegwat; |
7. |
Evidenza sperimentali ġdida tissuġġerixxi l-eżistenza ta’ alterazzjonijiet epiġenetiċi li f’xi każijiet jistgħu jkunu fattur li jikkontribwixxi biex wieħed ikollu piż żejjed jew ikun obeż; xi studji jissuġġerixxu li ċerti fatturi ta’ riskju bħal indiċi ogħla tal-massa tal-ġisem tal-omm qabel it-tqala, esponiment għat-tabakk qabel it-twelid, żieda fil-piż żejda tal-omm waqt it-tqala, u żieda aktar rapida fil-piż tat-trabi matul l-ewwel 1 000 jum huma assoċjati mal-obeżità aktar tard fit-tfulija (24); |
8. |
L-obeżità fit-tfal Ewropej hija relatata ħafna mal-istatus soċjoekonomiku tal-ġenituri tagħhom: huwa probabbli li l-ġenituri fil-gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi jkollhom piż żejjed. Hemm probabbiltà akbar li t-tfal ta’ ġenituri obeżi, jew ta’ ġenituri bi status soċjoekonomiku aktar baxx, ikollhom drawwiet ħżiena fl-ikel u jtellgħu piż żejjed. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, huwa probabbli li t-tfal fi gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi, b’mod partikolari fil-każ tat-twelid prematur, ma jingħatawx il-ħalib tas-sider (25); |
9. |
Il-politiki eżistenti għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-piż żejjed u tal-obeżità bil-għan li tieqaf tiżdied l-obeżità fit-tfulija ma kinux effikaċi biżżejjed. L-ebda azzjoni waħedha mhi biżżejjed biex tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfulija. Barra minn hekk, il-linji politiċi settorjali jista’ jkollhom ukoll impatti importanti mhux mixtieqa fuq id-dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-obeżità fit-tfulija tkun minn ta’ quddiem fuq l-aġenda tal-Istati Membri individwali u tal-Unjoni Ewropea u jeħtieġ li tiġi indirizzata bħala kwistjoni ta’ prijorità u permezz ta’ diversi azzjonijiet ikkoordinati minn setturi differenti; |
10. |
Hemm bżonn ta’ aktar riċerka biex nifhmu aħjar x’qed iwassal għall-piż żejjed u obeżità fit-tfulija, inkluż fl-epiġenetika, u nesploraw l-approċċi bbażati fuq l-evidenza għal dieta tajba għas-saħħa u attività fiżika aħjar matul il-ħajja. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ aktar riċerka fis-saħħa pubblika biex jiġu enfasizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u l-kawżi fil-gruppi soċjoekonomiċi kollha kif ukoll biex jiġu żgurati linji politiċi tas-saħħa pubblika, interventi u programmi ta’ prevenzjoni effikaċi; |
11. |
F’konformità mal-evidenza li t-tfal li jirċievu nutrizzjoni tajba huma aktar b’saħħithom, l-aċċess għal dieta tajba għas-saħħa u l-attività fiżika minn età żgħira jippermetti li t-tfal jikbru u jiżviluppaw f’adulti b’saħħithom. It-tfal b’saħħithom għandhom kapaċità aħjar li jitgħallmu u jiżviluppaw fl-iskola b’kapaċità konsegwenti mtejba għal żvilupp personali u produttività aħjar aktar tard fil-ħajja; |
12. |
Skont id-WHO, jenħtieġ li t-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn 5 snin u 17-il sena jakkumulaw tal-inqas 60 minuta ta’ attività fiżika moderata sa attività fiżika b’intensità għolja kuljum. Jenħtieġ ukoll li mill-inqas 3 darbiet fil-ġimgħa jiġu inkorporati wkoll attivitajiet b’intensità għolja u attivitajiet li jsaħħu l-muskoli u l-għadam. (26) Jenħtieġ li jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali disponibbli; |
13. |
Jenħtieġ li jittieħed approċċ kooperattiv transsettorjali fil-gvern u s-soċjetà kollha kemm hi biex jiġu żgurati ambjenti tajbin għas-saħħa, li jinkludi s-saħħa, l-edukazzjoni, il-produzzjoni tal-ikel, l-agrikoltura u s-sajd, il-kummerċ u l-industrija, il-finanzi, l-isport, il-kultura, il-komunikazzjoni, l-ippjanar ambjentali u urban, it-trasport, l-affarijiet soċjali u r-riċerka; |
14. |
Minħabba li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej it-tfal iqattgħu kważi terz tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum fl-ambjent edukattiv, huwa importanti li jiġu promossi dieti tajbin għas-saħħa u attività fiżika fl-ambjenti edukattivi u fiċ-ċentri għall-indukrar tat-tfal, f’kooperazzjoni mal-ġenituri. Jenħtieġ li wieħed jistinka biex ikun hemm ambjent favorevoli li jappoġġa stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fl-ambjenti edukattivi; |
15. |
L-ikliet tal-iskola joffru opportunità tajba biex jiġu appoġġati drawwiet fl-ikel tajbin għas-saħħa u biex tiġi promossa s-saħħa; għal dan il-għan, l-“ikel tajjeb għas-saħħa” għandu jiġi promoss fl-ambjenti edukattivi; |
16. |
Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi għandhom il-possibbiltà li jtejbu d-domanda għal ikliet tajbin għas-saħħa u b’hekk għal dieti aħjar permezz tal-akkwist pubbliku u għandhom il-potenzjal li jinfluwenzaw is-suq u jippromwovu l-innovazzjoni biex jingħata ikel nutrizzjonalment aktar bilanċjat b’mod ġust u trasparenti; |
17. |
Hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjonijiet aktar effikaċi b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, xaħam saturat, aċidi xaħmija trans, zokkor u melħ. L-esperjenza u l-evidenza jindikaw il-fatt li l-azzjoni volontarja tista’ teħtieġ miżuri regolatorji sabiex tkun aktar effikaċi; |
18. |
It-treddigħ esklużiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja għandu l-benefiċċji tiegħu biex it-tfal jikbru, jiżviluppaw u jkunu b’saħħithom b’mod ottimali. Minn hemm ‘il quddiem, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti nutrittivi tagħhom li kulma jmur dejjem jevolvu, jenħtieġ li t-trabi jirċievu ikel komplementari nutrizzjonalment adegwat u sikur filwaqt li t-treddigħ ikompli sejjer sa sentejn jew aktar. It-treddigħ u l-użu ta’ ikel kumplimentari sikur għandhom isiru f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO (27) jew mar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali meta jkunu disponibbli; |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
1. |
Jintegraw fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom, strateġiji jew attivitajiet dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, miżuri transsettorjali bil-għan li tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfulija, li jikkonċentraw mhux biss fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard iżda wkoll fuq dawk it-tfal u l-adolexxenti li diġà għandhom piż żejjed jew huma obeżi; jenħtieġ b’mod partikolari li jiġu inklużi dawn li ġejjin:
|
2. |
Ifasslu linji gwida speċifiċi għad-dieta tat-tfal u l-adolexxenti li jindirizzaw kemm lil dawk b’piż tajjeb għal saħħithom kif ukoll lil dawk li għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Jeħtieġ li tali linji gwida jipprovdu gwida lill-ġenituri, il-persuni li jagħtu kura u l-fornituri tal-ikel fil-faċilitajiet edukattivi, fost l-oħrajn, dwar id-daqsijiet adatti tal-porzjon u l-informazzjoni li tidentifika l-għażliet tal-ikel nutrittiv, bi prezz li jintlaħaq u konvenjenti; |
3. |
Jiżviluppaw linji gwida nazzjonali speċifiċi biex tiġi inkoraġġita l-attività fiżika ta’ kuljum; |
4. |
Jiżguraw li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u konsulenza promossi mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali li jittrattaw il-qasam tan-nutrizzjoni, l-attività fiżika u s-saħħa jitħejjew u jitwasslu f’kundizzjonijiet ħielsa minn influwenza kummerċjali mhux dovuta; |
5. |
Iżidu l-isforzi konġunti biex inaqqsu l-ammont ġenerali ta’ komunikazzjoni kummerċjali tal-ikel u s-setgħa persważiva tagħha li timmira lit-tfal u l-adolexxenti u li tmur kontra l-inkoraġġiment ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa; |
6. |
Jinvolvu rwieħhom mal-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel u s-settur tal-catering biex jinkoraġġixxu t-titjib fl-ikel, skont il-linji gwida tas-settur tas-saħħa, u l-promozzjoni ta’ għażliet tajbin għas-saħħa sabiex l-għażla tajba għas-saħħa tkun waħda faċli; |
7. |
Fejn ikun adatt, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inkluż mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumaturi u dawk iffokati fuq it-tfal, jintroduċu miżuri jew jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta. Dan biex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni kummerċjali li żżomm lit-tfal u l-adolexxenti fil-mira ma tippromwovix ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, melħ, zokkor jew xaħam saturat u aċidi xaħmija trans jew li nkella ma jikkonformax mal-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali u li l-isforzi marbutin mat-titjib, il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-prodotti tal-ikel tal-industrija jkunu dejjem aktar konsistenti; |
8. |
Iqisu miżuri leġislattivi, fejn ikun adatt, biex jippromwovu l-attività fiżika, dieta tajba għas-saħħa u jiżguraw ambjent favorevoli; |
9. |
Jimplimentaw approċċ fejn is-saħħa tiġi integrata fil-linji politiċi kollha li jwassal għall-ħolqien ta’ ambjenti u infrastruttura li joffru sostenn biex tiżdied l-attività fiżika ta’ rutina u dik rikreattiva u biex l-għażla tal-ikel tajjeb għas-saħħa tkun waħda faċli; |
10. |
Jimplimentaw programmi kontinwi ta’ monitoraġġ tal-istatus tas-saħħa matul il-ħajja, b’attenzjoni speċjali għan-nutrizzjoni u l-attività fiżika fin-nisa tqal, it-tfal u l-adolexxenti sabiex tiġi żviluppata u diretta azzjoni mmirata. Dawn il-programmi għandhom ikunu kapaċi jagħmlu monitoraġġ ta’ diversi indikaturi bħall-inugwaljanzi soċjali; |
11. |
Jikkunsidraw it-twettiq ta’ analiżi tal-konsegwenzi ekonomiċi tal-piż żejjed u l-obeżità fl-età adulta u fit-tfulija, partikolarment l-ispejjeż tas-saħħa u dawk soċjali, il-piż fuq il-baġit pubbliku u fuq il-baġits tal-familji fis-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi kollha; |
JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
1. |
Jagħmlu l-indirizzar tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfulija prijorità tal-Unjoni Ewropea, li tkun riflessa fil-linji politiċi settorjali kollha u fl-Aġenda ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, waqt li jiġu rispettati b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri; |
2. |
Fejn ikun rilevanti, jaħdmu flimkien mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumaturi u dawk iffokati fuq it-tfal, taħt it-tmexxija tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, biex iħejju, isaħħu u janalizzaw l-inizjattivi fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Dan għandu jsir bil-ħsieb li titnaqqas il-kummerċjalizzazzjoni diretta lejn it-tfal u l-adolexxenti ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ enerġija, melħ, zokkor, xaħam saturat u aċidi xaħmija trans jew li nkella ma jikkonformax mal-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali, kif ukoll biex jingħelbu l-istili ta’ ħajja sedentarji, bl-użu ta’ għodod ibbażati fuq l-evidenza, minħabba l-evidenza li hemm rabta b’saħħitha bejn il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħin li wieħed iqatta’ quddiem l-iskrin minn naħa u l-obeżità fit-tfal u l-adolexxenti min-naħa l-oħra; |
3. |
B’mod partikolari, iqisu l-bżonn urġenti li tingħata tweġiba għall-isfida l-ġdida tal-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar permezz tal-pjattaformi online u l-media soċjali fejn il-messaġġi ta’ komunikazzjoni spiss jimmiraw lit-tfal individwali u dawn huma aktar diffiċli li jiġu mmonitorjati; |
4. |
Jinkoraġġixxu t-tikkettar volontarju tal-ikel, skont il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 b’mod partikolari l-Artikolu 35(1) tiegħu biex jingħata appoġġ lill-konsumaturi kollha, b’mod partikolari lil dawk mill-gruppi soċjoekonomiċi iktar baxxi, biex jagħmlu għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u jippromwovu l-kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni bil-għan li l-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-informazzjoni dwar l-ikel, inkluż it-tikkettar nutrittiv; |
5. |
Jidentifikaw, fil-Grupp ta’ Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika, mekkaniżmi adatti għat-titjib tal-ġbir tad-data eżistenti dwar l-indikaturi tas-saħħa, kif ukoll data dwar l-interventi u l-azzjonijiet, b’mod partikolari dawk b’rabta mal-eżiti tal-imġiba, il-fatturi protettivi u l-fatturi ta’ riskju, il-piż żejjed, l-obeżità u s-saħħa sabiex ikun hemm data aġġornata, affidabbli u komparabbli; |
6. |
Jistabbilixxu bħala oqsma ta’ prijorità l-monitoraġġ tal-attività fiżika u l-kwalità nutrittiva tal-ikel fl-ambjenti edukattivi għat-tfal, il-valutazzjoni tal-inugwaljanzi soċjali b’rabta mal-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal u l-adolexxenti, u l-impatt konsegwenti tagħhom; |
7. |
Jappoġġaw l-Inizjattiva ta’ Sorveljanza tal-Obeżità fit-Tfulija tad-WHO (29) bil-għan li jitkejlu b’rutina x-xejriet tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal tal-iskola primarja u l-Istudju dwar l-Imġiba fis-Saħħa fit-Tfal tal-Iskola (30) għall-adolexxenti, sabiex jiġi mifhum aħjar il-progress tal-epidemija f’dan il-grupp tal-popolazzjoni u jkun jista’ jsir tqabbil bejn il-pajjiżi fir-Reġjun Ewropew; |
8. |
Ikomplu jappoġġaw u jimplimentaw, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020, speċjalment l-attivitajiet u l-effetti transkonfinali bħat-titjib tal-prodotti tal-ikel u l-kummerċjalizzazzjoni diretta lejn it-tfal; |
9. |
Jiżviluppaw u jivvalutaw il-programmi bbażati fuq l-evidenza u l-linji gwida dwar il-promozzjoni tas-saħħa u dwar l-interventi ta’ prevenzjoni, id-dijanjożi u l-għażliet ta’ trattamenti għat-tfal u l-adolexxenti li għandhom piż żejjed jew li huma obeżi jew li huma f’riskju f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, jipprovdu taħriġ u gwida għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa f’konformità mal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO; |
10. |
Jidentifikaw il-prattiki tajbin fl-Istati Membri li huma adatti għall-kriterji tal-għażla bbażata fuq l-evidenza u jxerrduhom fost l-Istati Membri, waqt li jqisu l-kuntest istituzzjonali; |
JAPPELLA LILL-KUMMISSJONI BIEX:
1. |
Tkompli tappoġġa u tagħti riżorsi lil proġetti ta’ riċerka u inizjattivi ta’ sorveljanza diretti lejn it-traċċar u l-indirizzar tal-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal, inkluż it-tixrid ta’ eżempji ta’ prattika tajba u stejjer ta’ suċċess magħżula abbażi ta’ kriterji rigorużi; |
2. |
Tiżgura approċċ effikaċi li jintegra s-saħħa fil-linji politiċi kollha li jippromwovi konsiderazzjonijiet dwar is-saħħa, il-prevenzjoni u n-nutrizzjoni fis-setturi u l-inizjattivi kollha; |
3. |
Tkompli tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fit-titjib tal-prodotti, bl-użu ta’ oqfsa adatti ta’ evalwazzjoni u ta’ responsabbiltà, u tirrapporta regolarment dwar l-iżviluppi; |
4. |
Tappoġġa t-tfassil ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-UE fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni kummerċjali dwar l-ikel, b’mod partikolari b’rabta mat-tfal u l-adolexxenti, waqt li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kif ikun adatt; |
5. |
Tappoġġa l-ħidma konġunta tal-Istati Membri li lesti jkomplu jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi koordinati rilevanti bl-aktar mod wiesa’ possibbli, speċjalment fl-oqsma tat-titjib tal-prodotti tal-ikel, l-analiżi ekonomika tal-konsegwenzi tal-obeżità, il-kummerċjalizzazzjoni u l-akkwist pubbliku tal-ikel. |
(1) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tiddefinixxi lil tifel jew tifla bħala bniedem/bniedma taħt l-età ta’ 18-il sena dment li tkunx laħqet l-età legali qabel, skont il-liġi li tapplika għat-tifel jew it-tifla.
(2) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47 (verżjoni konsolidata).
(3) Konklużjonijiet jew Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti oħra: il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2002 dwar l-obeżità, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2003 dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa: edukazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fil-31 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tas-saħħa permezz ta’ alimentazzjoni u attività fiżika, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-2 ta’ Diċembru 2011 dwar l-għeluq ta’ lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta’ azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta’ ħajja san u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata fis-26 ta’ Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta’ attività fiżika favur is-saħħa.
(5) 9181/05 SAN 67
(6) 16167/06 SAN 261
(7) 15612/07 SAN 227 DENLEG 118
(8) 9947/10 SAN 120 DENLEG 355
(9) ĠU C 393, 19.12.2012, p. 22.
(10) ĠU C 213, 8.7.2014, p. 1.
(11) ĠU C 269, 23.7.2016, p. 21.
(12) http://ec.europa.eu/health//sites/health/files/nutrition_physical_activity/docs/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en.pdf
(13) Il-kunċett ta’ “dieta tajba għas-saħħa” huwa sinonimu ma’ dak li jintuża fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 http://ec.europa.eu/health//sites/health/files/nutrition_physical_activity/docs/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en.pdf
u r-Rapport tad-WHO tal-Kummissjoni għat-Tmiem tal-Obeżità fit-Tfulija http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/204176/1/9789241510066_eng.pdf
(14) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0008/253727/64wd14e_FoodNutAP_140426.pdf
(15) http://www.who.int/nmh/events/ncd_action_plan/en/
(16) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0010/282961/65wd09e_PhysicalActivityStrategy_150474.pdf?ua=1
(17) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/204176/1/9789241510066_eng.pdf
(18) http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
(19) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0003/234381/Vienna-Declaration-on-Nutrition-and-Noncommunicable-Diseases-in-the-Context-of-Health-2020-Eng.pdf?ua=1
(20) https://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/public-procurement-food-health-technical-report.pdf
(21) Studju dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija 2014-2020 https://www.eu2017.mt/Documents/Reports/mid-term%20evaluation%20APCO%20report%20Draft.pdf
(22) Statistika tad-WHO dwar l-obeżità
http://www.euro.who.int/en/health-topics/noncommunicable-diseases/obesity/data-and-statistics
(23) Obeżoġeniku jirreferi għall-influwenzi kollha li għandhom l-ambjent tal-madwar, l-opportunitajiet jew il-kundizzjonijiet tal-ħajja fuq il-promozzjoni tal-obeżità fl-individwi jew il-popolazzjonijiet. F’konformità mat-Tabella ta’ Analiżi għall-Ambjenti Marbuta mal-Obeżità (ANGELO), l-ambjent jinqasam f’żewġ dimensjonijiet: id-daqs (mikro jew makro) u t-tip (fiżiku, ekonomiku, politiku jew soċjokulturali), għall-kejl marbut mal-obeżità (eż. l-imġiba fid-dieta, l-attività fiżika jew il-piż) Ara: Swinburn B, Egger G, Raza F. - Dissecting Obesogenic Environments: The Development and Application of a Framework for Identifying and Prioritizing Environmental Interventions for Obesity. Prev Med, 1999 12;29(6):563-570).
(24) Woo Baidal JA, Locks LM, Cheng ER, Blake-Lamb TL, Perkins ME, Taveras EM. Risk Factors for Childhood Obesity in the First 1,000 Days: a Systematic Review. AJPM. 2016;50(6):761-779.
(25) Ara, Flacking, R., Hedberg Nyqvist, K, Ewald, U; Effects of socioeconomic status on breastfeeding duration in mothers of preterm and term infants. Eur J Public Health 2007; 17 (6): 579-584. doi: 10.1093/eurpub/ckm019
(26) Rakkomandazzjonijiet globali dwar l-attività fiżika għas-saħħa http://www.who.int/dietphysicalactivity/factsheet_recommendations/en/
(27) Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konsultazzjoni tal-esperti (Ġinevra, 28-30 ta’ Marzu 2001) li kkompletaw l-analiżi sistematika tat-tul ta’ żmien ottimali għat-treddigħ esklużiv (ara d-dokument A54/INF.DOC./4)
(28) It-trasport attiv jirreferi għal kwalunkwe forma ta’ trasport li juża l-enerġija tal-bniedem - il-mixi, iċ-ċikliżmu, l-użu ta’ siġġu tar-roti, l-iskejzjar b’linja waħda ta’ roti jew l-iskateboarding. Ara http://www.phac-aspc.gc.ca/hp-ps/hl-mvs/pa-ap/at-ta-eng.php
(29) http://www.euro.who.int/en/health-topics/disease-prevention/nutrition/activities/monitoring-and-surveillance/who-european-childhood-obesity-surveillance-initiative-cosi
(30) http://www.euro.who.int/en/health-topics/Life-stages/child-and-adolescent-health/health-behaviour-in-school-aged-children-hbsc