EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0602

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għall-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29 u tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal tliet Regolamenti ġodda tan-NU, Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid u proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida

COM/2017/0602 final - 2017/0262 (NLE)

Brussell, 18.10.2017

COM(2017) 602 final

2017/0262(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għall-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29 u tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal tliet Regolamenti ġodda tan-NU, Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid u proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, bil-ħsieb li jneħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali.

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU/KEE”) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”), u b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Regolamenti Tekniċi Globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tal-WP.29 tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati Regolamenti ġodda tan-NU, Regolamenti Tekniċi Globali ġodda tan-NU (UN GTRs) u/jew emendi tar-Regolamenti tan-NU jew tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (UN GTRs) eżistenti, biex ikun jista’ jsir progress tekniku. Qabel kull laqgħa tal-WP.29, dawn l-emendi jiġu adottati minn wieħed mis-sitt gruppi ta’ ħidma (GRs) li huma attivi fil-WP.29.

Sussegwentement, f’laqgħa tal-WP.29 jittieħed il-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, sakemm jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti għal żewġ Ftehimiet (il-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998) fil-WP.29. Kull darba titħejja Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-“megadeċiżjoni”, li tħaddan fiha l-lista ta’ Regolamenti, emendi, supplimenti u rettifiki, u tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Unjoni f’kull laqgħa tal-WP.29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar ir-Regolamenti, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki mressqin għall-votazzjoni fil-laqgħa tal-WP.29 ta’ Novembru 2017, li se ssir bejn it-13 u s-17 ta’ Novembru 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta' politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tikkumplimenta u hija totalment konformi mal-politika tas-suq intern tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija tal-karozzi.

Is-sistema tal-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim tal-1958 għandu rwol importanti f’dan l-għan għaliex il-manifatturi tal-UE jistgħu joperaw b’sett komuni ta’ Regolamenti ta’ approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-prodott se jkun rikonoxxut mill-Partijiet Kontraenti bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Pereżempju, din l-iskema ppermettiet li r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar aktar minn 50 Direttiva tal-UE u jissostitwihom bir-Regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim tal-1958.

Ittieħed approċċ simili bid-Direttiva 2007/46/KE, li ssostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Is-sistema tal-WP.29 hija marbuta mal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetittività, li fuqha din l-inizjattiva għandha impatt pożittiv. Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni għat-trasport u l-enerġija, li jitqiesu sew fil-proċess għall-abbozzar u l-adozzjoni tar-Regolamenti tan-NU li jaqgħu taħt il-Ftehim tal-1958.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jifformaw il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta.

Sussidjarjetà

L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għal Regolamenti tan-NU, l-emendi tar-Regolamenti tan-NU u l-abbozzi tar-Regolamenti Tekniċi Globali u tinkorporahom fis-sistema tal-Unjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. Dan mhux talli jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq intern, iżda jiżgura wkoll standards ambjentali u tas-sikurezza ugwali madwar l-Unjoni. Joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu manifatturati speċifikament biex tinkiseb l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal kull Stat Membru.

Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota f'isem l-Unjoni u hija l-istrument proporzjonat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE sabiex tiġi ddefinita pożizzjoni unifikata tal-UE fin-NU/KEE fir-rigward tal-votazzjoni dwar id-dokumenti ta' ħidma proposti fl-aġenda tal-laqgħa tal-WP.29. Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni pubbliċi.

Għażla tal-istrument

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta’ ftehim internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

L-għarfien espert estern mhux rilevanti fil-każ ta’ din il-proposta. Madankollu din ġiet eżaminata mill-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta ma tistax tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt peress li mhix ta’ natura leġiżlattiva u l-ebda għażla ta’ politika alternattiva mhi disponibbli jew possibbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F’termini ta’ piż amministrattiv, l-inizjattiva ma għandhiex riperkussjonijiet, għaliex ir-referenzi tal-emenda annessi ma’ din il-megadeċiżjoni mhux se jintroduċu rappurtar ġdid jew obbligi amministrattivi oħra għall-intrapriżi, inklużi l-SMEs. Anzi, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv huwa fil-mira għaliex l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti armonizzati fil-livell globali tippermetti lill-manifatturi jippreżentaw dokumentazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ sistemi u komponenti mhux biss fl-UE iżda anki fis-swieq tal-esportazzjoni minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 barra mill-UE.

Il-proposta għandha impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività u l-kummerċ internazzjonali tal-karozzi tal-UE. L-aċċettazzjoni ta’ regolamenti tal-vetturi armonizzati internazzjonalment mis-sħab kummerċjali tal-UE hija rikonoxxuta bħala l-aqwa mod kif jitneħħew ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u biex jinfetaħ u jitwessa’ l-aċċess għas-suq għall-intrapriżi tal-karozzi tal-UE.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar

il-proposti għall-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134;

il-proposti għall-emendi tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15;

il-proposti għal tliet Regolamenti ġodda tan-NU dwar l-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa, is-Sistemi ta’ Sejħiet ta’ Emerġenza f’Inċidenti (AECS) u s-sistemi ta’ ankraġġ tas-sits tat-tfal, rispettivament;

proposta għal Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid dwar is-Sikurezza tal-Vetturi Elettriċi (EVS);

proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida (M.R.3) tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998 dwar il-Kwalità tal-Arja Interna tal-Vettura (VIAQ);

proposta għall-emenda tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU; kif ukoll

proposta għall-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29.

2017/0262 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għall-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29 u tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal tliet Regolamenti ġodda tan-NU, Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid u proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 1 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 2 , l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”).

(3)Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti tan-NU adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu adattati r-rekwiżiti marbuta ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134 u bir-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15.

(5)Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa, is-Sistemi ta’ Sejħiet ta’ Emerġenza f’Inċidenti u s-sistemi ta’ ankraġġ tas-sits tat-tfal, jeħtieġ li tiġi adottata l-proposta għal Regolamenti tan-NU ġodda dwar dawk is-suġġetti.

(6)Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar is-Sikurezza tal-Vetturi Elettriċi, jeħtieġ li tiġi adottata l-proposta għal Regolament Tekniku Globali tan-NU (GTR).

(7)Biex jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet u proċedura ta’ ttestjar armonizzata għall-kalkolu tal-emissjonijiet interni tal-vetturi, u b’hekk jitqiesu l-istandards eżistenti, jeħtieġ li tiġi adottata l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida (M.R.3) dwar il-kwalità tal-arja interna tal-vettura (VIAQ) skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Ftehim Parallel.

(8)Sabiex jiġu kkjarifikati l-proċeduri regolatorji wara r-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet 4 , biex tiġi ssimplifikata l-ħidma futura fil-kopri sussidjarji tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29), biex jiġu evitati d-diverġenzi fl-interpretazzjoni u biex tiġi żgurata prattika regolatorja tajba, jeħtieġ li jinbidlu l-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU.

(9)Biex l-organizzazzjonijiet nongovernattivi mingħajr status konsultattiv fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-WP.29 f’kapaċità konsultattiva, jeħtieġ li jiġu riveduti r-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29.

(10)Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perjodu mit-13 sas-17 ta’ Novembru 2017 għandha tkun ta’ vot favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(4) Approvati f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1790 tat-12 ta’ Frar 2016 (ĠU L 274, p. 2, 11.10.2016).
Top

Brussell, 18.10.2017

COM(2017) 602 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-proposti għall-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 14, 16, 17, 43, 44, 46, 48, 49, 110, 121, 129 u 134, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 6 u 15, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-WP.29 u tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-NU fir-Regolamenti tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal tliet Regolamenti ġodda tan-NU, Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid u proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida


ANNESS

Nota: Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt huma disponibbli għall-pubbliku fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/gen2017.html

Nru tar-Regolament

Titolu tal-punt

Referenza tad-dokument

12

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 12 (Mekkaniżmu tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/2017/118

14

Proposta għas-serje 08 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/119

14

Proposta għas-serje 08 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/128

16

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 06 ta’ emendi u għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/120

17

Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 5 tar-Regolament tan-NU Nru 17 (Saħħa tas-sits)

ECE/TRANS/WP.29/2017/121

17

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 08 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 17 (Saħħa tas-sits)

ECE/TRANS/WP.29/2017/122

43

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 43 (Ħġieġa tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/111

43

Proposta għar-Rettifika 6 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 43 (Ħġieġa tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/112

43

Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 4 tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġa tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/117

44

Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta’ trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/123

46

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Tagħmir għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2017/113

48

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ tagħmir tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2017/110

49

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 05 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta’ tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

ECE/TRANS/WP.29/2017/129

49

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta’ tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

ECE/TRANS/WP.29/2017/130

110

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2017/114

110

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2017/115

121

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi)

ECE/TRANS/WP.29/2017/116

129

Proposta għas-Suppliment 6 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/124

129

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/125

129

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2017/126

134

Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil (HFCV))

ECE/TRANS/WP.29/2017/127

Regolament ġdid Nru 0 tan-NU

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU Nru 0 dwar l-Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa

ECE/TRANS/WP.29/2017/108

Regolament ġdid tan-NU

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU Nru XXX dwar is-Sistemi ta’ Sejħiet ta’ Emerġenza f’Inċidenti (AECS)

ECE/TRANS/WP.29/2017/132

Regolament ġdid tan-NU

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU Nru XXX dwar is-sistemi tal-ankraġġi ISOFIX, l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size

ECE/TRANS/WP.29/2017/133

Nru tar-Regolament Tekniku Globali (GTR)

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Regolament Tekniku Globali tan-NU (ġdid)

Proposta għal Regolament Tekniku Globali tan-NU ġdid dwar is-Sikurezza tal-Vetturi Elettriċi (EVS)

ECE/TRANS/WP.29/2017/138

Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 15

Proposta għall-Emenda 3 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 15 (Proċeduri ta’ Ttestjar armonizzati fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2017/140

Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 6

Proposta għal Rettifika 2 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 6 (Ħġieġa tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2017/142

Punt

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 3 tan-NU

Proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida (M.R.3) tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998 dwar il-Kwalità tal-Arja Interna tal-Vettura (VIAQ)

ECE/TRANS/WP.29/2017/136

Linji Gwida Ġenerali tan-NU

Abbozz tal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolamenti tan-NU

ECE/TRANS/WP.29/2017/107 & /107/Corr.1 & /107/Add.1

Regoli ta' proċedura tal-WP.29

Proposta għall-emendi tar-regoli ta’ proċedura tal-WP.29

ECE/TRANS/WP.29/2017/137

Top