EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8610

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8610 — CKI/CKP/ista Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 294, 5.9.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8610 — CKI/CKP/ista Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 294/05)

1.

Fit-28 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, il-Gżejjer Cayman), indirettament permezz ta’ CK Infrastructure Holding Limited (“CKI”, Bermuda), u Cheung Kong Property Holding Limited (“CKP”, il-Gżejjer Cayman) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Ista Group kollu kemm hu, li l-kumpanija azzjonarja aħħarija tiegħu hija ista Lussemburgu GmbH Sarl (“ista”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CKHH: attiva f’ħames negozji ċentrali (i) portijiet u servizzi relatati, (ii) bejgħ bl-imnut, (iii), (iv) enerġija u (v) telekomunikazzjonijiet. F’CKHH, CKI tiġġestixxi investimenti diversifikati fl-infrastruttura tal-enerġija, l-infrastruttura tat-trasport, l-infrastruttura tal-ilma, il-ġestjoni tal-iskart, l-infrastruttura tal-enerġija mill-iskart u negozji relatati;

—   għal CKP: l-iżvilupp u l-investiment fil-proprjetà, it-tħaddim ta’ lukandi u suites moqdija b’servizz, il-ġestjoni ta’ proprjetà u ta’ proġetti, l-investimenti fl-infrastruttura u l-kiri tal-ajruplani;

—   għal ista: il-provvista ta’ servizzi ta’ sottometraġġ tas-sħana u tal-ilma kif ukoll servizzi relatati prinċipalment fiż-ŻEE, b’enfasi fuq il-Ġermanja, Franza u d-Danimarka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8610 — CKI/CKP/ista Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top