EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8528

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8528 — SEGRO/PSPIB/SELP/il-Portafoll ta’ Morgane) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 220, 8.7.2017, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/64


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8528 — SEGRO/PSPIB/SELP/il-Portafoll ta’ Morgane)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 220/16)

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u l-Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta’ SEGRO European Logistics Pernership S.à.r.l. (“SELP”, il-Lussemburgu), il-kontroll konġunt ta’ assi tal-loġistika li tipproduċi introjtu (“il-PORTAFOLL TA’ MORGANE”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ proprjetajiet industrijali ħfief u ta’ ħżin moderni li jinsabu f’agglomerazzjonijiet kbar u f’ċentri ta’ trasport ewlenin f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE.

—   għal PSPIB: investiment ta’ kontribuzzjonijiet netti għall-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-Qawwiet Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Huwa jiġġestixxi portafoll dinji diversifikat fosthom ishma, bonds u titoli oħra b’introjtu fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.

—   għall-Portafoll ta’ Morgane: assi tal-loġistika li jinsabu f’Nîmes, Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8528 — SEGRO/PSPIB/SELP/il-Portafoll ta’ Morgane, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top