EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0559R(01)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia

COM/2017/0559 final/2 - 2017/0242 (COD)

Brussell, 4.1.2018

COM(2017) 559 final/2

2017/242(COD)

CORRIGENDUM
This document corrects document COM(2017) 559 final of 29.09.2017.
Concerns all language versions.
Addition of three words in Article 4(1) on page 12 and deletion of one word and correction of another word in Article 4(3) on page 12.
The text shall read as follows:

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia

{SWD(2017) 321}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Georgia qed tkompli taffaċċja ambjent estern dgħajjef, li permezz ta’ esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa kkontribwixxa għal tkabbir tal-PDG relattivament baxx stmat ta' 2.7% fl-2016 (meta mqabbel ma' 2.9% fl-2015 u 4.6% fl-2014). It-tkabbir tal-PDG huwa proġettat li jiżdied gradwalment għal 3.5% fl-2017, appoġġat mill-konsum u l-investiment. It-tkabbir reġjonali u globali wkoll mistenni jitjieb fl-2017, iżda se jibqa' soġġett għar-riskji negattivi tal-instabbiltà ġeopolitika, protezzjoniżmu u volatilità fis-swieq finanzjarji.

Id-defiċit fiskali tal-Georgia għadu sinifikanti (4.1% tal-PDG kemm fl-2016 kif ukoll, kif mistenni mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fl-2017). Il-proporzjon tad-dejn pubbliku għall-PDG żdied minn 35.6% fl-2014 għal 44.6% fl-2016, primarjament minħabba l-fatt li madwar 80% tad-dejn pubbliku huwa denominat f'munita barranija, u l-munita nazzjonali (il-lari tal-Georgia, GEL) deprezzat b'mod sinifikanti matul dak il-perjodu. Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Georgia għadha vulnerabbli minħabba defiċit kbir ħafna fil-kont kurrenti (12.4% tal-PDG fl-2016) u dejn estern għoli (111.8% tal-PDG fl-2016). Ir-riżervi tal-iskambju barrani tal-Georgia kienu b'mod wiesa' stabbli f'termini assoluti sa mill-2011, b'total ta' USD 2.8 biljun fl-aħħar tal-2016, iżda l-ħtiġijiet ta' riżerva qed jiżdiedu skont il-metrika komposta tal-FMI. Għaldaqstant, attwalment ir-riżervi qegħdin taħt il-livell stmat mill-FMI bħala adegwat. Il-Georgia tkompli wkoll tadatta għar-rekwiżiti taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) mal-UE, li, flimkien ma' opportunitajiet, jinvolvu wkoll kostijiet ta' aġġustament.

F'dan il-kuntest, fit-12 ta’ April 2017, il-Georgia u l-FMI laħqu ftehim dwar arranġament estiż ta' tliet snin (2017-2020) skont il-Faċilità ta' Fond Estiża (Exteded Fund Facility - EFF). L-EFF tirrappreżenta 100% tal-kwota tal-Georgia fil-Fond (SDR 210.4 miljuni, jew madwar USD 285 miljun). L-għan tal-programm tal-EFF huwa li jappoġġa programm ta' riforma ekonomika li se jgħin lill-Georgia tnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi, u tippromwovi tkabbir ekonomiku akbar u aktar inklużiv.

Il-gvern tal-Georgia talab ukoll Assistenza Mikrofinanzjarja (AMF) mill-UE fis-16 ta' Ġunju 2017. Fid-dawl ta' din it-talba u s-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, il-Kummissjoni qed tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposta għal AMF lill-Georgia, abbażi tal-Artikolu 212(2) tat-TFUE. Il-proposta hija għal ammont sa EUR45 miljun li minnhom EUR 35 miljun huma fil-forma ta' self u EUR 10 miljun jingħataw bħala għotjiet.

L-operazzjoni ġdida proposta ta' AMF hija t-tielet waħda wara l-kunflitt militari tal-Georgia mar-Russja f'Awwissu tal-2008. F'Ottubru tal-2008, l-UE wegħdet żewġ operazzjonijiet ta' AMF ta' EUR 46 miljun kull wieħed fil-Konferenza tad-Donaturi Internazzjonali fi Brussell. L-ewwel waħda minn dawn l-operazzjonijiet (EUR 46 miljun, kompletament fil-forma ta' għotjiet) ġiet implimentata fl-2009-2010 u t-tieni waħda (għal darb'oħra EUR 46 miljun, nofsha f'għotjiet u nofsha f'self) fl-2015-2017. L-aħħar ħlas parzjali tal-operazzjoni tal-2015-2017 ġie żborżat f'Mejju tal-2017.

L-AMF ġdida proposta se tgħin lill-Georgia tkopri parti mill-ħtiġijiet ta’ finanzjament esterni tagħha għall-perjodu tal-2017-2020, stmati għal madwar USD 752 miljun (EUR 671 miljun) 1 . L-operazzjoni se tnaqqas il-bilanċ tal-pagamenti fuq terminu qasir tal-ekonomija u l-vulnerabbiltajiet fiskali. Hija se titfassal u tkun implimentata f’koordinazzjoni mal-programmi ta' aġġustament u ta’ riforma li l-Georgia qablet fuqhom mal-FMI u mal-Bank Dinji, kif ukoll mar-riformi miftiehma skont l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-UE u d-DCFTA.

Kif elaborat ulterjorment fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi wkoll tal-valutazzjoni tal-qagħda politika magħmula mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), li l-prerekwiżiti politiċi u ekonomiċi għal operazzjoni tal-AMF proposta huma ssodisfati.

Kuntest Ġenerali

Il-ħarsa ġenerali makroekonomika għall-Georgia għadha vulnerabbli. Il-konsolidazzjoni fiskali li għadha għaddejja tista' ddgħajjef id-domanda domestika u tnaqqas it-tkabbir ekonomiku fil-Georgia. Barra minn hekk, l-ekonomija tal-Georgia qed taffaċċja riskji usa' minħabba perspettiva ekonomika reġjonali u globali inċerta, żbilanċi esterni (b'mod partikolari, defiċit fil-kont kurrenti kbir u li għadu qed jiżdied u dejn estern sinifikanti) kif ukoll riżervi internazzjonali li huma taħt il-livell xieraq.

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fir-reġjun u l-fatt li l-muniti ta' sħab tan-negozjar ewlenin kellhom deprezzament sinifikanti sa mill-aħħar tal-2014 ħolqu piż fuq l-esportazzjonijiet u r-rimessi tal-Georgia. Dan ikkontribwixxa għal deċellerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku għal 2.7% fl-2016, minn 2.9% fl-2015 u 4.6% fl-2014. It-tkabbir tal-PDG tal-Georgia fl-2016 kien primarjament xprunat mill-investiment, filwaqt li l-konsum privat baqa' baxx, b'hekk jirrifletti t-tnaqqis fid-dħul disponibbli kkawżat miż-żieda fil-valur tal-munita domestika tal-obbligi ta' pagament mill-ġdid tal-unitajiet domestiċi fuq is-self denominat bid-dollaru Amerikan f'kuntest ta' deprezzament sinifikanti tal-lari. It-tkabbir tal-PDG huwa proġettat li jiżdied b'mod gradwali, għal 3.5% fl-2017, appoġġat mill-konsum u l-investiment, u għal 5.0% fl-2020 (it-tmiem tal-arranġament li ġie miftiehem reċentement mal-FMI).

Ir-rata tal-kambju (USD/GEL medja tal-perjodu) iċċaqalqet minn 1.77 fl-2014 għal 2.27 fl-2016, jiġifieri deprezzament ta' 22% tal-lari tal-Georgia. L-effetti ta' din il-volatilità huma amplifikati mid-dollarizzazzjoni tal-ekonomija tal-Georgia li għadha għolja, fejn 70% tad-depożiti u 65% tas-self kienu denominati f'dollari Amerikani fl-2016.

Għalkemm ir-rata tal-qgħad fil-Georgia (11.8% fl-aħħar tal-2016) ilha f'xejra ta' tnaqqis sa mill-2009 (16.9%), din tibqa' sfida importanti. Filwaqt li f'setturi ġodda tat-tkabbir inħolqu opportunitajiet ta' xogħol, speċjalment fit-turiżmu u f'servizzi oħrajn, rata għolja ta' qgħad tippersisti minħabba sfidi assoċjati ma' spariġġ fil-ħiliet u disparitajiet reġjonali kbar. Il-Georgia wkoll ma għandhiex skema ta' benefiċċju kontra l-qgħad.

F'termini tas-settur estern, id-defiċit fil-kont kurrenti tal-Georgia kompla jiddeterjora fl-2016 għal 12.4% tal-PDG (minn 12.0% tal-PDG fl-2015 u 10.6% fl-2014) u, kif innotat, jibqa' sors maġġuri ta' vulnerabbiltà. Id-defiċit fil-kont kurrenti kiber fl-2014-2016, minkejja t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku, peress li d-dgħjufija tal-esportazzjonijiet aktar minn ikkumpensat għad-domanda domestika dgħajfa għall-importazzjonijiet, li wassal għal aktar negozjar fid-defiċit tal-oġġetti. Id-defiċit fil-kont kurrenti mistenni jmur aktar għall-agħar għal 12.9% fl-2017, qabel ma jonqos b'mod modest għal 11% fl-2020, skont il-projezzjonijiet tal-programm tal-FMI. Id-defiċit kbir fil-kont kurrenti huwa primarjament xprunat mid-defiċit fin-negozjar ta' oġġetti li ssir tpaċija tiegħu parzjalment biss min-negozjar fis-surplus u fl-introjtu tas-servizzi u fit-trasferimenti minn pajjiżi barranin, inklużi rimessi.

Għalkemm id-defiċit fil-kont kurrenti ġie primarjament iffinanzjat minn influssi ta' investiment dirett barrani, dan tal-aħħar mistenni jonqos xi ftit minn 11% tal-PDG fl-2016 għal 10.3% tal-PDG fl-2017 u jibqa' f'livell simili sal-2020. Barra minn hekk, influssi finanzjarji li joħolqu d-dejn ukoll ikkontribwixxew għall-finanzjament tad-defiċit fil-kont kurrenti. Għalhekk, id-dejn estern tal-Georgia, li kien ta' madwar 80% tal-PDG fl-2008-2014, żdied b'mod sinifikanti fis-snin ta' wara għal 111.8% tal-PDG fit-tmiem tal-2016. Id-dejn estern huwa proġettat li jiżdied aktar, għal 120.2% fl-2020. Peress li l-biċċa l-kbira tad-dejn estern huwa denominat fid-dollaru Amerikan, id-deprezzament tal-lari kellu rwol importanti f'din iż-żieda.

Il-Bank Nazzjonali tal-Georgia (National Bank of Georgia - NBG) b'mod ġenerali naqas milli jagħmel interventi kbar fis-suq tal-muniti barranin u ppermetta d-deprezzament tal-lari. Dan ippermetta li b'mod ġenerali, ir-riżervi gross internazzjonali jibqgħu stabbli, b'total ta' USD 2.7biljuni fl-aħħar ta' Frar tal-2017 (madwar 3 xhur tal-importazzjonijiet tas-sena li ġejja). Il-programm tal-FMI li ntlaħaq ftehim dwaru reċentement jimmira żieda ta' 54% f'riżervi, minn USD 2.8 biljun fl-aħħar tal-2016 għal USD 4.2 biljun fl-2020 (madwar 4 xhur ta' kopertura tal-importazzjoni).

L-inflazzjoni tal-medja tal-perjodu (indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, CPI) naqset għal 2.1% fl-2016, meta mqabbla ma' 4.0% fl-2015. Huwa proġettat li s-CPI jiżdied għal 5.7% fl-2017, f'konformità maż-żieda fid-dazji tas-sisa li daħlu fis-seħħ f'Jannar tal-2017, iżda għandu jonqos għal 3.0% fl-2018 u jibqa' f'livell simili fl-2019 u fl-2020.

Wara perjodu twil ta' konsolidazzjoni fiskali sa mill-2009, id-defiċit fiskali tal-gvern ġenerali beda jikber fl-2015 (3.8% tal-PDG), parzjalment riżultat ta' żieda fl-infiq soċjali mmirat biex jindirizza l-livelli għoljin ta' faqaru inugwaljanza tal-pajjiż, iżda wkoll b'riflessjoni tal-impatt negattiv tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq id-dħul mit-taxxa. Il-pożizzjoni baġitarja kompliet tiddeterjora fl-2016, bid-defiċit tal-gvern stmat mill-FMI bħala 4.1% tal-PDG, riżultat kemm ta' dħul anqas milli mistenni kif ukoll żidiet fl-infiq qabel l-elezzjonijiet parlamentari ta' Ottubru (primarjament fid-difiża, it-trasport pubbliku, l-infrastruttura u l-kura tas-saħħa). Id-defiċit fiskali (li kien proġettat li jiżdied aktar, għal madwar 6% tal-PDG din is-sena, qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-programm ġdid tal-FMI) issa huwa previst li jibqa' fl-istess livell (4.1%) fl-2017 u li wara jonqos b'mod gradwali, sabiex jilħaq 3.1% fl-2020. Id-dejn pubbliku wkoll żdied għal madwar 44.6% tal-PDG fl-2016 (minn 35.6% fl-2014) u mistenni jiżdied aktar, bl-ogħla livell ta' madwar 47% fl-2019, qabel ma jonqos b'mod gradwali wara.

L-istrateġija fiskali tal-awtoritajiet tal-Georgia hija bbażata fuq konsolidazzjoni ulterjuri. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Georgia qed jippjanaw li jnaqqsu l-infiq attwali (tnaqqis fil-kont tal-pagi u fl-ispejjeż amministrattivi, titjib fl-effiċjenza fl-infiq fil-kura tas-saħħa, u kontrolli ġodda tal-infiq fuq il-gvernijiet lokali), filwaqt li jiżdied l-infiq kapitali, primarjament fl-infrastruttura, u jkun introdott it-tieni pilastru (finanzjat) tas-sistema tal-pensjonijiet. Fuq in-naħa tad-dħul, l-awtoritajiet tal-Georgia żiedu t-taxxi (b'mod partikolari d-dazji tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk, vetturi u fjuwil) sabiex jikkumpensaw għat-telf fid-dħul minħabba r-riforma tat-taxxa korporattiva li daħlet fis-seħħ f'Jannar tal-2017 u lesti jieħdu miżuri addizzjonali jekk ikun meħtieġ.

Il-konsolidazzjoni fiskali hija kkumplimentata mill-aġenda tar-riforma strutturali li tiffoka fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju, l-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura. Miżuri addizzjonali jinkludu riformi fiskali (b'mod partikolari, it-titjib tal-immaniġġar tar-riskji li jirriżultaw minn sħubiji pubbliċi-privati u intrapriża tal-istat), it-tisħiħ tas-settur finanzjarju (pereżempju l-introduzzjoni ta' skema ta' garanzija tad-depożitu u t-titjib ta' oqfsa regolatorji, superviżorji u ta' riżoluzzjoni għall-banek) kif ukoll l-adattament li għadu għaddej għar-rekwiżiti tad-DCFTA.

Il-projezzjonijiet tal-FMI ta’ Marzu 2017 jindikaw ħtiġijiet ta' finanzjament estern sinifikanti għall-perjodu 2017-2020, bl-ammont totali tad-diskrepanza ta' finanzjament estern stmat għal USD 752 miljun (USD 256 miljun fl-2017, USD 222 miljun fl-2018, USD 183 miljun fl-2019 u USD 91 miljun fl-2020). Din id-diskrepanza fil-finanzjament tista' tiġi ġeneralment attribwita lil tliet fatturi: defiċit fil-kont kurrenti relattivament kbir, il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżervi tal-kambju barranin u r-rekwiżiti kbar tal-amortizzament tad-dejn pubbliku mistennijin.

L-operazzjoni proposta tal-AMF ta' EUR 45 miljun (madwar USD 50 miljun), minbarra EUR 23 miljun (madwar USD 26 miljun) żborżati taħt l-operazzjoni preċedenti tal-AMF f'Mejju tal-2017, tkun tkopri 10% tad-diskrepanza finanzjarja totali stmata u 33% tad-diskrepanza finanzjarja residwa (wara li jitnaqqas il-finanzjament nett tal-FMI u l-iżborż mistenni tas-self ibbażat fuq il-politika tal-Bank Dinji).

Kontribuzzjonijiet ewlenin oħra sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fiskali residwa jinkludu għotjiet ta' appoġġ baġitarju mill-aġenzija tal-iżvilupp Franċiża, AFD (ta' USD 62 miljun fl-2017), u l-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (mistennija jammontaw għal USD 100 miljun fl-2018-2019).

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja preċedenti lill-Ġordan għall-ammont ta' EUR 46 miljun (nofs f'għotjiet u nofs f'self) ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fit-12 ta’ Awwissu 2013 2 . L-assistenza ġiet implimentata bis-sħiħ fl-2015-2017, bl-aħħar żborż f'Mejju 2017.

Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-Unjoni

L-UE u l-Georgia żviluppaw relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mill-qrib matul is-snin, u dan wassal għall-konklużjoni tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni, inkluż id-DCFTA, li ġie ffirmat fl-2014 u daħal fis-seħħ f'Lulju 2016. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li ħa post il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni preċedenti, se jippermetti assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Georgia mal-UE. Il-Qafas ta’ Appoġġ Uniku (Single Support Framework -SSF) tal-UE jidentifika s-setturi ta’ prijorità tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Georgia, iffinanzjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI). L-SSF għall-2017-2020 bħalissa qiegħed ikun finalizzat.

Ir-rabtiet ekonomiċi tal-Georgia mal-UE diġà huma żviluppati sew. Fl-2016, l-UE kienet l-isħab tan-negozjar ewlieni tal-Georgia, b'sehem tan-negozjar ta' 32.6%, quddiem sew sħab tan-negozjar ewlenin oħra (it-Turkija u r-Russja, b'17.2% u 8.1% tal-ishma tan-negozjar rispettivament). L-UE hija wkoll is-sieħeb u d-donatur ewlieni ta' investiment tal-Georgia.

Pajjiżi li huma koperti mill-PEV huma eleġibbli għall-AMF. L-AMF tal-UE se tikkumplementa l-għotjiet mobilizzati taħt il-PEV u programmi oħrajn tal-UE, u b’mod partikolari l-kundizzjonalità prevista taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qed jiġu implimentati mill-UE. Billi tappoġġa l-adozzjoni mill-awtoritajiet tal-Georgia ta’ qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-AMF tal-UE ttejjeb il-valur miżjud u l-effettività tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.

Il-Georgia kkonsolidat id-demokrazija tagħha u l-istat tad-dritt, kif ukoll kompliet issaħħaħ mill-ġdid ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. L-aħħar elezzjonijiet parlamentari f'Ottubru 2016 kienu kompetittivi u amministrati tajjeb. Dwar il-ġudikatura, ir-riformi tal-Georgia ppromwovew l-indipendenza ġudizzjarja, il-professjonalità u l-akkontabbiltà.

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-prekundizzjonijiet politiċi għall għoti ta' AMF lill-Georgia, inkluż l-aspett tal-qrubija politika u ekonomija mal-UE, jistgħu jitqiesu bħala ssodisfati. Valutazzjoni dettaljata dwar l-issodisfar tal-kriterji politiċi għall-AMF prodotta mill-SEAE hija mehmuża mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Sommarju tal-azzjoni proposta

L-operazzjoni tal-AMF li qed tiġi kkunsidrata tkun tammonta għal massimu ta’ EUR 45 miljun. Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi l-ammont tal-assistenza f’forma ta’ self għal terminu medju sa EUR 35 miljun u f’għotjiet ta’ mhux aktar minn EUR 10 miljuni. Minħabba d-daqs tal-operazzjoni proposta, il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tirrilaxxa l-assistenza f'żewġ pagamenti 3 . L-ewwel segment b'mod indikattiv ikun magħmul minn element ta' self ta' EUR 15-il miljun u element ta' għotja ta' EUR 5 miljun, u t-tieni segment ta' element ta' self ta' 20 miljun u element ta' għotja ta' EUR 5 miljun.

L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

Żborżi skont l-operazzjoni proposta tal-AMF ikunu kondizzjonali fuq reviżjonijiet ta' suċċess skont il-programm tal-FMI u l-użu effettiv mill-Georgia tal-fondi tal-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni - f'isem l-UE - u l-awtoritajiet tal-Georgia jaqblu fuq sett speċifiku ta’ miżuri ta' riforma strutturali, li għandhom jiġu definiti f’Memorandum ta’ Qbil. Dawn il-miżuri ta’ riforma se jappoġġaw l-aġenda ta’ riforma tal-awtoritajiet u jikkumplementaw il-programmi maqbula mal-FMI, mal-Bank Dinji u ma' donaturi oħrajn, kif ukoll programmi ta’ politika assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-UE. Dawn ikunu konsistenti mal-prijoritajiet ewlenin ta’ riforma ekonomika miftiehma bejn l-UE u l-Georgia fil-kuntest tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inklużi id-DCFTA u l-Aġenda tal-Assoċjazzjoni.

Id-deċiżjoni li jiġu żborżati madwar 22 % tal-assistenza proposta f'għotjiet (EUR 10 miljun minn total ta' EUR 45 miljun) u l-bqija f'self hija ġġustifikata mil-livell tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Georgia (kif imkejjel mill-introjtu per capita tal-pajjiż, bil-Georgia li tkun ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul baxx lejn medju, u mill-inċidenza tal-faqar) kif ukoll mill-pożizzjoni ta' dejn relattivament għolja tagħha. Filwaqt li l-Georgia m'għadhiex eliġibbli għal finanzjament konċessjonarju mill-FMI jew mill-Bank Dinji, il-gradwazzjoni tagħha minn dan il-finanzjament konċessjonarju hija relattivament reċenti. Madankollu, din il-gradwazzjoni targumenta favur il-prijoritizzazzjoni tal-element ta' self.

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212(2) tat-TFUE.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-objettivi tar-restawr tal-istabbiltà makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fil-Georgia ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex l-iskala u l-effikaċja tal-assistenza jiġu massimizzati kemm jista' jkun.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità: hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà makroekonomika fil-perjodu qasir taż-żmien u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi ta' stimi tal-FMI fil-kuntest tal-programm tal-Faċilità ta' Fond Estiża, l-ammont tal-AMF ġdid propost, minbarra l-aħħar żborż taħt l-operazzjoni preċedenti tal-AMF f'Mejju tal-2017, jikkorrispondi għal 10% tad-distakk finanzjarju totali stmat għall-perjodu 2017-2020 u 33% tad-distakk finanzjarju residwu (jiġifieri esklużi l-kontribuzzjonijiet netti tal-FMI u l-iżborżi mistennija tas-self ibbażati fuq il-politika tal-Bank Dinji). Dan huwa konsistenti ma’ prattiki standard dwar il-qsim tal-piż għall-operazzjonijiet tal-AMF, fid-dawl tal-assistenza mwiegħeda lill-Georgia minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.

L-għażla tal-istrument

Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw dawn l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta' politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Georgia permezz ta' strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

L-AMF qed tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Georgia. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta għall-AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bank Dinji, u diġà implimentaw programmi konsiderevoli għall-iffinanzjar u qed iħejju oħrajn ġodda. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Georgia.

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Georgia biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-programm, inkluża l-assistenza makrofinanzjarja, jipprovdu garanziji adegwati. Is-sejbiet preliminari minn missjoni mwettqa minn kumpanija ta' konsultazzjoni għall-finijiet ta' din il-Valutazzjoni Operazzjonali waslu f'Settembru 2017. Dawn jindikaw li l-istatus attwali ta’ ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji tal-Georgia huwa ġeneralment adegwat għall-ġestjoni ta' operazzjoni ġdida tal-AMF għalkemm għad fadal xi nuqqasijiet. L-abbozz finali tar-rapport dwar din il-Valutazzjoni Operazzjonali mistenni jasal f'Novembru 2017. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jibqgħu jiġu monitorjati mill-qrib ukoll permezz ta’ rapporti tal-progress regolari dwar riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (public finance management - PFM) magħmula mid-Delegazzjoni tal-UE f’Tbilisi.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt

L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet kritiċi għall-pagament tal-bilanċ f’pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mill-ħtieġa li titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt skont il-Linji Gwida ta' Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni (SWD(2015)111 finali).

B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex-post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. L-AMF il-ġdida u l-programm ta’ riforma u aġġustament ekonomiku assoċjat magħha għandhom jgħinu sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Georgia għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġaw il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-bilanċ tal-pagamenti u s-sostenibbiltà fiskali, u biex jiżdied it-tkabbir sostenibbli, biex b'hekk jikkumplementa l-programm maqbul mal-FMI. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika jenħtieġ li jindirizzaw xi wħud mid-dgħufijiet fundamentali murija matul is-snin mill-ekonomija tal-Georgia u mis-sistema tal-governanza ekonomika. Oqsma potenzjali ta' kondizzjonalità jistgħu, fil-prinċipju, jinkludu riformi mmirati għat-tisħiħ tax-xbieki ta' sikurezza soċjali, PFM, it-tisħiħ tal-klima tal-investiment u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-DCFTA.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-assistenza ppjanata se tingħata f’forma ta’ self u għotjiet. Is-self se jkun iffinanzjat permezz ta’ operazzjoni ta’ teħid b'self li l-Kummissjoni se twettaq f’isem l-UE. L-impatt baġitarju tal-assistenza se jikkorrispondi għall-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni tal-UE, b’rata ta’ 9 % tal-ammonti mħallsa, mil-linja baġitarja 01 03 06 (“il-Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”). Jekk wieħed jassumi li ż-żewġ żborżi ta' self (ta' EUR 15-il miljun għall-ewwel proporzjon u EUR 20 miljun għat-tieni proporzjon) se jsiru fl-2018, il-proviżjonament se jsir fil-baġit tal-2020, f'konformità mar-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-Fond ta' Garanzija, għal ammont ta' EUR 3.15 miljun.

L-element tal-għotja tal-assistenza (total ta' EUR 10 miljun, jiġifieri EUR 5 miljuni għal kull wieħed miż-żewġ porzjonijiet) se jkun iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit tal-2018, taħt il-linja baġitarja 01 03 02 (Assistenza makrofinanzjarja), bi ħlasijiet li jsiru wkoll fl-2018 4 . 

Abbażi tal-projezzjonijiet attwali dwar l-użu tal-linji baġitarji 01 03 02 u 01 03 06, il-Kummissjoni tivvaluta li l-impatt baġitarju tal-operazzjoni proposta tal-AMF għall-Georgia jista' jiġi akkomodat.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-klawsola ta' rieżami/reviżjoni/sunset

Il-proposta tinkludi klawsola sunset. L-AMF proposta ssir disponibbli għal sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil.

2017/242 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, 5  

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, 6

Billi:

(1)Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Georgia qegħdin ikomplu jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant. Il-Georgia ssieħbet fis-Sħubija tal-Lvant tal-UE fl-2009, li kienet segwita minn negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia. Dan il-Ftehim, li jinkludi l-introduzzjoni gradwali ta’ żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (Deep and Comprehensive Free Trade Area - DCFTA), ġie ffirmat f’Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)Il-Georgia kompliet taffaċċja ambjent estern dgħajjef, li permezz ta’ esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa kkontribwixxa għat-tkabbir tal-PDG relattivament baxx fl-2016. Filwaqt li t-tkabbir reġjonali u globali mistenni jmur għall-aħjar fl-2017, huwa se jibqa' soġġett għar-riskji negattivi.

(3)Id-defiċit fiskali tal-Georgia għadu sinifikanti, u l-propozjon ta' dejn pubbliku tagħha għall-PDG qed jiżdied. Il-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti wkoll għadha vulnerabbli minħabba defiċit kbir ħafna fil-kont kurrenti u dejn estern kbir. Ir-riżervi tal-munita barranija tal-Georgia ilhom stabbli f'termini assoluti, iżda - fid-dawl ta' numru akbar ta' ħtiġijiet ta' riżerva - dawn waqgħu taħt il-livell stmat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) bħala xieraq. Il-Georgia qed tkompli wkoll tadatta għar-rekwiżiti tad-DCFTA mal-Unjoni.

(4)F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Georgia u l-FMI qablu, f'April 2017, dwar arranġament ta' Faċilità ta' Fond Estiża (Extended Fund Facility - EFF) ta' tliet snin (2017-2020) bl-ammont ta' USD 285.3 miljun. Il-ftehim ġie approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI fit-12 ta’ April 2017. L-għan tal-arranġament tal-EFF huwa li jappoġġa programm ta' riforma ekonomika li se jgħin lill-Georgia tnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi, u tippromwovi tkabbir ekonomiku akbar u aktar inklużiv.

(5)Fid-dawl tal-ħtiġijiet finanzjarji esterni residwi tal-Georgia, l-awtoritajiet tal-Georgia talbu assistenza makrofinanzjarja kumplimentari mill-Unjoni f'Ġunju 2017.

(6)Sa mill-kunflitt militari mar-Russja f'Awwissu 2008, il-Georgia bbenefikat minn żewġ operazzjonijiet tal-AMF imwegħda mill-Unjoni fil-Konferenza tad-Donaturi Internazzjonali fi Brussell f'Ottubru 2008. L-ewwel waħda minn dawn l-operazzjonijiet (EUR 46 miljun, kompletament fil-forma ta' għotjiet) ġiet implimentata fl-2009-2010 u t-tieni waħda (għal darb'oħra EUR 46 miljun, nofsha f'għotjiet u nofsha f'self) fl-2015-2017. L-Unjoni għamlet disponibbli wkoll EUR 610-746 miljun lill-Georgia mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) għall-perjodu 2014-2020, inklużi appoġġ baġitarju u assistenza teknika. Barra minn hekk, il-Georgia tibbenefika mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (FIV) li kkontribwixxiet madwar EUR 86 miljun għal proġetti fil-Georgia matul il-perjodu tal-2008-2017.

(7)Minħabba li l-Georgia hija pajjiż kopert mill-PEV, hija jenħtieġ li titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(8)Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u jenħtieġ li tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta' żmien qasir.

(9)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Georgia, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Georgia għal appoġġ tal-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tgħin lill-istabbilizzazzjoni ekonomika u lill-aġenda ta' riforma strutturali tal-Georgia, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(10)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Georgia, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(11)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Georgia, u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tikkomplementa l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fil-Georgia u l-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-Unjoni.

(12)Meta jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Georgia, il-livell tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha, kif imkejjel bl-introjtu per capita u l-inċidenza tal-faqar, kif ukoll il-livell ta' dejn tagħha, parti mill-assistenza jenħtieġ li tingħata fil-forma ta' għotjiet.

(13)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u ta' linji ta' politika oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(14)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Georgia. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bl-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiżguraw il-konsistenza tagħha.

(15)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-impenn tal-Georgia fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli u ġust.

(16)Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(17)Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Georgia jenħtieġ li tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-assistenza, u biex tiġġieled kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki u l-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi.

(18)Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (bħala awtorità baġitarja).

(19)L-ammonti ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija fil-forma ta’ għotjiet u l-ammonti tal-allokazzjonijiet meħtieġa għal assistenza makrofinanzjarja fil-forma ta’ self jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprazzjonijiet baġitarji previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(20)Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(21)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 .

(22)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Georgia taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżaminazzjoni tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Georgia, il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.    L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 45 miljun disponibbli lill-Georgia (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Georgia u aġenda ta’ riforma sostantiva. Minn dak l-ammont massimu, sa EUR 35 miljun għandhom jingħataw bħala self u sa EUR 10 miljun għandhom jingħataw bħala għotjiet. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Georgia għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.

2.    Sabiex jiġi ffinanzjat il-komponent tas-self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandu jkollha s-setgħa li tissellef il-fondi neċessarji fuq is-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex imbagħad, min-naħa tagħha, tislef il-fondi mislufa lill-Georgia. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

3.    Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Georgia u mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia, inkluż id-DCFTA, miftiehma skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

4.    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).

5.    Fejn il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Georgia jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

Artikolu 2

1.    Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari multipartitika – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

2.    Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

3.    Il-paragrafi1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 8 .

Artikolu 3

1.    Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet tal-Georgia dwar politika ekonomika u kondizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f’Memorandum ta’ Qbil (il-“Memorandum ta’ Qbil”) li għandu jinkludi perijodu taż-żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kondizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti mesmmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Georgia bl-appoġġ tal-FMI.

2.    Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu bil-mod dovut fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

3.    It-termini finanzjarji ddettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-Ftehim tas-Self u fil-Ftehim tal-Għotja li għandhom jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Georgia.

4.    Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Georgia jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 4

1.    Soġġett għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni fi tliet ħlasijiet parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f'element ta' self u element ta' għoti. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3.

2.    L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni mogħtija f’forma ta’ self għandhom jiġu pprovduti, fejn meħtieġ, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 9 .

3.    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali soġġetti għat-twettiq tal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-prekondizzjoni stipulata fl-Artikolu 2;

(b)rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju; kif ukoll

(c)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.

Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali m'għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali.

4.    Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni temporanjament tissospendi jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew it-tħassir.

5.    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborzata lill-Bank Nazzjonali tal-Georgia. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Georgia bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

1.    L-operazzjonijiet ta' għoti u teħid b'self marbutin mal-komponent ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u m’għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2.    Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk il-Georgia titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' teħid b'self.

3.    Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk il-Georgia titlob dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid b'self inizjali kollu jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kondizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom isiru f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tat-teħid ta' self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

4.    Il-kostijiet kollha sostnuti mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew teħid ta' self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Georgia.

5.    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 11 .

2.    L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.

3.    Il-Ftehim dwar is-Self u l-Ftehim dwar l-Għotja li jridu jiġu maqbula mal-awtoritajiet tal-Georgia għandu jkun fihom dispożizzjonijiet:

(d)li jiżguraw li l-Georgia tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;

(e)li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 12 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 13 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 ;

(f)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tiegħu li jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;

(g)jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;

(h)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ħlas lura bikri tas-self u/jew għal ħlas lura sħiħ tal-għotja meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Georgia tkun ħadet sehem f'xi att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew f'xi attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.    Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Georgia, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 7

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.    Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' dik l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:

(i)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(j)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Georgia, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(k)jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Georgia u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.    Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Georgia

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 15  

Qasam ta’ politika:    It-Titolu 01 – L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività:    03 – Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

1.4.Objettivi

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva 

"Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE"

L-attivitajiet marbuta mad-DĠ ECFIN jappartjenu għal:

(a)L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; kif ukoll

(b)L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir, l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE f'pajjiżi terzi oħra permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

1.4.2.Obbjettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet AB M/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku: "Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE"

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i:

(a)L-appoġġ tal-istabbiltà makrofinanzjarja u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inklużi djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; kif ukoll

(b)L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir, l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE f'pajjiżi terzi oħra permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

L-assistenza proposta tikkonsisti f’self mill-UE sa EUR 35 miljun u għotja sa EUR 10 miljun lill-Georgia, bl-għan li tikkontribwixxi għal sitwazzjoni aktar sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti. L-assistenza, li għandha tiġi żborżata f'żewġ ħlasijiet parzjali, għandha tgħin lill-pajjiż jegħleb is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli u l-bilanċ tal-pagamenti li qed jesperjenza. Din se tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u jtejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

L-awtoritajiet se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta' politika, qabel ma jiġu żborżati l-ħlasijiet parzjali kollha tal-assistenza.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Georgia li twettqet fil-preparazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-UE f'Tibilisi se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti fil-Georgia.

Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex-post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ disponibilità.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil 

L-iżborż tal-assistenza jiddependi fuq rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku bejn il-Georgia u l-FMI, li kien approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI fit-12 ta' April 2017. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tasal għal ftehim mal-awtoritajiet tal-Georgia dwar kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika, elenkati f'Memorandum ta' Qbil li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-Kummissjoni tirrilaxxa t-tieni ħlas parzjali.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-AMF proposta se tgħin lill-Georgia tegħleb il-konsegwenzi ta' ambjent estern dgħajjef li, permezz ta' esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa, ikkontribwixxa għal tkabbir tal-PDG relattivament baxx fl-2016, kif ukoll tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż u tlaħħaq mal-adattament għall-ħtiġijiet tad-DCFTA. Permezz ta' dan, l-AMF proposta se tikkontribwixxi biex tippromwovi l-istabblità makroekonomika u r-riformi strutturali fil-pajjiż. Billi tikkumplimenta r-riżorsi magħmulin disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, strumenti oħrajn tal-UE u donaturi oħrajn, hija se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali ta’ donaturi.

Il-programm propost se jsaħħaħ ukoll l-impenn tal-gvern favur ir-riforma u l-aspirazzjoni tiegħu li jkollu relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest akbar, il-programm se juri lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun li l-UE tkompli tappoġġa lil pajjiżi li jkunu qed jaqbdu triq ċara lejn ir-riformi politiċi, fi żminijiet ta’ diffikultajiet ekonomiċi.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Sa mill-2004 'l hawn saru aktar minn ħmistax-il evalwazzjoni ex post fuq operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkonkludu li l-operazzjonijet tal-AMF jikkontribwixxu, għalkemm xi drabi jagħmlu dan modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, għall-istabbilità makroekonomika u għall-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż riċevitur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji tagħhom. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku pjuttost ogħla.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-UE hija l-akbar donatur għall-Georgia. L-assistenza għall-Georgia permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) għall-perjodu 2007–2013 ammontat għal EUR 452 miljun. Għall-perjodu 2014-2020, taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI), l-assistenza tal-UE lill-Georgia tista’ tvarja bejn allokazzjoni minima ta’ EUR 610 miljuni u allokazzjoni massima ta’ EUR 746 miljun. Dawn il-fondi ġew ikkumplimentati minn finanzjament minn strumenti oħra tal-UE bħall-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat (FIV). Minbarra l-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali, il-Georgia tibbenefika wkoll minn diversi programmi reġjonali l-aktar fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent. Il-Georgia tipparteċipa wkoll f’inizjattivi miftuħa għall-pajjiżi kollha ta' Viċinat bħal Erasmus+, TAIEX u SIGMA. Barra mill-ENI, il-Georgia hija eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti u programmi tematiċi tal-UE: l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), kif ukoll il-programmi dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, l-Iżvilupp Uman u l-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Bank Ewropew tal-Investiment ipprovda wkoll self li jammonta għal EUR 1 267 miljun mill-2010 'l hawn.

Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, ikun li din l-assistenza tgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. L-AMF ma tipprovdix sostenn finanzjarju regolari għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fit-tul tal-pajjiżi riċevituri. Hija għandha titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-pajjiż tkun reġgħet qabdet triq sostenibbli. Wara, l-istrumenti regolari ta’ assistenza ta' kooperazzjoni tal-UE huma maħsuba biex jieħdu dan il-kompitu f'idejhom.

L-AMF hija maħsuba wkoll li tkun kumplimentari għall-interventi mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-programm ta' aġġustament u riforma appoġġat mill-EFF tal-FMI u s-Self għall-Politika tal-Iżvilupp tal-Bank Dinji.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

X Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal sentejn u nofs minn meta jidħol fis-seħħ il-Memorandum ta’ Qbil, kif imsemmi fl-Artikolu(1.4) tad-Deċiżjoni

X L-impatt finanzjarju huwa mistenni li jseħħ mill-2017 sal-2020

1.7.Metodu/i ta' ġestjoni previst(i) 16  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm ekonomiku appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsir fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-FMI u tal-miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Georgia f’Memorandum ta’ Qbil (ara wkoll il-punt 1.4.4).

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i) 

Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjoni tal-AMF proposta.

Hemm ir-riskju li l-assistenza makrofinanzjarja tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Peress li l-AMF mhix magħżula għal spejjeż speċifiċi mill-Georgia, ir-riskju huwa relatat ma' fatturi bħall-kwalità ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni fil-bank ċentrali u fil-ministeru tal-finanzi, u ma' kemm huma adattati l-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.

Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li l-Georgia se tonqos milli tagħti servizz tal-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self ta' AMF propost (riskju ta' inadempjenza jew kreditu) li jista' jkun ikkawżat, pereżempju, min deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tal-pajjiż.

Riskju ewlieni ieħor għall-operazzjoni jirriżulta mis-sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali, b'mod partikolari minħabba r-relazzjonijiet tal-Georgia mar-Russja li għadhom diffiċli u r-reġjuni separatisti tal-Abkażja u Ossezja tan-Nofsinhar. Jekk din is-sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali tmur għall-agħar, dan jista' jkollu impatt negattiv fuq l-istabbiltà makroekonomika tal-Georgia, b'effett fuq il-prestazzjoni tal-programm tal-FMI u l-iżborż u/jew il-pagament mill-ġdid tal-AMF proposta.

Finalment, l-ekonomija tal-Georgia qed taffaċċja riskji usa' oħra minħabba perspettivi ekonomiċi reġjonali u globali inċerti. It-tkabbir reġjonali u globali mistenni jitjieb fl-2017, iżda se jibqa' baxx u soġġett għar-riskji negattivi tal-protezzjoniżmu, swieq finanzjarji volatili u aktar apprezzament potenzjali tad-dollaru Amerikan. Jekk dawn ir-riskji jsiru realtà, jistgħu jwasslu għal tkabbir ekonomiku aktar baxx fil-Georgia li, flimkien ma' inugwaljanza għolja b'mod persistenti u xibka ta' sikurezza soċjali relattivament limitata, jistgħu joħolqu piż fuq il-baġit u jnaqqsu l-appoġġ domestiku għar-riformi strutturali.

2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

2.2.3.Il-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità

Il-kostijiet bażiċi għall-Kummissjoni relatati mal-metodi ta’ verifika u kontroll huma deskritti fit-Tabella 3.2.1. Barra minn hekk, hemm kostijiet għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għall-possibbiltà ta' interventi mill-OLAF. Il-Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Georgia, li għandha tiġi konkluża mis-servizzi tal-Kummissjoni - bl-għajnuna ta' konsulenti esterni - fl-2017, tgħin biex jiġu vvalutati r-riskji tal-użu ħażin tal-fondi u, bħala benefiċċju kollaterali, din tipprovdi informazzjoni utli dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, li tista' mbagħad tiġi riflessa fil-kundizzjonalità ta' politika tal-operazzjoni. Dwar ir-rata ta' nonkonformità probabbli, ir-riskju ta’ nonkonformità (fil-forma ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self jew l-użu ħażin tal-fondi) huwa meqjus bħala baxx, abbażi tal-esperjenza bl-istrument tal-AMF sa minn meta nħoloq.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti se jittieħdu diversi miżuri:

L-ewwel nett, il-Ftehim dwar is-Self u l-Ftehim dwar l-Għotja se jipprevedu sensiela ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta' korruzzjoni. Barra minn hekk, l-assistenza titħallas f'kont speċifiku fil-Bank Nazzjonali tal-Georgia.

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ konsulenti esterni, attwalment qed jiffinalizzaw abbozz ta' Valutazzjoni Operazzjonali dwar l-affidabbiltà taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li huma rilevanti għal din it-tip ta’ assistenza. Is-sejbiet preliminari tal-konsulenti (kif riċevuti f'Settembru 2017) jikkonkludu li l-istatus attwali taċ-ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji tal-Georgia huwa adegwat għall-immaniġġjar ta’ operazzjoni ġdida tal-AMF għalkemm għad fadal xi nuqqasijiet.

Finalment, l-assistenza tkun suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati 

·Linji baġitarji eżistenti

01 03 02: Assistenza makrofinanzjarja

01 03 06 – Provviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Deskrizzjoni………………...……….]

Diff./mhux diff.
( 17 )

mill-pajjiżi tal-EFTA 18

mill-pajjiżi kandidati 19

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa), tar-Regolament Finanzjarju

4

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

Diff.

LE

LE

LE

LE

4

01 03 06

Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Mhux Diff.

LE

LE

LE

LE

Il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni għandu jiġi fornut skont ir-Regolament tal-Fond, 20 bl-użu tal-approprjazzjonijiet taħt il-linja baġitarja 01 03 06 (“Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”), b’rata ta’ 9% tal-obbligazzjonijiet pendenti totali. L-ammont ta' proviżjonament huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta' proviżjonament jiddaħħal fis-sena “n” fl-abozz baġitarju tas-sena “n+1” u jitħallas effettivament f'tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n+1”, mill-linja baġitarja “mill-Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (il-linja baġitarja 01 03 06). Minħabba dan, se jitqies 9% (jiġifieri massimu ta’ EUR 3.15 miljun) tal-ammont effettivament imħallas fl-ammont fil-mira fi tmiem is-sena "n-1" għall-kalkolu tal-proviżjonament tal-Fond.

Linji baġitarji ġodda mitluba: ma japplikax.

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:


4

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: ECFIN

Sena 2017 21

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja

Impenji

(1)

10

10

Pagamenti

(2)

10

10

Linja baġitarja 01 03 06 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Impenji

(1a)

3.15

3.15

Pagamenti

(2a)

3.15

3.15

Valutazzjoni operazzjonali u evalwazzjoni ex post

Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja

Impenji

(3)

0.07

0.15

0.22

Pagamenti

(3a)

0.07

0.15

0.22

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ
ECFIN

Impenji

(4) =1+1a +3

0.07

10

3.3

13.37

Pagamenti

(5) =2+2a

+3

0.07

10

3.15

0.15

13.37

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4

0.07

10

3.3

13.37

Pagamenti

=5

0.07

10

3.15

0.15

13.37



Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:


5

“Nefqa amministrattiva”

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

DĠ: ECFIN

•Riżorsi umani

0.041

0.058

0.006

0.010

0.010

0.125

• Nefqa amministrattiva oħra

0.010

0.020

0.030

TOTAL DĠ ECFIN

Approprjazzjonijiet

0.051

0.078

0.006

0.010

0.010

0.155

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0.051

0.078

0.006

0.010

0.010

0.155

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0.121

10.078

0.006

3.310

0.010

13.525

Pagamenti

0.121

10.078

0.006

3.16

0.16

13.525

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2017

Sena
2018 24

Sena
2019

Sena
2020

Sena 2021

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.041

0.058

0.006

0.010

0.010

0.125

Nefqa amministrattiva oħra

0.010

0.020

0.030

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.051

0.078

0.006

0.010

0.010

0.155

Barra mill-INTESTATURA 5 25 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0.051

0.078

0.006

0.010

0.010

0.155

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jilħquhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
2017

Sena
2018

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

01 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0.30

0.42

0.04

0.07

0.07

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 26

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 27

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka Diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

0.30

0.42

0.04

0.07

0.07

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà hu assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Il-kost tal-persunal meħtieġ huwa stmat fuq il-bażi ta’ 30% tan-nefqa annwali għal uffiċjal fil-grad AD5-AD12.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Kap tal-Unità: Jissupervizza u jimmaġġja l-operazzjoni, jinnegozja l-Memorandum ta' Qbil, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.

Desk: It-tħejjija tal-Memorandum ta’ Qbil, il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet u mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-koordinazzjoni ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operazzjonali u għall-evalwazzjoni ex-post, it-twettiq ta’ missjonijiet ta’ rieżami, it-tħejjija ta’ rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-proċeduri tal-Kummissjoni marbutin mal-ġestjoni tal-assistenza.

Persunal estern

Mhux Applikabbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1)    Il-konverżjonijiet kollha f'dan id-dokument huma bbażati fuq rata tal-kambju tal-EUR/USD ta' 1.12.
(2)    Id-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15).
(3)    Skont ir-ritmu tal-proċess leġiżlattiv u, wara dan, l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-AMF, l-iżborż tal-assistenza proposta jista' jseħħ fl-2018 jew jinqasam bejn l-2018 u l-2019.
(4)    Kif diġà indikat, skont ir-ritmu tal-proċess leġiżlattiv u, wara dan, l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-AMF, l-iżborż tal-assistenza proposta jista' jseħħ fl-2018 jew jinqasam bejn l-2018 u l-2019.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(10)    Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(11)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(14)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(15)    ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.
(16)    Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit Europa: http://ec.europa.eu/budget/explained/management/managt_who/who_en.cfm http://ec.europa.eu/budget/explained/management/managt_who/who_en.cfm
(17)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(18)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(19)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.
(21)    Is-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(22)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(23)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…’
(24)    Is-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(25)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(26)    CA= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED = espert żagħżugħ fid-delegazzjonijiet ("Jeune Expert en Délégation").
(27)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
Top