This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8453
Prior notification of a concentration (Case M.8453 — Nestlé/BPW) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8453 — Nestlé/BPW) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8453 — Nestlé/BPW) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 310, 19.9.2017, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8453 — Nestlé/BPW)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/06)
1. |
Fil-11 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Nestlé takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tan-Negozju NESTEA kollu fil-pajjiżi Ewropej kollha ħlief fi Spanja, il-Portugall u Andorra, li bħalissa huwa operat minn BPW. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kwalunkwe mezzi oħra. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Nestlé: Il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ħalib, il-ġelat, ix-xjenza tan-nutrizzjoni u tas-saħħa, xorb kif ukoll prodotti tal-ħelu u tal-kura tal-annimali domestiċi, — għal BPW: id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ xorb ibbażat fuq it-te lest biex jinxtorob (ready-to-drink, RTD), kif ukoll bażijiet għax-xorb użati fil-produzzjoni tagħhom, bil-marka NESTEA. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8453 — Nestlé/BPW Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.