Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0019

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (07592/2016 – C8-0431/2016 – 2016/0077(NLE))

    ĠU C 252, 18.7.2018, p. 339–339 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/339


    P8_TA(2017)0019

    Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-UE u l-Gżejjer Cook ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (07592/2016 – C8-0431/2016 – 2016/0077(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2018/C 252/34)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07592/2016),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (07594/2016),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0431/2016),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0010/2017),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Cook.

    (1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0020.


    Top