This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016XC0511(02)
Publication pursuant to Article 26(2) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs as regards a name of traditional speciality guaranteed
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel b’rabta ma’ denominazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel b’rabta ma’ denominazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita
ĠU C 167, 11.5.2016, p. 21–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/21 |
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel b’rabta ma’ denominazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita
(2016/C 167/13)
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), ir-Repubblika Ċeka ppreżentat (2) id-denominazzjonijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” bħala denominazzjonijiet ta’ speċjalità tradizzjonali garantita (STG) li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-denominazzjonijiet “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” u “Špekáčky”/“Špekačky” kienu ġew irreġistrati qabel (3) mingħajr riżervazzjoni tal-isem skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (4) bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u u bħalissa huma protetti skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Wara l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
— |
id-denominazzjonijiet “Lovecký salám” u “Lovecká saláma” ġew ikkomplimentati bit-termini “Tradiční” u “Tradičná” rispettivament; u |
— |
id-denominazzjonijiet “Špekáčky” u “Špekačky” ġew ikkomplimentati bit-termini “Tradiční” u “Tradičné” rispettivament. |
Dawn it-termini kumplimentari jidentifikaw il-karattru tradizzjonali tad-denominazzjonijiet skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika d-denominazzjonijiet
“TRADIČNÍ LOVECKÝ SALÁM”/“TRADIČNÁ LOVECKÁ SALÁMA”
u
“TRADIČNÍ ŠPEKÁČKY”/“TRADIČNÉ ŠPEKAČKY”
bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għad-dħul tad-denominazzjonijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 skont l-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament.
F’każ li d-denominazzjonijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” jiddaħħlu fir-reġistru skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ispeċifikazzjonijiet attwali tal-prodott tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” u “Špekáčky”/“Špekačky” għandhom jitqiesu li jkunu l-ispeċifikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” rispettivament, protetti bir-riżervazzjoni tal-isem.
Għal raġunijiet ta’ kompletezza u skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, din il-pubblikazzjoni tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” u “Špekáčky”/“Špekačky” kif diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5).
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ STG
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
“LOVECKÝ SALÁM” jew “LOVECKÁ SALÁMA”
Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0044 — 4.8.2006
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant
Isem |
: |
Český svaz zpracovatelů masa |
||||
Indirizz |
: |
|
||||
Telefown |
: |
+420 244092404 |
||||
Feks |
: |
+420 244092405 |
||||
Posta elettronika |
: |
reditel@cszm.cz |
Isem |
: |
Slovenský zväz spracovateľov mäsa |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+421 255565162 |
|||
Feks |
: |
+421 255565162 |
|||
Posta elettronika |
: |
slovmaso@slovmaso.sk |
2. Stat Membru jew pajjiż mhux membru
Ir-Repubblika Ċeka
Is-Slovakkja
3. Speċifikazzjoni tal-prodott
3.1. Isem/Ismijiet proposti għar-reġistrazzjoni:
“Lovecký salám” (CZ)
“Lovecká saláma” (SK)
3.2. Isem
— |
☒ |
huwa speċifiku fih innifsu |
— |
☐ |
jesprimi l-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
L-isem “Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” huwa speċifiku fih innifsu għaliex huwa magħruf tajjeb ħafna fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja u għandu assoċjazzjoni tradizzjonali twila ma’ prodott tal-laħam speċifiku ffermentat li jżomm għal żmien twil li għandu forma karatteristika ta’ blokka rettangolari ċatta u togħma karatteristika.
3.3. Fejn titfittex ir-riżervazzjoni tal-isem skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
— |
☐ |
Reġistrazzjoni bir-riżervazzjoni tal-isem |
— |
☒ |
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riżervazzjoni tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1
“Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” huwa prodott tal-laħam iffermentat li jżomm għal żmien twil maħsub għal konsum dirett, normalment bħala qatgħa ta’ laħam kiesaħ.
Karatteristiċi fiżiċi:
Il-prodott, karatteristikament, għandu forma ta’ blokka rettangolari ċatta b’kisi tal-musrana ta’ dijametru medju ta’ 50-55 mm u tul ta’ madwar 40 cm.
Karatteristiċi kimiċi:
— Attività tal-ilma: mass. 0,93
— pH: anqas minn 5,5
— Kontenut nett ta’ proteina tal-muskolu: min. 15 % tal-piż
— Kontenut tax-xaħam: mass. 45 % tal-piż
— Kontenut tal-melħ: mass. 4,2 % tal-piż
Karatteristiċi organolettiċi:
Dehra esterna u kulur: prodott magħmul minn taħlita ta’ ċanga u laħam tal-majjal; ta’ lewn kannella skur, bil-ġilda ta’ fuq imkemmxa xi ftit, bi granulazzjoni viżibbli taħt il-kisi ta’ barra.
Dehra u l-kulur ta’ meta jinqata’: magħmul minn ħafna biċċiet ta’ daqs ġeneralment sa 5 mm, mingħajr ħafna xaħam u biċċiet tad-dgħif; spazji żgħar tal-arja huma permessi; il-biċċiet tad-dgħif huma ta’ lewn aħmar laħmi fil-parti tan-nofs tal-prodott u jsir aktar skur lejn it-truf; il-biċċiet tax-xaħam huma ta’ lewn ċar. Meta jinqata’, il-prodott għandu forma rettangolari.
Riħa u togħma: għandu riħa distinta tal-proċess tal-affumikar; togħma mħawwra ħafna u mielħa.
Konsistenza: pjuttost solida; elastika.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1
“Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” huwa prodott miċ-ċanga b’kontenut tax-xaħam sa 10 %, laħam tal-majjal b’kontenut tax-xaħam sa 20 %, biċċiet li jifdal tal-majjal b’kontenut tax-xaħam sa 30 %, biċċiet li jifdal tal-majjal b’kontenut tax-xaħam sa 50 %, xaħam tal-majjal, taħlita għat-tmelliħ b’bażi ta’ nitrati, antiossidant (E 315 jew E 316 [mass. 500 mg/kg espressa bħala aċidu aritorbiku]), bżar iswed mitħun, zokkor, tewm (imfellel irqiq, konċentrat jew trab f’ammont li jikkorrispondi għal kwantità standardizzata ta’ tewm frisk), taċċi tal-qronfol mitħunin, kulturi li jibdew il-fermentazzjoni (kultura mħallta li fiha traċċi ta’ batterja tal-aċidu lattiku [tal-ispeċi Lactobacillus u/jew Pediococcus] u Micrococcaceae b’koagulasi negattiva) u kisi tal-kollaġen.
Biex jiġu prodotti 100 kg ta’ prodott finali ta’ “Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” jintużaw:
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
Il-biċċiet li jifdal tal-majjal b’kontenut tax-xaħam sa 50 % u x-xaħam tal-majjal jiġu ffriżati. Il-materja prima kollha, l-ingredjenti u l-ħwawar jitħalltu biex tiġi ppreparata taħlita ta’ biċċiet b’daqs ta’ 3-5 mm, li tiddaħħal ġo kisi ta’ 50-55 mm dijametru u ta’ kważi 40 cm tul. Imbagħad il-prodott jingħata forma ta’ blokka rettangolari ċatta. Il-prodotti hekk iffurmati jitpoġġew qrib xulxin f’kaxxi ndaf jew kontenituri oħrajn adattati u jitħallew jimmaturaw f’kamra tat-tkessiħ f’temperatura ta’ 2-4 °C għal 24-48 siegħa. Il-prodotti mbagħad jiddendlu fuq lasti għall-affumikar, u jiġu affumikati fil-kesħa għal kważi sebat ijiem f’temperatura sa kważi 24 °C. Hekk kif jitlesta l-proċess tal-affumikar, il-prodotti jitnixxfu. Il-prodott ma jridx jitnawwar matul il-proċess tat-tnixxif. Meta jintlaħaq il-valur preskritt tal-attività tal-ilma, il-prodott jista’ jiġi kkonsenjat. Biex jitnixxef jeħtieġ madwar 14-il jum sabiex ikun żgurat li l-prodott jgħaddi minn fermentazzjoni suffiċjenti bit-temperaturi u l-umdità relattiva tal-arja li jippermettu li l-kulturi li jibdew il-fermentazzjoni jiżviluppaw u l-prodott jitnixxef kollu kemm hu bl-istess mod (firxa ta’ temperatura: 16-27 °C; firxa tal-umdità relattiva tal-arja: 75 % sa 92 %).
3.7. Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
“Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” huwa differenti mill-prodotti tal-laħam iffermentati l-oħrajn li jżommu għal żmien twil minħabba l-forma karatteristika ta’ blokka rettangolari ċatta, miksuba billi tingħata l-forma matul il-proċess ta’ maturazzjoni. Għandu wkoll togħma speċifika għall-prodott, determinata mill-kompożizzjoni preskritta tal-ingredjenti ewlenin u l-ħwawar, kif ukoll mill-proċess tal-fermentazzjoni.
3.8. Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
L-oriġini tal-prodott “Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” fir-Repubblika Ċeka tmur lura lejn il-bidu tas-seklu 20. Dak iż-żmien kien isir l-iktar fix-xitwa minħabba l-kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-proċess tal-maturazzjoni u minħabba d-diffikultà assoċjata mat-trattament ta’ materja prima bl-iffriżar moderat, prekundizzjoni għal granulazzjoni tagħha b’suċċess. Aktar tard, b’metodi aħjar tat-tkessiħ u makkinarju għall-affumikar, il-produzzjoni kienet ikkonċentrata l-aktar fuq provvisti għas-swieq tal-Għid u l-Milied u tal-istaġun turistiku tas-sajf. Illum, huwa prodott tradizzjonali u popolari li jżomm għal żmien twil li jiġi prodott matul is-sena kollha.
Il-prodott “Lovecký salám” jew “Lovecká saláma” deher fil-pubblikazzjoni Technológia mäsového priemyslu [It-Teknoloġija tal-Industrija tal-Laħam] (il-Parti II, 1955, Hlavná správa mäsového a rybného priemyslu [Rapport Ewlieni dwar l-Industrija tal-Laħam u l-Ħut], Ministeru tal-Industrija tal-Ikel) u kien sussegwentament inkluż fl-Istandards Tekniċi u Ekonomiċi għal Prodotti tal-Laħam (il-Parti 1, regoli applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1977, id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tal-Ikel, Praga) bħala standard nazzjonali Ċekoslovakk Nru ČSN 57 7269. Dan ġab espansjoni fil-produzzjoni skont dan l-istandard f’dik li qabel kienet iċ-Ċekoslovakkja. Riċetta li ftit inbidlet żviluppat minn tibdiliet gradwali fit-tekniki tal-manifattura li seħħew minħabba l-provvista limitata ta’ xi ingredjenti u minħabba l-għan li titjieb is-sikurezza tal-prodott aħħari. Din ir-riċetta tidher fid-deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni ta’ “Lovecký salám” jew “Lovecká saláma”. Ara l-punt 3.6 ta’ din l-applikazzjoni. Il-karatteristiċi tal-prodott tradizzjonali ġew ippreżervati minkejja dawn it-tibdiliet.
3.9. Rekwiżiti minimi u proċeduri tal-kontroll tal-karattru speċifiku
Il-kontrolli jinkludu:
— |
l-osservanza tal-proporzjonijiet tal-materja prima, tal-ingredjenti u tal-ħwawar fir-riċetta; il-kontrolli jitwettqu billi jitqabblu l-kwantitajiet ta’ materja prima, l-ingredjenti u l-ħwawar mar-riċetta matul il-preparazzjoni tat-taħlita tal-prodott; |
— |
l-osservanza tal-forma speċifika, tad-dehra esterna, kulur u konsistenza tal-prodott: isir kontroll viżwali meta jitlesta t-tnixxif tal-prodott finali; |
— |
l-osservanza tad-dehra speċifika u l-kulur tal-prodott meta jinqata’ trasversalment; isir kontroll viżwali meta jitlesta t-tnixxif tal-prodott finali; |
— |
l-osservanza tal-konsistenza speċifika, ir-riħa u t-togħma tal-prodott; isiru kontrolli permezz ta’ analiżi sensorja tal-prodott finali; |
— |
l-osservanza tal-parametri speċifiċi, kemm fiżiċi u kimiċi, tal-prodott; il-prodott finali jiġi eżaminat permezz ta’ metodi laboratorji approvati. |
L-awtorità jew l-entità li tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott twettaq kontrolli tal-inqas darba fis-sena fil-post ta’ kull manifattur tal-prodott.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-Repubblika Ċeka
Isem |
: |
Státní zemědělská a potravinářská inspekce |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+420 543540111 |
|||
Posta elettronika |
: |
sekret.oklc@szpi.gov.cz |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
Isem |
: |
Státní veterinární správa České republiky |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+420 227010137 |
|||
Posta elettronika |
: |
hygi@svscr.cz |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-Slovakkja
Isem |
: |
BEL/NOVAMANN International, s r.o. |
||||||
Indirizz |
: |
|
||||||
Telefown |
: |
+421 250213376 |
||||||
Posta elettronika |
: |
tomas.ducho@ba.bel.sk |
☐ Pubblika |
☒ Privata |
Isem |
: |
Štátna veterinárna a potravinová správa SR |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+421 260257427 |
|||
Posta elettronika |
: |
buchlerova@svssr.sk |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità
L-entitajiet ta’ spezzjoni msemmija fil-punt 4.1 huma responsabbli li jivverifikaw li l-ispeċifikazzjoni ġiet osservata kompletament.
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ STG
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
“ŠPEKÁČKY” jew “ŠPEKAČKY”
Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0055 — 21.5.2007
1. Isem u indirizz tal-kumpanija li qed tressaq l-applikazzjoni
Isem |
: |
Český svaz zpracovatelů masa |
||||
Indirizz |
: |
|
||||
Telefown |
: |
+420 244092404 |
||||
Feks |
: |
+420 244092405 |
||||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
reditel@cszm.cz |
Isem |
: |
Slovenský zväz spracovateľov mäsa |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+421 255565162 |
|||
Feks |
: |
+421 255565162 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
slovmaso@slovmaso.sk |
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Ir-Repubblika Ċeka
Is-Slovakkja
3. Speċifikazzjoni tal-prodott
3.1. Isem/Ismijiet li se jiġi/u rreġistrat(i)
“Špekáčky” (biċ-Ċek)
“Špekáčky” (bis-Slovakk)
3.2. Indika jekk l-isem:
— |
☐ |
huwiex speċifiku fih innifsu |
— |
☒ |
jesprimix il-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
L-isem “Špekáčky/Špekačky” jesprimi l-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel, li ġej minn biċċiet tal-bejken (imsejħa “špek”) imferrxin b’mod li mhuwiex uniformi f’taħlita raffa bi proporzjon pjuttost żgħir ta’ partikuli ta’ kollaġen.
3.3. L-isem qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006?
— |
☐ |
Reġistrazzjoni bir-riżervazzjoni tal-isem |
— |
☒ |
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riżervazzjoni tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1
“Špekáčky/Špekačky” huwa prodott tal-laħam ipproċessat fis-sħana u magħmul minn kurdun wieħed twil diversi metri, li jkun mimli f’kisja magħmula mill-intestini tal-majjal jew taċ-ċanga, u jkollu kulur kannella dehbi.
Karatteristiċi fiżiċi: Kurdun wieħed, imqassam f’partijiet individwali permezz tal-ispag, li kull waħda minnhom tkun tiżen bejn 65 u 85 g, jkollha dijametru ta’ madwar 4,0 sa 4,6 cm u tkun twila bejn 8 u 9 cm.
Karatteristiċi kimiċi:
Kontenut nett ta’ proteini fil-muskolu: mill-anqas 6 % tal-piż
Kontenut tax-xaħam: massimu ta’ 45 % tal-piż
Kontenut tal-melħ: massimu ta’ 2,5 % tal-piż
Karatteristiċi organolettiċi:
Id-dehra minn barra u l-kulur: il-prodott huwa magħmul minn taħlita ta’ laħam taċ-ċanga u tal-majjal f’kisja ta’ intestini naturali mqassmin bl-ispag. Dan il-prodott għandu kulur kannella dehbi — imma huwa permess kulur kemm kemm iktar skur jew kemm kemm iktar ċar, mingħajr tbajja’ li jirriżultaw mill-affumikar. Fil-wiċċ, il-prodott jista’ jkollu qtar nixfin ta’ sugu jew partijiet iktar ċari fejn il-partijiet individwali jmissu ma’ xulxin. Il-wiċċ huwa lixx jew kemm kemm imkemmex. Il-mili żejjed tal-prodott bix-xaħam jew bil-ġelatina tal-laħam mhuwiex permess.
Id-dehra u l-kulur tal-prodott meta jinqata’: il-kulur tal-qatgħa jvarja minn aħmar mitfi għal aħmar skur, b’biċċiet tal-bejken fiha mferxxin b’mod li mhuwiex uniformi. Il-prodott jista’ jkun fih partikuli żgħar u rotob ta’ kollaġen u bżieżaq tal-arja.
It-togħma u l-aroma: togħma moderata meta jkun għadu kif ġie affumikat u xi ftit jew wisq mielħa minħabba l-ħwawar; il-prodott ikun immerraq meta jissajjar.
Il-konsistenza: soda, tarija, u kompatta.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1.
L-ingredjenti tal-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” huma kif ġej: ċanġa b’kontenut tax-xaħam li ma jaqbiżx it-30 %, laħam tal-majjal b’kontenut tax-xaħam li ma jaqbiżx il-50 %, bejken, ilma tax-xorb (f’forma ta’ biċċiet tas-silġ b’ħafna qxur), lamtu tal-patata, taħlita tat-tmelliħ bin-nitrat, bżar iswed mitħun, paprika ħelwa (100 ASTA), tewm (f’forma ta’ laqx, konċentrat jew trab fi kwantitajiet li jikkorrispondu mal-ammont standard ta’ tewm frisk), noċemuskata mitħuna, il-polifosfati E 450 u E 451 (3 g/kg bħala P205), l-aċidu askorbiku E 300 (0,5 g/kg), kisi magħmul mill-intestini taċ-ċanga jew tal-majjal, marbutin bl-ispag.
100 kg ta’ “Špekáčky/Špekačky” bħala prodott lest ikun fih:
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
—
Dawk l-ingredjenti (minbarra l-bejken), l-addittivi u l-ħwawar jintużaw sabiex tiġi prodotta taħlita b’partikuli ta’ bejn 0,1 mm u 2,5 mm. Il-bejken imqatta’ f’biċċiet ta’ madwar 8 mm imbagħad jiżdied mat-taħlita, li timtela f’kisja magħmula mill-intestini taċ-ċanga jew tal-majjal b’dijametru massimu ta’ bejn 4,0 u 4,6 cm.
It-taħlita mbagħad titqassam f’partijiet individwali permezz tal-ispag. Il-kurduni tal-prodott jintrabtu ma’ virga tal-affumikar, jittieħdu fil-post fejn isir l-affumikar, u hemmhekk jitnixxfu u jiġu affumikati sabiex jiksbu l-kulur u r-riħa partikolari tagħhom. Il-prodott affumikat jiġi mbagħad ipproċessat fis-sħana f’temperatura ta’ bejn 75 u 78 °C sakemm il-qalba tal-prodott tilħaq 70 °C għal mill-inqas għaxar minuti. Wara l-ipproċessar fis-sħana, il-prodott jitraxxax bl-ilma kiesaħ u jitħalla jibred. Il-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” imbagħad jinħażen f’kamra friska u mudlama.
3.7. Speċifiċità tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
Il-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” huwa differenti minn laħam ieħor ipproċessat fis-sħana minħabba d-distribuzzjoni xejn uniformi tal-biċċiet tal-bejken (imsejħa “špek”) f’taħlita raffa bi proporzjon żgħir ta’ partikuli tal-kollaġen, li tagħti d-dehra partikolari tal-prodott meta jinqata’. Karatteristika partikolari oħra tal-prodott huwa l-kurdun tal-kisja ta’ intestini naturali, li fiha l-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” jitqassam f’partijiet individwali bl-ispag. Aspett ieħor li jiddistingwih huwa l-bilanċ fil-ħwawar, li, flimkien maċ-ċanga u l-bejken, jagħti lill-prodott togħma u riħa inimitabbli meta jissaħħan.
3.8. Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
F’termini tal-konsum, tal-ingredjenti u tal-proċessi tal-produzzjoni tagħhom, il-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” ilu magħruf f’dik li llum hija r-Repubblika Ċeka għal iktar minn 100 sena. Beda jiġi prodott fuq skala kbira fit-tieni nofs tas-seklu 19, hekk kif żviluppat l-industrija tal-laħam affumikat, u beda jitqies bħala prodott tal-laħam ta’ kwalità għolja mimli f’kisja magħmula mill-intestini taċ-ċanga. Fl-1891, ġie esibit f’fiera tal-agrikultura fi Praga, fejn intramat kamra tal-affumikar bl-apparat kollu ta’ ġo fiha, li bħalha qatt ma kien deher xejn fil-pubbliku qabel. Il-prodott “Špekáčky/Špekačky” ġie affumikat fuq il-post u sserva meta kien għadu jaħraq mar-rafan fuq panina tal-ħobż mielħa fi platt attraenti tal-karti għall-prezz ta’ tmien “grajciars” (il-munita Ċeka ta’ dak iż-żmien). Dak il-perjodu jimmarka l-bidu tal-popolarità tal-prodott “Špekáčky/Špekačky” bħala prodott tal-laħam affumikat klassiku Ċek. Il-kwalità eċċezzjonali tal-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky” li kien prodott dak iż-żmien toħroġ ċara mill-ingredjenti: 50 % tal-prodott kien ċanga tar-ramp ta’ annimali li kien għadhom żgħar, 20 % kien majjal ta’ kwalità għolja mingħajr ġilda u 30 % kien bejken imqatta’ biċċiet. Skont il-konsistenza tal-prodott, xi drabi kienu jiżdiedu kwantitajiet żgħar ta’ laħam taz-zalzett (aġent li jgħaqqad prodott miċ-ċanġa). Il-prodott kien jitħawwar bit-tewm, bil-bżar iswed u xi drabi bi ftit noċemuskata wkoll. Possibbiltà oħra kienet li l-prodott “Špekáčky/Špekačky” kien jitwaħħal fuq seffud, u jintrabat bl-ispag tal-kittien. Minħabba li l-prodott kien jinbiegħ bil-biċċa, il-piż totali ried jaqbel man-numru ta’ biċċiet. Sabiex tintlaħaq kwalità għolja, il-prodott kellu jkun affumikat ukoll kif xieraq. Fil-bidu tas-seklu 20 kien hemm iktar żviluppi fil-proċess tal-affumikar u, flimkien mal-prodotti msejħin “párky” u “klobásy” (tipi oħrajn ta’ zalzett), il-prodott “Špekáčky/Špekačky” ħa post ewlieni fost il-prodotti tal-laħam artab. Xi kumpaniji, speċjalment fi bliet kbar, saru famużi għall-prodotti “Špekáčky/Špekačky” tagħhom. Fost l-iktar manifatturi magħrufa kien hemm Koula u Macháček fiż-żona tal-Belt il-Ġdida ta’ Praga, u Šereda fis-subborg ta’ Vinohrady, li l-prodott “Špekáčky/Špekačky” tiegħu sar magħruf fost iċ-ċittadini ta’ Praga bħala “Šeredky”. Dawn il-prodotti tal-laħam artab kienu jitqassmu fil-ħwienet meta jkunu għadhom sħan wara l-affumikar, u, normalment, wara nofsinhar kien ikun hemm riħa tfuħ ta’ zalzett affumikat li taqsam mhux biss fil-ħwienet infushom iżda wkoll fiż-żona kollha tal-madwar. Sa filgħaxija, it-toroq tal-parti l-antika ta’ Praga kienu jkunu mixgħulin bid-dawl dehbi tal-gass, u bir-riħa tal-prodott “Špekáčky/Špekačky” li kien ikun qed jinxtewa fuq il-faħam minn xi wieħed mill-ħafna bejjiegħa tal-ikel fit-toroq.
Dak iż-żmien il-kwalità tal-prodotti tal-laħam ma kienet soġġetta għall-ebda regoli jew regolamenti. L-ispezzjonijiet pubbliċi kienu jikkonċentraw l-iktar fuq id-dqiq, li ma setax jiżdied mal-prodott imsejjaħ “Špekáčky/Špekačky”. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-ingredjent ewlieni fil-prodott “Špekáčky/Špekačky”, minbarra l-bejken, kien għadu ċ-ċanga. Iktar tard, hekk kif żdiedet it-trobbija tal-majjali, il-kompożizzjoni tal-ingredjenti kienet: 40 % ċanga (mill-qatgħat ta’ quddiem), 30 % majjal minn produzzjoni ta’ kwalità u 30 % bejken. Dak iż-żmien, saret bidla fit-taħwir billi żdiedet il-paprika ħelwa. Wara li n-negozji tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-laħam ġew nazzjonalizzati, il-kompożizzjoni tal-ingredjenti, l-addittivi, l-kisi u l-proċessi teknoloġiċi saru soġġetti għal standards tekniċi u ekonomiċi, li komplew itejbu l-kwalità ta’ dan il-prodott tradizzjonali Ċek. Il-produzzjoni tal-prodott “Špekáčky/Špekačky” kienet koperta bl-istandards tekniċi u ekonomiċi tal-prodotti tal-laħam (il-Parti 1 tar-regoli applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1977 tad-direttorat ġenerali tal-industrija tal-laħam ta’ Praga) bin-Nru ČSN 57 7115. Bħala riżultat ta’ dan, il-manifattura ta’ dan il-prodott skont dawk l-istandards infirxet ma’ kullimkien f’dik li qabel kienet iċ-Ċekoslovakkja. Hekk kif it-teknoloġija nbidlet ftit ftit, u minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ ċerti ingredjenti jew tal-kisi (pereżempju tal-intestini taċ-ċanga), inħolqot riċetta standard, li ngħatat hawn fuq fid-deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott “Špekáčky/Špekačky” – ara l-punt 3.6 ta’ din l-applikazzjoni.
3.9. Rekwiżiti u proċeduri minimi sabiex jiġi ċċekkjat il-karattru speċifiku
Isiru kontrolli tal-affarijiet li ġejjin:
— |
il-konformità mal-proporzjonijiet tal-ingredjenti, l-addittivi u t-taħwir skont ir-riċetta; il-proċess tal-preparazzjoni jinvolvi kontroverifika mar-riċetta; |
— |
verifika li l-biċċiet tal-bejken (imsejħa “špek”) huma mferxxin b’mod li mhuwiex uniformi fit-taħlita li hi eħxen u li hemm proporzjon pjuttost żgħir ta’ partikuli tal-kollaġen; verifika viżwali li titwettaq matul il-proċess teknoloġiku tal-produzzjoni wara l-proċessi tal-mili fl-intestini naturali u tat-tqassim f’biċċiet individwali bl-ispag; |
— |
il-konformità mal-forma tal-prodott, mad-dehra tal-wiċċ, mal-kulur u l-konsistenza tiegħu; verifika viżwali li titwettaq wara l-ipproċessar fis-sħana, it-traxxix bl-ilma u t-tberrid tal-prodott aħħari; |
— |
il-konformità mad-dehra u l-kulur meta jitqatta’; verifika viżwali li titwettaq wara l-ipproċessar fis-sħana, it-traxxix bl-ilma u t-tberrid tal-prodott aħħari; |
— |
il-konformità mat-togħma, ir-riħa, il-konsistenza u l-ammont ta’ meraq tal-prodott; verifika sensorjali tal-prodott aħħari li titwettaq wara li jissaħħan; |
— |
il-konformità mal-kompożizzjoni fiżika u kimika tal-prodott; il-prodott aħħari jiġi eżaminat bil-metodi approvati fil-laboratorji. |
Il-verifiki għandhom jitwettqu għallinqas darba fis-sena mill-entità jew mill-kumpanija responsabbli għall-verifika fil-post ta’ kull manifattur tal-prodott.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-Repubblika Ċeka:
Isem |
: |
Státní zemědělská a potravinářská inspekce |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+420 543540111 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
sekret.oklc@szpi.gov.cz |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
Isem |
: |
Státní veterinární správa ČR |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+420 227010137 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
hygi@svscr.cz |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-Slovakkja:
Isem |
: |
BEL/NOVAMANN International, s r.o. |
||||||
Indirizz |
: |
|
||||||
Telefown |
: |
+421 250213376 |
||||||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
tomas.ducho@ba.bel.sk |
☐ Pubblika |
☒ Privata |
Isem |
: |
Štátna veterinárna a potravinová správa SR |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Telefown |
: |
+421 260257427 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
buchlerova@svssr.sk |
☒ Pubblika |
☐ Privata |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità
L-entitajiet ta’ spezzjoni msemmija fil-punt 4.1 għandhom ir-responsabbiltà li jivverifikaw li kull speċifikazzjoni tkun ġiet issodisfata.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(2) Nru tal-UE: CZ-TSG-0107-01405 — 18.12.2015.
(3) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 160/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Lovecký salám”/“Lovecká saláma” (STG)] (ĠU L 47, 22.2.2011, p. 7) u (UE) Nru 158/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Špekáčky”/“Špekačky” (STG)] (ĠU L 47, 22.2.2011, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Dan ir-Regolament tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(5) “Lovecký salám”/“Lovecká saláma”, Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0044 — 4.8.2006 (ĠU C 96, 16.4.2010, p. 18).
“Špekáčky”/“Špekačky”, Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0055 — 21.5.2007 (ĠU C 94, 14.4.2010, p. 18).