This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8664
Prior notification of a concentration (Case M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 406, 30.11.2017, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 406/05)
1. |
Fit-23 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Perform Group Limited u WME Entertainment Parent, LLC, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ PIMGSA LLP (ir-Renju Unit). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Access Industries, Inc.: grupp ta’ kumpaniji azzjonarji b’interessi f’industriji differenti, — għal Perform Group Limited: kumpanija azzjonarja b’sussidjarji b’interessi prinċipalment fis-setturi tal-kontenut tal-isports diġitali u l-midja, — għas-Silver Lake Group, LLC: grupp ta’ investiment iffukat fuq it-teknoloġija u l-industriji tal-midja — għal WME Entertainment Parent, LLC: kumpanija attiva mad-dinja kollha fil-qasam tal-isport, id-divertiment, il-mezzi tax-xandir u l-industriji tal-moda, — għal PIMGSA LLP: impriża konġunta (joint venture) bejn Perform u WME li se tkun attiva fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ drittijiet sportivi tal-futbol tal-Amerika t’Isfel. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8664 — WME IMG/Perform/PIMGSA Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.