This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016TA1201(39)
Report on the annual accounts of the European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States for the financial year 2015, together with the Agency’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
ĠU C 449, 1.12.2016, p. 208–213
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 449/208 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
(2016/C 449/39)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRONTEX”), li tinsab f’Varsavja, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali, l-assistenza teknika u operazzjonali, u analiżi tar-riskju). |
2. |
It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2). Tabella Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija
|
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
3. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Bażi għal Opinjoni Kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET
13. |
L-awditu ex post fl-Iżlanda li twettaq mill-Aġenzija f'Ottubru 2015 qabad pagamenti irregolari li ammontaw għal total ta' EUR 1,4 miljun u li kienu relatati mad-deprezzament ta' bastiment li pparteċipa f'seba' operazzjonijiet konġunti mill-2011 sal-2015. Il-gwardja tal-kosta tal-Iżlanda kien ikklejmja rimborż tad-deprezzament għal dak il-bastiment minkejja li dan kien qabeż il-limitu tat-terminu utli previst fil-linji gwida tal-Aġenzija. Filwaqt li l-Aġenzija għandha d-dritt li tirkupra pagamenti irregolari li jkunu saru fl-aħħar ħames snin, hija ħabbret li se tirkupra biss il-pagamenti li saru minn Jannar 2015 'il hawn, li jammontaw għal EUR 0,6 miljun. |
14. |
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) huwa mwaqqaf għall-perjodu 2014-20. Huwa magħmul minn żewġ strumenti, FSI – Fruntieri u Viżi kif ukoll FSI – Pulizija, li taħthom hemm EUR 2,8 biljun u EUR 1 biljun disponibbli għall-finanzjament ta' azzjonijiet rispettivament. Il-Kummissjoni taħt FSI – Fruntieri u Viżi tirrimborża xirjiet, imwettqa mill-Istati Membri, ta' mezzi bħalma huma vetturi jew bastimenti kif ukoll spejjeż operazzjonali bħall-konsum tal-fjuwil jew il-manutenzjoni. L-Aġenzija tirrimborża wkoll spejjeż bħal dawn lil parteċipanti f'operazzjonijiet konġunti. Għalhekk hemm riskju ta' finanzjament doppju li mhuwiex qed jiġi indirizzat (9). |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
15. |
Il-livell ta' riporti għal approprjazzjoni impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 3,2 miljun, jiġifieri 38 % (2014: EUR 4,5 miljun, jiġifieri 36 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' EUR 40,2 miljun, jiġifieri 35 % (2014: EUR 28,4 miljun, jiġifieri 44 %). Għat-Titolu II, ir-raġuni prinċipali għal-livell għoli ta' riporti hija kuntratti tal-IT li jestendu lil hinn minn tmiem is-sena, filwaqt li għat-Titolu III hija n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija. |
KUMMENTI OĦRA
16. |
Stati li jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-fruntieri jiddikjaraw l-ispejjeż imġarrba abbażi ta' fuljetti ta' kklejmjar tal-ispejjeż li jinkludu “spejjeż fissi” (deprezzament u manutenzjoni), “spejjeż varjabbli” (fil-biċċa l-kbira fjuwil) u “spejjeż tal-missjonijiet” (fil-biċċa l-kbira allowances u spejjeż oħra tal-ekwipaġġ). L-ispejjeż iddikjarati huma bbażati fuq valuri reali u jsegwu standards nazzjonali, u dan iwassal għal approċċi diverġenti fost l-Istati parteċipi li joħloq sistema partikolarment oneruża għall-partijiet kollha involuti. Fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tagħha, il-Qorti rrakkomandat li l-aġenziji għandhom jużaw possibbiltajiet ta' spejjeż simplifikati kull meta xieraq, biex jiġu evitati ineffiċjenzi bħal dawn (10). |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
17. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-4 ta' Ottubru 2016.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(2) Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.frontex.europa.eu.
(1) Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.
Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(9) Il-Qorti kienet irreferiet għal dan ir-riskju fil-paragrafu 39 u r-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Speċjali Nru 15/2014 “Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE”.
(10) Ir-Rakkomandazzjoni 1 fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv”.
ANNESS
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
Il-proċeduri ta' reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li affettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma ġie stabbilit l-ebda punteġġ minimu għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ kandidati adatti; il-Bord tal-Għażla ma ddokumentax il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena ġew rikonċiljati b'diffikultà konsiderevoli. Hemm ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b'mod aktar regolari u għal analiżi tad-differenzi b'mod aktar f'waqtu. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Il-Frontex bdiet topera fl-2005 u, sal-lum, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru. Ftehim bħal dan kieku jkompli jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha. |
Għadha għaddejja |
2014 |
Ġie nnotat titjib konsiderevoli kemm fil-verifikazzjonijiet ex ante kif ukoll f'dawk ex post tal-infiq ikklejmjat mill-pajjiżi li jikkooperaw taħt ftehimiet ta' għotja. Madankollu, id-dokumentazzjoni mill-pajjiżi li jikkooperaw li ssostni l-infiq ikklejmjat mhijiex dejjem suffiċjenti. Barra minn hekk, ma ntalab l-ebda ċertifikat tal-awditjar, għalkemm ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE jirrakkomandaw dan għall-għotjiet ogħla minn limiti speċifiċi (1). Ċertifikati tal-awditjar kieku jżidu aktar aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet. |
Għadha għaddejja |
2014 |
Il-livell ta' riporti għal approprjazzjoni impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 4,5 miljun, jiġifieri 36 % (2013: EUR 2,4 miljun, jiġifieri 27 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f'livell ta' EUR 28,4 miljun, jiġifieri 44 % (2013: EUR 29,2 miljun, jiġifieri 47 %). Għat-Titolu II, ir-raġuni prinċipali hija x-xiri fi tmiem is-sena relatat mar-rilokazzjoni tal-aġenzija għall-bini l-ġdid f'Diċembru 2014. Għat-Titolu III, riporti ta' livell għoli prinċipalment jirriżultaw min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-aġenzija u l-approvazzjoni ta' baġit addizzjonali ta' EUR 4,2 miljun f'Ottubru 2014. |
M/A |
2014 |
L-għadd għoli u dejjem jiżdied b'mod kostanti ta' ftehimiet ta' għotja u l-kobor tan-nefqa relatata li għandha tiġi vverifikata u rimborżata mill-FRONTEX iqjamu l-mistoqsija dwar jekk jistgħux jintużaw mekkaniżmi ta' finanzjament alternattivi li huma aktar effiċjenti u kosteffettivi. |
Pendenti (2) |
2014 |
Hemm il-ħtieġa li jiġi raffinat il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati ma' Schengen (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) biex jiġu riflessi aħjar id-dispożizzjonijiet legali relatati (3). Pereżempju, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq is-sussidju annwali finali minflok fuq is-sussidju annwali bbaġitjat riċevut mill-Kummissjoni. |
Għadha għaddejja |
2014 |
Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mir-Renju Unit u l-Irlanda (li mhumiex pajjiżi fiż-żona ta' Schengen) baqgħu stabbli għal ħafna snin minkejja l-firxa konsiderevolment estiża ta' attivitajiet li huma involuti fihom. Għalhekk, suppost li ilha li saret analiżi tal-kontribuzzjonijiet tagħhom. |
Ikkompletata |
(1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(2) L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2014 (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1) jillimita l-kofinanzjament mill-Aġenzija ta' operazzjonijiet konġunti, għal għotjiet.
(3) Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4); Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19).
IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA
9. |
L-Aġenzija se tkompli ttejjeb il-proċedura tagħha għall-istima tal-ispejjeż dovuti. |
13. |
Ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Frontex jistipulaw li l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja l-irkupru ta’ ammont stabbilit fejn l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità. F’konformità ma’ dak il-prinċipju u wara li ħa parir legali estern, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni ħabbar li se jiġu rkuprati EUR 0,6 miljun; l-irkupru jkopri għotjiet li ngħataw sa mill-2014. Għall-istess raġuni, huwa ħabbar ukoll li EUR 0,2 miljun dovuti fl-2016 mhux se jiġu rimborżati. |
14. |
Fil-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti f’kooperazzjoni mad-DĠ HOME fl-2016, s’issa huma l-aċċess għall bażi ta’ data ISF, fejn il-pjanijiet u r-rapporti kollha tal-benefiċjarji huma disponibbli. Id-DĠ HOME hija maħsuba wkoll li tistieden lil Frontex għall-Kumitat tal-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna fil-Ħarifa tal-2016 biex tippreżenta s-sitwazzjoni mill-perspettiva tagħha u tiddiskuti mal-Istati Membri. |
15. |
Frontex tirrikonoxxi l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti dwar l-ammonti ta’ riporti. L-Aġenzija se tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-ammonti ta’ riporti bil-għan li tonora aħjar il-prinċipju ta’ annwalità. |
16. |
Is-sistema stabbilita għar-rimborż tal-ispejjeż timmira li tiżgura trattament ugwali tal-benefiċjarji peress li l-istess kategoriji tal-ispejjeż jistgħu jiġu ffinanzjati għal kull wieħed minnhom. Minkejja dan, l-aġenzija taqbel mal-Qorti li r-rimborż tal-ispejjeż ibbażati fuq valuri reali hu diffiċli u l-intoduzzjoni tal-ispejjeż unitarji hija għażla vijabbli, li l-Aġenzija se ssegwi. Barra minn dan, il-proposta għall-Aġenzija għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aktarx li tneħħi l-obbligu li jintużaw l-għotjiet, li se jwitti t-triq għall-użu ta’ mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament għall-aġenzija lil hinn mill-għotjiet. |