EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0344

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

COM/2017/0344 final - 2017/0144 (COD)

Brussell, 29.6.2017

COM(2017) 344 final

2017/0144(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

{SWD(2017) 248 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

·Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI 1 , tipprovdi għal skambju elettroniku bejn l-Istati Membri ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq bażi deċentralizzata. Is-sistema ECRIS ilha topera minn April 2012 u tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għar-rekords kriminali li jiksbu informazzjoni kompluta dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadin tal-UE mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ dak iċ-ċittadin.

Għalkemm illum huwa possibbli li jsir skambju ta’ informazzjoni dwar kundanni li jikkonċernaw ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (minn hawn ’il quddiem: TCN) 2 permezz tal-ECRIS, ma hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu fis-seħħ biex dan isir b’mod effiċjenti. Bħalma jirriżulta mir-Rapport statistiku tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-ECRIS 3 , adottat dakinhar tal-adozzjoni ta’ din il-proposta, l-Istati Membri qegħdin isibuha bi tqila li jużaw is-sistema attwali għat-TCN. Waħda mir-raġunijiet għal-livelli daqshekk baxxi ta’ użu fir-rigward tat-TCN tirrigwarda l-fatt li l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jirċievu informazzjoni bħal din, iridu jibagħtu talbiet “ġenerali” lill-Istati Membri kollha, inklużi (il-maġġorparti ta’) l-Istati Membri li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba fil-pussess tagħhom. Il-piż amministrattiv dovut għall-obbligu li tingħata tweġiba għat-talbiet “ġenerali” ġie identifikat bħala l-aktar element tal-fluss lavorattiv tal-ECRIS li jiswa flus (stmat li huwa sa EUR 78 miljun), kieku l-Istati Membri kellhom jibagħtu tali talbiet b’mod sistematiku. Billi l-ECRIS hija ineffiċjenti fir-rigward tat-TCN, fil-prattika, l-Istati Membri ta’ sikwit joqogħdu fuq l-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tar-rekords kriminali tagħhom stess. Għaldaqstant, l-informazzjoni kompluta tal-istorja kriminali ta’ TCN ikkundannati, mhux dejjem tkun disponibbli għall-qrati, għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u għal awtoritajiet intitolati oħra.

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’diversi okkażjonijiet saħqu dwar l-importanza li tittejjeb l-ECRIS eżistenti. It-titjib tal-ECRIS eżistenti fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jifforma parti minn ġabra ta’ miżuri koordinati spjegati fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà 4 .

Għal dan l-għan, fis-19 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni proponiet Direttiva (COM(2016) 07 final) maħsuba biex temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI fir-rigward tas-sistema ECRIS u fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar iċ-ċittadini ta’ pajjiż terzi u l-persuni mingħajr Stat (TCN – third country nationals and stateless people) u biex tieħu post id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI 5 . Madankollu, żviluppi minn dak iż-żmien ’l hawn urew li għad hemm bżonn ta’ azzjoni ulterjuri permezz ta’ proposta leġiżlattiva supplementari biex tkun stabbilita sistema ċentralizzata għall-ipproċessar tal-informazzjoni rigward l-identità dwar it-TCN. Din is-sistema ċentralizzata se tippermetti lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru li jidentifika liema Stati Membri oħra għandhom rekords kriminali dwar it-TCN ikkonċernat, sabiex imbagħad huma jkunu jistgħu jużaw is-sistema ECRIS eżistenti biex jindirizzaw talbiet għal informazzjoni dwar kundanni lil dawn l-Istati Membri biss. Dawn l-iżviluppi jistgħu jinġabru kif ġej.

L-ewwel nett, aktar attakki terroristiċi tal-waħx fi bliet Ewropej wasslu biex il-kwistjonijiet ta’ sigurtà qegħdin isiru dejjem aktar prominenti. Il-pożizzjoni politika rigward l-użu sistematiku tal-marki tas-swaba’ għall-identifikazzjoni sigura u b’mod ġenerali l-attitudni fil-konfront tal-kondiviżjoni tad-data u tas-sigurtà nbidlet 6 , b’lenti fuq l-effettività u l-effiċjenza u l-ħtieġa li jittieħed vantaġġ mis-sinerġiji bejn sistemi Ewropej differenti ta’ skambju tal-informazzjoni. Il-ħolqien ta’ sistema ċentralizzata ECRIS-TCN li fiha informazzjoni kemm dwar il-marki tas-swaba’ kif ukoll informazzjoni oħra dwar l-identità jista’ jappoġġa dan l-approċċ, għaliex din is-sistema tagħmilha possibbli li jinħoloq servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku u repożitorju tal-identità komuni għall-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni, jekk fil-futur, il-leġiżlaturi jiddeċiedu li għandu jsir hekk. Soluzzjoni deċentralizzata ma toħloqx l-istess opportunitajiet għal sinerġiji fil-futur.

It-tieni, il-Komunikazzjoni “Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” 7 tinkludi fiha suġġerimenti konkreti u prattiċi sabiex l-għodod eżistenti jkunu żviluppati ulterjorment, iżda wkoll suġġerimenti u ideat konkreti dwar għamliet ġodda ta’ interoperabbiltà. Il-Kummissjoni tappella għal aktar effiċjenza u interoperabbiltà tal-bażijiet ta’ data Ewropej eżistenti u tas-sistemi elettroniċi tal-iskambju tal-informazzjoni, inkluża sistema ECRIS-TCN. Il-ħidma ta’ segwitu għal Kummissjoni kienet immexxija mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Interoperabbiltà 8 , u s-sistema ECRIS-TCN proposta hawnhekk hija waħda mis-sistemi li tifforma parti minn din l-inizjattiva ta’ interoperabbiltà. Ma kienx ikun possibbli li jkun hemm interoperabbiltà bħal din kieku pruvat tinkiseb soluzzjoni deċentralizzata kif proposta f’Jannar 2016.

It-tielet, matul is-sena 2016, deher biċ-ċar li s-sistema deċentralizzata proposta f’Jannar 2016 iġġib magħha problemi tekniċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambji deċentralizzati ta’ marki tas-swaba’ psewdonimizzati. Problemi tekniċi bħal dawn ma jeżistux għal sistema ċentralizzata, billi l-marki tas-swaba’ jinġabru biss f’bażi ta’ data waħda, bil-ġestjoni ta’ eu-LISA, u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-adozzjoni ta’ Regolament ġdid ECRIS-TCN biex titħares aħjar is-sigurtà taċ-ċittadini tagħna hija waħda mill-prijoritajiet leġiżlattivi inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017, li ssemmi l-ECRIS b’mod speċifiku.



·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet politiċi eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta tissupplimenta l-proposta għal Direttiva biex temenda d-Deċiżjoni Qafas dwar l-ECRIS u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-ECRIS ippreżentata mill-Kummissjoni fl-2016. Il-proposta supplementari tikkonċentra fuq it-twaqqif u r-regolamentazzjoni ta’ sistema ċentrali ECRIS-TCN, filwaqt li l-proposta tal-2016 tirregola l-iskambji deċentralizzati tal-informazzjoni dwar il-kundanni fir-rigward tat-TCN li għandhom isiru wara li jkun stabbilit liema Stat Membru għandu informazzjoni dwar il-kundanni permezz tas-sistema ECRIS-TCN. Ladarba ż-żewġ proposti jkunu ġew adottati mil-leġiżlaturi, se jkun hemm żewġ strumenti ġuridiċi separati li jirregolaw kemm l-ECRIS u s-sistema ECRIS-TCN: id-Deċiżjoni Qafas ECRIS 2009/315/ĠAI U d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, kif emendati permezz tad-Direttiva, u r-Regolament ECRIS-TCN li jistabbilixxi sistema ċentralizzata ECRIS-TCN.

Din il-proposta tikkorrispondi wkoll għall-proposta tal-Kummissjoni dwar eu-LISA li tħassar ir-Regolament attwali eu-LISA, li ġiet proposta fl-istess jum bħal din il-proposta, billi eu-LISA se tkun inkarigata mill-ġestjoni tas-sistema ECRIS-TCN. Iż-żewġ proposti fihom dispożizzjonijiet korrispondenti li jirrigwardaw il-kompiti ta’ eu-LISA fir-rigward tas-sistema ECRIS-TCN. Fir-rigward tal-kompiti ta’ eu-LISA, jeħtieġ li tkun żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ testi, u dan jiddependi mill-ħeffa li biha ż-żewġ proposti se jiġu adottati mill-koleġiżlaturi.

Din il-proposta għandha l-għan li tissupplimenta l-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2016 billi toħloq sistema ċentralizzata biex tidentifika b’mod effiċjenti liema Stat(i) Membru/i għandu/għandhom informazzjoni dwar il-kundanni fir-rigward tat-TCN. Is-sistema ta’ tiftix proposta ta’ “hit/no hit”, ibbażata fuq data alfanumerika u marki tas-swaba’ tat-TCN ikkundannati fl-Istati Membri, se tippermetti lill-Istati Membri biex jidentifikaw f’qasir żmien l-Istat(i) Membru/i l-ieħor jew l-oħra li jkunu kkundannat TCN partikolari. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu mbagħad jitlob lil dawk l-Istati Membri identifikati biex jipprovdi l-informazzjoni nnifisha dwar il-kundanni permezz tas-sistema ECRIS li diġà teżisti kif imtejba bis-saħħa tal-proposta ta’ Jannar 2016.

L-emendi neċessarji għad-Deċiżjoni Qafas 2009/315 li tippermetti dawn l-iskambju dwar it-TCN permezz tal-ECRIS diġà huma inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2016. Dan ifisser li ż-żewġ proposti jikkumplementaw u jissupplimentaw lil xulxin: billi l-qofol ta’ din il-proposta huwa li tkun stabbilita sistema ċentralizzata ġdida, il-proposta tal-2016 għal emendi għad-Deċiżjoni Qafas tal-2009 hija kkonċentrata fuq l-iżgurar li l-iskambju ta’ informazzjoni kompluta dwar ir-rekords kriminali jkun jista’ jsir kemm għat-TCN kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE. Fil-livell tekniku, is-softwer tal-interfaċċa sabiex tintuża s-sistema ċentrali ECRIS-TCN se jkun integrat kompletament mal-Implimentazzjoni ta’ Referenza tal-ECRIS li diġà teżisti, sabiex l-utenti tas-sistema jkollhom biss bżonn jużaw programm tas-softwer wieħed għall-interfaċċa kemm mas-Sistema Ċentrali ECRIS-TCN kif ukoll mal-awtoritajiet tar-rekords kriminali fi Stati Membri oħra. Is-softwer tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS ġie żviluppat mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316 9 . Bħalissa jintuża minn 24 Stat Membru għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315.

Għodod jew bażijiet ta’ data tal-UE oħra għall-ġlieda kontra l-kriminalità u għall-prevenzjoni tagħha ma jsolvux jew itaffu l-problema tan-nuqqas ta’ effiċjenza fl-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali rigward TCN ikkundannati. Ma hemm l-ebda alternattiva biex jitjieb il-mod tal-iskambju ta’ informazzjoni rigward kundanni kriminali ta’ TCN permezz ta’ ECRIS b’xi strument ieħor ta’ skambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (bħal pereżempju SIS II, Prüm u Eurodac), billi dawn huma mfassla biex jaqdu skopijiet differenti.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

It-titjib tal-ECRIS fir-rigward tat-TCN jifforma parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà.

L-inizjattiva hija wkoll parti mill-approċċ il-ġdid stabbilit mill-Kummissjoni 10 għall-ġestjoni tad-data għall-fruntieri u għas-sigurtà li permezz tiegħu s-sistemi tal-informazzjoni ċentralizzati kollha tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni jkunu interoperabbli b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali sabiex:

·is-sistemi jistgħu jiġu mfittxija simultanjament permezz tal-użu ta’ portal Ewropew ta’ tiftix, f’konformità sħiħa mal-limitazzjonijiet tal-iskop u d-drittijiet ta’ aċċess, biex isir użu aħjar mis-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti u, possibbilment, b’regoli aktar simplifikati għal aċċess tal-eżekuzzjoni tal-liġi;

·is-sistemi jużaw servizz kondiviż wieħed tat-tqabbil bijometriku biex jagħti lok li jsir tiftix bejn sistemi ta’ informazzjoni differenti li jkun fihom data bijometrika, possibbilment b’indikaturi ta’ “hit/no-hit” li jindikaw il-konnessjoni ma’ data bijometrika misjuba f’sistema oħra;

·is-sistemi għandhom repożitorju ta’ identità komuni b’data tal-identità alfanumerika, biex jidentifikaw jekk persuna hijiex irreġistrata taħt identitajiet multipli f’bażijiet tad-data differenti.

Saret tnedija ta’ diskussjonijiet u ħidma ulterjuri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-approċċ, inkluż dwar liema minn dawn l-elementi jkunu implimentati fir-rigward tas-sistema ECRIS-TCN.

Barra dan, l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali tappoġġa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI 11 , li tistipula li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri għandhom, matul il-proċedimenti kriminali, jikkunsidraw kundanni preċedenti li jkunu ngħataw kontra l-istess persuna għal fatti differenti fi Stati Membri oħra, irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.

Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar politika aktar effettiva ta’ ritorn fl-Unjoni Ewropea (C(2017) 200 final), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll kundanni preċedenti f’rabta ma’ deċiżjonijiet ta’ terminazzjoni ta’ residenza legali, ritorn u rifjut tad-dħul li jikkonċernaw ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali. Meta applikabbli, l-allerti bbażati fuq deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu mdaħħla fis-SIS f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament 1987/2006 [il-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 882 final] [u l-Artikolu 3 tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 881 final].

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

L-istrument legali propost huwa Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 82(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 82(1)(d) huwa l-bażi ġuridika għad-dritt tal-Unjoni biex taġixxi fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ġudizzjarji jew ekwivalenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ proċedimenti f’materji kriminali u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet. L-azzjoni proposta taqa’ direttament f’dan il-qasam u tissupplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti li diġà teżisti.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-twaqqif ta’ sistema ċentralizzata biex tiġi skambjata informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar TCN ikkundannati ma jistax isir fil-livell tal-Istati Membri. Sistema komuni li għandha fil-mira tagħha skambju ta’ informazzjoni standardizzat, rapidu, koordinat u effiċjenti bejn l-Istati Membri tirrikjedi azzjoni kollettiva. Dan ma jistax jinkiseb la unilateralment fil-livell tal-Istati Membri u lanqas bilateralment bejn Stati Membri. Huwa kompitu li min-natura tiegħu jrid jitwettaq fil-livell tal-UE.

·Proporzjonalità

L-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali huwa strumentali fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli biex jitpoġġa fil-prattika l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji fi spazju komuni ta’ ġustizzja u sigurtà li fiha l-persuni jiċċaqalqu liberament. Għalhekk, l-azzjoni fuq livell tal-UE hija proporzjonali għall-objettivi tal-inizjattiva. Il-bidliet proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb l-objettiv ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera, u jkomplu fuq il-passi ta’ dak li diġà jiġi applikat fl-ECRIS eżistenti għaċ-ċittadini tal-UE.

Fl-għażla proposta, l-informazzjoni dwar l-identità ta’ TCN ikkundannati hija ċentralizzata f’sistema mifruxa madwar l-UE stabbilita għall-iskop li tittratta l-ECRIS TCN li se tkun żviluppata u ġestita minn eu-LISA. Stat Membru li jkun jixtieq jidentifika dak/dawk l-Istat(i) Membru/i li għandu informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar TCN partikolari, ikun jista’ jagħmel dan billi jagħmel tiftixa “hit/no hit” fis-sistema ċentrali tat-TCN.

Meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016 għal sistema deċentralizzata, il-proporzjonalità tas-soluzzjoni proposta hija differenti biss fir-rigward tal-ipproċessar ċentrali tad-data personali. F’dak li jirrigwarda n-nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u t-TCN, is-soluzzjoni proposta tiċċentralizza d-data dwar l-identità tat-TCN fil-livell tal-UE, filwaqt li d-data taċ-ċittadini tal-UE tinżamm u tiġi pproċessata fil-livell ta’ Stat Membru. Dan huwa ġġustifikat u proporzjonat, għaliex id-differenza fit-trattament ma twassal għall-ebda żvantaġġi sostanzjali għat-TCN u l-objettivi tal-inizjattivi ma setgħux jinkisbu daqstant tajjeb b’mod deċentralizzat.

Wara li ġew identifikati kwistjonijiet tekniċi li ma kinux previsti fir-rigward tal-iskambju ta’ marki tas-swaba’ psewdonimizzati, wara l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016, analiżi ulterjuri żvelat li għażliet deċentralizzati alternattivi jiswew bil-bosta aktar biex ikunu implimentati, u huma wkoll aktar kumplessi, u dan iżid ir-riskju ta’ problemi tekniċi matul il-fażi tal-implimentazzjoni. Minkejja li hemm xi differenzi bejn l-għażliet ċentralizzati u deċentralizzati, dawn id-differenzi mhumiex daqstant importanti li jiġġustifikaw infiq ħafna akbar fuq il-ħolqien ta’ soluzzjoni deċentralizzata.



·Għażla tal-istrument

Il-Kummissjoni tressaq proposta għal Regolament, billi l-istrument legali propost jistabbilixxi sistema ċentrali fil-livell tal-UE, ġestita mill-aġenzija Ewropea eu-LISA, kif ukoll jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 12 . Ir-Regolament huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha u għalhekk jiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-Unjoni kollha u fl-istess waqt jiżgura d-dħul fis-seħħ tagħhom. Jaċċerta ċ-ċertezza legali billi jevita interpretazzjonijiet diverġenti fl-Istati Membri, u b’hekk jilqa’ kontra l-frammentazzjoni legali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tal-2016 13 jinnota li sar progress sinifikanti fl-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali bejn l-Istati Membri, u li l-aktar dispożizzjonijiet essenzjali ġew implimentati b’mod sodisfaċenti, filwaqt li xi dispożizzjonijiet oħra mhumiex trasposti bl-istess mod. Ir-Rapport jindika n-nuqqasijiet tal-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni Qafas u l-ħtieġa li jitwaqqaf mekkaniżmu effiċjenti ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-TCN.

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ġiet żviluppata strateġija ta’ konsultazzjoni estensiva biex tkun żgurata parteċipazzjoni mifruxa tul iċ-ċiklu ta’ politika tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016. Il-konsultazzjonijiet kienu jinkludu kuntatti bilaterali, laqgħat tal-partijiet kkonċernati u tal-esperti, u konsultazzjonijiet bil-miktub), u pprovdew lill-Kummissjoni b’għażliet infurmati tajjeb u rappreżentattivi. Il-Kummissjoni fittxet fehmiet mifruxa u bilanċjati dwar din il-kwistjoni billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha (Stati Membri, awtoritajiet nazzjonali, avukati u akkademiċi, partijiet ikkonċernati dwar id-drittijiet fundamentali, partijiet ikkonċernati dwar il-protezzjoni tad-data) li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, b’mod partikolari, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, magħmul mill-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri. Fit-tħejjija tal-proposta attwali, seħħet ukoll konsultazzjoni ulterjuri mal-KEPD u mal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kwistjoni ġiet diskussa fil-Grupp ta’ Esperti dwar id-Dritt Kriminali, magħmul minn akkademiċi u prattikanti fil-qasam tad-dritt kriminali, fit-23 ta’ Marzu 2017.

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar id-drittijiet fundamentali, li kienu kkonsultati qabel il-proposta tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2016, jibqgħu fehmiet validi. Huma rrikonoxxew b’mod ġenerali l-effetti pożittivi ta’ mekkaniżmu ECRIS-TCN fil-futur minn perspettiva kumplessiva ta’ ġustizzja bis-saħħa tal-kontribut tiegħu għall-iżgurar ta’ sentenzi adegwati u ħarsien tat-tfal mill-abbużi, kif ukoll l-effetti pożittivi fir-rigward taċ-ċertezza legali għal persuni b’kondotta nadifa. Fil-prinċipju, kienu favur sistema deċentralizzata li, fil-fehma tagħhom, iġġib magħha inqas interferenza mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali meta mqabbla ma’ sistema ċentrali fil-livell tal-UE.

Dawn il-partijiet ikkonċernati indikaw ukoll li, mill-perspettiva tal-prinċipju tal-ugwaljanza, l-introduzzjoni ta’ sistema speċifika għat-TCN li tittratta lit-TCN b’mod differenti miċ-ċittadini tal-UE hija possibbli, sal-punt li din tirrispetta s-sustanza ta’ dan il-prinċipju u tkun ġustifikata oġġettivament bħala neċessarja u proporzjonali. Hawnhekk, għandhom jitqiesu fatturi speċifiċi għat-TCN, billi l-ħolqien ta’ sistema ċentralizzata jġib miegħu xi riskju ta’ impatti negattivi fuq id-drittijiet fundamentali tat-TCN, li għandhom jitnaqqsu. Il-partijiet ikkonċernati ġibdu l-attenzjoni għas-salvagwardji meħtieġa biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika tat-TCN fil-kuntest tal-migrazzjoni, l-użu ta’ marki tas-swaba’, id-drittijiet tat-tfal, kif ukoll id-drittijiet tas-suġġetti tad-data u r-rimedji effettivi.

Il-KEPD, fl-Opinjoni 3/2016 tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2016, wera l-apprezzament tiegħu fir-rigward tal-psewdonimizzazzjoni bħala salvagwardja xierqa biex jitrażżnu l-interferenzi mad-dritt għall-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali dwar l-individwi kkonċernati. Huwa wera l-apprezzament tiegħu ukoll fir-rigward tal-approċċ deċentralizzat magħżul mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha tad-19 ta’ Jannar 2016, mingħajr ma eskluda għażla ċentralizzata. Fil-Laqgħa tal-Esperti tal-10–11 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri appoġġaw sistema ċentrali li fiha data dwar l-identità ta’ TCN ikkundannati, iżda ma laqgħux ċentralizzazzjoni ulterjuri tad-data, bħad-data dwar l-identità taċ-ċittadini tal-UE, u l-inklużjoni ta’ data dwar il-kundanni fil-bażi tad-data ċentralizzata.

Matul l-istess Laqgħa tal-Esperti, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-Istati Membri dwar ir-riperkussjonijiet possibbli tal-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà fuq il-leġiżlazzjoni li tinsab għaddejja. Skont l-Istati Membri, l-enfasi għandha tkun fuq il-ħolqien mill-aktar fis tas-sistema ECRIS-TCN. Filwaqt li l-kunċetti l-oħra kienu interessanti, u s-sistema għandha tkun imfassla biex tqis interkonnessjonijiet possibbli fil-futur, l-Istati Membri kkonfermaw li dak l-element li setgħu immedjatament jagħtu l-appoġġ tagħhom għalih kien l-użu ta’ servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku. Apparti minn hekk, l-Istati Membri indikaw li mill-bidu nett għandha tinħoloq il-possibbiltà li jinħażnu immaġnijiet tal-wiċċ sabiex fi stadju ulterjuri jkun jista’ jibda jintuża softwer li jagħraf l-uċuħ għal identifikazzjoni saħansitra aktar effettiva.  

·Ġbir u użu tal-kompetenzi

Apparti l-istudji u d-data użati fit-tħejjija tal-proposta tal-2016, f’Marzu 2016 ġie kkummissjonat studju dwar il-fattibbiltà/valutazzjoni tal-kostijiet tal-użu tal-marki tas-swaba’ 14 . Barra minn hekk, studju kumplimentari dwar l-impatti tal-kostijiet ta’ għażla ċentralizzata inklużi l-marka tas-swaba’ ta lok għal valutazzjoni fis-sod tax-xenarju magħżul, kif ukoll għal riflessjonijiet dwar l-użu possibbli tas-sistema kondiviża tat-tqabbil bijometriku u l-validità għall-futur tas-sistema ċentralizzata għall-interoperabbiltà 15 .

·Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt 16 biex takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tad-19 ta’ Jannar 2016 (COM (2016) 7 final). Il-proposta supplimentari attwali hija akkumpanjata minn Nota Analitika, li timxi fuq il-passi ta’ dik il-Valutazzjoni tal-Impatt.

Fin-Nota Analitika, il-Kummissjoni tanalizza ulterjorment is-soluzzjoni preferuta għall-ħolqien ta’ sistema ECRIS-TCN li tissodisfa r-rekwiżiti funzjonali filwaqt li tevita l-intoppi tekniċi fir-rigward tal-marki tas-swaba’ psewdonimizzati. Ġie analizzat l-impatt ta’ din is-soluzzjoni fuq il-kostijiet tal-istabbiliment, il-kostijiet amministrattivi, id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data, filwaqt li tqiesu r-riżultati tal-konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati li twettqet qabel l-adozzjoni tal-proposta għal Direttiva f’Jannar 2016, u r-riżultati taż-żewġ studji mwettqa fl-2016 u fl-2017, li jissemmew aktar ’il fuq. Tqiesu wkoll ir-riżultati tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà, kif ukoll ir-riżultati tal-laqgħa tal-esperti tal-ECRIS tal-10–11 ta’ Jannar 2017. Seħħet ukoll valutazzjoni fid-dettall ulterjuri tal-kostijiet, speċjalment fir-rigward tas-soluzzjoni preferuta u din tinsab riflessa fin-nota.

Is-sistema ċentralizzata li tinkludi kemm data alfanumerika kif ukoll il-marki tas-swaba’ hija s-soluzzjoni preferuta. Din l-għażla wriet bil-fatti li kienet l-aktar waħda kosteffiċjenti, u teknikament anqas kumplessa u aktar faċli li ssirilha manutenzjoni meta mqabbla mal-oħrajn. Fir-rigward tan-nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u t-TCN, minkejja li din l-għażla tiċċentralizza d-data dwar l-identità tat-TCN fil-livell tal-UE filwaqt li d-data taċ-ċittadini tal-UE tinżamm u tiġi pproċessata fil-livell tal-Istati Membri, dan huwa ġġustifikat u proporzjonat għaliex id-differenza fit-trattament ma twassal għal ebda żvantaġġ sostanzjali għat-TCN. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ sistema ċentralizzata joffri l-vantaġġi addizzjonali ta’ sistema ECRIS-TCN li tkun adattata biex tipparteċipa f’servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku fil-futur u repożitorju komuni tal-identità, iffaċilitar tal-aċċess dirett għall-Eurojust, il-Europol, [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] u l-ħolqien ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Eurojust għal Stati terzi li jirrikjedu informazzjoni dwar TCN ikkundannati. Barra minn hekk, jagħti lok għall-ħolqien ta’ sistema li tista’ tibqa’ valida fil-futur għal interoperabbiltà ulterjuri ma’ sistemi oħra fuq il-livell tal-UE, jekk dan jiġi deċiż mil-leġiżlaturi.

Ikun hemm l-impatt segwenti fuq il-baġits nazzjonali u tal-UE: kostijiet ta’ darba għall-UE ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 13 002 000, għall-Istati Membri bejn wieħed u ieħor EUR 13 344 000 (total ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 26 346 000); kostijiet kontinwi għall-UE ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 2 133 000; għall-Istati Membri, il-kostijiet kontinwi huma mistennija li jiżdiedu gradwalment matul is-snin, jibdew b’EUR 6 087 000 u jiżdiedu sa massimu ta’ EUR 15 387 000. Dan ifisser li l-kostijiet kontinwi totali huma mistennija jiżdiedu gradwalment matul is-snin, jibdew b’EUR 8 220 000 u jiżdiedu sa massimu ta’ EUR 17 520 000.

Attwalment, l-Istati Membri jużaw ECRIS biex ifittxu għal TCN f’5 % tal-każijiet biss, għar-raġunijiet spjegati aktar ’il fuq. Il-benefiċċji tas-soluzzjoni proposta huma mistennija li jżidu l-użu tal-ECRIS b’mod konsiderevoli. Kieku l-Istati Membri kellhom jibagħtu talbiet “ġenerali” b’mod sistematiku, il-piż amministrattiv biex dawn jitwieġbu ġie identifikat bħala l-aktar element li jiswa l-flus (stmat sa EUR 78 miljun) mill-fluss lavorattiv tal-ECRIS; is-soluzzjoni proposta tiffranka kostijiet bħal dawn.

·Drittijiet fundamentali

L-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Il-miżura proposta tinkludi dispożizzjonijiet legali biex tiżgura li l-informazzjoni relatata ma’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannati tiġi skambjata b’mod aktar effiċjenti. Dawn id-dispożizzjonijiet huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Karta, inkluża l-protezzjoni tad-data personali, il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni.

Il-miżuri proposti huma bla preġudizzju għad-dritt tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali u l-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-miżuri proposti huma wkoll bla preġudizzju għall-prinċipju ta’ non-refoulement, il-protezzjoni fl-eventwalità ta’ tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni u standards u garanziji rilevanti oħra stipulati fil-liġi tal-UE dwar l-asil, ir-ritorn u l-fruntieri.

Id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, aktar milli dak li huwa strettament neċessarju biex jinkiseb l-objettiv tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52(1) tal-Karta.

Il-ħolqien ta’ sistema ċentralizzata li tinkludi data personali fil-livell tal-Unjoni jirrikjedi li l-proposta għal Direttiva tal-2016 tal-Kummissjoni tkun issupplimentata b’att leġiżlattiv biex jirregola t-twaqqif tagħha, il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istat Membru u l-organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp u għall-ġestjoni operazzjonali tagħha, kif ukoll kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data biex tissupplimenta l-arranġamenti dwar il-protezzjoni tad-data li diġà jeżistu u tipprovdi għal livell kumplessiv adegwat ta’ protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data. Id-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati jridu jiġu protetti wkoll.

L-għażla li ntgħażlet hija kkaratterizzata mill-ipproċessar ta’ data personali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE. Għaldaqstant, ir-regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data għas-sistema deċentralizzata attwali tal-ECRIS fil-livell tal-Istati Membri jridu jkunu kkumplimentati b’regoli speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali fil-livell tal-UE. Għaldaqstant, irid jiġi implimentat reġim tal-protezzjoni tad-data addizzjonali simili għal dak użat għal sistemi ċentralizzati ta’ skambju ta’ informazzjoni oħra li diġà jeżistu, li jrid ikun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [jew ir-Regolament li jissuċċedih]. L-ipproċessar tad-data personali minn eu-LISA bħalissa huwa diġà kopert mir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti bejn is-soluzzjonijiet differenti possibbli, anki jekk l-għażla ċentrali li ntgħażlet tirrikjedi regoli ċari u definizzjoni tal-kompiti bejn l-Istati Membri u l-livell tal-UE. Reġim għall-protezzjoni tad-data fuq il-livell tal-UE jista’ joffri l-istess protezzjoni bħar-reġimi nazzjonali għall-bażijiet tad-data nazzjonali. Teżisti teknoloġija ttestjata għall-miżuri ta’ sigurtà u diġà tinsab fis-seħħ għal għadd ta’ bażijiet tad-data tal-UE fuq skala kbira bħas-SIS, il-VIS u l-Eurodac.

L-Istati Membri huma obbligati li jassiguraw li d-dispożizzjonijiet jiġu implimentati b’rispett sħiħ tad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali stipulati fil-Karta, inkluż fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-ġbir u l-użu tad-data. L-Istati Membri jridu jassiguraw ukoll li s-suġġetti tad-data jkollhom dritt għall-aċċess għad-data sabiex ikunu jistgħu jirrettifikawha, u li jkun hemm fis-seħħ rimedji effettivi biex jippermettu s-soġġetti tad-data li jikkontestaw rekords kriminali mhux preċiżi, f’konformità sħiħa mal-istandards li jirriżultaw mid-dritt għal rimedju effettiv, inkluż fir-rigward tad-disponibilità tal-għajnuna legali, is-servizzi tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni.

Il-Kummissjoni, meta tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, se tivvaluta wkoll l-impatt tal-miżuri proposti u tal-implimentazzjoni tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Il-valutazzjoni tagħha se tinkludi evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz meta mqabbla mal-effett fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE. Ir-rieżami tal-Kummissjoni se jiffoka b’mod partikolari fuq il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-użu tal-marki tas-swaba’, data bijometrika oħra u data ta’ identifikazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-għodod u tekniki użati biex ikun evitat ir-riskju ta’ tqabbil mhux minnu. Kull proposta għal reviżjoni futura tas-sistema trid tikkunsidra l-eżitu ta’ din il-valutazzjoni.

Din il-proposta hija bla preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-inseriment ta’ kundanni kontra l-minorenni u t-tfal fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali. Bl-istess mod, ma tipprevjenix li l-Istati Membri japplikaw il-liġi kostituzzjonali jew fil-ftehimiet internazzjonali li huma marbutin magħhom, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali, li l-Istati Membri huma kollha parti minnha.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-finanzjament totali previst għall-implimentazzjoni tar-Regolament għall-UE huwa EUR 13 002 000, sa fejn huma kkonċernati l-kostijiet ta’ darba. Il-finanzjament propost huwa kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u l-kostijiet se jkunu koperti bis-saħħa tal-Programm tal-Ġustizzja għall-perjodu 2018–2020. Mill-2021 ’il quddiem, il-kost se jitnaqqas u jistabbilizza biex ikopri l-attivitajiet ta’ manutenzjoni. Aktar dettalji jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li qed takkumpanja din il-proposta. Il-Kummissjoni tipprevedi li tinkariga lil eu-LISA bl-implimentazzjoni u bil-manutenzjoni tas-sistema ECRIS-TCN. L-eżekuzzjoni tal-attivitajiet se tkun tirrikjedi riżorsi umani addizzjonali għal eu-LISA. Mill-2018 se jkun hemm reklutaġġ ta’ ħames aġenti kuntrattwali għal fażi tal-iżvilupp.

5.ELEMENTI OĦRA

·Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Tliet snin wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tat-tħaddim tagħha, inkluża l-effettività tagħha biex jiżdied l-iskambju tal-informazzjoni dwar TCN ikkundannati, u kull kwistjoni teknika marbuta mal-effiċjenza tagħha. F’dak l-istadju, il-Kummissjoni se tevalwa mill-ġdid jekk is-sistema għandhiex titwessa’ biex tinkludi data ulterjuri. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar is-segwitu xieraq.

Se jsir monitoraġġ kostanti tal-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida, kemm permezz tal-Bord tat-Tmexxija ta’ eu-LISA kif ukoll permezz tal-grupp ta’ esperti eżistenti tal-ECRIS. Dan il-grupp se jibqa’ wkoll jipprovdi forum għall-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali fil-livell tal-UE, b’mod partikolari informazzjoni relatata mat-TCN ikkundannati.

Il-Kummissjoni se tiddefinixxi indikaturi ta’ monitoraġġ bħal-livell ta’ skambji tar-rekords kriminali tat-TCN meta mqabbel mal-għadd ta’ kundanni li jinvolvu t-TCN kif ukoll kundanni oħra rilevanti. Se jingħataw statistiċi regolari kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn eu-LISA li se jippermettu monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi tas-sistema.

·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett tar-Regolament.

Is-sistema ċentrali ECRIS-TCN għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw f’qasir żmien u b’mod effiċjenti f’liema Stat(i) Membru/i ieħor/oħra tkun maħżuna l-informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz.

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tal-informazzjoni tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, u mhux għall-informazzjoni dwar il-kundanni li hija rregolata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, kif emendata bid-Direttiva proposta mill-Kummissjoni fl-2016. Is-sistema ECRIS-TCN għandha tipproċessa biss l-informazzjoni dwar l-identità taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li kienu soġġetti għal deċiżjonijiet finali tal-qrati kriminali fl-Unjoni Ewropea sabiex tinkiseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti bħal dawn permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI.

L-Artikolu 3 fih lista ta’ definizzjonijiet għal termini użati fir-Regolament. Filwaqt li xi definizzjonijiet diġà jeżistu fl-acquis rilevanti, kunċetti oħrajn huma definiti hawnhekk għall-ewwel darba.

Żdiedet definizzjoni ta’ “ċittadin ta’ pajjiż terz” biex jiġi ċċarat li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dan il-grupp ta’ persuni jinkludi persuni mingħajr Stat u persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom mhijiex magħrufa għall-Istat Membru tal-kundanna. Din id-definizzjoni għandha tkun l-istess bħal dik li ntużat fid-Deċiżjoni Qafas, kif emendata bid-Direttiva proposta mill-Kummissjoni fl-2016.

Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, kif ukoll il-Eurojust, il-Europol, [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.] 17

L-Artikolu 4 jiddeskrivi l-qafas tekniku tas-sistema ECRIS-TCN. L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni użata għandha tkun is-Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA) jew xi żvilupp ulterjuri tagħha. L-Artikolu jiċċara wkoll li s-softwer tal-interfaċċa għas-sistema l-ġdida se jkun integrat fl-Implimentazzjoni ta’ Referenza ECRIS li diġà teżisti, sabiex tinħoloq esperjenza tal-utent bla intoppi u konvenjenti.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri tal-kundanna biex mill-aktar fis possibbli joħolqu rekord tad-data fis-Sistema Ċentrali ECRIS-TCN għal kull TCN ikkundannat wara li l-kundanna tiddaħħal fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

Is-sistema ECRIS-TCN għandu jkun fiha biss l-informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannati minn qorti kriminali fl-Unjoni Ewropea. Informazzjoni dwar l-identità bħal din għandha tinkludi data alfanumerika, data tal-marki tas-swaba’ f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI kif emendata bid-Direttiva proposta mill-Kummissjoni fl-2016, u immaġnijiet tal-wiċċ sa fejn dawn jiġu rreġistrati fil-bażijiet tad-data nazzjonali tar-rekords kriminali tal-Istati Membri.

Sabiex tkun żgurata effettività massima tas-sistema, dan l-Artikolu jobbliga wkoll lill-Istati Membri biex joħolqu rekords fis-sistema ECRIS-TCN ta’ kundanni “storiċi” ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, jiġifieri kundanni li ngħataw qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Skont l-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom ilestu dan il-proċess fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jiġbru informazzjoni għal dan il-fini li ma kinitx diġà mdaħħla fir-rekords kriminali tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

L-Artikolu 6 jindirizza l-użu tal-immaġnijiet tal-wiċċ. Għalissa, l-immaġnijiet tal-wiċċ inklużi fis-sistema ECRIS-TCN jistgħu jintużaw biss għall-fini ta’ verifikazzjoni tal-identifikazzjoni. Mhuwiex qiegħed jitħalla barra li, fil-futur, wara l-iżvilupp tas-softwer li jagħraf l-uċuħ, l-immaġnijiet tal-wiċċ jistgħu jintużaw għal tqabbil bijometriku awtomatizzat, dment li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tekniċi biex dan isir.

L-Artikolu 7 jipprevedi regoli għall-użu tas-sistema ECRIS-TCN sabiex ikun(u) identifikat(i) l-Istat(i) Membru/i li għandhom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar kundanni preċedenti bħal dawn permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI. Il-limitazzjonijiet tal-iskop inklużi fid-Deċiżjoni Qafas kif emendata bid-Direttiva proposta fl-2016 se jkunu applikabbli għal kull skambju suċċessiv ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali.

Dan jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex jużaw is-sistema ECRIS-TCN fil-każijiet kollha li fihom jirċievu talba għal informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz f’konformità mal-liġi nazzjonali, u biex iwettqu segwitu ta’ kull hit flimkien mal-Istati Membri identifikati permezz tas-sistema ECRIS. Dan l-obbligu għandu jikkonċerna kemm it-talbiet għal informazzjoni għal skop ta’ proċedimenti kriminali kif ukoll għal skopijiet rilevanti oħra.

Stat Membru li jkun jixtieq jidentifika Stat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar TCN partikolari, ikun jista’ jagħmel dan billi jagħmel tiftixa “hit/no hit” fis-sistema ċentrali tat-TCN billi juża jew id-data alfanumerika jew inkella l-marki tas-swaba’ ta’ dak it-TCN, skont id-disponibbiltà ta’ dik id-data. F’każ ta’ “hit”, isem l-Istat(i) Membru/i li jkun(u) provda/ew id-data għandu jkun ikkomunikat flimkien mad-data ta’ referenza, u kull data assoċjata dwar l-identità. Dan se jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-ECRIS eżistenti biex jivverifikaw l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati qabel jiskambjaw l-informazzjoni ta’ rekords kriminali.

Hit li tiġi indikata mis-sistema ECRIS-TCN ma għandhiex tfisser awtomatikament li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ingħata kundanna fl-Istat(i) Membru/i indikat(i), u lanqas li l-Istat(i) Membru/i indikat(i) għandu/hom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. L-eżistenza ta’ kundanni preċedenti għandha tkun ikkonfermata biss abbażi tal-informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

L-Artikolu 8 jirrigwarda l-perjodu ta’ żamma għall-ħżin tad-data.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar iż-żamma tad-data fis-sistemi tar-rekords kriminali u tal-marki tas-swaba’ jvarjaw kunsiderevolment bejn l-Istati Membri, u din il-proposta ma għandhiex l-għan li tarmonizzahom. Il-prinċipju kkonsolidat li wieħed jimxi fuq il-perjodu ta’ żamma tal-Istat Membru tal-kundanna huwa applikabbli hawnhekk ukoll fir-rigward tad-data trażmessa lis-Sistema Ċentrali. Wara kollox, sakemm id-data dwar il-kundanni tinżamm fir-rekords kriminali tal-Istati Membri, din għandha wkoll tkun disponibbli għall-kunsiderazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. Dan jimplika wkoll li matul dak il-perjodu għandha tinżamm id-data kollha li tikkonċerna l-persuna kkundannata, anki jekk il-marki tas-swaba’ li oriġinaw minn bażi tad-data oħra li mhijiex ir-rekord kriminali kienu diġà kieku jitħassru mill-bażi tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba’. Kuntrarjament, anki kieku l-marki tas-swaba’ kellhom jibqgħu jinżammu fil-livell nazzjonali, dawn iridu jitħassru mis-Sistema Ċentrali jekk l-informazzjoni kollha dwar il-kundanni titħassar mir-rekords kriminali nazzjonali. L-approċċ, hawnhekk, huwa l-istess kemm għall-kundanni tat-TCN kif ukoll għall-kundanni taċ-ċittadini tal-UE nnotifikati lill-Istati Membri tan-nazzjonalità skont id-Deċiżjoni Qafas.

L-Artikolu 9 jinkludi obbligi għall-Istati Membri li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data mibgħuta lis-Sistema Ċentrali u li jirrettifikawha, kif ukoll li jemendaw id-data mibgħuta lis-Sistema Ċentrali f’każ ta’ xi emenda sussegwenti fir-rekords kriminali nazzjonali. Għal darb’oħra, dan jimxi mal-loġika tad-Deċiżjoni Qafas għal ċittadini tal-UE.

L-Artikolu 10 jikkonferixxi setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għat-tħaddim tas-sistema ECRIS-TCN. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 18 . Il-proċedura tal-komitoloġija li ntgħażlet hija l-proċedura ta’ eżami. L-Artikolu 34 jissupplimenta l-Artikolu 10 fir-rigward tat-twaqqif ta’ din il-proċedura.

L-Artikolu 11 jinkariga lil eu-LISA bil-kompitu tal-iżviluppar u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ECRIS-TCN, minħabba l-esperjenza tagħha fil-ġestjoni ta’ sistemi ċentralizzati oħra fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. eu-LISA hija inkarigata wkoll mill-kompitu li tiżviluppa u twettaq manutenzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS sabiex tiżgura tħaddim bla intoppi tas-sistema ECRIS-TCN u s-sistema ECRIS minnha nnifisha. L-implimentazzjoni ta’ referenza tipprevedi għas-softwer ta’ interkonnessjoni li attwalment jissemma fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-ECRIS.

L-Artikolu 12 jelenka r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri f’rabta mas-sistema ECRIS-TCN. L-Istati Membri jibqgħu unikament responsabbli għall-bażijiet ta’ data nazzjonali ta’ rekords kriminali tagħhom.

L-Artikolu 13 jindirizza r-responsabiltà għall-użu tad-data.

L-Artikolu 14 jinnomina lill-Eurojust bħala l-punt ta’ kuntatt għall-pajjiżi terzi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu jixtiequ jitolbu għal informazzjoni dwar il-kundanni li tirrigwarda TCN. L-iskop huwa li jkun evitat li l-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jkollhom jibagħtu talbiet lil aktar minn Stat Membru wieħed. Il-Eurojust ma għandha tagħti l-ebda informazzjoni lil Stat terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li jagħmlu talba, inkluża informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i li għandu data dwar il-kundanni. Għandha biss tinforma lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) f’każ ta’ hit. Ikun f’idejn l-Istati Membri kkonċernati li jiddeċiedu jekk jikkuntattjawx jew le lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali sabiex jindikaw li tista’ tingħata informazzjoni dwar il-kundanni preċedenti ta’ TCN f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-Artikolu 15 jagħti aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN lill-Eurojust, il-Europol, [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għall-fini tat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom. Madankollu, dawn l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikollhom aċċess għall-ECRIS minnha nnifisha sabiex jitolbu l-informazzjoni dwar il-kundanni fiha nnifisha, iżda għandhom jużaw il-kanali stabbiliti tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiksbu din l-informazzjoni. Dan l-approċċ jirrispetta r-regoli stabbiliti fl-istrumenti statutorji għal dawk l-organizzazzjonijiet li jirrigwardaw il-kuntratti tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

L-Artikolu 16 jelenka r-responsabbiltajiet tal-Eurojust, il-Europol, [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] fir-rigward tas-sistema ECRIS-TCN.

L-Artikolu 17 jirregola l-kwistjoni tas-sigurtà tad-data.

L-Artikolu 18 jikkonċerna r-responsabbiltà tal-Istati Membri fil-konfront ta’ individwi jew Stati Membri oħra għal kull operazzjoni illeċita ta’ pproċessar jew kull att inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dannu li jirriżulta minn ksur bħal dan ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu stipulati fil-livell nazzjonali.

L-Artikolu 19 jobbliga lill-Istati Membri biex iwettqu monitoraġġ tal-konformità ma’ dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali min-naħa tal-awtoritajiet ċentrali maħtura tagħhom. 

L-Artikolu 20 irendi punibbli skont il-liġi nazzjonali kull użu tad-data inserita fis-sistema ECRIS-TCN li jsir bi ksur ta’ dan ir-Regolament.  

L-Artikolu 21 jindika l-kontrolluri tad-data u l-proċessur tad-data.

L-Artikolu 22 jillimita l-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data personali fis-Sistema Ċentrali għall-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali ta’ TCN.

L-Artikolu 23 jagħti lil ċittadini ta’ pajjiż terzi li d-data tagħhom tkun iddaħħlet fis-sistema ECRIS-TCN, id-dritt li jkollhom aċċess għaliha, jirrettifikawha u tkun tista’ titneħħa meta ġustifikat bil-liġi.

L-Artikolu 24 jirregola l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-awtoritajiet superviżorji biex id-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data jkunu żgurati.

L-Artikolu 25 jindirizza r-rimedji legali disponibbli għal ċittadini ta’ pajjiż terz milquta.

L-Artikoli 26 u 27 jistabbilixxu r-regoli għas-superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-Artikolu 28 jirregola l-kooperazzjoni bejniethom.

L-Artikolu 29 irieġi l-kwistjoni taż-żamma tal-logs min-naħa ta’ eu-LISA u l-awtoritajiet kompetenti.

L-Artikolu 30 jindirizza l-użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika u jagħti r-responsabbiltà lil eu-LISA għat-tħejjija tal-istatistika f’rabta mas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS. Jistipula wkoll obbligu fuq l-Istati Membri li jipprovdu l-istatistika neċessarja lil eu-LISA għat-tħejjija tal-kompilazzjonijiet u l-analiżi tal-istatistika tagħha, u li jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistika dwar l-għadd ta’ TCN ikkundannati, kif ukoll l-għadd ta’ kundanni ta’ TCN fit-territorju tagħhom.

L-Artikolu 31 jirregola l-kostijiet. Minkejja l-possibilità li jintużaw il-programmi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mar-regoli applikabbli, kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż tiegħu stess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi tad-data ta’ rekords kriminali tiegħu u mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta’ alterazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex ikun jista’ juża s-sistema ECRIS-TCN.

L-Artikolu 32 jistipula l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw l-awtoritajiet ċentrali tagħhom lil eu-LISA u għal eu-LISA biex tippubblikahom.

L-Artikolu 33 jistipula li hija l-Kummissjoni li se tiddetermina d-data meta s-sistema ECRIS-TCN għandha tibda topera u jelenka l-prekundizzjonijiet li jridu jkunu ssodisfati qabel ma s-sistema tibda titħaddem fil-beraħ.

L-Artikolu 34 jikkonċerna l-obbligi ta’ rappurtar u ta’ rieżami ta’ eu-LISA u tal-Kummissjoni. Tliet snin wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tat-tħaddim tagħha, inkluża l-effettività tagħha biex jiżdied l-iskambju tal-informazzjoni dwar TCN ikkundannati, u kull kwistjoni teknika marbuta mal-effiċjenza tagħha. F’dak l-istadju, il-Kummissjoni se tevalwa mill-ġdid jekk is-sistema għandhiex titwessa’ biex tinkludi data ulterjuri. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar is-segwitu xieraq.

L-Artikolu 35 jikkonċerna l-proċedura ta’ komitoloġija li trid tintuża, abbażi ta’ dispożizzjoni standard.

L-Artikolu 36 jipprevedi t-twaqqif ta’ Grupp Konsultattiv minn eu-LISA, li se jassisti fl-iżvilupp u fl-operazzjonijiet tas-sistema ECRIS-TCN u fl-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

L-Artikolu 37 irieġi l-emendi għar-Regolament (UE) 1077/2011 fir-rigward tal-kompiti u r-responsabbiltajiet il-ġodda ta’ eu-LISA.

L-Artikolu 38 jistabbilixxi l-iskadenza ta’ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament għal implimentazzjoni fuq livell nazzjonali min-naħa tal-Istati Membri. L-ispeċifikazzjonijiet għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-sistema ECRIS-TCN se jiġu stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni.

L-Artikolu 39 jistipula li r-Regolament se jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



2017/0144 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(1)(d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni, flimkien ma’ miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

(2)Dan l-objettiv jirrikjedi li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tkun ikkunsidrata barra mill-Istat Membru tal-kundanna, kemm waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI 19 , kif ukoll biex jiġu prevenuti reati ġodda.

(3)Dan l-objettiv jippresupponi l-iskambju ta’ informazzjoni misluta minn rekords kriminali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Tali skambju ta’ informazzjoni huwa organizzat u ffaċilitat mir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI 20 u fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) li ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI 21 .

(4)Madankollu, dan il-qafas legali tal-ECRIS ma jkoprix b’mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta’ pajjiż terz. Għalkemm attwalment huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz permezz tal-ECRIS, ma hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu mħaddem biex dan isir b’mod effiċjenti.

(5)L-informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz ma tinġabarx fl-Unjoni fl-Istat Membru tan-nazzjonalità bħalma jsir għal ċittadini ta’ Stati Membri, iżda tinħażen biss fl-Istati Membri fejn ikunu ngħataw il-kundanni. Għaldaqstant, ħarsa ġenerali kompluta lejn l-istorja kriminali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz tista’ tkun aċċertata biss jekk l-informazzjoni tkun mitluba mill-Istati Membri kollha.

(6)“Talbiet ġenerali” bħal dawn jimponu piż amministrattiv fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz inkwistjoni. Fil-prattika, dan il-piż inaffar lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u jwassal biex l-Istati Membri jillimitaw l-informazzjoni ta’ rekords kriminali għal informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom.

(7)Sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni, jenħtieġ li tkun stabbilita sistema li permezz tagħha l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ssib f’qasir żmien u b’mod effiċjenti f’liema Stat(i) Membru/i ieħor/oħra tkun maħżuna l-informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex imbagħad ikun jista’ jintuża l-qafas eżistenti tal-ECRIS biex issir talba għall-informazzjoni ta’ rekords kriminali mingħand dak/dawk l-Istat(i) Membru/i f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.

(8)Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula regoli dwar il-ħolqien ta’ sistema ċentralizzata li tinkludi data personali fil-livell tal-Unjoni, il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istat Membru u l-organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tagħha, kif ukoll kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data biex tissupplimenta l-arranġamenti dwar il-protezzjoni tad-data li diġà jeżistu u tipprovdi għal livell kumplessiv adegwat ta’ protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data. Jenħtieġ li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati jiġu protetti wkoll.

(9)Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz (“is-sistema ECRIS-TCN”) tkun inkarigata mill-kompitu li tiżviluppa u topera s-sistema ċentralizzata l-ġdida ECRIS-TCN, minħabba l-esperjenza tagħha fil-ġestjoni ta’ sistemi oħra fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Jenħtieġ li l-mandat tagħha jkun emendat biex jirrifletti dawn il-kompiti l-ġodda.

(10)Minħabba l-ħtieġa li jinħolqu rabtiet tekniċi mill-qrib bejn is-sistema ECRIS-TCN u s-sistema attwali tal-ECRIS, jenħtieġ li eu-LISA tkun inkarigata wkoll mill-kompitu li tiżviluppa u twettaq manutenzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, u jenħtieġ li l-mandat tagħha jkun emendat biex dan jiġi rifless.

(11)Jenħtieġ li s-sistema ECRIS-TCN ikun fiha biss l-informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannati minn qorti kriminali fl-Unjoni. Jenħtieġ li informazzjoni dwar l-identità bħal din tkun tinkludi data alfanumerika, data tal-marki tas-swaba’ f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, u immaġnijiet tal-wiċċ sa fejn dawn jiġu rreġistrati fil-bażijiet tad-data nazzjonali tar-rekords kriminali tal-Istati Membri.

(12)Fl-eventwalità ta’ korrispondenza bejn id-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali u dik użata għat-tiftix minn Stat Membru (hit), tingħata l-informazzjoni dwar l-identità li fil-konfront tagħha tkun ġiet irreġistrata “hit”, flimkien mal-“hit”. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tintuża biss biex tassisti fl-ikkonfermar tal-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Dan jista’ jinkludi l-irreġistrar ta’ data fil-bażi tad-data nazzjonali ta’ rekords kriminali tal-Istat Membru tat-talba għal tfittxija bħal l-psewdonimu taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

(13)Jenħtieġ li għall-ewwel, l-immaġnijiet tal-wiċċ inklużi fis-sistema ECRIS-TCN jintużaw biss għall-fini ta’ verifikazzjoni tal-identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Fil-futur, huwa possibbli li, wara l-iżvilupp ta’ softwer li jagħraf l-uċuħ, jintużaw immaġnijiet tal-wiċċ għal tqabbil bijometriku awtomatizzat, dment li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tekniċi biex dan isir.

(14)L-użu tal-bijometrika huwa neċessarju għaliex huwa l-aktar metodu affidabbli ta’ identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terzi fit-territorju tal-Istati Membri, li ta’ sikwit ma jkollhomx dokumenti jew xi mezz ieħor ta’ identifikazzjoni fil-pussess tagħhom, kif ukoll għal tqabbil aktar affidabbli ta’ data ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz.

(15)Jenħtieġ li, f’qasir żmien, l-Istati Membri joħolqu rekords fis-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannati hekk kif il-kundanna tagħhom tiddaħħal fir-rekord kriminali nazzjonali.

(16)Jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu wkoll rekords fis-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ngħataw kundanna qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament sabiex tkun żgurata effettività massima tas-sistema. Madankollu, għal dan il-fini, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati li jiġbru informazzjoni li ma kinitx diġà tinsab imdaħħla fir-rekords kriminali tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(17)It-titjib taċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kundanni huwa mistenni li jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2009/675/ĠAI, li tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-kundanni preċedenti waqt proċedimenti kriminali ġodda.

(18)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jużaw is-sistema ECRIS-TCN fil-każijiet kollha li fihom jirċievu talba għal informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz f’konformità mal-liġi nazzjonali, u jwettqu segwitu ta’ kull hit flimkien mal-Istati Membri identifikati permezz tas-sistema ECRIS. Mhuwiex mistenni li dan l-obbligu jkun limitat biss għal talbiet f’rabta ma’ investigazzjonijiet kriminali.

(19)Hit li tiġi indikata mis-sistema ECRIS-TCN mhijiex mistennija li tfisser awtomatikament li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ingħata kundanna fl-Istat(i) Membru/i indikat(i), u lanqas li l-Istat(i) Membru/i indikat(i) għandu/hom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Jenħtieġ li l-eżistenza ta’ kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi tal-informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

(20)Minkejja l-possibilità li jintużaw il-programmi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mar-regoli applikabbli, jenħtieġ li kull Stat Membru jġarrab l-ispejjeż tiegħu stess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi tad-data ta’ rekords kriminali tiegħu u l-bażijiet tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba’, u mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta’ alterazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex ikun jista’ juża s-sistema ECRIS-TCN, inklużi l-konnessjonijiet mal-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali.

(21)Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-Europol) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , il-Eurojust stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI 24 [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew stabbilit permezz tar-Regolament (UE) …/… 25  ] ikollhom aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiż terz insostenn tal-kompiti statutorji tagħhom.

(22)Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti ta’ aċċess għas-sistema ECRIS-TCN u s-salvagwardji neċessarji, inkluża r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiġbru u jużaw id-data. Jistabbilixxi wkoll id-drittijiet tal-individwi għal kumpens, aċċess, rettifika, tħassir u rimedju, b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Għaldaqstant dan jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni.

(23)Jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  26 tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dment li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 ma jkunux japplikaw. Jenħtieġ li tkun żgurata superviżjoni koordinata f’konformità mal-Artikolu 62 ta’ [ir-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

(24)Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dannu li jirriżulta minn kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament.

(25)Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jagħti lok għal skambju rapidu u effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiż terz, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, permezz tas-sinerġija u l-interoperabilità neċessarji, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

(26)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għat-twaqqif u l-ġestjoni operazzjonali tas-sistema ECRIS-TCN, jenħtieġ li jkunu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(27)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u la hija marbuta bih u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(28)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

[jew]

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(29)Ġaladarba, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit nnotifika li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas tiegħu, sentejn wara n-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dan il-perjodu. Konsegwenza ta’ dan, u bla preġudizzju għal xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar il-ħruġ, din id-deskrizzjoni ta’ hawn fuq tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proposta tapplika biss sakemm ir-Renju Unit ikun għadu Stat Membru.

(30)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 u ta opinjoni fi … 30 ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament:

(a)jistabbilixxi sistema biex jidentifika Stat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz (“is-sistema ECRIS-TCN”);

(b)jistipula l-kundizzjonijiet li bihom is-sistema ECRIS-TCN għandha tintuża minn awtoritajiet kompetenti sabiex tinkiseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti bħal dawn permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) stabbilita permezz tad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI. 

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li kontrihom ikunu nħarġu deċiżjonijiet finali tal-qrati kriminali fl-Istati Membri għall-fini ta’ identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i li fih/om ikunu ngħataw tali deċiżjonijiet.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“kundanna” tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra persuna fiżika rigward reat kriminali, sal-punt li din id-deċiżjoni tkun inserita fir-rekords kriminali tal-Istat Membru tal-kundanna;

(b)“proċedimenti kriminali” tfisser l-istadju ta’ qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess nnifsu u l-eżekuzzjoni tal-kundanna;

(c)“rekord kriminali” tfisser ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali fejn jiġu rreġistrati l-kundanni f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)“Stat Membru tal-kundanna” tfisser l-Istat Membru li fih tkun ingħatat kundanna;

(e)“awtorità ċentrali” tfisser l-awtorità/awtoritajiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;

(f)“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet ċentrali u l-korpi tal-Unjoni b’kompetenza ta’ aċċess għas-sistema ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(g)“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser ċittadin ta’ pajjiż ieħor li mhux Stat Membru irrispettivament minn jekk il-persuna għandiex ukoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru, jew persuna mingħajr Stat jew persuna li n-nazzjonalità tagħha ma tkunx magħrufa mill-Istat Membru ta’ kundanna;

(h)“Sistema Ċentrali” tfisser il-bażi/jiet tad-data li fiha/om tinżamm informazzjoni dwar l-identità rigward ċittadini ta’ pajjiż terz li kontrihom ikunu nħarġu deċiżjonijiet finali tal-qrati kriminali fl-Istati Membri, li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tagħha jsiru minn eu-LISA;

(i)“Softwer tal-Interfaċċa” tfisser is-softwer ospitat mill-awtoritajiet kompetenti li jippermettilhom aċċess għas-Sistema Ċentrali permezz tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4;

(j)“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija f’bażi tad-data vis-à-vis settijiet multipli ta’ data;

(k)data alfanumerika” tfisser data rappreżentata b’ittri, numri, karattri speċjali, spazji u sinjali tal-punteġġatura;

(l)data tal-marki tas-swaba’” tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet lixxi jew ruljati tal-marki tas-swaba’ tal-għaxart iswaba’ kollha;

(m)“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ;

(n)“hit” tfisser korrispondenza jew korrispondenzi stabbilita/i permezz ta’ tqabbil bejn id-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali u dik użata għat-tiftix minn Stat Membru;

(o)“punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali” tfisser il-punt ta’ konnessjoni nazzjonali mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4;

(p)“implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS” tfisser is-softwer żviluppat mill-Kummissjoni u li tqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istati Membri għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali permezz tal-ECRIS.

Artikolu 4
Qafas tekniku tas-sistema ECRIS-TCN

1.Is-sistema ECRIS-TCN għandha tkun magħmula minn:

(a)Sistema Ċentrali li fiha tinħażen informazzjoni dwar l-identità rigward ċittadini ta’ pajjiż terz;

(b)punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali f’kull Stat Membru;

(c)Softwer tal-Interfaċċa li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet ċentrali mas-Sistema Ċentrali permezz tal-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(d)Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali.

2.Is-Sistema Ċentrali għandha tkun ospitata minn eu-LISA fiż-żewġ siti tekniċi tagħha.

3.Is-Softwer tal-Interfaċċa għandu jkun integrat flimkien mal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS. L-Istati Membri għandhom jużaw l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS biex jagħmlu talba għal tfittxija fis-sistema ECRIS-TCN, kif ukoll biex jibagħtu talbiet sussegwenti għal informazzjoni ta’ rekords kriminali.

KAPITOLU II
Inseriment u użu tad-
data minn awtoritajiet ċentrali

Artikolu 5
Inseriment tad-
data fis-sistema ECRIS-TCN

1.Għal kull ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannat, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru ta’ kundanna għandha toħloq rekord tad-data fis-Sistema Ċentrali. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi d-data segwenti:

(a)    kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid (belt u pajjiż); in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; l-ismijiet tal-ġenituri; jekk applikabbli, ismijiet preċedenti, laqam/laqmijiet jew psewdonimu/i; il-kodiċi tal-Istati Membru tal-kundanna;

(b)id-data tal-marki tas-swaba’ f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI 31   u bl-ispeċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u għall-użu tal-marki tas-swaba’ msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1); in-numru ta’ referenza tad-data tal-marki tas-swaba’ tal-persuna kkundannata inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.

2.Ir-rekord tad-data jista’ jinkludi wkoll immaġnijiet tal-wiċċ taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannat.

3.L-Istat Membru tal-kundanna għandu mill-aktar fis possibbli joħloq rekord tad-data wara li l-kundanna tiddaħħal fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

4.L-Istat Membru tal-kundanna għandu joħloq ukoll rekords tad-data għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] sa fejn tali data tkun maħżuna fir-rekords kriminali nazzjonali jew fil-bażi tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba’ tiegħu.

Artikolu 6
Regoli speċifiċi għall-immaġnijiet tal-wiċċ

1.L-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) għandhom jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie identifikat b’konsegwenza ta’ tiftixa alfanumerika jew tiftixa bl-użu tal-marki tas-swaba’.

2.Hekk kif ikun teknikament possibbli, l-immaġnijiet tal-wiċċ jistgħu jintużaw ukoll għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz abbażi ta’ dan l-identifikatur bijometriku. Qabel ma din il-funzjonalità tiġi implimentata fis-sistema ECRIS-TCN, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-disponibbiltà u t-tlestija tat-teknoloġija meħtieġa, li dwaru għandu jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Artikolu 7
L-użu tas-sistema ECRIS-TCN għall-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali

1.Meta fi Stat Membru tintalab informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew għal kull fini oħra li mhuwiex dak ta’ proċedimenti kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-awtorità ċentrali ta’ dak l-Istat Membru għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar dak iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz sabiex tikseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS.

2.Il-Europol, il-Eurojust [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandhom ikollhom aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikoli 14, 15 u 16.

3.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu talba għal tfittxija fis-sistema ECRIS-TCN billi jużaw id-data msemmija fl-Artikolu 5(1).

4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħmlu talba għal tfittxija fis-sistema ECRIS-TCN billi jużaw l-immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 5(2), dment li funzjonalità bħal din tkun ġiet implimentata f’konformità mal-Artikolu 6(2).

5.Fl-eventwalità ta’ hit, is-Sistema Ċentrali għandha tipprovdi awtomatikament lill-awtorità ċentrali b’informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien man-numru/i ta’ referenza assoċjat(i) u kull informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Informazzjoni dwar l-identità bħal din għandha tintuża biss għall-fini ta’ verifikazzjoni tal-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.

6.Fl-eventwalità li ma jkun hemm l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tinforma lill-awtorità kompetenti dwar dan.

KAPITOLU III
Żamma u emendar tad-
data

Artikolu 8
Perjodu ta’ żamma għall-ħżin tad-
data

1.Kull rekord tad-data individwali għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali sakemm id-data marbuta mal-kundanna/i tal-persuna kkonċernata tkun maħżuna fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali.

2.Hekk kif il-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1 jiskadi, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data individwali mis-Sistema Ċentrali mingħajr dewmien, u f’kull każ mhux aktar tard minn xahar wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma.  

Artikolu 9
Emendar u tħassir tad-
data 

1.L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jemendaw jew iħassru d-data li jkunu daħħlu fis-sistema ECRIS-TCN.

2.Kull emenda sussegwenti fir-rekords kriminali nazzjonali tal-informazzjoni li tkun wasslet għall-ħolqien ta’ rekord tad-data f’konformità mal-Artikolu 5 għandha ġġib magħha emenda identika tal-informazzjoni maħżuna f’dak ir-rekord tad-data fis-Sistema Ċentrali mill-Istat Membru tal-kundanna.

3.Jekk Stat Membru jkollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata minnu fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mill-aktar fis mis-Sistema Ċentrali.

4.Jekk Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat Membru li inserixxa d-data, ikollu għal xiex jifhem li d-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali mhijiex preċiża jew li ġiet ipproċessata data fis-Sistema Ċentrali fi ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu jikkuntattja mill-aktar fis lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna. L-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fi żmien xahar.

KAPITOLU IV
Żvilupp, Operat u Responsabbiltajiet

Artikolu 10
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti neċessarji għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-sistema ECRIS-TCN, u b’mod partikolari regoli dwar:

(a)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar tad-data alfanumerika;

(b)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tal-marki tas-swaba’ fis-sistema ECRIS-TCN;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Softwer tal-Interfaċċa msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1);

(d)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar tal-immaġnijiet tal-wiċċ;

(e)il-kwalità tad-data, inklużi mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data;

(f)l-inseriment tad-data f’konformità mal-Artikolu 5;

(g)l-aċċess għad-data f’konformità mal-Artikolu 7;

(h)l-emendar u t-tħassir tad-data f’konformità mal-Artikoli 8 u 9;

(i)iż-żamma tal-logs u l-aċċess għalihom f’konformità mal-Artikolu 29;

(j)il-forniment ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 30;

(k)ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibbiltà tas-sistema ECRIS-TCN.

2.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 11
Żvilupp u ġestjoni operazzjonali

1.eu-LISA għandha tkun inkarigata mill-iżvilupp u mit-tmexxija operattiva tas-sistema ECRIS-TCN. L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ittestjar u koordinazzjoni kumplessiva tal-proġett.

2.eu-LISA għandha tkun inkarigata mill-iżvilupp u mill-manutenzjoni ulterjuri tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

3.eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-qafas fiżiku tas-sistema ECRIS-TCN inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u s-Software tal-Interfaċċa msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1). Dak id-disinn għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija tagħha, bil-kundizzjoni li tingħata opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.

4.eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-sistema ECRIS-TCN qabel [sentejn qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament] u wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 10.

5.Qabel il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, mill-Bord tat-Tmexxija ta’ eu-LISA għandu jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta’ għaxar membri. Għandu jkun magħmul minn tmien rappreżentanti appuntati mill-Bord tat-Tmexxija, mill-President tal-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36 u membru wieħed appuntat mill-Kummissjoni. Il-membri appuntati mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u li se jipparteċipaw fis-sistema ECRIS-TCN. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li r-rappreżentanti li jappunta għandu jkollhom l-esperjenza u l-għarfien espert neċessarji fl-iżvilupp u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-IT ta’ sostenn għall-awtoritajiet ġudizzjarji u għall-awtoritajiet tar-rekords kriminali. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa’ minn tal-anqas darba kull tliet xhur, u aktar ta’ spiss meta jkun hemm il-bżonn. Għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Kull xahar il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija ta’ eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

6.Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu li b’mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)il-presidenza;

(b)il-postijiet tal-laqgħat;

(c)it-tħejjija tal-laqgħat;

(d)l-ammissjoni ta’ esperti għal-laqgħat;

(e)pjanijiet ta’ komunikazzjoni sabiex tkun żgurata informazzjoni kompluta lill-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija.

7.Il-Presidenza għandha tinżamm mill-Istat Membru li jkollu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dment li jkun marbut kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-ECRIS u dment li jkun se jipparteċipa fis-sistema ECRIS. Jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfat, il-Presidenza għandha tinżamm mill-Istat Membru li jkun imissu jieħu l-Presidenza f’idejh u li jissodisfa dak ir-rekwiżit.

8.L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-Aġenzija u għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura ta’ u-LISA. eu-LISA għandha taċċerta s-segretarjat tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.

9.Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, il-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN imsemmi fl-Artikolu 36 għandu jkun magħmul mill-maniġers tal-proġett nazzjonali tas-sistema ECRIS-TCN. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jiltaqa’ minn tal-anqas darba fix-xahar sakemm tibda topera s-sistema ECRIS-TCN. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija ta’ eu-LISA. Għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku biex isostni l-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija u għandu jwettaq segwitu fir-rigward tal-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri.

10.eu-LISA għandha taċċerta l-ħin kollu, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi ta’ kost-benefiċċju.

11.eu-LISA għandha tkun inkarigata mill-kompiti li segwenti relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1):

(a)superviżjoni;

(b)sigurtà;

(c)il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur.

12.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b’mod partikolari:

(a)kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(b)akkwiżizzjoni u tiġdid;

(c)kwistjonijiet kuntrattwali.

13.eu-LISA għandha tiżviluppa u twettaq manutenzjoni ta’ mekkaniżmu u tal-proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità fuq id-data fis-sistema ECRIS-TCN u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Kummissjoni li jkopru l-kwistjonijiet li jkunu nqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati.

14.It-tmexxija operattiva tas-sistema ECRIS-TCN għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha neċessarji biex is-sistema ECRIS-TCN tibqa’ operattiva f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji sabiex ikun żgurat li s-sistema tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità operattiva f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

15.eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-għoti ta’ taħriġ dwar l-użu tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

16.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, eu-LISA għandha tapplika regoli xierqa ta’ sigriet professjonali jew obbligi oħra ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità għall-persunal tagħha kollu li huwa obbligat li jaħdem bid-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun telaq mill-kariga jew mill-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 12
Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli minn:

(a)l-iżgurar ta’ konnessjoni sigura bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ rekords kriminali tagħhom u l-bażijiet tad-data tal-marki tas-swaba’ u l-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali;

(b)l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tal-konnessjoni msemmija fil-punt (a);

(c)l-iżgurar ta’ konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali tagħhom u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS;

(d)il-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali għas-Sistema ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament u biex jistabbilixxi lista ta’ dawn il-membri tal-persunal u tal-profili tagħhom u jaġġornaha regolarment;

2.Kull Stat Membru għandu jipprovdi taħriġ xieraq lill-persunal tal-awtoritajiet tiegħu li għandu dritt għall-aċċess tas-sistema ECRIS-TCN, b’mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali rilevanti, qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-Sistema Ċentrali.

Artikolu 13

Ir-responsabbiltà għall-użu tad-data

1.F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN tkun ipproċessata legalment, u b’mod partikolari li:

(a)persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(b)id-data tinġabar legalment u b’rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-bniedem taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;

(c)id-data tkun inkluża legalment fis-sistema ECRIS-TCN;

(d)id-data tkun preċiża u aġġornata meta tiġi inkluża fis-sistema ECRIS-TCN.

2.eu-LISA għandha tiżgura li s-sistema ECRIS-TCN tkun operata f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 [jew ir-Regolament suċċessur tiegħu]. B’mod partikolari, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta’ kull Stat Membru.

3.eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-miżuri li tieħu skont il-paragrafu 2 biex is-sistema ĊECRIS-TCN tibda topera.

4.Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta’ sit web pubbliku aġġornat regolarment.

Artikolu 14
Il-punt ta’ kuntatt għall-pajjiżi terzi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindirizzaw it-talbiet tagħhom għal informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz lill-Eurojust.

2.Meta l-Eurojust tirċievi talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tuża s-sistema ECRIS-TCN biex tiddetermina liema Stat(i) Membru/i jkun(u) fil-pussess ta’ informazzjoni dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, u fil-każijiet li fihom l-Istat(i) Membru/i jkun(u) identifikat(i), għandha tittrażmetti immedjatament it-talba lill-awtoritajiet ċentrali tal’ dak/dawk l-Istat(i) Membru/i. L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għat-trattament ulterjuri ta’ talbiet bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.La l-Eurojust u lanqas il-Europol, [l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jew kull awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ma jista’ jittrasferixxi jew iqiegħed għad-disponibbiltà ta’ pajjiż terz, xi organizzazzjoni internazzjonali u lanqas ta’ xi terz privat, informazzjoni miksuba mis-sistema ECRIS-TCN dwar il-kundanni preċedenti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, jew informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i li jaf ikun fil-pussess ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 15
Aċċess għall-Eurojust, għall-Europol[, u għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew]

1.Il-Eurojust għandu jkollu aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14, kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

2.Il-Europol [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandu jkollu[/hom] aċċess dirett għas-sistema ECRIS-TCN għall-fini li jwettqu l-kompiti statutorji tagħhom.

3.Wara hit li tindika l-Istat(i) Membru/i li jkun fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] jistgħu jużaw il-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri stabbiliti f’konformità mal-istrumenti legali rispettivi li jikkostitwuwhom biex jitolbu l-informazzjoni dwar il-kundanna.

4.Kull wieħed mill-korpi msemmija f’dan l-Artikolu għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-arranġamenti tal-aċċess tal-persunal debitament awtorizzat għas-sistema ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandu jkun responsabbli wkoll biex jistabbilixxi lista ta’ dawn il-membri tal-persunal u tal-profili tagħhom u jaġġornaha regolarment.

Artikolu 16
Ir-responsabbiltajiet tal-Eurojust, tal-Europol[, u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew]

1.Il-Europol, il-Eurojust [u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandhom jistabbilixxu l-mezzi tekniċi għall-konnessjoni tagħhom mas-sistema ECRIS-TCN u għandhom ikunu responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dik il-konnessjoni.

2.Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu taħriġ xieraq lill-persunal li għandu dritt għall-aċċess tas-sistema ECRIS-TCN, b’mod partikolari taħriġ dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali rilevanti, qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-Sistema Ċentrali.

3.Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li d-data personali pproċessata minnhom skont dan ir-Regolament tkun protetta f’konformità mad-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-data applikabbli.

Artikolu 17
Is-Sigurtà tad-
data

1.eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura s-sigurtà tas-Sistema ECRIS-TCN, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta’ kull Stat Membru, filwaqt li tqis il-miżuri ta’ sigurtà speċifikati fil-paragrafu 3.

2.Fir-rigward tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN, eu-LISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tilħaq l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 inkluża l-adozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà u ta’ pjan ta’ kontinwità tan-negozju u ta’ rkupru minn diżastru.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trażmissjoni lill-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali u qabel u waqt li tiġi riċevuta d-data mingħandu. B’mod partikolari, kull Stat Membru għandu:

(a)fiżikament jipproteġi d-dejta, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)iċaħħad l-aċċess għal installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet relatati mas-sistema ECRIS-TCN lil persuni mhux awtorizzati;

(c)jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi ta’ data;

(d)jimpedixxi l-inseriment mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna;

(e)jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta’ data fis-sistema ECRIS-TCN u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data pproċessata fis-sistema ECRIS-TCN;

(f)jiżgura li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-sistema ECRIS-TCN ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utent individwali u modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(g)jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-sistema ECRIS-TCN joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jinserixxu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu d-data, u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom;

(h)jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema entitajiet tista’ tiġi trażmessa data personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(i)jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fis-sistema ECRIS-TCN, meta, mingħand min u għal liema skop;

(j)jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lis-sistema ECRIS-TCN jew minnha jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki adegwati ta’ kriptaġġ;

(k)iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzazzjonali neċessarji relatati mal-monitoraġġ intern biex tkun żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18
Responsabbiltà

1.Kull individwu jew Stat Membru li jkun ġarrab ħsara kaġun ta’ operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew ta’ kwalunkwe att inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li jkun responsabbli għall-ħsara mġarrba. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha jew parzjalment, jekk jagħti prova li mhuwiex responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għall-ħsara.

2.Jekk xi nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkaġuna ħsara lis-sistema ECRIS-TCN, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal din il-ħsara, sakemm u sa fejn eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fis-sistema ECRIS-TCN ikun naqas milli jieħu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjeni li ssir ħsara jew biex inaqqas kemm jista’jkun l-impatt tagħha.

3.Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jrid jiddefendi ruħu.

Artikolu 19
Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità ċentrali tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u tikkoopera, meta jkun hemm bżonn, mal-awtorità superviżorja u mal-awtorità superviżorja nazzjonali.

Artikolu 20
Penali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull użu tad-data inserita fis-sistema ECRIS-TCN bi ksur ta’ dan ir-Regolament ikun punibbli permezz ta’ penali f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU V
Drittijiet u superviżjoni tal-protezzjoni tad-
data

Artikolu 21
Il-kontrollur tad-
data u l-proċessur tad-data

1.Kull awtorità ċentrali tal-Istat Membru trid titqies bħala kontrullur f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 għall-ipproċessar tad-data personali minn dak l-Istat Membru skont dan ir-Regolament.

2.eu-LISA għandha titqies bħala proċessur tad-data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001/UE fir-rigward tad-data personali inserita mill-Istati Membri fis-Sistema Ċentrali.

Artikolu 22
L-iskop tal-ipproċessar tad-
data personali

1.Id-data inkluża fis-Sistema Ċentrali għandha tkun ipproċessata biss għall-iskop ta’ identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz.

2.L-aċċess għas-sistema ECRIS-TCN għall-inseriment, emendar, tħassir u kkonsultar tad-data msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali, u għall-persunal debitament awtorizzat tal-korpi msemmija fl-Artikolu 15 biex jikkonsulta d-data. Dak l-aċċess għandu jkun limitat sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti konformement mal-iskop imsemmi fil-paragrafu 1, u b’mod proporzjonat mal-objettivi li jridu jintlaħqu.

Artikolu 23
Dritt ta’ aċċess, rettifika u tħassir

1.It-talbiet ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz f’rabta mad-drittijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 16 tad-Direttiva (UE) 2016/80 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità ċentrali ta’ kwalunkwe Stat Membru.

2.Jekk issir talba lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fis-sistema ECRIS-TCN fi żmien limitu ta’ xahar jekk dik il-verifika tkun tista’ ssir mingħajr ma jiġi kkonsultat l-Istat Membru tal-kundanna. Inkella, l-Istat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-kundanna fi żmien 14-il jum u l-Istat Membru tal-kundanna għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fi żmien xahar minn meta jkun ġie stabbilit il-kuntatt.

3.Fil-każ li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN ma tkunx fattwalment preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b’mod illegali, l-Istat Membru tal-kundanna għandu jirrettifika jew iħassar id-data f’konformità mal-Artikolu 9. L-Istat Membru tal-kundanna jew, meta applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li ttieħdet azzjoni biex jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha.

4.Jekk l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data rreġistrata fis-sistema ECRIS-TCN mhijiex fattwalment preċiża jew li ġiet irreġistrata b’mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva li fiha, mingħajr dewmien, jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika jew iħassar id-data li tirrigwardaha.

5.L-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni amministrattiva skont il-paragrafu 4 għandu wkoll jipprovdi informazzjoni ta’ spjegazzjoni lill-persuna kkonċernata dwar il-passi li dik il-persuna tista’ tieħu jekk ma taċċettax l-ispjegazzjoni. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta’ dak l-Istat Membru u kull assistenza, inkluż mill-awtoritajiet superviżorji, li tkun disponibbli f’konformità mal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

6.Kull talba li ssir skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċitar tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandha titħassar immedjatament wara.

7.Kull meta persuna titlob data li tirrigwardaha f’konformità mal-paragrafu 2, l-awtorità ċentrali għandha żżomm rekord, f’għamla ta’ dokument bil-miktub, li tkun saret din it-talba u kif din tkun ġiet indirizzata, u mingħand liema awtorità u għandha tqiegħed dak id-dokument għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali mingħajr dewmien.

Artikolu 24
Kooperazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-
data

1.L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jinfurzaw id-drittijiet stipulati fl-Artikolu 23.

2.F’kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħha biex issir rettifika jew titħassar data li tirrigwardaha.

3.Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li jkun trażmetta d-data u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri li lilhom tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

Artikolu 25
Rimedji

1.F’kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment fl-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta’ aċċess għad-data li tirrigwardaha jew id-dritt għar-rettifika jew għat-tħassir tagħha, stipulati fl-Artikolu 23.

2.L-assistenza tal-awtoritajiet ta’ superviżorji għandha tibqa’ disponibbli matul il-proċedimenti.

Artikolu 26
Superviżjoni mill-awtorità superviżorja

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità/awtoritajiet superviżorja/i maħtura f’konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq/għandhom iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali, imsemmi fl-Artikolu 6, mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mis-sistema ECRIS-TCN.

2.L-awtorità superviżorja għandha tiżgura li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-bażijiet tad-data tar-rekords kriminali nazzjonali u tal-marki tas-swaba’ f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull erba’ snin minn meta s-sistema ECRIS-TCN tibda topera.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

4.Kull Stat Membru għandu jipprovdi kull informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandu, b’mod partikolari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-Artikoli 12, 13 u 17. Kull Stat Membru għandu jagħti aċċess lill-awtoritajiet superviżorji għar-rekords tiegħu skont l-Artikolu 29 u jippermettilhom aċċess f’kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mas-sistema ECRIS-TCN.

Artikolu 27
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-
Data 

1.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data personali ta’ eu-LISA fir-rigward tas-sistema ECRIS-TCN jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditu tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data personali tal-Aġenzija f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti minn tal-anqas kull erba’ snin. Għandu jintbagħat rapport ta’ dak l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lil eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet superviżorji u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jkun adottat ir-rapport.

3.eu-LISA għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħtih aċċess għad-dokumenti kollha u għar-rekords tagħha msemmija fl-Artikolu 29 u tagħtih il-permess għal aċċess f’kull ħin għall-bini kollu tagħha.

Artikolu 28
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-
Data

Għandha tkun żgurata superviżjoni koordinata f’konformità mal-Artikolu 62 ta’ [ir-Regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni].

Artikolu 29
Iż-żamma tal-logs

1.eu-LISA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data fid-data tas-sistema ECRIS-TCN ikunu lloggjati għall-finijiet tal-ivverifikar tal-ammissibbiltà tat-talba, tal-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità u s-sigurtà tad-data, u għall-awtomonitoraġġ.

2.Il-log jew id-dokumentazzjoni għandha tindika:

(a)    l-iskop tat-talba għal aċċess għad-data tas-sistema ECRIS-TCN;

(b)id-data trażmessa kif imsemmija fl-Artikolu 5;

(c)    ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(d)    id-data u l-ħin preċiż tal-operazzjoni;

(e)    id-data użata għat-talba għal tfittxija;

(f)    il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija.

3.Il-logs tal-konsultazzjonijiet u tad-divulgazzjonijiet għandhom jagħmluha possibbli li tali operazzjonijiet ikunu ġġustifikati.

4.Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tkun żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 jistgħu jintużaw biss logs li ma jkunx fihom data personali. Dawk il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru wara perjodu ta’ sena, jekk ma jibqgħux meħtieġa aktar għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

5.Jekk issirilha talba, eu-LISA għandha tqiegħed il-logs tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet ċentrali mingħajr dewmien żejjed.

6.L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ivverifikar tal-ammissibbiltà tat-talba u għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u għall-integrità u s-sigurtà tad-data għandu jkollhom aċċess għal dawk il-logs meta ssir talba mingħandhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom. Jekk issirilhom talba, l-awtoritajiet ċentrali għandhom iqiegħdu l-logs tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti mingħajr dewmien żejjed.

KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 30
L-użu tad-
data għar-rappurtar u għall-istatistika

1.Il-persunal debitament awtorizzat ta’ eu-LISA, l-awtoritajiet kompetenti, u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-sistema ECRIS-TCN, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u għoti ta’ statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwi.

2.Għall-fini tal-paragrafu 1, eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-sit(i) tekniku/tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 1 li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ individwi u li jippermetti l-ksib ta’ rapporti li jistgħu jkunu personalizzati u ta’ statistika. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta’ aċċess sigur b’kontroll tal-aċċess u profili speċifiċi tal-utent unikament għall-fini ta’ rappurtar u ta’ statistika.

3.Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għar-repożitorju f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).

4.Il-proċeduri stabbiliti minn eu-LISA għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema ECRIS-TCN imsemmija fl-Artikolu 34 kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ produzzjoni ta’ statistika regolari biex dak il-monitoraġġ ikun żgurat.

Kull xahar, eu-LISA għandha tippreżenta statistika mhux personali lill-Kummissjoni rigward ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-iskambju tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali permezz tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS. Meta ssirilha talba mill-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istatistika neċessarja lil eu-LISA sabiex taqdi d-dmirijiet tagħha msemmija f’dan l-Artikolu. Dawn għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ikkundannati, kif ukoll l-għadd ta’ kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fit-territorju tagħhom.

Artikolu 31
Kostijiet

1.Il-kostijiet imġarrba b’rabta mat-twaqqif u mal-operat tas-Sistema Ċentrali, l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, l-Interfaċċa tas-Softwer u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.Il-kostijiet tal-konnessjoni tal-Eurojust, il-Europol u [l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] mas-sistema ECRIS-TCN għandhom jitħallsu mill-baġit ta’ dawk il-korpi.

3.Il-kostijiet l-oħra għandhom jitħallsu mill-Istati Membri, b’mod speċifiku l-kostijiet imġarrba għall-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti tar-rekords kriminali, tal-bażijiet tad-data tal-marki tas-swaba’ u tal-awtoritajiet ċentrali mas-sistema ECRIS-TCN, kif ukoll il-kostijiet għall-ospitar tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

Artikolu 32
Notifiki

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil eu-LISA dwar l-awtoritajiet ċentrali tagħhom li għandhom aċċess li jinserixxu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu d-data ta’ dawn l-awtoritajiet ċentrali..

Artikolu 33
Il-bidu tal-operat

1.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-sistema ECRIS-TCN għandha tibda topera, wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

(a)    ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 10;

(b)    eu-LISA tkun iddikjarat li tkun temmet b’suċċess test komprensiv tas-sistema ECRIS-TCN, li għandu jsir minn eu-LISA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(c)    l-Istati Membri jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi biex jiġbru d-data msemmija fl-Artikolu 5 u jittrażmettuha lis-sistema ECRIS-TCN u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni.

2.eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tmiem b’suċċess tat-test imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu (1). Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tat-test mwettaq skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

4.L-Istati Membri għandhom jibdew jużaw is-sistema ECRIS-TCN mid-data determinata mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 34
Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-kostijiet u għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.Għall-finijiet ta’ monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema u l-manutenzjoni teknika tagħha, eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mwettqa fis-sistema ECRIS-TCN u għall-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

3.Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull sitt xhur minn dakinhar ’il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN. Ġaladarba l-iżvilupp ikun iffinalizzat, għandu jkun ippreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-kostijiet, kif ukoll li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.

4.Sentejn wara l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull sena minn dakinhar ’il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, abbażi, b’mod partikolari, tal-istatistika dwar it-tħaddim u l-użu tas-sistema ECRIS-TCN u dwar l-iskambju, permezz tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, tal-informazzjoni misluta mir-rekords kriminali.

5.Tliet snin wara li l-bidu tal-operat tas-sistema ECRIS-TCN u kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS. Dik l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament, eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u valutazzjoni ta’ kemm għadu validu r-raġunament sottostanti kif ukoll l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-sigurtà tas-sistema u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet fil-futur, u għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.L-Istati Membri, il-Eurojust, il-Europol[, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew] għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni u/jew minn eu-LISA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta’ ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

7.eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet kumplessivi msemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 35
Il-proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 32

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 36
Il-Grupp Konsultattiv

Għandu jitwaqqaf Grupp Konsultattiv minn eu-LISA u jipprovdiha bl-għarfien espert relatat mas-sistema ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali tal-attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, japplika l-Artikolu 11.

Artikolu 37
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, il-Eurodac, [is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ], [ETIAS], [is-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali] is-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

(2)Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Kompiti relatati mas-sistema ECRIS-TCN

F’rabta mas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)il-kompiti mogħtija lilha permezz tar-Regolament (UE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

(b)il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS.

__________

*    Ir-Regolament (UE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* ta’ X.X.X li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L …).”

(3)Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Il-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni jistgħu jkunu fdati lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012. F’dan il-każ, il-fornitur tan-netwerk għandu jkun marbut bil-miżuri ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 4 u bl-ebda mod ma għandu jkollu xi aċċess għad-data operattiva tas-SIS II, tal-VIS, tal-Eurodac, [tal-EES], [tal-ETIAS], [tas-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali] tas-sistema ECRIS-TCN, jew għall-iskambju tas-SIRENE relatat mas-SIS II.

(4)Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Aġenzija għandha tagħmel monitoraġġ tal-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, tal-VIS, tal-Eurodac, [tal-EES], [tal-ETIAS], [tas-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali], tas-sistema ECRIS-TCN u ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira”.

(5)Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)wara l-punt (s) jiżdied punt ġdid (sa):

“jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tas-sistema ECRIS-TCN skont l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ X.X.X li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L …)”.

(b)il-punt (t) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(t) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament [jew l-Artikolu 54(7) tar-Regolament XX ta’ XX of tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 71(7) tar-Regolament XX ta’ XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE] tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, [tal-EES skont l-Artikolu 64(4) tar-Regolament (UE) XX/XX ta’ XXX u tal-ETIAS skont l-Artikolu 81(4) tar-Regolament (UE) XX/XX ta’ XXX, u tas-sistema ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS skont l-Artikolu 34(4) of Regolament (UE) XX/XXX;”

(c)il-punt (v) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(v)    jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-verifiki skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 50(2) [li jistabbilixxi l-EES) u l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) XX/XX ta’ XXX [li jistabbilixxi l-ETIAS) u skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX) [li jistabbilixxi s-sistema ECRIS-TCN] u jiżgura segwitu xieraq ta’ dawk il-verifiki;”.

(d)il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (xa):

“(xb) jippubblika statistika relatata mas-sistema ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS skont l-Artikolu 30 tar-Regolament XXXX/XX;” .

(e) Il-punt y huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(y)    jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu d-data li qiegħda fis-SIS II direttament skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta’ Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u l-Uffiċċji tas-SIRENE kif imsemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament [jew mill-Artikolu 36(8) tar-Regolament XX ta’ XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mill-Artikolu 53(8) tar-Regolament XX ta’ XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE flimkien mal-lista ta’ Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (N.SIS II) u l-Uffiċċji tas-SIRENE kif imsemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta’ XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament XX ta’ XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija f’materji kriminali rispettivament; [kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-EES]; [il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) XX/XXXX li jistabbilixxi l-ETIAS] u [l-lista tal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 32 tar-Regolament XX/XXX li jistabbilixxi s-sistema ECRIS-TCN];”

(6)Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. [Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624 jew tar-Regolament XXX ta’ XXX]. Il-Europol tista’ tattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew meta jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-Eurodac, relattivament għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013. [Il-Europol tista’ tattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament XX/XXXX (li jistabbilixxi l-EES), jew meta jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-ETIAS, fir-rigward tar-Regolament XX/XXXX (li jistabbilixxi l-ETIAS). Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu wkoll jattendu l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-ETIAS, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament XX/XX ta’ XXX.] [L-EASO jista’ wkoll jattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-sistema awtomatizzata għar-reġistrazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) COM(2016) 270 final-2016/0133(COD).] [Il-Eurojust, il-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu wkoll jattendu l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna r-Regolament XX/XXXX ( li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u tkun ta’ sostenn għaliha, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (is-sistema ECRIS-TCN).]Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jistieden lil kull persuna oħra b’fehma li jaf tkun ta’ interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

(7)Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali, jistabbilixxi rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità sabiex ikun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, [l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) XX/XX ta’ XX (li jistabbilixxi l-EES)] 33 , l-Artikolu 64(2) tar-Regolament XX/XXXX (li jistabbilixxi l-ETIAS) u l-Artikolu 11(16) tar-[Regolament (UE) XX/XX ta’ XXX li jistabbilixxi s-sistema ECRIS-TCN.]”

(8)Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-Gruppi Konsultattivi li ġejjin għandhom jipprovdu lill-Bord ta’ Tmexxija bl-għarfien espert relatat mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, b’mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u r-rapport annwali tal-attività:

(a)il-Grupp Konsultattiv tas-SIS II;

(b)il-Grupp Konsultattiv tal-VIS;

(c)il-Grupp Konsultattiv tal-Eurodac;

(d)il-Grupp Konsultattiv [EES-ETIAS];

(e)il-Grupp Konsultattiv tas-sistema ECRIS-TCN;

(f)kwalunkwe Grupp Konsultattiv ieħor relatat ma’ sistema tal-IT fuq skala kbira meta jkun previst fl-istrument leġiżlattivi rilevanti li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu ta’ dik is-sistema.”

Artikolu 38
Implimentazzjoni u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sa 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.Għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-awtoritajiet ċentrali għandhom joħolqu r-rekords tad-data individwali fis-Sistema Ċentrali sa mhux aktar tard minn 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-istrument, sa fejn tali data tkun maħżuna fir-rekords kriminali nazzjonali jew fil-bażi(jiet) tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba’ tagħhom.

Artikolu 39
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam ta’ politika kkonċernat fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/21 (is-sistema ECRIS-TCN).

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 34  

Qasam ta’ politika        33    Ġustizzja u Konsumaturi

Attività ABB    33 03    Ġustizzja

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 35  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

   Li ttejjeb il-funzjonament ta’ spazju komuni ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja billi ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni f’materji kriminali fir-rigward tat-TCN.

   Li tnaqqas il-kriminalità u trawwem il-prevenzjoni tal-kriminalità (anki fir-rigward tat-terroriżmu).

   Li tassigura n-nondiskriminazzjoni bejn it-TCN u ċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku

   Li tnaqqas l-għadd ta’ talbiet bla bżonn għal informazzjoni dwar ir-rekords kriminali relatati ma’ TCN u l-kostijiet li jirriżultaw.

   Li żżid l-iskambji ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali fir-rigward ta’ TCN permezz tal-ECRIS.

L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Ara l-attivitajiet deskritti fil-lista tal-attivitajiet ABM/ABB Nru 33 03

1.4.3.Riżultat(i)u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-inizjattiva hija mistennija li tipprevedi għal sistema ċentralizzata biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’informazzjoni dwar kundanni ta’ TCN, sabiex iżżid l-għadd ta’ skambji ta’ informazzjoni dwar il-kundanni fir-rigward tat-TCN permezz tal-ECRIS attwali.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Il-livell ta’ skambji ta’ rekords kriminali ta’ TCN kif imqabbla mal-għadd ta’ kundanni għal TCN u TCN ikkundannati.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

L-implimentazzjoni ta’ sistema ċentralizzata li żżomm fiha informazzjoni dwar l-identità alfanumerika u tal-marki tas-swaba’ ta’ TCN minn eu-LISA, għal-identifikar tal-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’ informazzjoni dwar il-kundanni ta’ TCN.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-inizjattiva hija mistennija li tipprevedi għal sistema ċentralizzata biex tidentifika l-Istat(i) Membru/i fil-pussess ta’informazzjoni dwar kundanni ta’ TCN, sabiex iżżid l-għadd ta’ skambji ta’ informazzjoni dwar il-kundanni fir-rigward tat-TCN permezz tal-ECRIS attwali. Sistema bħal din ma tistax tkun stabbilita mill-Istati Membri waħedhom, iżda tirrikjedi l-ħolqien ta’ sistema li trid tkun żviluppata u ġestita minn eu-LISA.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-ECRIS kienet stabbilita b’suċċess fi żmien xieraq f’April 2012. L-intenzjoni hija li jkunu applikati l-aħjar prattiċi applikati f’dak il-każ. Barra minn hekk, in-negozjati dwar il-proposta tal-2016 tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-ECRIS-TCN urew li teżisti xaqliba qawwija lejn it-twaqqif ta’ sistema ċentralizzata.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ara l-paragrafi aktar ’il fuq “Konsistenza ma’ politiki eżistenti u politiki oħra tal-Unjoni”. It-titjib tal-ECRIS fir-rigward ta’ TCN huwa parti mill-istrateġija spjegata fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà.

L-inizjattiva hija wkoll marbuta mal-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Interoperabbiltà, billi s-sistema l-ġdida ECRIS-TCN hija waħda mis-sistemi meqjusa għal interoperabbiltà ulterjuri ma’ sistemi oħra tal-UE, bħas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża u l-Eurodac.

Barra dan, l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali tappoġġa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, li tistipula li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri għandhom, matul il-proċedimenti kriminali, jikkunsidraw kundanni preċedenti li jkunu ngħataw fil-konfront tal-istess persuna għal fatti differenti fi Stati Membri oħra, irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.

Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar politika aktar effettiva ta’ ritorn fl-Unjoni Ewropea (C(2017) 200 final), jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkunsidraw ukoll kundanni preċedenti f’rabta ma’ deċiżjonijiet ta’ terminazzjoni ta’ soġġorn legali, ritorn u rifjut tad-dħul li jikkonċernaw ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2018 sal-2020, segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 36  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi 37  

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

il-korpi tal-liġi pubblika;

il-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

il-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva huwa ppjanat f’konformità mat-trasferiment baġitarju, mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda u mal-proċeduri amministrattivi tal-Kummissjoni.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Fit-trasferiment baġitarju, se jiġi stabbilit proċess kontinwu ta’ ġestjoni tar-riskju.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Metodi ta’ kontroll eżistenti applikati mill-Kummissjoni se jkopru t-trasferiment baġitarju lil eu-LISA.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

It-trasferiment baġitarju u l-proċeduri finanzjarji tas-soltu tal-Kummissjoni jipprovdu għal għadd kunsiderevoli ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll finanzjarju u amministrattiv.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku japplikaw tul il-proċess ta’ żvilupp; dawn jinkludu:

— it-twaqqif tal-programm ta’ ħidma, bi stadji importanti li fihom jinħareġ il-finanzjament sabiex tkun żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisbiet u l-kostijiet;

— it-tfassil kif suppost ta’ speċifikazzjonijiet tal-offerti sabiex tkun żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisba tar-riżultati meħtieġa u tal-kostijiet imġarrba;

— analiżi kwalitattiva u finanzjarja tal-offerti;

— involviment ta’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni matul il-proċess;

— verifika tar-riżultati u eżaminazzjoni tal-fatturi qabel il-pagament, f’diversi livelli; u

— awditjar intern.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

• Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-QFP

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 38 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 39

mill-pajjiżi kandidati 40

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

18 02 07

Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

33 03 02

L-iffaċilitar u s-sostenn tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali

Diff.

LE

LE

LE

LE

5

33 01 01

Nefqa relatata mal-uffiċjali u l-persunal temporanju fil-qasam ta’ politika tal-Ġustizzja u tall-Konsumaturi

Mhux Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Sigurtà u Ċittadinanza

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Numru tal-linja baġitarja: 18 02 07 41

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

Titolu 1: Infiq għall-persunal

Impenji

(1)

0,263

0,350

0,350

0,963

Pagamenti

(2)

0,263

0,350

0,350

0,963

Titolu 2: Nefqa għall-Infrastruttura u Nefqa Operatorja

Impenji

(1a)

 

 

 

 

Pagamenti

(2a)

 

 

 

 

Titolu 3: Nefqa Operazzjonali

Impenji

(3a)

3,766

3,766

3,766

11,298

Pagamenti

(3b)

1,883

3,766

3,766

9,415

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi/ eu-LISA

Impenji

=1+1a +3a

4,029

4,116

4,116

12,261

Pagamenti

=2+2a

+3b

2,146

4,116

4,116

10,378



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

Nefqa amministrattiva

2018

2019

2020

TOTAL

Numru tal-linja baġitarja: 33 01 01

• Riżorsi umani

0,207

0,207

0,207

0,621

• Nefqa amministrattiva oħra

0,040

0,040

0,040

0,120

TOTAL għad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi/eu-LISA

Approprjazzjonijiet

0,247

0,247

0,247

0,741

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,247

0,247

0,247

0,741

2018

2019

2020

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

4,276

4,363

4,363

13,002

Pagamenti

2,393

4,363

4,363

11,119

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.1.Impatt stmat fuq il-baġit ta’ eu-LISA, Nefqa Operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Titolu 3: Nefqa Operazzjonali

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

OUTPUTS

Tip 42

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 43

L-iżvilupp ta’ Sistema Ċentrali u Implimentazzjoni ta’ Referenza ECRIS

— Output

Kuntrattur

 

1,406

 

1,406

 

1,406

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4,218

— Output

Softwer

 

1,618

 

1,618

 

1,618

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4,854

— Output

Ħardwer

 

0,476

 

0,476

 

0,476

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1,428

— Output

Amministrazzjoni

— Output

Oħrajn (uffiċċju)

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

 

3,500

 

3,500

 

3,500

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10,500

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

Manutenzjoni ta’ Sistema Ċentrali

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

— Output

Kuntrattur

 

 

 

 

 

 

 

— Output

Softwer

 

 

 

 

 

 

 

— Output

Ħardwer

 

 

 

 

 

 

 

— Output

Amministrazzjoni

— Output

Oħrajn (uffiċċju)

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

 

 

 

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3

Netwerk

— Output

Żvilupp

— Output

Operazzjonijiet

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4

Laqgħat

0,266

 

0,266

 

0,266

0,798

KOST TOTALI eu-LISA

 

3,766

 

3,766

 

3,766

 

11,298

3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani

3.2.3.1.Stimi fir-rigward tan-Nefqa għall-Persunal ta’ eu-LISA Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

Uffiċjali (Gradi AST)

Persunal b’kuntratt

5

5

5

Persunal temporanju

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

5

5

5

Ir-reklutaġġ tal-ħames aġenti kuntrattwali matul il-fażi ta’ implimentazzjoni huwa ppjanat għall-ġestjoni tal-proġett, għas-segwitu tal-iżvilupp, għall-garanzija tal-kwalità u għall-ittestjar tas-sistema. Mis-sena 2021 ’il quddiem, il-persunal huwa mistenni li jonqos u li jwettaq ġestjoni tal-proġett u xi attivitajiet ta’ manutenzjoni u ta’ sostenn għas-sistema.

Persunal

Kwantità

Profil

Kompitu/i

Aġent Kuntrattwali (GF N°IV)

1

Maniġer tal-Proġett

Tħejjija u twettiq tal-proġett

Aġent Kuntrattwali (GF N°IV)

1

Inġinier tas-Sistema

Għarfien espert tas-sistema għall-implimentazzjoni u d-disinn ta’ soluzzjonijiet, kwalifika teknika

Aġent Kuntrattwali (GF N°IV)

2

Espert tal-Applikazzjoni

Disinn, implimentazzjoni u rilaxx tal-applikazzjoni

Aġent Kuntrattwali (GF N°IV)

1

Inġinier tal-Kwalità tas-Softwer

Ittestjar tal-pjan ta’ ġestjoni, Ittestjar tad-definizzjoni tal-każ, Dokumentazzjoni rigward il-kwalità, validazzjoni tal-kampanja ta’ ttestjar

3.2.4.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.1. Sommarju DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani DĠ tal-Ġustizzja u Konsumaturi

0,207

0,207

0,207

0,621

Nefqa amministrattiva oħra

0,040

0,040

0,040

0,120

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,247

0,247

0,247

0,741

Barra mill-INTESTATURA 5 44
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,247

0,247

0,247

0,741

3.2.4.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

1.5

1.5

1.5

4.5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  45

— fil-Kwartieri Ġenerali

(1)

— fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka Indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1.5

1.5

1.5

4.5

       XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.    

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-kariga AD tkopri l-involviment ta’ DĠ JUST fl-iżvilupp tas-sistema eu-LISA, kif ukoll it-tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema.

Persunal estern

3.2.5.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.6.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju



miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 46

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1) ĠU C 93, 7.4.2009, p. 23 u 33.
(2) F’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016 (COM(2016) 07 final), il-proposta attwali tapplika bl-istess mod għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom ukoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru, sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tinstab kemm jekk in-nazzjonalità addizzjonali tkun magħrufa kif ukoll jekk le. Ara l-paġna 12 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni dwar dik il-proposta.
(3) Rapport tal-Kummissjoni rigward l-iskambju permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri.
(4) “L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ April 2015, (COM (2015)185 final).
(5) Il-proposta kienet akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2016) 4). Għadha qed tiġi nnegozajta fil-Kunsill. Fis-27 ta’ Ġunju 2016, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) tal-Parlament Ewropew adotta r-rapport tiegħu dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni tal-2016.
(6) Fil-valutazzjoni tal-impatt li tinsab flimkien mal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016, l-għażla li tinħoloq bażi ta’ data kompletament ċentralizzata li jkun fiha l-informazzjoni dwar l-identità ta’ persuni kkundannati, kif ukoll l-informazzjoni kompluta dwar il-kundanna, ġiet diskussa fil-qosor, iżda twarrbet minnufih. Dan minħabba li, bis-saħħa ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri, b’mod partikolari fil-Laqgħa tal-Esperti tal-ECRIS ta’ Settembru 2014, deher biċ-ċar li din ma kinitx għażla fattibbli politikament, billi kienet appoġġata biss minn ammont tassew żgħir ta’ Stati Membri.
(7) COM(2016) 205 final, 6.4.2016.
(8) Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ġie ppubblikat fil-11 ta’ Mejju. Huwa disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetailDoc&id=32600&no=1
(9) Ara l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316.
(10) COM(2017) 261 final, 16.5.2017.
(11) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid inkonsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32.
(12) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(13) COM(2016) 6 final, 19.1.2016.
(14) http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=82547
(15) http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=82551
(16) SWD(2016) 4 final
(17) Sakemm ir-Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun għadu ma ġiex adottat, ir-referenzi għalih tpoġġew bejn il-parenteżi kwadri.
(18) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(19) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid inkonsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).
(20) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).
(22) Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
(23) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 063, 6.3.2002, p. 1).
(25) Ir-Regolament (UE) .../... (ĠU L ...).
(26) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(27) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 008, 12.1.2001, p. 1).
(30) ĠU C …
(31) Kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (….).
(32) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(33) Ir-Regolament dwar l-EES.
(34) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(35) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(36) Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(37) Il-baġit se jkun allokat għal eu-LISA permezz ta’ trasferiment baġitarju mill-baġit tal-Programm tal-Ġustizzja sa u inkluża s-sena 2020. Mis-sena 2021 ’il quddiem, il-kostijiet se jkunu inklużi fil-baġit ta’ eu-LISA, wara l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid.
(38) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(39) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(40) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(41) Il-baġit se jiġi allokat għal eu-LISA permezz ta’ trasferiment baġitarju mill-baġit tal-Programm tal-Ġustizzja sas-sena 2020. Mis-sena 2021 ’il quddiem, is-sistema tkun operattiva u l-kostijiet jitnaqqsu għal kostijiet rikorrenti għall-manutenzjoni tas-sistema li se jkunu inklużi fil-baġit ta’ eu-LISA meta jiġi adottat il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid.
(42) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(43) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(44) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(45) Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(46) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top