IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.12.2016
COM(2016) 883 final
2016/0409(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha
L-Unjoni Ewropea ilha għal dawn l-aħħar sentejn taħdem simultanjament fuq indirizzar tal-isfidi separati tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-UE u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati transfruntieri. L-iskambju effettiv ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-UE, huwa essenzjali biex jingħata rispons b’saħħtu għal dawn l-isfidi u biex tinbena Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) hija l-aktar għodda ta’ suċċess għall-kooperazzjoni effettiva tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, tal-pulizija, dawk doganali u dawk ġudizzjarji fl-UE u l-pajjiżi assoċjati ta’ Schengen. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntieri u l-uffiċjali doganali jeħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar il-persuni jew l-oġġetti li jkunu qed jikkontrollaw, b’istruzzjonijiet ċari dwar x’hemm bżonn isir f’kull każ. Din is-sistema ta’ informazzjoni fuq skala kbira tinsab fil-qalba nett tal-kooperazzjoni Schengen u għandha rwol kruċjali fl-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen. Is-sistema tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu u jikkonsultaw data dwar persuni mfittxija, persuni li jista’ ma jkollhomx id-dritt li jidħlu jew li jirrisjedu fl-UE, persuni nieqsa - b’mod partikolari tfal - u oġġetti li setgħu nsterqu, ġew misapproprjati jew mitlufa. Is-SIS fiha mhux biss informazzjoni dwar persuni jew oġġetti partikolari iżda anki struzzjonijiet ċari għall-awtoritajiet kompetenti dwar x’għandhom jagħmlu b’dik il-persuna jew l-oġġett ladarba jinstabu.
Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tas-SIS, tliet snin wara li bdiet taħdem it-tieni ġenerazzjoni tagħha. Din l-evalwazzjoni wriet li s-SIS kienet suċċess operattiv ġenwin. Fl-2015, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkontrollaw persuni u oġġetti ma’ data miżmuma fis-SIS fi kważi 2.9 biljun okkażjoni u skambjaw ’il fuq minn 1.8 miljun silta ta’ informazzjoni supplimentari. Minkejja dan, kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017, bi tkomplija ta’ din l-esperjenza pożittiva, l-effettività u l-effiċjenza tas-sistema għandhom jiġu msaħħa ulterjorment. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-ewwel sett ta’ tliet proposti biex jittejjeb u jiġi estiż l-użu tas-SIS bħala riżultat tal-evalwazzjoni filwaqt li tkompli bil-ħidma tagħha biex is-sistemi ta’ infurzar tal-liġi u ta’ ġestjoni tal-fruntieri eżistenti u futuri jsiru aktar interoperabbli, bi tkomplija fuq il-ħidma li għaddejja tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà.
Dawn il-proposti jkopru l-użu tas-sistema (a) għall-ġestjoni tal-fruntieri, (b) għall-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, u (c) għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment. L-ewwel żewġ proposti flimkien jiffurmaw il-bażijiet ġuridiċi għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS. Il-proposta għall-użu tas-SIS għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment tissupplimenta l-proposta għall-ġestjoni tal-fruntieri u tikkomplementa d-dispożizzjonijiet li hemm fiha. Din tistabbilixxi kategorija ta’ twissija ġdida u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Direttiva 2008/115/KE.
Minħabba l-ġeometrija varjabbli fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-linji politiċi tal-UE fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, jeħtieġ li jiġu adottati tliet strumenti legali separati li madankollu xorta jaħdmu mingħajr problemi flimkien biex jippermettu t-tħaddim u l-użu komprensivi tas-sistema.
B’mod parallel, bil-ħsieb li tissaħħaħ u tittejjeb il-ġestjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-UE, f’April 2016, il-Kummissjoni bdiet proċess ta’ riflessjoni dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar b’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà”. L-objettiv sovrastanti huwa li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti sistematikament ikollhom l-informazzjoni neċessarja minn sistemi ta’ informazzjoni differenti għad-dispożizzjoni tagħhom. Sabiex tilħaq dan l-objettiv, il-Kummissjoni kienet qed tirrevedi l-arkitettura ta’ informazzjoni eżistenti biex tidentifika lakuni ta’ informazzjoni u oqma mhux ċari li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-funzjonalitajiet ta’ sistemi eżistenti, kif ukoll mill-frammentazzjoni fl-arkitettura ġenerali tal-UE għall-ġestjoni tad-data. Il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità biex jappoġġja din il-ħidma, li s-sejbiet interim tiegħu wkoll iggwidaw dan l-ewwel sett ta’ proposti fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kwalità tad-data. Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker f’Settembru 2016 irrefera wkoll għall-importanza li jingħelbu n-nuqqasijiet attwali fil-ġestjoni ta’ informazzjoni u ta’ titjib tal-interoperabilità u l-interkonnettività bejn is-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti.
Wara l-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità, li ser jiġu ppreżentati fl-ewwel nofs tal-2017, il-Kummissjoni ser tqis it-tieni sett ta’ proposti f’ nofs l-2017 biex tkompli titjieb l-interoperabilità tas-SIS ma’ sistemi oħra tal-IT. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) hija element ugwalment importanti ta’ din il-ħidma u x’aktarx tkun is-suġġett ta’ proposti tal-Kummissjoni separati wkoll fl-2017. L-investiment fi skambju ta’ informazzjoni u ġestjoni ta’ informazzjoni rapidi, effettivi u kwalitattivi u l-iżgurar tal-interoperabilità tal-bażi ta’ data u tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE huwa aspett importanti fl-indirizzar tal-isfidi ta’ sigurtà attwali.
Din il-proposta tagħmel parti mill-ewwel sett ta’ proposti sabiex jitjiebu l-funzjonament tas-SIS u l-operazzjoni u l-użu tagħha fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Timplimenta:
(1)it-tħabbira tal-Kummissjoni li ser ittejjeb il-valur miżjud tas-SIS għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi sabiex twieġeb għal theddidiet ġodda;
(2)konsolidazzjoni tar-riżultati tal-ħidma dwar l-implimentazzjoni tas-SIS li saret fit-tliet snin preċedenti li tinvolvi emendi tekniċi għas-SIS Ċentrali sabiex jiġu estiżi wħud mill-kategoriji ta’ twissija eżistenti u jiġu pprovduti funzjonalitajiet ġodda;
(3)rakkomandazzjonijiet għal tibdil tekniku u proċedurali li jirriżultaw minn valutazzjoni komprensiva tas-SIS;
(4)talbiet minn utenti finali tas-SIS għal titjib tekniku; kif ukoll
(5)is-sejbiet interim tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità fir-rigward tal-kwalità tad-data.
Fid-dawl tal-fatt li din il-proposta hija intrinsikament marbuta mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-verifika fil-fruntieri, għadd ta’ dispożizzjonijiet huma komuni għaż-żewġ testi. Dawn jinkludu miżuri li jkopru l-użu minn tarf sa tarf (end-to-end use) tas-SIS, li ma jinkludix biss l-operat tas-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda anki l-ħtiġijiet tal-utenti finali; miżuri msaħħa għal kontinwità tan-negozju; miżuri li jindirizzaw il-kwalità tad-data, il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data, u dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-arranġamenti ta’ rapportar. Iż-żewġ proposti jestendu wkoll l-użu ta’ informazzjoni bijometrika.
Il-qafas legali attwali tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS – rigward l-użu tagħha għall-finijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali – huwa bbażat fuq strument li qabel kien tat-tielet pilastru: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI kif ukoll strument li qabel kien tal-ewwel pilastru: Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006.Din il-proposta tikkonsolida l-kontenut tal-istrumenti eżistenti filwaqt li żżid dispożizzjonijiet ġodda sabiex:
armonizzazzjoni aħjar tal-proċeduri nazzjonali għall-użu tas-SIS, speċjalment fir-rigward ta’ reati kriminali relatati mat-terroriżmu kif ukoll ta’ tfal li huma f’riskju ta’ ħtif mill-ġenituri;
l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIS bl-introduzzjoni ta’ elementi ġodda tal-identifikaturi bijometriċi għat-twissijiet eżistenti;
l-introduzzjoni ta’ tibdiliet tekniċi sabiex titjieb is-sigurtà u tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv bil-provvediment ta’ kopji nazzjonali obbligatorji u standards tekniċi komuni għall-implimentazzjoni;
l-indirizzar tal-użu komplet minn tarf sa tarf tas-SIS, li ma mhux biss ikopri s-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda jiżgura wkoll li l-utenti aħħarin jirċievu d-data kollha neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom u li jikkonformaw mar-regoli kollha dwar is-sigurtà meta jipproċessaw id-data fis-SIS
•Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni kif ukoll ma’ strumenti legali eżistenti u futuri
Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ politiki oħra tal-Unjoni u tikkomplementahom, jiġifieri:
(1)Is-sigurtà interna kif enfasizzata fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u l-ħidma tal-Kummissjoni favur Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina, sabiex tipprevjeni, tindividwa, tinvestiga u tixli reati terroristiċi u reati serji oħrajn billi tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jipproċessaw data personali ta’ persuni suspettati li huma involuti f’atti ta’ terroriżmu jew f’reati serji.
(2)Il-protezzjoni tad-data sa fejn din il-proposta tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-SIS.
Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ politiki oħra tal-Unjoni u tikkomplementahom , jiġifieri:
(3)Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-rigward tal-aċċess tagħha għas-SIS għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) proposta, kif ukoll għall-provvista ta’ interfaċċa teknika għall-aċċess tal-Iskwadra Ewropea ta’ Gwardji tal-Fruntiera għas-SIS, għat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u għall-membri tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni sabiex, fil-mandat tagħhom, ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS.
(4)L-Europol safejn din il-proposta tagħti lill-Europol drittijiet addizzjonali biex taċċessa u tfittex data, fil-mandat tagħha, imdaħħla fis-SIS.
(5)Prüm safejn l-iżviluppi f’din il-proposta sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati individwi fuq il-bażi tal-marki tas-swaba’ (kif ukoll immaġni tal-wiċċ u profili tad-DNA) jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ Prüm dwar l-aċċess transfruntier onlajn reċiproku għal bażijiet ta’ data nazzjonali ddeżinajti tad-DNA u sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’.
Din il-proposta hija wkoll marbuta mill-qrib ma’ u tikkomplementa leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni, jiġifieri
(6)Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.. Il-proposta tikkomplementa l-prinċipju previst il-ġdid fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen tal-verifiki sistematiċi ma’ bażijiet ta’ data rilevanti tal-vjaġġaturi kollha, inklużi ċ-ċittadini tal-UE, mad-dħul fiż-żona Schengen u mal-ħruġ minnha, kif stipulat bħala tweġiba għall-fenomenu ta’ ġellieda terroristi barranin.
(7)Is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ. Il-proposta għandha l-għan li tirrifletti l-użu propost ta’ taħlita ta’ marki tas-swaba’ u ta’ immaġni tal-wiċċ bħala identifikaturi bijometriċi għall-operat tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES).
(8)ETIAS. Il-proposta tqis l-ETIAS proposta li tipprovdi għal valutazzjoni ddettaljata tas-sigurtà, inkluż verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li biħsiebhom jivvjaġġaw fl-UE.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Din il-proposta tuża l-Artikoli 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażijiet ġuridiċi għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.
•Ġeometrija varjabbli
Din il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati l-konsegwenzi li ġejjin konnessi mad-diversi protokolli u ftehimiet mal-pajjiżi assoċjati:
Id-Danimarka: Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattati, id-Danimarka tiddeċiedi f’perjodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimenta din il-proposta, li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, fil-liġi nazzjonali tagħha.
Ir-Renju Unit: Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen.
L-Irlanda: L-Irlanda hija marbuta b’dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen.
Il-Bulgarija u r-Rumanija: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. Dan ir-Regolament irid jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 li rrendiet applikabbli, soġġetti għal xi restrizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Ċipru u l-Kroazja: Dwar Ċipru u l-Kroazja dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew inkella huwa relatat miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.
Pajjiżi Assoċjati; Fuq il-bażi ta’ ftehimiet rispettivi li jassoċjaw dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jiġu marbuta bir-Regolament propost.
•Sussidjarjetà
Din il-proposta ser tiżviluppa u tibni fuq is-SIS eżistenti, li ilha topera mill-1995. Il-qafas intergovernattiv oriġinali ġie sostitwit minn strumenti tal-Unjoni fid-9 ta’ April 2013 (ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI). Analiżi sħiħa tas-sussidjarjetà twettqet f’okkażjonijiet preċedenti; l-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li jkomplu jiġu rfinati d-dispożizzjonijiet eżistenti, jiġu indirizzati l-lakuni identifikati u jitjiebu l-proċeduri operazzjonali.
Il-livell konsiderevoli ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tas-SIS ma jistax jinkiseb permezz ta’ soluzzjonijiet deċentralizzati. Minħabba l-iskala, l-effetti u l-impatti tal-azzjoni, din il-proposta tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni.
L-objettivi ta’ din il-proposta jinkludu, fost oħrajn, titjib tekniku biex titjieb l-effiċjenza tas-SIS, kif ukoll sforzi biex jiġi armonizzat l-użu tas-sistema fost l-Istati Membri parteċipanti kollha. Minħabba n-natura transnazzjonali ta’ dawn l-għanijiet u tal-isfidi sabiex jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid dejjem aktar diversifikat, l-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba biex tipproponi soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet, li ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom.
Jekk ma jiġux indirizzati l-limitazzjonijiet eżistenti għas-SIS, hemm riskju li jintilfu bosta opportunitajiet biex tikber l-effiċjenza kif ukoll għal valur miżjud tal-UE u li hemm nuqqasijiet li qegħdin ifixklu l-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti. Bħala eżempju, in-nuqqas ta’ regoli armonizzati dwar it-tħassir ta’ twissijiet superfluwi fis-sistema jista’ jwassal għall-ostakolar tal-moviment liberu ta’ persuni bħala prinċipju fundamentali tal-Unjoni.
•Proporzjonalità
L-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li azzjoni mill-Unjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fit-Trattat. Il-forma magħżula għal din l-azzjoni tal-UE għandha tippermetti li l-proposta tilħaq l-għan tagħha u li tkun implimentata bl-iktar mod effettiv possibbli. L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi reviżjoni tas-SIS b’rabta mal-kooperazzjoni tal-pulizija u mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.
Il-proposta hija xprunata mill-prinċipji ta’ privatezza fid-disinn F’termini tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, din il-proposta hija proporzjonata peress li tipprevedi regoli speċifiċi dwar it-tħassir ta’ twissijiet u ma teħtieġx il-ġbir u l-ħżin ta’ data għal żmien itwal milli huwa assolutament meħtieġ sabiex is-sistema tkun tista' tiffunzjona u tilħaq l-objettivi tagħha. Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti operazzjonali, din il-proposta tnaqqas il-perjodu ta’ żamma għal twissijiet dwar oġġetti u tallinjahom mat-twissijiet relatati mal-persuni (peress li ħafna drabi jkunu relatati ma’ data personali, bħal dokumenti ta’ identifikazzjoni personali jew numri tal-pjanċi tal-vetturi). L-esperjenza fil-qasam tal-pulizija wriet li proprjetà misruqa tista’ tiġi rkuprata f’perjodu relattivament qasir ta’ żmien li jrendi l-iskadenza ta’ 10 snin għat-twissijiet dwar oġġetti twila wisq għalxejn.
It-twissijiet tas-SIS fihom biss id-data li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni u għal-lokalizzazzjoni ta’ persuna jew ta’ oġġett u sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni operattiva xierqa. Id-dettalji addizzjonali l-oħra kollha huma pprovduti permezz tal-Uffiċċji SIRENE li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi l-implimentazzjoni tas-salvagwardji u tal-mekkaniżmi kollha meħtieġa għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data; partikolarment il-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali tagħhom. Tinkludi wkoll dispożizzjonijiet imfassla speċifikament biex tissaħħaħ is-sigurtà tad-data personali ta’ individwi miżmuma fis-SIS.
Fil-livell tal-UE mhux se jkun hemm il-bżonn ta’ proċessi jew armonizzazzjoni ulterjuri biex is-sistema tiffunzjona. Il-miżura prevista hija proporzjonata fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi definiti.
•Għażla tal-istrument
Ir-reviżjoni proposta ser tieħu l-forma ta’ Regolament u ser tieħu post id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI filwaqt li żżomm dak il-kontenut kollu ta’ dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ġiet adottata bħala l-hekk imsejħa “strument tat-tielet pilastru” skont it-Trattat preċedenti dwar l-Unjoni Ewropea. Tali strumenti “tat-tielet pilastru” ġew adottati mill-Kunsill mingħajr il-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur. Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta tinsab fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) peress li l-istruttura tal-pilastri ma baqgħetx teżisti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009. Il-bażi ġuridika tobbliga l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-forma ta’ Regolament (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandha tintgħażel għaliex id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Il-proposta ser tibni fuq u ssaħħaħ sistema ċentralizzata eżistenti li permezz tagħha l-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin, ħaġa li tirrikjedi arkitettura u regoli operattivi vinkolanti komuni. Barra minn hekk, tistabbilixxi regoli mandatorji dwar l-aċċess għas-sistema inkluż għall-fini ta’ infurzar tal-liġi li huma uniformi għall-Istati Membri kollha kif ukoll għall-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA). L-eu-LISA ilha mid-9 ta’ Mejju 2013 responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali, li tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-SIS Ċentrali topera bis-sħiħ 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Din il-proposta tibni fuq ir-responsabbiltajiet tal-eu-LISA fir-rigward tas-SIS.
Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi regoli direttament applikabbli li jippermettu li s-suġġetti tad-data jaċċessaw id-data proprja kif ukoll rimedji mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward.
Bħala konsegwenza, huwa biss Regolament li jista' jintgħażel bħala strument legali.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT.
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ġenerali tas-SIS II Ċentrali kif ukoll tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal tibdil fil-bażi ġuridika tas-SIS sabiex ikun hemm rispons aħjar għal sfidi ġodda marbuta mas-sigurtà u mal-migrazzjoni. Dan jinkludi, pereżempju, proposta sabiex tiġi indirizzata l-perspettiva minn tarf sa tarf tas-SIS billi jiġi rregolat l-użu tagħha mill-utenti finali u l-istabbiliment ta’ standards tas-sigurtà tad-data applikabbli wkoll għal applikazzjonijiet tal-utenti finali, sabiex tissaħħaħ is-sistema għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu billi tiġi pprovduta azzjoni ġdida li għandha tittieħed, tiġi ċċarata s-sitwazzjoni tat-tfal li huma fil-periklu li jinħatfu mill-ġenituri tagħhom kif ukoll jitwessgħu l-identifikaturi bijometriċi disponibbli fis-sistema.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni wrew ukoll il-ħtieġa għal emendi legali sabiex jitjieb il-funzjonament tekniku tas-sistema u għas-simplifikazzjoni tal-proċessi nazzjonali. Dawn il-miżuri ser isaħħu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-SIS billi jiġi ffaċilitat l-użu tagħha u jitnaqqas il-piż żejjed. Ġew imfassla miżuri addizzjonali sabiex titjieb il-kwalità tad-data u t-trasparenza tas-sistema permezz ta’ deskrizzjoni aktar ċara tal-kompiti speċifiċi ta’ rapportar tal-Istati Membri u tal-eu-LISA.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni komprensiva (ir-rapport ta’ evalwazzjoni u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal relatat ġew adottati fil-21 ta’ Diċembru 2016) fformaw il-bażi tal-miżuri li jinsabu f’din il-proposta.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Matul il-valutazzjoni tas-SIS mill-Kummissjoni, il-partijiet interessati, fosthom delegati tal-Kumitat SISVIS, intalbu jipprovdu kummenti u suġġerimenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Dan il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri kemm dwar kwistjonijiet operattivi ta’ SIRENE (kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tas-SIS) kif ukoll dwar kwistjonijiet tekniċi fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-SIS u l-applikazzjoni relatata ta’ SIRENE.
Bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni, id-delegati wieġbu għal kwestjonarji ddettaljati. Fejn kien hemm bżonn ta’ kjarifika ulterjuri jew is-suġġett kellu bżonn ikompli jiġi żviluppat dan intlaħaq permezz ta’ skambju ta’ emails jew intervisti mmirati. Dan il-proċess iterattiv ippermetta li l-kwistjonijiet jitqajmu b’mod komprensiv u trasparenti. Matul l-2015 u l-2016, id-delegati tal-Kumitat SISVIS iddiskutew dawn il-kwistjonijiet waqt laqgħat u sessjonijiet ta’ ħidma dedikati.
Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll b’mod speċifiku mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri u mal-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tas-Sorveljanza tas-SIS II fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar talbiet għall-aċċess mis-suġġetti u dwar il-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data billi wieġbu għal kwestjonarju dedikat. Minn Ġunju 2015 it-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju informaw l-iżvilupp ta’ din il-proposta.
Internament, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Tmexxija Interservizz li jinkludi s-Segretarjat-Ġenerali u d-Direttorati Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, u għall-Informatika. Dan il-grupp ta’ tmexxija mmonitorja l-proċess ta’ valutazzjoni u pprovda gwida kif meħtieġ.
Is-sejbiet tal-valutazzjoni qiesu wkoll evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ valutazzjoni fuq il-post lill-Istati Membri filwaqt li eżaminaw fid-dettall il-mod kif is-SIS qiegħda tintuża fil-prattika. Dan jinkludi diskussjonijiet u intervisti mal-prattikanti, mal-persunal tal-Uffiċċju SIRENE u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, din il-proposta tagħmel dispożizzjoni għal miżuri biex titjieb l-effiċjenza teknika u operattiva u l-effikaċja tas-sistema.
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Minbarra l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni fittxet ukoll kompetenzi esterni permezz ta’ tliet studji, li s-sejbiet tagħhom ġew inkorporati fl-iżviluppi ta’ din il-proposta:
Valutazzjoni Teknika tas-SIS (Kurt Salmon)
Din il-valutazzjoni identifikat il-kwistjonijiet ewlenin fil-funzjonament tas-SIS u l-ħtiġijiet futuri li għandhom jiġu indirizzati, filwaqt li primarjament identifikat tħassib fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-iżgurar li l-arkitettura ġenerali tkun tista’ tadatta għaż-żieda fir-rekwiżiti ta’ kapaċità.
Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar it-Titjib Possibbli lill-Arkitettura tas-SIS II (Kurt Salmon)
Dan l-istudju vvaluta l-kost attwali tat-tħaddim tas-SIS fuq livell nazzjonali u vvaluta żewġ xenarji tekniċi possibbli għat-titjib tas-sistema. Iż-żewġ xenarji jinkludu sett ta’ proposti tekniċi li jiffokaw fuq titjib fis-sistema ċentrali u fl-arkitettura ġenerali;
“Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar titjib tekniku lill-arkitettura tas-SIS II – Rapport Finali”, 10 ta’ Novembru 2016, (Wavestone)
Dan l-istudju vvaluta l-impatti tal-ispejjeż fuq l-Istati Membri tal-implimentazzjoni ta’ kopja nazzjonali billi analizza tliet xenarji (sistema kompletament ċentralizzata, implimentazzjoni standardizzata tal-N.SIS żviluppata u pprovduta mill-eu-LISA lill-Istati Membri u implimentazzjoni distinta tal-N.SIS bi standards tekniċi komuni).
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt.
It-tliet valutazzjonijiet indipendenti msemmija hawn fuq (fi “Ġbir u użu tal-kompetenzi”) ifformaw il-bażi ta’ kunsiderazzjoni għall-impatti tat-tibdil fis-sistema minn perspettiva teknika. Barra minn hekk, mill-2013 il-Kummissjoni kkonkludiet żewġ reviżjonijiet tal-Manwal SIRENE, jiġifieri minn mindu bdiet topera s-SIS II fid-9 ta’ April 2013 u minn meta bdiet tapplika d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Dan jinkludi valutazzjoni tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu li wasslet għat-tnedija ta’ Manwal ġdid SIRENE fid-29 ta’ Jannar 2015. Il-Kummissjoni adottat ukoll Katalogu tal-Aħjar Prattiki u Rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, l-eu-LISA u l-Istati Membri jwettqu titjib tekniku regolari u iterattiv għas-sistema. Huwa meqjus li issa dawn l-għażliet ġew eżawriti, u hemm bżonn ta’ aktar emendi ġenerali għall-bażi ġuridika. Ċarezza f’oqsma bħall-applikazzjoni ta’ sistemi għall-utenti finali kif ukoll regoli ddettaljati dwar it-tħassir ta’ twissijiet, ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ sempliċiment implimentazzjoni mtejba u infurzar biss.
Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen stabbilit fir-Regolament (UE) Nru. 1053/2013 jippermetti l-valutazzjoni ġuridika u operattiva perjodika tal-funzjonament tas-SIS fl-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, il-Kunsill jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri individwali, abbażi tal-evalwazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-programmi pluriennali u annwali. Bħala riżultat tan-natura individwali tagħhom, dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jistgħux jissostitwixxu regoli legalment vinkolanti li fl-istess ħin ikunu applikabbli għall-Istati Membri kollha li jużaw is-SIS.
Il-Kumitat SISVIS jiddiskuti regolarment kwistjonijiet operattivi u tekniċi prattiċi. Għalkemm dawn il-laqgħat huma strumentali fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet (tibdil leġiżlattiv assenti) ma jistax jirrimedja kwistjonijiet emerġenti minħabba, pereżempju, prattiki nazzjonali diverġenti.
It-tibdil propost f’dan ir-Regolament ma jippreżentax impatt ekonomiku jew ambjentali sinifikanti. Madankollu, dan it-tibdil huwa mistenni li jkollu impatt soċjali pożittiv sinifikanti, peress li jipprovdi għal aktar sigurtà billi jippermetti identifikazzjoni aħjar ta’ persuni li jużaw identitajiet foloz, ta’ kriminali li l-identità tagħhom tibqa’ mhux magħrufa wara li jkunu wettqu reat serju kif ukoll ta’ minorenni neqsin. L-impatt ta’ dan it-tibdil fuq id-drittijiet fundamentali u fuq il-protezzjoni tad-data ġie kkunsidrat u stabbilit f’aktar dettall fit-taqsima li ġejja (“Drittijiet fundamentali”).
Il-proposta tfasslet bl-użu tal-korp sostanzjali ta’ evidenza miġbura li tipprovdi l-informazzjoni għall-valutazzjoni globali tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS, li esplorat il-funzjonament tas-sistema u oqsma possibbli għal titjib. Barra minn hekk, sar studju ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-ispejjeż, biex jiġi żgurat li l-arkitettura nazzjonali magħżula kienet l-aktar waħda xierqa u proporzjonata.
•Id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data
Din il-proposta tiżviluppa u ttejjeb sistema eżistenti, aktar milli tiġi stabbilita waħda ġdida, u b’hekk tibni fuq salvagwardji importanti u effettivi li diġà ġew implimentati. Madankollu, peress li s-sistema tkompli tipproċessa data personali, u se tipproċessa aktar kategoriji sensittivi ta’ data bijometrika, hemm impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali ta’ individwu. Dawn ġew ikkunsidrati bir-reqqa, u ġew stabbiliti salvagwardji addizzjonali biex il-ġbir u l-ipproċessar ulterjuri tad-data jiġi limitat għal dak li huwa strettament neċessarju u operazzjonalment meħtieġ, u biex l-aċċess għal din id-data jiġi ristrett għal dawk li jkollhom ħtieġa operazzjonali biex jipproċessawha. F’din il-proposta ġew stabbiliti perjodi ta’ żmien ċari għaż-żamma ta’ data, inklużi perjodi mnaqqsa għaż-żamma għal twissijiet dwar oġġetti. Hemm rikonoxximent espliċitu u dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ individwi biex jaċċessaw u jikkoreġu data relatata magħhom u li jitolbu t-tħassir b’mod konformi mad-drittijiet fundamentali tagħhom (ara t-taqsima dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà).
Barra minn hekk, il-proposta ssaħħaħ il-miżuri għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, minħabba li tistabbilixxi fil-leġiżlazzjoni r-rekwiżiti biex twissija titħassar u tintroduċi valutazzjoni tal-proporzjonalità jekk twissija tkun qed tiġi estiża. L-identifikazzjoni aktar affidabbli ta’ individwi se tkun possibbli permezz tal-użu ta’ data bijometrika għal persuni nieqsa li jeħtieġu l-protezzjoni, filwaqt li tiżgura li d-data personali tkun eżatta u protetta kif xieraq. Il-proposta tiddefinixxi salvagwardji estensivi u robusti għall-użu ta’ identifikaturi bijometriċi sabiex jiġi evitat inkonvenjent għal persuni innoċenti.
Il-proposta tirrikjedi wkoll is-sigurtà minn tarf sa tarf tas-sistema, li tiżgura protezzjoni akbar għall-informazzjoni maħżuna fiha. Bl-introduzzjoni ta’ proċedura ċara għall-ġestjoni ta’ inċident, kif ukoll kontinwità tal-operat imtejba għas-SIS, din il-proposta hija kompletament konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. L-iżvilupp u l-effikaċja ssoktata tas-SIS ser jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-persuni fis-soċjetà.
Il-proposta tipprevedi tibdil sinifikanti dwar identifikaturi bijometriċi. Jenħtieġ li barra l-marki tas-swaba, il-marki tal-pala tal-id jinġabru u jinħażnu wkoll jekk ir-rekwiżiti legali jiġu ssodisfati. Ir-reġistri tal-marki tas-swaba huma marbuta ma’ twissijiet alfanumeriċi fis-SIS kif previst fl-Artikoli 26, 32, 34 u 36. Fil-futur għandu jkun possibbli li ssir tfittxija f’din id-data dattilografika (marki tas-swaba’ u marki tal-pala tal-id) permezz ta’ marki tas-swaba’ li jinsabu f’post ta’ reat sakemm ir-reat jikkwalifika bħala reat gravi jew terroriżmu u jista’ jiġi ddikjarat li hemm probabbiltà kbira li jappartjenu lill-awtur. Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi l-ħżin tal-marki tas-swaba’ għall-hekk imsejħa “persuni mfittxija mhux magħrufin” (il-kundizzjonijiet huma deskritti f’dettall fit-Taqsima 5, is-Sottotaqsima “Ritratti, immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA”). Fil-każ ta’ inċertezza dwar l-identità ta’ persuna abbażi tad-dokumenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu tiftixa tal-marki tas-swaba’ kontra l-marki tas-swaba’ maħżuna fil-bażi tad-data tas-SIS.
Il-proposta teħtieġ il-ġbir u l-ħżin ta’ data addizzjonali (bħalma huma dettalji tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni personali) li tiffaċilita l-ħidma tal-uffiċjali fuq il-post biex jistabbilixxu l-identità ta’ persuna.
Il-proposta tiggarantixxi d-dritt tas-suġġett tad-data għal rimedji effettivi disponibbli sabiex jikkontesta kull deċiżjoni, li f’kull każ għandu jinkludi rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT
Is-SIS tikkostitwixxi sistema unika ta’ informazzjoni. Konsegwentement, in-nefqa prevista fi tnejn mill-proposti (dik attwali u l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifika fil-fruntieri) ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala żewġ ammonti separati iżda bħala ammont uniku. L-implikazzjonijiet baġitarji tat-tibdil meħtieġ għall-implimentazzjoni taż-żewġ proposti huma inklużi f’dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva unika.
Minħabba n-natura komplementari tat-tielet proposta (dwar ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment) l-implikazzjonijiet baġitarji huma ttrattati separatament u f’dikjarazzjoni finanzjarja indipendenti li tindirizza biss it-twaqqif ta’ din il-kategorija ta’ twissijiet speċifika.
Abbażi ta’ valutazzjoni tad-diversi aspetti tal-ħidma meħtieġa fir-rigward tan-netwerk, is-SIS Ċentrali mill-eu-LISA u l-iżviluppi nazzjonali fl-Istati Membri, iż-żewġ proposti għal Regolamenti ser jeħtieġu ammont globali ta’ EUR 64;3 miljun għall-perjodu 2018-2020.
Dan ikopri żieda fil-wisa' tal-banda ta’ TESTA-NG minħabba l-fatt li skont iż-żewġ proposti, in-netwerk ser jittrażmetti fajls bil-marki tas-swaba’ u bl-immaġni tal-wiċċ li jeħtieġu throughput u kapaċità ogħla (EUR 9;9 miljun). Ikopri wkoll l-ispejjeż tal-eu-LISA fir-rigward tan-nefqa tal-persunal u dik operattiva (EUR 17,6 miljun). L-eu-LISA informat lill-Kummissjoni li r-reklutaġġ ta’ tliet (3) aġenti kuntrattwali ġodda huwa ppjanat li jseħħ f’Jannar 2018 biex il-fażi ta’ żvilupp tinbeda fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat li l-funzjonalitajiet aġġornati tas-SIS jibdew joperaw fl-2020. Il-proposta attwali tinkludi emendi tekniċi għas-SIS Ċentrali sabiex jiġu estiżi wħud mill-kategoriji eżistenti ta’ twissijiet u jiġu pprovduti funzjonalitajiet ġodda. Id-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta tirrifletti dan it-tibdil.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet studju ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-ispejjeż sabiex jiġu vvalutati l-ispejjeż tal-iżviluppi nazzjonali meħtieġa minn din il-proposta. L-ispiża stmata hija ta’ EUR 36,8 miljun li għandha titqassam permezz ta’ somma f’daqqa lill-Istati Membri. Għalhekk, kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont ta’ EUR 1,2 miljun biex jaġġorna s-sistema nazzjonali tiegħu skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din il-proposta, inkluż għat-twaqqif ta’ kopja nazzjonali parzjali fejn dan ma jkunx għadu l-każ jew għal sistema ta’ backup.
Hemm ippjanat ipprogrammar mill-ġdid tal-bqija tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti sabiex isir it-titjib u jiġu implimentati l-funzjonalitajiet previsti fiż-żewġ proposti. Ir-Regolament tal-Fruntieri FSI huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-fruntieri intelliġenti. L-Artikolu 5 tar-Regolament jipprevedi EUR 791 miljun li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programm għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni ta’ flussi migratorji bejn il-fruntiera esterna taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Mis-EUR 791 miljun imsemmijin hawn fuq, EUR 480 miljun huma riżervati għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Dħul-Ħruġ u EUR 210 miljun għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). L-ammont li fadal ser jintuża parzjalment biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tibdil previst fiż-żewġ proposti dwar is-SIS.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-eu-LISA ser jirrevedu u jimmonitorjaw regolarment l-użu tas-SIS, biex jiżguraw li tkompli taħdem b’mod effettiv u effiċjenti. Il-Kummissjoni ser tkun megħjuna mill-Kumitat SISVIS għall-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u operattivi kif deskritt fil-proposta.
Barra minn hekk, fl-Artikolu 71(7) u (8) dan ir-Regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet għal proċess formali u regolari ta’ reviżjoni u ta’ valutazzjoni.
Kull sentejn, eu-LISA hija mitluba tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tekniku - inkluża s-sigurtà - tas-SIS, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni li tappoġġaha, u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
Barra minn hekk, kull erba’ snin, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq, u taqsam mal-Parlament u mal-Kunsill, valutazzjoni ġenerali tas-SIS u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din se:
teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi;
tivvaluta jekk il-ġustifikazzjoni sottostanti għas-sistema għadhiex valida;
teżamina kif ir-Regolament qed jiġi applikat għas-sistema ċentrali;
tevalwa s-sigurtà tas-sistema ċentrali;
tesplora implikazzjonijiet għat-tħaddim tas-sistema fil-ġejjieni.
Issa l-eu-LISA ġiet inkarigata wkoll sabiex tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar l-użu tas-SIS, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu tas-sistema u l-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Dispożizzjonijiet li huma komuni għal din il-proposta u għall-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-taħriġ u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-verifika fil-fruntieri
Dispożizzjonijiet Ġenerali (l-Artikoli 1 – 3)
Arkitettura teknika u modi kif titħaddem is-SIS (l-Artikoli 4 – 14)
Responsabbiltajiet tal-eu-LISA (l-Artikoli 15 – 18)
Dritt ta’ aċċess u ż-żamma ta’ twissijiet (l-Artikoli 43, 46, 48, 50 u 51)
Regoli ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data u l-protezzjoni tad-data (l-Artikoli 53 – 70)
Monitoraġġ u statistika (l-Artikolu 71)
L-użu minn tarf sa tarf tas-SIS
B’aktar minn żewġ (2) miljun utent finali fl-awtoritajiet kompetenti madwar l-Ewropa kollha, is-SIS hija għodda użata b’mod wiesa’ u effettiva ferm għall-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn il-proposti jinkludu regoli li jkopru l-operat sħiħ minn tarf sa tarf tas-sistema, inkluża s-SIS Ċentrali operata mill-eu-LISA, is-sistemi nazzjonali u l-applikazzjonijiet għall-utenti finali. Ma tindirizzax biss is-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda anke l-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tal-utenti finali.
L-Artikolu 9(2) jispeċifika li l-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom (b’mod partikolari d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa). Tipprovdi wkoll għal pjan ta’ azzjoni komuni għall-implimentazzjoni tas-SIS mill-Istat Membru, sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni fost is-sistemi nazzjonali kollha. L-Artikolu 6 jistabbilixxi li kull Stat Membru għandu jiżgura disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS għall-utenti finali, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji operattivi billi titnaqqas il-possibbiltà ta’ perjodi ta’ qtugħ.
L-Artikolu 10(3) jiżgura li s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data tinkludi wkoll l-attivitajiet marbuta mal-ipproċessar tad-data tal-utent aħħari. L-Artikolu 14 jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persunal li jkollu aċċess għas-SIS jirċievi taħriġ regolari u kontinwu dwar ir-regoli tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data.
Bħala riżultat tal-inklużjoni ta’ dawn il-miżuri, din il-proposta tkopri b’mod aktar komprensiv il-funzjonament sħiħ minn tarf sa tarf tas-SIS, b’regoli u obbligi li jittrattaw il-miljuni ta’ utenti finali madwar l-Ewropa. Sabiex jużaw is-SIS bl-aktar mod effikaċi jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull darba li l-utenti finali tagħhom ikunu intitolati li jwettqu tfittxija fil-bażi tad-data tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni nazzjonali, iwettqu tfittxija parallela fis-SIS. B’hekk is-SIS tkun tista’ tissodisfa l-objettiv tagħha bħala l-miżura ewlenija ta’ kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobilità tal-kriminali. Din it-tfittxija parallela trid tibqa’ konformi mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680.
Kontinwità tan-negozju
Il-proposti jsaħħu d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontinwità tal-operat, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll għall-eu-LISA (l-Artikoli 4, 6, 7 u 15). Dawn jiżguraw li s-SIS tibqa’ funzjonali u aċċessibbli għall-persunal fuq il-post, anki jekk ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw is-sistema.
Il-kwalità tad-data
Il-proposta żżomm il-prinċipju li l-Istat Membru, li huwa l-proprjetarju tad-data, huwa responsabbli wkoll għall-akkuratezza tad-data mdaħħla fis-SIS (l-Artikolu 56). Madankollu, huwa neċessarju li jkun previst mekkaniżmu ċentrali ġestit mill-eu-LISA li jippermetti lill-Istati Membri jirrevedu b’mod regolari dawk it-twissijiet li fihom l-oqsma obbligatorji tad-data jistgħu jqajmu tħassib dwar il-kwalità. Għalhekk l-Artikolu 15 tal-proposta jagħti s-setgħa lill-eu-LISA biex f’intervalli regolari tipproduċi rapporti dwar il-kwalità tad-data lill-Istati Membri. Din l-attività tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ repożitorju tad-data għall-produzzjoni ta’ rapporti statistiċi u dwar il-kwalità tad-data (l-Artikolu 71). Dan it-titjib jirrifletti s-sejbiet interim tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà.
Ritratti, immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA
Il-possibbiltà li jsir tiftix bil-marki tas-swaba’ bl-għan li tiġi identifikata persuna diġà hija stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Il-proposti jagħmlu din it-tfittxija mandatorja jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, it-tibdiliet fl-Artikolu 22 u fl-Artikoli 40, 41 u 42 il-ġodda ser jippermettu li jintużaw immaġni tal-wiċċ, marki tal-pala tal-id u profili tad-DNA sabiex tiġi identifikata persuna, apparti l-użu tal-marki tas-swaba’. Bħalissa, l-immaġni tal-wiċċ jistgħu jintużaw biss biex tiġi kkonfermata l-identità ta’ persuna wara tfittxija alfanumerika, aktar milli jservu bħala l-bażi għal tfittxija. Id-dattilografija tirreferi għall-istudju xjentifiku tal-marki tas-swaba’ bħala metodu ta’ identifikazzjoni. Esperti fid-dattilografija jirrikonoxxu li l-marki tal-pala tal-id għandhom il-karatteristika ta’ uniċità u li fihom punti ta’ referenza li jippermettu tqabbil preċiż u konklużiv daqs il-marki tas-swaba’. Il-marki tal-pala tal-id jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna bl-istess mod li bih jintużaw il-marki tas-swaba’. It-teħid tal-marki tal-pala tal-id flimkien mal-għaxar marki rrumblati u ċatti ta’ persuna ilu prattika tal-pulizija għal għexieren ta’ snin. Hemm żewġ użi ewlenin tal-marki tal-pala tal-id:
i)Skopijiet ta’ identifikazzjoni meta s-suġġett ikun għamel ħsara apposta jew mhux apposta lit-truf tas-swaba’ tiegħu. Dan jista’ jkun permezz ta’ attentat biex jevita l-identifikazzjoni jew li jittiħdulu l-marki tas-swaba’ jew minħabba ħsara kkawżata minn inċident jew xogħol manwali iebes. Matul id-diskussjoni dwar ir-regoli tekniċi tal-AFIS tas-SIS, l-Italja rrapportat suċċess konsiderevoli fl-identifikazzjoni ta’ migranti irregolari li kienu intenzjonalment għamlu ħsara lill-marki tas-swaba’ tagħhom f’tentattiv biex jevitaw l-identifikazzjoni. It-teħid ta’ marki tal-pala tal-id mill-awtoritajiet tal-Italja ppermetta l-identifikazzjoni sussegwenti.
ii)Marki latenti mill-post tad-delitt. Spiss, is-suspettat iħalli traċċi f’post tad-delitt u dawn jirriżultaw li jkunu mill-palma tal-id. Huwa biss permezz tat-teħid ta’ rutina tal-marki tal-pala tal-id, meta persuna jittiħdulha l-marki tas-swaba’ b’mod legali, li jkun jista’ jiġi identifikat is-suspettat. Il-marka tal-pala tal-id normalment ikun fiha dettalji mill-bażi tas-swaba’ li spiss tkun nieqsa mill-marki rromblati u ċatti meħudin, peress li dawn tal-aħħar għandhom tendenza li jkunu kkonċentrati fuq it-truf tas-swaba’ u fuq il-ġogi ta’ fuq.
L-użu ta’ immaġni tal-wiċċ għall-identifikazzjoni għandu jiżgura konsistenza akbar bejn is-SIS u s-Sistema proposta ta’ Dħul/Ħruġ tal-UE, ta’ passaġġi elettroniċi u ta’ kjoskijiet self-service. Din il-funzjonalità ser tkun limitata għall-punti regolari ta’ qsim tal-fruntieri.
F’każijiet li fihom il-marki tas-swaba’ jew il-marki tal-pala tal-id ma jkunux disponibbli, l-Artikolu 22(1)(b) jippermetti li jintużaw profili tad-DNA għal persuni neqsin li jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni, speċjalment it-tfal. Din il-funzjonalità ser tintuża biss fin-nuqqas ta’ marki tas-swaba’ u ser tkun aċċessibbli għall-utenti awtorizzati biss. Għalhekk, din id-dispożizzjoni ser tippermetti għall-użu tal-profili tad-DNA permezz tal-ġenituri jew tal-aħwa tal-persuna/minorenni neqsin sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jidentifikaw u jsibu lill-individwu inkwistjoni. L-Istati Membri diġà jiskambjaw din l-informazzjoni ma’ xulxin f’livell operazzjonali, bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Din il-proposta tifforma qafas regolatorju madwar din il-prattika, billi ddaħħalha fil-bażi leġiżlattiva sostantiva għall-operazzjoni u għall-użu tas-SIS u billi timplimenta proċessi ċari fuq iċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jintużaw it-tali profili.
It-tibdiliet proposti ser jippermettu li jinħarġu twissijiet tas-SIS għal persuni mhux magħrufin b’rabta ma’ reat, fuq il-bażi tal-marki tas-swaba’ jew tal-marki tal-pala tal-id (l-Artikoli 40 - 42). Dawn it-twissijiet jistgħu jinħolqu meta, pereżempju, jiġu skoperti marki tas-swaba’ jew marki tal-pala tal-id latenti fil-post ta’ reat serju u meta jkun hemm raġunijiet importanti għaliex jiġi ssuspettat li l-marki tas-swaba’ jappartjenu lill-awtur ta’ dak ir-reat. Pereżempju, meta l-marki tas-swaba’ jinstabu fuq arma użata fit-twettiq tar-reat jew fuq kull oġġett ieħor użat mill-awtur fil-waqt li wettaq ir-reat. Din il-kategorija l-ġdida ta’ twissijiet tikkomplementa d-dispożizzjonijiet Prüm li jippermettu l-interkonnettività tas-sistemi kriminali nazzjonali ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’. Permezz tal-mekkaniżmu Prüm, Stat Membru jista’ jniedi talba sabiex jiżgura jekk l-awtur ta’ reat li nstabu l-marki tas-swaba’ tiegħu huwiex magħruf f’xi Stat Membru ieħor (normalment għal skopijiet investigattivi). Persuna tista’ tiġi identifikata permezz tal-mekkaniżmu Prüm biss jekk ikunu tteħdulha l-marki tas-swaba’ fi Stat Membru ieħor għal skopijiet kriminali. B'hekk, trasgressuri ġodda ma jistgħux jiġu identifikati. L-iżviluppi f’din il-proposta, jiġifieri l-ħżin ta’ marki tas-swaba’ ta’ persuni mfittxija mhux magħrufin, ser jippermettu sabiex il-marki tas-swaba’ ta’ awtur mhux magħruf jittellgħu fis-SIS sabiex ikun jista’ jiġi identifikat bħala mfittex jekk jinstab fi Stat Membru ieħor. L-użu ta’ din il-funzjonalità jippresupponi li l-Istati Membri jkunu kkonsultaw minn qabel lis-sorsi nazzjonali u internazzjonali kollha disponibbli iżda ma setgħux jikkonfermaw l-identità tal-persuna kkonċernata. Fil-proposta huma inklużi salvagwardji suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li f’din il-kategorija, is-SIS taħżen biss il-marki tas-swaba’ ta’ persuni li fuqhom hemm suspetti kbar li wettqu reat serju jew reat terroristiku. Kif xieraq, l-użu ta’ din il-kategorija l-ġdida ta’ twissijiet jista’ jkun awtorizzat biss f’każijiet li fihom l-awtur mhux magħruf ikun ta’ riskju kbir għas-sigurtà pubblika li jiġġustifika t-tqabbil ta’ dawk il-marki mal-marki tas-swaba’ tal-vjaġġaturi, pereżempju sabiex jiġi evitat li l-persuna taħrab miż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.
Din id-dispożizzjoni ma tippermettix lil utenti finali jdaħħlu marki tas-swaba’ f’din il-kategorija meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-konnessjoni tagħhom mal-awtur. Kundizzjoni oħra ser tkun li l-identità tal-persuna ma tistax tiġi stabbilita bl-użu ta’ xi bażi ta’ data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra li taħżen marki tas-swaba’. Ladarba t-tali marka tas-swaba’ tinħażen fis-SIS, mhijiex ser tintuża sabiex jiġu identifikati persuni li l-identità tagħhom ma tistax tiġi kkonfermata b’modi oħrajn. Jekk din il-verifika turi li l-marki jaqblu potenzjalment, l-Istat Membru għandu jagħmel verifiki ulterjuri mal-marki tas-swaba’ tiegħu, possibbilment bl-involviment ta’ esperti fil-marki tas-swaba’, sabiex jistabbilixxi jekk il-marki tas-swaba’ fis-SIS jappartjenux lil dik il-persuna, u jkun jenħtieġ li jistabbilixxi l-identità tal-persuna. Il-proċeduri huma soġġetti għal-liġi nazzjonali. Identifikazzjoni bħala s-sid ta’ “persuna mftixxija mhux magħrufa” fis-SIS possibbilment twassal għal arrest.
Aċċess għas-SIS
Din is-sottotaqsima tiddeskrivi l-elementi l-ġodda f’termini tad-drittijiet ta’ aċċess għas-SIS fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll tal-Aġenziji tal-UE (utenti istituzzjonali).
L-awtoritajiet nazzjonali - l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni
Sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tas-SIS, il-proposta tagħti aċċess għas-SIS lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-eżaminar tal-kundizzjonijiet u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mad-dħul, mas-soġġorn u mar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri. Din iż-żieda tippermetti l-konsultazzjoni tas-SIS b’rabta ma’ migranti irregolari li ma ġewx ivverifikati fil-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Din il-proposta tiżgura l-istess trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qegħdin jaqsmu l-fruntieri esterni f’punti regolari ta’ qsim tal-fruntiera (u li b’hekk huma soġġetti għal verifiki applikabbli fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi) u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaslu b’mod irregolari fiż-żona Schengen.
Barra minn hekk, din il-proposta tiżgura li l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għal vetturi (l-Artikolu 44), id-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru ser ikollhom aċċess limitat għas-sistema sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, diment li jkunu servizzi governattivi. Dan ser jgħin sabiex tiġi evitata r-reġistrazzjoni tat-trasferimenti msemmijin jekk ikunu nsterqu u mfittxijin fi Stati Membri oħrajn. L-inizjattiva mhijiex ġdida rigward is-servizzi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi peress li l-aċċess tagħhom għas-SIS diġà ġie pprovdut mill-Artikolu 102a tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u mir-Regolament (KE) Nru 1986/2006. Skont l-istess loġika, il-proposta tipprevedi l-aċċess tal-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni tad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru għal twissijiet tas-SIS relatati ma’ dgħajjes u ma’ inġenji tal-ajru.
Utenti istituzzjonali
L-Europol (l-Artikolu 46), il-Eurojust (l-Artikolu 47) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta – kif ukoll it-timijiet tagħha, it-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, u l-membri tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni (l-Artikoli 48 u 49) għandhom l-aċċess għas-SIS u għad-data tas-SIS li jeħtieġu. Ġew stabbiliti salvagwardji xierqa sabiex jiġi żgurat li d-data fis-sistema tkun protetta b’mod xieraq (inkluż ukoll id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 50, li jeħtieġu li dawn il-korpi jistgħu jaċċessaw biss id-data li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom).
Dan it-tibdil jestendi l-aċċess għas-SIS lill-Europol għal twissijiet dwar persuni neqsin, sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mis-sistema fit-twettiq ta’ dmirijietha, u jżid dispożizzjonijiet ġodda li jiżguraw li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll it-timijiet tagħha jkunu jistgħu jaċċessaw is-sistema waqt it-twettiq ta’ operazzjonijiet differenti taħt il-mandat tagħhom biex jgħinu lill-Istati Membri. Fil-kuntest tal-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità u bl-għan li tkompli tissaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-terroriżmu, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-Europol għandhiex tirċievi notifika mis-SIS b’mod awtomatiku meta tinħoloq twissija dwar attività relatata mat-terroriżmu.
Barra minn hekk skont il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser twettaq tfittxijiet fis-SIS permezz tal-ETIAS sabiex tiżgura jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar huwiex suġġett ta’ twissija fis-SIS. Għal dan il-għan l-Unità Ċentrali tal-ETIAS ser ikollha aċċess sħiħ ukoll għas-SIS.
Tibdiliet speċifiċi għat-twissijiet
L-Artikolu 26 jipprevedi li l-Istati Membri jissospendu b’mod temporanju twissijiet għall-arrest (f’każ ta’ operazzjoni jew investigazzjoni kurrenti tal-pulizija), sabiex isiru viżibbli biss għall-Uffiċċji SIRENE iżda mhux għal uffiċjali oħrajn fuq ix-xogħol għal perjodu limitat ta’ żmien. Din id-dispożizzjoni tgħin sabiex jiġi evitat milli operazzjoni kunfidenzjali tal-pulizija għall-arrest ta’ trasgressur ferm imfittex tkun imxekkla minn uffiċjal tal-pulizija li ma jkunx involut fil-kwistjoni.
L-Artikoli 32 u 33 jipprevedu t-twissijiet dwar persuni neqsin. It-tibdiliet f’dawn jippermettu sabiex jinħarġu twissijiet f’każijiet li fihom jitqies li hemm riskju għoli ta’ ħtif mill-ġenitur, u jipprevedu għal kategorizzazzjoni aktar irfinata tat-twissijiet dwar persuni neqsin. Il-ħtif mill-ġenituri spiss isir f’ċirkustanzi ppjanati ferm, bl-intenzjoni ta’ tluq minnufih mill-Istat Membru fejn ikun intlaħaq ftehim dwar l-arranġamenti relatati mal-kustodja. Dawn it-tibdiliet jindirizzaw lakuna potenzjali fil-leġiżlazzjoni attwali li biha t-twissijiet dwar tfal jistgħu jinħarġu biss ladarba jisfaw neqsin. Ser jippermettu lill-awtoritajiet fl-Istati Membri jindikaw it-tfal li huma f’riskju partikolari. Dawn it-tibdiliet ser ifissru li, meta jkun hemm riskju għoli ta’ ħtif imminenti mill-ġenituri, il-gwardji tal-fruntiera u l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jsiru jafu bir-riskju u jkunu jistgħu jeżaminaw b'aktar reqqa ċ-ċirkustanzi li fihom ikun qed jivvjaġġa minorenni f’riskju, filwaqt li jieħdu lill-minorenni f’kustodja protettiva, jekk ikun hemm bżonn. Informazzjoni supplimentari, inkluż dwar id-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti li talbet it-twissija, ser tiġi pprovduta permezz tal-Uffiċċji SIRENE. Il-Manwal SIRENE ser jiġi rivedut kif xieraq. Din it-twissija ser teħtieġ deċiżjoni xierqa tal-awtoritajiet ġudizzjarji li jagħtu kustodja lil wieħed mill-ġenituri biss. Kundizzjoni oħra ser tkun li jrid ikun hemm riskju imminenti ta’ ħtif. L-istatus tat-twissijiet dwar tfal neqsin ser jiġi aġġornat b’mod awtomatiku sakemm dawn ikunu saru adulti, meta applikabbli.
L-Artikolu 34 jippermetti sabiex tiżdied data dwar il-vetturi mat-twissija jekk ikun hemm indikazzjoni ċara li dawn huma marbutin mal-persuna mfittxija.
L-Artikolu 37 jintroduċi forma ġdida ta’ verifika, il-“verifika ta’ inkjesta”. B’mod partikolari, din hija maħsuba sabiex tappoġġja miżuri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra reati serji. Tippermetti lill-awtoritajiet iwaqqfu u jinterrogaw lill-persuna kkonċernata. Hija aktar approfondita mill-verifika diskreta eżistenti, iżda ma tinvolvix il-perkwiżizzjoni tal-persuna u ma twassalx għall-arrest tagħha. Madankollu, tista’ tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri. L-Artikolu 36 huwa emendat ukoll sabiex jirrifletti dan it-tip addizzjonali ta’ verifika.
Din il-proposta tipprevedi li t-twissijiet tas-SIS ikopru dokumenti uffiċjali vojta u karti tal-identità maħruġa (l-Artikolu 36) u vetturi, inklużi dgħajjes u inġenji tal-ajru (l-Artikoli 32, 34) meta dawn ikunu konnessi ma’ twissijiet dwar persuni maħruġin skont dawn l-Artikoli. L-Artikolu 37 huwa emendat sabiex jipprevedi li tittieħed azzjoni fuq il-bażi ta’ dawn it-twissijiet. L-objettiv huwa purament investigattiv peress li ser jippermetti lill-awtoritajiet jindirizzaw sitwazzjonijiet li fihom diversi persuni jkunu qegħdin jużaw dokumenti awtentiċi iżda ta’ persuni li jixxiebhu filwaqt li huma ma jkunux id-detenturi legali.
L-Artikolu 38 jistabbilixxi lista mwessa’ ta’ oġġetti li għalihom jistgħu jinħarġu twissijiet, billi jżid id-dokumenti ffalsifikati, vetturi indipendentement mis-sistema ta’ propulsjoni (jiġifieri elettriċi kif ukoll petrol/diżil, eċċ.), karti tal-flus iffalsifikati, tagħmir informatiku, u partijiet komponenti identifikabbli ta’ vetturi u ta’ tagħmir industrijali. Ma fihx aktar twissijiet dwar il-mezzi tal-ħlas peress li l-effiċjenza ta’ dawk it-twissijiet baqgħet baxxa ħafna u kien rari li pproduċew xi hit.
Sabiex jiġi ċċarat il-proċess li għandu jiġi segwit ladarba jinstab oġġett li jkun soġġett għal twissijiet, l-Artikolu 39 qed jiġi emendat sabiex jiddikjara li l-oġġetti jridu jkunu maqbuda, skont il-liġi nazzjonali, filwaqt li tiġi kkuntattjata l-awtorità li ħarġet it-twissija.
Protezzjoni u sigurtà tad-data
Din il-proposta tiċċara r-responsabbiltà għall-prevenzjoni, għar-rapportar u għar-rispons għal inċidenti li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà jew l-integrità tal-infrastruttura tas-SIS, tad-data tas-SIS jew ta’ informazzjoni supplimentari (l-Artikoli 10, 16 u 57).
L-Artikolu 12 fih dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u t-tiftix f’reġistri li jkun fihom l-istorja ta’ twissijiet.
L-Artikolu 12 jinkludi wkoll dispożizzjonijiet relatati ma’ tfittxijiet skennjati awtomatizzati tal-pjanċi tal-vetturi bil-mutur, billi jintużaw sistemi għar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċi, filwaqt li jobbliga lill-Istati Membri jżommu reġistru ta’ dawn it-tfittxijiet skont il-liġi nazzjonali.
L-Artikolu 15(3) iżomm l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jipprovdi li l-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-ġestjoni kuntrattwali tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inklużi l-kompiti marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit u l-akkwist u t-tiġdid. Dawn il-kompiti ser jiġu trasferiti lill-eu-LISA fit-tieni sett ta’ proposti dwar is-SIS f’Ġunju 2017.
L-Artikolu 21 jestendi l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat jekk każ huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex japplika wkoll għal deċiżjonijiet dwar jekk għandux jiġi estiż il-perjodu ta’ validità ta’ twissija. Xi ħaġa ġdid hija li dan l-Artikolu jeħtieġ ukoll li f’kull ċirkostanza l-Istati Membri joħolqu twissija, skont l-Artikoli 34, 36 u 38 (kif xieraq), dwar dawk il-persuni jew l-oġġetti relatati tagħhom li l-attività tagħhom taqa’ taħt l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Kategoriji ta’ data u pproċessar tad-data
Din il-proposta tespandi t-tipi ta’ informazzjoni (l-Artikolu 20) li tista’ tinżamm fuq il-persuni li għalihom tkun inħarġet twissija, sabiex tikludi wkoll:
jekk il-persuna tkunx involuta f’xi attività li taqa' taħt l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;
kummenti oħrajn relatati mal-persuna; ir-raġuni għat-twissija;
dettalji tan-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali u tal-post tar-reġistrazzjoni tal-persuna;
kategorizzazzjoni tat-tip ta’ każ ta’ persuna nieqsa (twissijiet skont l-Artikolu 32 biss);
dettalji tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar ta’ persuna;
kopja bil-kulur tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-persuna;
profili tad-DNA (iżda biss jekk il-marki tas-swaba’ xierqa għall-identifikazzjoni ma jkunux disponibbli).
L-Artikolu 59 jespandi l-lista ta’ data personali li tista’ tiddaħħal u tiġi proċessata fis-SIS għall-fini tal-ittrattar ta’ identitajiet użati ħażin. Din id-data tista’ tiddaħħal biss bil-kunsens tal-vittma ta’ identità użata ħażin. Din issa ser tinkludi wkoll:
l-immaġni tal-wiċċ.
marki tal-pala tal-id;
dettalji ta’ dokumenti tal-identità;
l-indirizz tal-vittma;
l-ismijiet ta’ missier u ta’ omm il-vittma.
L-Artikolu 20 jipprevedi informazzjoni aktar dettaljata fit-twissijiet. Jinkludi dettalji tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni personali tas-suġġetti tad-data u jippermetti għall-possibbiltà li jiġu kkategorizzati t-tfal neqsin skont l-għajbien tagħhom, bħal minorenni mhux akkumpanjati, ħtif minn ġenituri, minorenni li jaħarbu, eċċ. Dawn huma essenzjali sabiex l-utenti finali jieħdu l-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien għall-protezzjoni ta’ dawn it-tfal. L-informazzjoni mtejba tippermetti l-identifikazzjoni aħjar tal-persuna kkonċernata, u min-naħa l-oħra biex l-utenti finali jieħdu deċiżjoni aktar informata. Għall-protezzjoni tal-utenti finali li jwettqu l-kontrolli, is-SIS ser turi wkoll jekk il-persuna li fir-rigward tagħha tkun inħarġet twissija, taqax taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Il-proposta tagħmilha ċara li l-Istati Membri ma għandhomx jikkupjaw id-data mdaħħla minn Stat Membru ieħor f’fajls tad-data nazzjonali oħra (l-Artikolu 53).
Żamma
Il-perjodu massimu ta’ żamma għal twissija dwar persuni ser jiġi estiż għal ħames snin, ħlief għal twissijiet għal verifiki diskreti, ta’ inkjesta jew speċifiċi li fihom il-perjodu ta’ żamma jibqa’ ta’ sena. L-Istati Membri dejjem jistgħu jistabbilixxu perjodi ta’ skadenza iqsar. It-tul massimu estiż tad-data ta’ skadenza jsegwi l-prattiki nazzjonali ta’ estensjoni tad-data ta’ skadenza jekk twissija ma tkunx għadha ssodisfat l-iskop tagħha filwaqt li l-persuna kkonċernata tkun għadha mfittxija. Barra minn hekk, kien hemm bżonn li s-SIS tiġi allinjata mal-perjodu ta’ żamma pprovdut minn strumenti oħrajn, bħad-Direttiva dwar ir-Ritorn u l-Eurodac. Għall-fini ta’ trasparenza u ta’ ċarezza, hemm bżonn li jkun previst l-istess perjodu ta’ żamma għal twissija dwar il-persuni, ħlief twissijiet maħluqin għal verifiki diskreti, ta’ inkjesta jew speċifiċi. L-estensjoni tal-perjodu ta’ żamma ma jxekkilx l-interess tas-suġġetti tad-data peress li twissija ma tistax tinżamm għal aktar milli hemm bżonn għall-iskop tagħha. Ir-regoli dwar it-tħassir ta’ twissija ġew stabbiliti b’mod espliċitu fl-Artikolu 52. L-Artikolu 51 jistabbilixxi l-perjodu ta’ żmien għar-reviżjoni tat-twissijiet u, b’mod partikolari, jinkludi l-perjodu mnaqqas ta’ żamma għal twissijiet dwar oġġetti. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ħtieġa operazzjonali ta’ żamma ta’ oġġetti għall-perjodu itwal, issa dan tnaqqas għal ħames snin sabiex jiġi konformi mal-perjodu ta’ żamma għal twissijiet relatati ma’ persuni. Madankollu, id-data ta’ skadenza għal dokumenti maħruġin u vojta għadha ta’ 10 snin peress li l-perjodu ta’ validità tad-dokumenti huwa ta’ 10 snin.
Tħassir
L-Artikolu 52 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li taħthom għandhom jitħassru twissijiet, li jwassal għal armonizzazzjoni akbar għal prattiki nazzjonali f’dan il-qasam. L-Artikolu 51 jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għall-persunal tal-Uffiċċju SIRENE sabiex b’mod proattiv iħassar twissijiet jekk ma jirċievi ebda risposta mill-awtoritajiet kompetenti.
Drittijiet għas-suġġetti tad-data biex jaċċessaw id-data, jirrettifikaw data mhux preċiża u jħassru data maħżuna illegalment
Ir-regoli dettaljati dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data baqgħu l-istess peress li r-regoli eżistenti diġà jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni u huma konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2016/680. B’żieda ma’ dan, l-Artikolu 63 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li taħthom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx l-informazzjoni lis-suġġetti tad-data. Dan għandu jkun minħabba waħda mir-raġunijiet elenkati f’dan l-Artikolu, u għandha tkun miżura proporzjonata u neċessarja, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Il-kondiviżjoni ta’ data dwar dokumenti mitlufin, misruqin, invalidati u misapproprjati mal-Interpol
L-Artikolu 63 iżomm bis-sħiħ l-Artikolu 55 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI billi l-kwistjoni dwar l-interoperabilità mtejba bejn it-taqsima tad-dokumenti tas-SIS u l-Bażi ta’ data tal-Interpol dwar Dokumenti Misruqin u Mitlufin ser tiġi indirizzata fil-Komunikazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli u fit-tieni sett ta’ proposti tas-SIS f’Ġunju tal-2017.
L-istatistika
Sabiex tinżamm ħarsa ġenerali lejn kif ir-rimedji qegħdin jaħdmu fil-prattika, l-Artikolu 66 jistabbilixxi dispożizzjoni għal sistema standard tal-istatistika li tipprovdi rapporti annwali dwar l-għadd ta’:
talbiet għal aċċess minn suġġetti tad-data;
talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u għat-tħassir ta’ data maħżuna illegalment;
każijiet quddiem il-qrati;
każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur ir-rikorrent; kif ukoll
osservazzjonijiet dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar twissijiet li jkunu nħolqu mill-Istat li jkun ħareġ it-twissija.
Monitoraġġ u statistika
L-Artikolu 71 jistabbilixxi l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq tas-SIS u l-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi tagħha. Biex isir dan, l-eu-LISA hija inkarigata biex tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar kif tkun qed tintuża s-sistema.
L-Artikolu 71(5) jirrikjedi li eu-LISA tipprovdi r-rapporti statistiċi li tipproduċi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u jippermetti lill-Kummissjoni li titlob rapporti addizzjonali tal-istatistika u dwar il-kwalità relatati ma’ komunikazzjoni fis-SIS u f’SIRENE.
Bħala parti mill-ħidma tal-eu-LISA dwar il-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS, l-Artikolu 71(6) jipprevedi l-ħolqien u l-ospitar ta’ repożitorju ċentrali ta’ data. Dan għandu jippermetti lill-persunal awtorizzat tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-Europol, tal-Eurojust u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li jaċċessa d-data elenkata fl-Artikolu 71(3) sabiex jipproduċi l-istatistika meħtieġa.
2016/0409 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1) it-tieni subparagrafu punt (d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti Nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,
Billi:
(1)Is-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS) tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Is-SIS hija waħda mill-miżuri ewlenin ta’ kumpens li tikkontribwixxi biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi tappoġġja l-kooperazzjoni operattiva bejn il-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji f’materji kriminali.
(2)Is-SIS ġiet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (il-Konvenzjoni ta’ Schengen). L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II) ġie fdat lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI u ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Is-SIS II issostitwiet is-SIS kif maħluqa skont il-Konvenzjoni ta’ Schengen.
(3)Tliet snin wara li bdiet titħaddem is-SIS II, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tas-sistema skont l-Artikoli 24(5), 43(5) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 u 65(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal relatat ġew adottati fil-21 ta’ Diċembru 2016. Ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’dawk id-dokumenti għandhom ikunu riflessi, kif xieraq, f’dan ir-Regolament.
(4)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifika fil-fruntieri jikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(5)Il-fatt li l-bażi leġiżlattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata tikkonsisti minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS tikkostitwixxi sistema waħda unika ta’ informazzjoni li jenħtieġ li taħdem bħala tali. Ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn l-istrumenti għalhekk għandhom ikunu identiċi.
(6)Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, l-arkitettura teknika tagħha u l-iffinanzjar tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-operat u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet, il-kategoriji ta’ data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-għanijiet li għalihom id-data għandha tiddaħħal, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi u regoli ulterjuri dwar l-ipproċessar tad-data.
(7)Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali b’kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-Ewropa, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-operat mingħajr interruzzjoni tagħha fuq livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali. Għalhekk kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kopja parzjali jew sħiħa tal-bażi tad-data tas-SIS u għandu jistabbilixxi sistema ta’ backup tagħha.
(8)Huwa meħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta’ ċerta informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-azzjoni meħtieġa mit-twissijiet. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru (l-Uffiċċji SIRENE), jiżguraw l-iskambju ta’ din l-informazzjoni.
(9)Sabiex jinżamm l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni li għandha tittieħed speċifikata fit-twissijiet, huwa xieraq li jissaħħaħ il-funzjonament tal-Uffiċċji SIRENE billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli, it-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għall-mistoqsijiet li jaslu minn Uffiċċji SIRENE oħra.
(10)It-tmexxija operattiva tal-komponenti ċentrali tas-SIS tiġi eżerċitata minn Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (l-Aġenzija). Sabiex ikun possibbli li l-Aġenzija tiddedika r-riżorsi finanzjarji u personali neċessarji li jkopru l-aspetti kollha tat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kompiti tagħha fid-dettall, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
(11)Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fis-SIS, jenħtieġ li l-Aġenzija ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f’intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri.
(12)Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw reati kriminali, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali tal-istatistika. Kull statistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali.
(13)Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha aktar kategoriji ta’ data li jippermettu lill-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta’ twissija mingħajr telf ta’ ħin. Għalhekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ persuni u sabiex jiġu skoperti identitajiet multipli, jenħtieġ li l-kategoriji ta’ data relatati mal-persuni jinkludu referenza għad-dokument jew għan-numru ta’ identifikazzjoni personali u kopja ta’ tali dokument, fejn disponibbli.
(14)Jenħtieġ li s-SIS ma taħżen ebda informazzjoni użata għat-tiftix ħlief għaż-żamma ta’ reġistri biex jiġi verifikat jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi, għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, għall-awtomonitoraġġ u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-N.SIS, kif ukoll għall-integrità u għas-sigurtà tad-data.
(15)Jenħtieġ li s-SIS tippermetti l-ipproċessar ta’ data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Fl-istess perspettiva, jenħtieġ ukoll li s-SIS tippermetti l-ipproċessar ta’ data dwar individwi li l-identità tagħhom tkun intużat ħażin (sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati mill-identifikazzjoni żbaljata tagħhom), soġġett għal salvagwardji xierqa; b’mod partikolari bil-kunsens tal-individwu kkonċernat u limitazzjoni stretta tal-iskopijiet li għalihom tali data tista’ tiġi pproċessata skont il-liġi.
(16)Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġament tekniku neċessarju sabiex kull darba li l-utenti finali jkunu intitolati jwettqu tfittxija f’bażi tad-data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b’mod parallel fis-SIS skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan għandu jiżgura li s-SIS tiffunzjona bħala l-miżura ewlenija ta’ kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobilità tal-kriminali.
(17)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ data dattilografika u ta’ immaġni tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni. Jenħtieġ li l-użu ta’ immaġni tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni fis-SIS jgħin ukoll biex tiġi żgurata konsistenza fi proċeduri ta’ kontroll fil-fruntieri fejn l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità jeħtieġu l-użu ta’ marki tas-swaba’ u ta’ immaġni tal-wiċċ. Jenħtieġ li t-tiftix permezz ta’ data dattilografika jkun obbligatorju jekk ikun hemm xi dubju dwar l-identità ta’ persuna. L-immaġni tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li jintużaw biss fil-kuntest ta’ kontrolli regolari fil-fruntieri fi kjoskijiet self-service u f’passaġġi elettroniċi.
(18)L-introduzzjoni ta’ servizz awtomatizzat ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ fi ħdan is-SIS tikkomplementa l-mekkaniżmu Prüm eżistenti dwar l-aċċess reċiproku transfruntier onlajn għal bażijiet ta’ data nazzjonali ddeżinjati tad-DNA u għal sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’. Il-mekkaniżmu Prüm jippermetti l-interkonnettività tas-sistemi nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ li bihom Stat Membru jista’ jniedi talba sabiex jara jekk l-awtur ta’ reat li nstabu l-marki tas-swaba’ tiegħu huwiex magħruf f’xi Stat Membru ieħor. Il-mekkaniżmu Prüm jivverifika jekk is-sid tal-marki tas-swaba’ huwiex magħruf f’xi waqt u, għalhekk, jekk l-awtur isirx magħruf f’xi wieħed mill-Istati Membri aktar tard, mhux bilfors li ser jinqabad. It-tiftixa tal-marki tas-swaba’ tas-SIS tippermetti li ssir tiftixa attiva tal-awtur. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jittellgħu l-marki tas-swaba’ ta’ awtur mhux magħruf fis-SIS, diment li s-sid tal-marki tas-swaba’ jkun jista’ jiġi identifikat sa grad għoli ta’ probabilità bħala l-awtur ta’ reat serju jew ta’ att ta’ terroriżmu. B’mod partikolari dan huwa l-każ jekk il-marki tas-swaba’ jinstabu fuq l-arma jew fuq xi oġġett użat għar-reat. Is-sempliċi preżenza ta’ marki tas-swaba’ fix-xena tad-delitt m’għandhomx jitqiesu bħala li jindikaw grad għoli ta’ probabbiltà li l-marki tas-swaba’ huma dawk tal-awtur tar-reat. Jenħtieġ li prekundizzjoni ulterjuri għall-ħolqien ta’ twissija bħal din tkun li l-identità tal-awtur ma tkunx tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ xi bażi ta’ data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra. Jekk din it-tiftixa tal-marki tas-swaba’ twassal li l-marki potenzjalment jaqblu, jenħtieġ li l-Istat Membru jagħmel verifiki ulterjuri mal-marki tas-swaba’ tiegħu, possibbilment bl-involviment ta’ esperti fil-marki tas-swaba’, sabiex jistabbilixxi jekk il-marki tas-swaba’ fis-SIS jappartjenux għal dik il-persuna, u għandu jistabbilixxi l-identità tal-persuna. Jenħtieġ li l-proċeduri jkunu soġġetti għal-liġi nazzjonali. Identifikazzjoni bħala s-sid ta’ “persuna mfittxija mhux magħrufa” fis-SIS tista’ tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-investigazzjoni u tista’ twassal għal arrest diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għal arrest.
(19)Jenħtieġ li tiġi permessa l-verifika tal-marki tas-swaba’ li jinstabu fuq post ta’ reat mal-marki tas-swaba’ maħżuna fis-SIS jekk ikun jista’ jiġi stabbilit bi grad għoli ta’ probabbiltà li jappartjenu lill-awtur tar-reat serju jew tar-reat terroristiku. Reat serju għandu jirreferi għar-reati elenkati fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI filwat li “reat terroristiku” jirreferi għar-reati skont il-liġi nazzjonali msemmija fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI.
(20)Jenħtieġ li jkun possibbli li jiżdied profil tad-DNA f’każijiet li fihom ma jkunx hemm data dattilografika disponibbli, u li għandu jkun aċċessibbli biss għall-utenti awtorizzati. Jenħtieġ li l-profili tad-DNA jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-persuni neqsin li jeħtieġu protezzjoni u, b’mod partikolari, ta’ tfal neqsin, inkluż billi jippermettu li jintużaw profili tad-DNA ta’ ġenituri jew ta’ aħwa sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni. Jenħtieġ li d-data dwar id-DNA ma jkun fiha ebda referenza għall-oriġini razzjali.
(21)Jenħtieġ li s-SIS tinkludi twissijiet dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja u mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni. Minbarra twissijiet, huwa xieraq li jiġi previst l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari li huwa meħtieġ għall-proċeduri ta’ konsenja u ta’ estradizzjoni. B’mod partikolari, id-data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri jenħtieġ li tiġi pproċessata fis-SIS. Minħabba raġunijiet operazzjonali, xieraq li l-Istat emittenti jagħmel twissija eżistenti għall-arrest temporanjament indisponibbli mal-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji meta persuna soġġetta għal Mandat ta’ Arrest Ewropew tkun imfittxija b’mod intensiv u attiv u l-utenti finali mhux involuti fl-operazzjoni konkreta ta’ tiftix għandhom mnejn ixekklu s-suċċess tal-eżitu. L-indisponibilità temporanja tat-tali twissijiet ma għandhiex taqbeż it-48 siegħa.
(22)Jenħtieġ li jkun possibbli li tiżdied mas-SIS traduzzjoni tad-data addizzjonali mdaħħla għall-fini ta’ konsenja taħt il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u għall-fini ta’ estradizzjoni.
(23)Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha twissijiet dwar persuni neqsin sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom jew biex jiġu evitati theddidiet għas-sigurtà pubblika. Jenħtieġ li l-ħruġ ta’ twissija fis-SIS għat-tfal f’riskju ta’ ħtif (jiġifieri sabiex jiġi evitat dannu futur li ma jkunx għadu seħħ bħal fil-każ ta’ tfal li jkunu f’riskju li jinħatfu mill-ġenituri) ikun limitat, u għalhekk xieraq li jkunu previsti salvagwardji stretti u xierqa. F’każijiet ta’ tfal, dawn it-twissijiet u l-proċeduri korrispondenti jenħtieġ li jaqdu l-aħjar interessi tat-tfal fid-dawl tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989.
(24)Jenħtieġ li tkun inkluża azzjoni ġdida għal każijiet ta’ terroriżmu u reati serji suspettati, sabiex persuna li tkun suspettata li tkun wettqet reat serju jew meta jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li ser twettaq reat serju, tkun tista’ titwaqqaf u tiġi interrogata biex tipprovdi l-aktar informazzjoni dettaljata lill-Istat emittenti. Din l-azzjoni l-ġdida ma għandha twassal la għall-perkwiżizzjoni tal-persuna u lanqas għall-arrest tagħha. Madankollu, jenħtieġ li tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni dwar azzjonijiet ulterjuri. Reat serju għandu jirreferi għar-reati elenkati fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI.
(25)Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha kategoriji ġodda ta’ oġġetti ta’ valur għoli, bħal tagħmir elettroniku u tekniku li jista’ jiġi identifikat u mfittex b’numru uniku.
(26)Jenħtieġ li Stat Membru jkun jista’ jżid indikazzjoni ma’ twissija, imsejħa marka (flag), li tindika li l-azzjoni li trid tittieħed abbażi tat-twissija ma tkunx ser tittieħed fit-territorju tiegħu. Meta jinħarġu twissijiet għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja, xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat bħala li qed jidderoga minn jew jipprevjeni l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imniżżlin fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI. Jenħtieġ li d-deċiżjoni li tiżdied marka ma’ twissija tkun ibbażata biss fuq ir-raġunijiet għal rifjut li jinsabu f’dik id-Deċiżjoni Kwadru.
(27)Meta marka tkun żdiedet u jsir magħruf il-post fejn tinsab il-persuna mfittxija għal arrest għal konsenja, il-post li fih tinsab jenħtieġ li dejjem jiġi kkomunikat lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, li tista’ tiddeċiedi li tittrasmetti Mandat ta’ Arrest Ewropew lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI.
(28)Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu rabtiet bejn twissijiet fis-SIS. Il-ħolqien minn Stat Membru ta' rabtiet bejn żewġ twissijiet jew aktar m’għandux ikollu impatt fuq l-azzjoni li trid tittieħed, il-perjodu ta' żamma tagħhom jew id-drittijiet għall-aċċess għat-twissijiet.
(29)Jenħtieġ li t-twissijiet ma jinżammux fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikunu nħarġu. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet differenti involuti fl-ipproċessar ta’ data dwar individwi għal skopijiet differenti, xieraq li l-perjodu ta’ żamma tat-twissijiet dwar persuni jiġi allinjat mal-perjodi ta’ żamma previsti għall-finijiet ta’ ritorn u ta’ soġġorn illegali. Barra minn hekk, l-Istati Membri regolarment jestendu d-data ta’ skadenza tat-twissijiet dwar persuni jekk l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista’ tittieħed fil-perjodu ta’ żmien oriġinali. Għalhekk, il-perjodu ta’ żamma għal twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jkun ta’ massimu ħames snin. Bħala prinċipju ġenerali, twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jitħassru b’mod awtomatiku mis-SIS wara perjodu ta’ ħames snin, ħlief għal twissijiet maħruġin għall-finijiet ta’ verifiki diskreti, speċifiċi u ta’ inkjesta. Dawn għandhom jitħassru wara sena. Jenħtieġ li t-twissijiet dwar oġġetti mdaħħlin għal verifiki diskreti, ta’ inkjesta jew speċifiċi jitħassru b’mod awtomatiku mis-SIS wara perjodu ta’ sena, peress li dejjem ikunu relatati ma’ persuni. Twissijiet dwar oġġetti għas-sekwestru jew għall-użu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali jenħtieġ li jitħassru awtomatikament mis-SIS wara perjodu ta’ ħames snin, peress li wara t-tali perjodu l-probabbiltà li jinstabu hija baxxa ħafna u l-valur ekonomiku tagħhom jonqos b’mod sinifikanti. Jenħtieġ li t-twissijiet dwar dokumenti ta’ identifikazzjoni maħruġin u vojta jinżammu għal 10 snin, peress li l-perjodu ta’ validità tad-dokumenti huwa ta’ 10 snin fi żmien il-ħruġ. Deċiżjonijiet li jinżammu twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrevedu t-twissijiet dwar persuni fiż-żmien il-perjodu definit u jżommu statistika dwar l-għadd ta’ twissijiet dwar persuni li l-perjodu ta’ żamma tagħhom ikun ġie estiż.
(30)Jenħtieġ li d-dħul u l-estensjoni tad-data ta’ skadenza ta’ twissija fis-SIS ikunu soġġetti għar-rekwiżit neċessarju ta’ proporzjonalità, sabiex jiġi eżaminat jekk każ konkret huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex tiddaħħal twissija fis-SIS. Reati skont l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu jikkostitwixxu theddida serja ħafna għas-sigurtà pubblika u għall-integrità tal-ħajja ta’ individwi u għas-soċjetà, u dawn ir-reati huma estremament diffiċli li tipprevjenihom, tindividwahom u tinvestigahom f’żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni fejn it-trasgressuri potenzjali jiċċirkolaw liberament. Meta persuna jew oġġett ikunu mfittxijin b’rabta ma’ dawn ir-reati, dejjem ikun hemm bżonn li tinħoloq it-twissija korrispondenti fis-SIS dwar persuni mfittxijin għal proċedura ġudizzjarja kriminali, dwar persuni jew oġġetti soġġetti għal verifika diskreta, ta’ inkjesta u speċifika kif ukoll dwar oġġetti għas-sekwestru, peress li ebda mezz ieħor ma jkun effettiv daqs din b’rabta ma’ dan l-iskop.
(31)Hemm bżonn li tiġi pprovduta ċarezza dwar it-tħassir tat-twissijiet. Jenħtieġ li twissija tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih iddaħħlet. Meta wieħed iqis il-prattiki diverġenti tal-Istati Membri dwar id-definizzjoni taż-żmien meta twissija tkun tissodisfa l-għan tagħha huwa xieraq li jiġu stipulati kriterji dettaljati għal kull kategorija ta’ twissija biex jiġi determinat meta din għandha titħassar mis-SIS.
(32)L-integrità tad-data tas-SIS hija ta’ importanza ewlenija. Għalhekk, għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà minn tarf sa tarf tad-data. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data għandhom ikunu marbuta bir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar is-sigurtà u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rapportar ta’ inċidenti.
(33)Data pproċessata fis-SIS b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Interpol bil-promozzjoni ta’ skambju effiċjenti ta’ data tal-passaport. Meta data personali tiġi trasferita mis-SIS għall-Interpol, din id-data personali jenħtieġ li tkun soġġetta għal livell ta’ protezzjoni adegwat, iggarantit bi ftehim, li jipprovdi salvagwardji u kondizzjonijiet stretti.
(34)Xieraq li jingħata aċċess għas-SIS lill-awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi, tad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk it-trasferiment huwiex diġà mfittex fi Stat Membru għal sekwestru jew għal verifika. Jenħtieġ li jingħata aċċess dirett lill-awtoritajiet li huma servizzi governattivi. Dan l-aċċess jenħtieġ li jkun limitat għal twissijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti rispettivi u d-dokument ta’ reġistrazzjoni jew il-pjanċa tal-vetturi tagħhom. Kif xieraq, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilljenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament u dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassar.
(35)Għall-ipproċessar ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni ta’ reat serju jew reati terroristiċi, jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali inkluża s-salvagwardja kontra l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2016/680 jenħtieġ li jkomplu jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament fejn ikun meħtieġ.
(36)Ir-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali meta ma tapplikax id-Direttiva (UE)2016/680. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament.
(37)Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680, tar-Regolament (UE) 2016/679 u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jenħtieġ li jkomplu jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament fejn ikun meħtieġ. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol, japplika r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (ir-Regolament dwar il-Europol).
(38)Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja dwar il-protezzjoni tad-data japplikaw għall-ipproċessar tad-data tas-SIS mill-Eurojust, inklużi s-setgħat tal-Korp Konġunt ta’ Kontroll, stabbilit taħt din id-Deċiżjoni, biex jimmonitorja l-attivitajiet tal-Eurojust u r-responsabbiltà għal kull pproċessar illegali ta’ data personali mill-Eurojust. F’każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mill-Eurojust fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru, il-Eurojust ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettilha li ssegwi l-każ.
(39)Fir-rigward tal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li japplikaw għal uffiċjali jew għal impjegati oħrajn li jkunu impjegati u li jkunu qed jaħdmu b’rabta mas-SIS.
(40)Kemm l-Istati Membri kif ukoll l-Aġenzija jeħtieġ li jżommu pjanijiet ta’ sigurtà sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ sigurtà u jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin sabiex kwistjonijiet ta’ sigurtà jiġu indirizzati minn perspettiva komuni.
(41)L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali indipendenti jenħtieġ li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data biex jaċċessaw, jirrettifikaw u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, kif ukoll rimedji sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali.
(42)L-awtoritajiet ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiżguraw li mill-inqas kull erba’ snin isir awditjar tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data fl-N.SIS tagħhom skont standards internazzjonali ta’ awditjar. L-awditjar jenħtieġ li jsir mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza, jew alternattivament jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali jordnaw direttament l-awditjar minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awditur indipendenti jenħtieġ li jibqa’ taħt il-kontroll u responsabbiltà tal-awtorità jew tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali li għalhekk għandhom huma stess jordnaw l-awditjar u jipprovdu skop, kamp ta’ applikazzjoni u metodoloġija definiti b’mod ċar tal-awditjar kif ukoll gwida u superviżjoni dwar l-awditjar u r-riżultati finali tiegħu.
(43)Ir-Regolament (UE) 2016/794 (Ir-Regolament dwar il-Europol) jipprevedi li l-Europol tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-koperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u jipprovdi analiżi u valutazzjonijiet dwar it-theddid. L-estensjoni tad-drittijiet ta’ aċċess tal-Europol għat-twissijiet tas-SIS dwar persuni neqsin jenħtieġ li tkompli ttejjeb il-kapaċità tal-Europol li tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi bi prodotti operazzjonali u analitiċi komprensivi li jikkonċernaw it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inkluż onlajn. Din tikkontribwixxi għall-prevenzjoni aħjar ta’ dawn ir-reati kriminali, għall-protezzjoni ta’ vittmi potenzjali u għall-investigazzjoni tal-awturi. Iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol jibbenefika wkoll minn aċċess ġdid tal-Europol għal twissijiet tas-SIS dwar persuni neqsin, inkluż f’każijiet ta’ trasgressuri sesswali li jivvjaġġaw u abbuż sesswali tat-tfal onlajn, fejn spiss l-awturi jiddikjaraw li għandhom aċċess għal tfal jew jistgħu jiksbu aċċess għal tfal li setgħu ġew irreġistrati bħala neqsin. Barra minn hekk, peress li ċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti tal-Europol għandu rwol strateġiku ewlieni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, għandu jikseb aċċess għal twissijiet dwar persuni li jiġu rifjutati dħul jew residenza fit-territorju ta’ Stat Membru kemm minħabba raġunijiet kriminali kif ukoll minħabba nonkonformità mal-kundizzjonijiet tal-viża u ta’ permanenza.
(44)Sabiex jitnaqqas id-distakk fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar it-terroriżmu, b’mod partikolari dwar ġellieda terroristi barranin – fejn il-monitoraġġ tal-moviment tagħhom huwa kruċjali - l-Istati Membri jenħtieġ li jaqsmu l-informazzjoni dwar attività relatata mat-terroriżmu mal-Europol b’mod parallel mal-introduzzjoni ta’ twissija fis-SIS, kif ukoll hits u informazzjoni relatata. Dan għandu jippermetti li ċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti tal-Europol jivverifika jekk fil-bażi tad-data tal-Europol ikunx hemm xi informazzjoni kuntestwali addizzjonali disponibbli u jipprovdi analiżi ta’ kwalità għolja li tikkontribwixxi għat-tħarbit ta’ netwerks tat-terroriżmu u, fejn possibbli, jiġu evitati l-attakki minnhom.
(45)Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta’ data tas-SIS li jippermettu l-aktar użu komprensiv tas-SIS sakemm jiġu rispettati l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data kif previst f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F’każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mill-Europol fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettilha li ssegwi l-każ.
(46)Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprevedi li l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew lit-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, skjerati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex jikkonsultaw bażijiet ta’data Ewropei, fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operattivi speċifikati fil-pjan operattiv dwar il-kontrolli fil-fruntieri, is-sorveljanza fil-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti bħala parti mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li mhumiex membri tal-persunal ta’ dawk l-aġenziji tal-Unjoni. L-objettiv tal-iskjerament tat-timijiet ta’ Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta, ta’ timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni huwa li jkun previst ir-rinforz tekniku u operattiv għall-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qed jaffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. It-twettiq tal-kompiti assenjati lit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, lit-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u lit-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jeħtieġ aċċess għas-SIS permezz ta’ konnessjoni tal-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mas-SIS Ċentrali. F’każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mit-tim jew mit-timijiet tal-persunal fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni li jagħmel dan mingħand l-Istat Membru ospitanti. Għalhekk għandu jgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jippermettu is-segwitu tal-każ.
(47)Skont il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser twettaq verifiki fis-SIS permezz tal-ETIAS sabiex twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li teħtieġ, fost oħrajn, li jiġi aċċertat jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar huwiex suġġett ta’ twissija fis-SIS. Għal dan l-għan, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ ukoll li jkollha aċċess għas-SIS kemm ikun hemm bżonn sabiex teżegwixxi l-mandat tagħha, jiġifieri għall-kategoriji kollha ta’ twissijiet dwar persuni u twissijiet dwar dokumenti ta’ identifikazzjoni personali vojta u maħruġin.
(48)Minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta’ dettall u l-ħtieġa għal aġġornamenti regolari, ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b’mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, l-aġġornar, it-tħassir u t-tfittix tad-data, il-kwalità tad-data u r-regoli tat-tiftix relatati ma’ identifikaturi bijometriċi, regoli dwar il-kompatibilità u l-prijorità ta’ twissijiet, iż-żieda ta’ marki, ir-rabtiet bejn it-twissijiet, l-ispeċifikazzjoni ta’ kategoriji ta’ oġġetti ġodda fil-kategorija ta’ tagħmir tekniku u elettroniku, l-istabbiliment ta’ data ta’ skadenza tat-twissijiet fil-limitu massimu ta’ żmien u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Għalhekk jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dawn l-aspetti jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' twissijiet jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel ta' applikazzjonijiet nazzjonali.
(49)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-proċedura għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/xxx (verifika fil-fruntieri) jenħtieġ li tkun l-istess.
(50)Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, kull sentejn l-Aġenzija jenħtieġ li tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha, kif ukoll dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ valutazzjoni ġenerali kull erba’ snin.
(51)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta’ sistema konġunta ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari relatata, ma jistgħux, minħabba n-natura tiegħu stess, jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
(52)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiġi żgurat ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u bħala protezzjoni speċjali għal tfal li jistgħu jkunu vittma tat-traffikar jew ta’ ħtif mill-ġenituri filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni ta’ data personali.
(53)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(54)Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen.
(55)L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen.
(56)Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
(57)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa’ fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1 il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE u 2004/860/KE.
(58)Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE.
(59)Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.
(60)Dwar Ċipru u l-Kroazja dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.
(61)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-Irlanda f’dati ddeterminati skont il-proċeduri stipulati fl-istrumenti rilevanti rigward l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen għal dan l-Istat.
(62)L-ispejjeż stmati tal-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tas-SIS u tal-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet ġodda, previsti f’dan ir-Regolament huma inqas mill-ammont li fadal fil-linja baġitarja għall-Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jerġa’ jalloka l-ammont, attribwit għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.
(63)Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE jenħtieġ li jitħassru.
(64)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-[...].
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
L-għan ġenerali tas-SIS
L-għan tas-SIS għandu jkun li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-Unjoni, inkluża ż-żamma ta’ sigurtà pubblika u ta’ politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 u tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-moviment ta’ persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu tal-informazzjoni kkomunikata permezz ta’ din is-sistema.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u l-ipproċessar fis-SIS ta’ twissijiet dwar persuni u oġġetti u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u ta’ data addizzjonali għall-fini ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali.
2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, ipproċessar tad-data ġenerali, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u r-responsabbiltà.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“twissija” tfisser sett ta’ data, inklużi identifikaturi bijometriċi kif imsemmi fl-Artikolu 22 u fl-Artikolu 40, li jiddaħħal fis-SIS li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna jew oġġett bil-għan li tittieħed azzjoni speċifika;
(b)“informazzjoni supplementari” tfisser l-informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tat-twissija maħżuna fis-SIS, iżda marbuta ma’ twissijiet fis-SIS, li trid tiġi skambjata:
(1)sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw jew jinformaw lil xulxin meta jdaħħlu twissija;
(2)wara hit għal tfittxija, sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni adatta;
(3)meta l-azzjoni meħtieġa ma tistax tittieħed;
(4)meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-data fis-SIS;
(5)waqt li tkun qed tiġi trattata l-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissijiet;
(6)meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet ta’ aċċess.
(c)“data addizzjonali” tfisser id-data maħżuna fis-SIS u marbuta ma’ twissijiet fis-SIS li għandha tkun disponibbli minnufih għall-awtoritajiet kompetenti meta persuna li dwarha tkun iddaħħlet data fis-SIS tinstab bħala riżultat ta’ tfittxijiet li jsiru fiha;
(d)“data personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”);
(e)“persuna fiżika identifikabbli” hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-post, identifikatur onlajn jew aktar fatturi speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
(f)“ipproċessar ta’ data personali” tfisser kull attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk le, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
(g)“hit” fis-SIS tfisser:
(1)issir tfittxija mill-utent,
(2)it-tfittxija tiżvela li Stat Membru ieħor ikun daħħal twissija fis-SIS;
(3)id-data dwar it-twissija fis-SIS taqbel mad-data mfittxija; kif ukoll
(4)aktar azzjonijiet huma rikjesti.
(h)“marka” tfisser sospensjoni tal-validità ta’ twissija fil-livell nazzjonali li tista’ tiżdied mat-twissijiet għal arrest, mat-twissijiet għal persuni neqsin u mat-twissijiet għal verifiki diskreti, ta’ inkjesta u speċifiċi, meta Stat Membru jqis li l-għoti ta’ effett lil twissija jkun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu, mal-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma’ interessi nazzjonali essenzjali. Meta t-twissija tiġi mmarkata, ma għandhiex tittieħed l-azzjoni mitluba fuq il-bażi tat-twissija fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.
(i)“Stat Membru li joħroġ il-mandat” tfisser l-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS;
(j)“Stat Membru ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li jieħu jew li jkun ħa l-azzjonijiet meħtieġa wara hit;
(k)“utenti finali” tfisser l-awtoritajiet kompetenti li jfittxu direttament fis-CS-SIS, fl-N.SIS jew f’kopja teknika tagħhom;
(l)“data dattilografika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba’ u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta’ referenza fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta’ persuna;
(m)“reat serju” tfisser ir-reati elenkati fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002;
(n)“reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1-4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002.
Artikolu 4
L-istruttura teknika u l-modi kif għandha titħaddem is-SIS
1.Is-SIS għandha tkun magħmula minn:
(a)sistema ċentrali (is-SIS Ċentrali) magħmula minn:
–funzjoni ta' appoġġ tekniku (is-“CS-SIS”) li jkun fiha d-”database tas-SIS”;
–interfaċċa nazzjonali uniformi (NI-SIS);
(b)sistema nazzjonali (N.SIS) f’kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta’ data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali. L-N.SIS għandu jkun fiha fajl ta’ data (“kopja nazzjonali”), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS kif ukoll backup tal-N.SIS. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali;
(c)infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS (l-“Infrastruttura tal-Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kripotografiku ddedikat għad-data tas-SIS u l-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artikolu 7 (2).
2.Id-data fis-SIS għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata, imħassra u mfittxija permezz tad-diversi N.SIS. Għandu jkun hemm kopja nazzjonali sħiħa disponibbli għall-fini ta’ twettiq ta’ tfittxijiet awtomatiċi fit-territorju ta’ kull Stat Membru li juża kopja bħal din. Il-kopja nazzjonali parzjali għandu jkun fiha tal-anqas id-data elenkata fl-Artikolu 20 (2) dwar l-oġġetti u d-data elenkata fl-Artikolu 20(3) minn (a) sa (v) ta’ dan ir-Regolament rigward twissijiet dwar persuni. M’għandux ikun possibbli li jsir tfittix fil-fajls ta’ data tal-N.SIS ta’ Stati Membri oħrajn.
3.Is-CS-SIS għandha twettaq sorveljanza teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup tas-CS-SIS, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f’każ ta’ difett fis-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu allokai fiż-żewġ siti tekniċi tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(“l-Aġenzija”). Is-CS-SIS jew il-backup tas-CS-SIS jista' jkun fihom kopja addizzjonali tal-bażi tad-data tas-SIS u jistgħu jintużaw simultanjament f’operazzjoni attiva sakemm kull waħda minnhom tkun kapaċi tipproċessa t-tranżazzjonijiet kollha relatati ma’ twissijiet fis-SIS.
4.Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul u għall-ipproċessar ta’ data fis-SIS, inklużi tfittxijiet fil-bażi tad-data tas-SIS. Is-CS-SIS għandha:
(a) tipprovdi aġġornament onlajn tal-kopji nazzjonali;
(b) tipprovdi s-sinkronizzazzjoni u l-koerenza bejn il-kopji nazzjonali u d-database tas-SIS;
(c) tipprovdi t-tħaddim għall-inizjalizzazzjoni u għall-irkupru tal-kopji nazzjonali;
(d) tipprovdi disponibbiltà mingħajr interruzzjoni.
Artikolu 5
Spejjeż
1.L-ispejjeż tat-tħaddim, tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp ulterjuri tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2.Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ħidma magħmula fir-rigward tas-CS-SIS li tiżgura l-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(4).
3.L-ispejjeż għall-istabbiliment, għat-tħaddim għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ kull N.SIS għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat.
KAPITOLI II
RESPONSABBILTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 6
Sistem nazzjonali
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, għat-tħaddim, għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS tiegħu u għall-kollegament tal-N.SIS tiegħu mal-NI-SIS.
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura t-tħaddim kontinwu tal-N.SIS, il-konnessjoni tagħha mal-NI-SIS u d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS lill-utenti finali.
Artikolu 7
L-Uffiċċju N. SIS u l-Uffiċċju SIRENE
1.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (l-Uffiċċju N.SIS), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS tagħha.
Din l-awtorità għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel u għas-sigurtà tal-N.SIS, għandha tiżgura l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għas-SIS u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-funzjonalitajiet kollha tas-SIS jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali b’mod xieraq.
Kull Stat Membru għandu jittrażmetti t-twissijiet tiegħu permezz tal-Uffiċċju N.SIS tiegħu.
2.Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8.
Dawn l-Uffiċċji għandhom jikkoordinaw ukoll il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni li tiddaħħal fis-SIS. Għal dawk l-iskopijiet għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-SIS.
3.L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar l-uffiċċju N.SIS II tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista tagħhom flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 53(8).
Artikolu 8
Skambju ta’ informazzjoni supplimentari
1.Informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u personali meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari. F’każ li l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi tekniċi oħrajn protetti b’mod adegwat għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
2.Informazzjoni supplimentari għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun ġiet trażmessa skont l-Artikolu 61 sakemm ma jinkisibx kunsens minn qabel mill-Istat Membru emittenti.
3.L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b’mod rapidu u effiċjenti, b’mod partikolari billi jwieġbu għal talbiet kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 12-il siegħa wara l-wasla tat-talba.
4.Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2) fil-forma ta’ manwal imsejjaħ il-“Manwal SIRENE”.
Artikolu 9
Konformità teknika u funzjonali
1.Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni fil-pront u effettiva tad-data, meta jkun qed jistabbilixxi l-N.SIS tiegħu kull Stat Membru għandu josserva standard komuni dwar il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-N-SIS tiegħu mas-CS-SIS. Dawn l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi għandhom jiġu adottati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tas-servizzi pprovduti mis-CS-SIS, li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun, permezz tal-aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mal-bażi tad-data tas-SIS, u li tfittxija fil-kopja nazzjonali tagħhom tipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta’ tfittxija fil-bażi tad-data tas-SIS. L-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b’mod partikolari d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa.
Artikolu 10
Sigurtà -L-Istati Membri
1.Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tal-N.SIS tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta’ sigurtà, pjan tal-kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, sabiex:
(a)fiżikament jipproteġi d-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;
(b)jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);
(c)jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (“kontroll tal-mezzi tad-data”);
(d)jipprevjeni li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);
(e)jimpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);
(f)jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data);
(g)jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċedu, jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 66 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);
(h)jiżgura li jkun possibbli li jivverifika u jistabbilixxii lil liema korpi tista' tiġi trażmessa data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);
(i)jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data, meta, minn min u għal liema skop iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);
(j)jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);
(k)jimmonitorja l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern (awtoverifika).
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà dwar l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, inkluża s-sigurtà tal-bini tal-Uffiċċju SIRENE.
3.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà dwar l-ipproċessar tad-data fis-SIS mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 43.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità - l-Istati Membri
Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità lill-persuni u lill-korpi kollha li meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS u bl-informazzjoni supplimentari, skont il-liġi nazzjonali tiegħu. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta’ dawk il-korpi.
Artikolu 12
Żamma ta’ reġistri fil-livell nazzjonali
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess u kull skambju ta’ data personali fis-CS-SIS jiġi rreġistrat fl-N.SIS tagħhom għall-finijiet ta’ verifika dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, għall-fini ta’ monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta’ awtomonitoraġġ u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data.
2.Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja tat-twissija, id-data u l-ħin tal-attività ta’ pproċessar tad-data, id-data użata biex issir tfittxija, referenza għad-data mibgħuta u l-ismijiet tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3.Jekk it-tfittxija ssir permezz ta’ data dattilografika jew permezz ta’ immaġni tal-wiċċ skont l-Artikoli 40, 41 u 42 ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, it-tip ta’ data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-ismijiet kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
4.Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu.
5.Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perjodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
6.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxijiet ikunux skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, mill-awto-monitoraġġ u milli jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawn ir-reġistri sabiex jiżguraw li huma jwettqu l-kompiti tagħhom.
7.Meta l-Istati Membri jwettqu tfittxijiet skennjati awtomatizzati tal-pjanċi tal-vetturi bil-mutur, billi jintużaw sistemi għar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċi, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tat-tfittxijiet skont il-liġi nazzjonali. Il-kontenut ta’ dan ir-reġistru għandu jkun stabbilit permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Meta tinstab data li taqbel mad-data maħżuna fis-SIS, jew ma’ kopja nazzjonali jew teknika tad-data tas-SIS, għandha ssir tiftixa sħiħa fis-SIS sabiex jiġi vverifikat li dawn jaqblu tabilħaqq. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi minn 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal din it-tiftixa sħiħa.
Artikolu 13
Awto-monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u tikkopera, fejn meħtieġ, mal-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni.
Artikolu 14
Taħriġ tal-persunal
Qabel ma jingħata awtorizzazzjoni biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata aċċess għad-data tas-SIS, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu dritt li jaċċessa s-SIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-proċeduri dwar l-ipproċessar tad-data kif stabbilit fil-Manwal SIRENE. Il-persunal għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali rilevanti.
KAPITOLU III
RESPONSABBILTAJIET TAL-AĠENZIJA
Artikolu 15
Tmexxija operattiva
1.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali. L-Aġenzija għandha tiżgura, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li għas-SIS Ċentrali tintuża dejjem l-aħjar teknoloġija disponibbli, bl-użu ta’ analiżi kost-benefiċċji.
2.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
(a)superviżjoni;
(b)sigurtà;
(c)il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;
3.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħrajn kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b'mod partikolari:
(a)kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;
(b)akkwist u tiġdid;
(c)kwistjonijiwr kuntrattwali.
4.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Uffiċċji SIRENE u mal-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE:
(a)il-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-ittestjar;
(b)il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-impatt ta’ tibdil tekniku fejn dan jaffettwa kemm is-SIS kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE.
5.L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta’ kontrolli dwar il-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jiġu ffaċċjati u l-Istati Membri kkonċernati. Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
6.It-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali għandha tinkludi l-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS Ċentrali tinżamm tiffunzjona 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, b’mod partikolari l-ħidma ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji għat-tħaddim mingħajr xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti jinkludu wkoll attivitajiet ta’ ttestjar li jiżguraw li s-SIS Ċentrali u s-sistemi nazzjonali joperaw skont ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Garanzija
1.L-Aġenzija għandha tadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta’ sigurtà, pjan ta’ kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru għas-SIS Ċentrali u għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni sabiex:
(a)fiżikament jipproteġi d-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;
(b)jiċħdu l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);
(c)jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);
(d)jipprevjenu li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);
(e)jimpedixxu l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);
(f)jiżguraw li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data);
(g)joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċedu d-data jew il-faċilitajiet ta’ pproċessar tad-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 64 mingħajr dewmien fuq talba tiegħu (profili tal-persunal);
(h)jiżgura li jkun possibbli li jivverifika u jistabbilixxii lil liema korpi tista' tiġi trażmessa data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);
(i)jiżguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatiċi ta' proċessar tad-data, meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);
(j)jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data, b'mod partikolari b'teknika kriptografika adatta (kontroll tat-trasport);
(k)jikkontrollaw l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar).
2.L-Aġenzija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Artikolu 17
Kunfidenzjalità – L-Aġenzija
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha tapplika regoli adatti ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta’ kunfidenzjalità ta’ standards komparabbli għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament għall-persunal kollu tagħha meħtieġ li jaħdem bid-data tas-SIS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.
2.L-Aġenzija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-kunfidenzjalità fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.
Artikolu 18
Żamma ta’ reġistri f'livell ċentrali
1.L-Aġenzija għandha tiżgura li kull aċċess u l-iskambji kollha ta’ data personali fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 12(1).
2.Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja tat-twissijiet, id-data u l-ħin tad-data trażmessa, it-tip ta’ data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3.Jekk it-tfittxija ssir permezz ta’ data dattilografika jew permezz ta’ immaġni tal-wiċċ skont l-Artikoli 40, 41 u 42 ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, it-tip ta’ data użata biex issir it-tfittxija, referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
4.Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tat-twissijiet għandhom jitħassru wara perjodu ta’ bejn sena u tliet snin wara li jitħassru t-twissijiet.
5.Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perjodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
6.L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ivverifikar dwar it-tfittxija hix skont il-liġi jew le, għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, għall-awto-monitoraġġ, għall-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-CS-SIS, u għall-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom.
KAPITOLU IV
INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU
Artikolu 19
Kampanji ta’ informazzjoni dwar is-SIS
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha regolarment twettaq kampanji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna, l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tagħhom, jippjanaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS.
KAPITOLU V
KATEGORIJI TA’ DATA U MMARKAR
Artikolu 20
Kategoriji ta' data
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jipprevedu għall-ħażna ta’ data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta’ data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istati Membri, kif meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 26, 32, 34, 36 u 38.
2.Il-kategoriji ta’ data għandhom ikunu kif ġej:
(a)informazzjoni dwar persuni li fir-rigward tagħhom inħarġet twissija;
(b)informazzjoni dwar oġġetti msemmija fl-Artikoli 32, 36 u 38.
3.L-informazzjoni dwar il-persuni li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għandha tinkludi biss id-data li ġejja:
(a)kunjom(ijiet);
(b)isem(ismijiet);
(c)isem(ismijiet) fit-twelid;
(d)isem/ismijiet u psewdonomi użati preċedentement;
(e)kull karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx;
(f)post tat-twelid
(g)data tat-twelid;
(h)sess;
(i)nazzjonalità/nazzjonalitajiet;
(j)jekk il-persuna kkonċernata hijiex armata, vjolenti, maħruba jew tkun involuta f’attività kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;
(k)raġuni għat-twissija;
(l)l-awtorità li qed toħroġ it-twissija;
(m)referenza għad-deċiżjoni li wasslet għat-twissija;
(n)azzjoni li għandha tittieħed;
(o)kollegament(i) ma’ twissijiet oħrajn maħruġin fis-SIS skont l-Artikolu 53;
(p)it-tip ta’ reat li għalih tkun inħarġet it-twissija;
(q)In-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ persuna f’reġistru nazzjonali
(r)kategorizzazzjoni skont it-tip ta’ persuna nieqsa (għat-twissijiet imsemmija fl-Artikolu 32 biss);
(s)il-kategorija tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna
(t)il-pajjiż ta’ ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;
(u)in-numru(numri) tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;
(v)id-data ta’ ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;
(w)ritratti u immaġni tal-wiċċ;
(x)profili rilevanti tad-DNA soġġetti għall-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-Regolament;
(y)data daattilografika;
(``)kopja bil-kulur tad-dokument ta’ identifikazzjoni.
4.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
5.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex issir tfittxija tad-data msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Dawn ir-regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tiftix fis-CS-SIS, f’kopji nazzjonali u f’kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 53(2) u għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 21
Proporzjonalità
1.Qabel ma joħorġu twissija u meta jestendu l-perjodu ta’ validità ta’ twissija, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-każ huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed li jistħoqqlu li jiddaħħal twissija fis-SIS.
2.Meta persuna jew oġġett ikunu mfittxijin minn Stat Membru b’rabta ma’ reat li jaqa’ taħt l-Artikoli minn 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-Istat Membru għandu, f’kull ċirkustanza, joħloq it-twissija korrispondenti skont l-Artikolu 34, 36 jew 38, kif xieraq.
Artikolu 22
Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA
1.Id-dħul fis-SIS ta’ data msemmija fl-Artikolu 20(3)(w), (x) u (y) għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)Ritratti, immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA għandhom jiddaħħlu biss wara verifika ta’ kwalità biex jiġi żgurat li jintlaħaq standard minimu ta’ kwalità tad-data.
(b)Profil tad-DNA jista’ jiżdied biss mat-twissijiet previsti fl-Artikolu 32(2)(a) u (c) u biss meta ma jkunx hemm ir-ritratti, l-immaġni tal-wiċċ jew id-data dattilografika xierqa għall-identifikazzjoni disponibbli. Il-profili tad-DNA ta’ persuni li huma axxendenti diretti, dixxendenti jew aħwa tas-suġġett tat-twissija jistgħu jiżdiedu mat-twissija diment li dawn il-persuni kkonċernati jagħtu l-kunsens espliċitu. L-oriġini razzjali tal-persuna ma għandhiex tkun inkluża fil-profil tad-DNA.
2.L-istandards ta’ kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-ħżin tad-data msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 40. L-ispeċifikazzjoni ta’ dawn l-istandards għandha tiġi stabbilita permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni u tiġi aġġornata skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 23
Rekwiżit biex tiddaħħal twissija
1.Twissija dwar persuna ma tistax tiddaħħal mingħajr id-data msemmija fl-Artikolu 20(3)(a), (g), (k), (m), (n) kif ukoll, fejn applikabbli, (p), ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 40.
2.Fejn disponibbli, għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(3).
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-immarkar
1.Fejn Stat Membru jikkonsidra li l-għoti ta’ effett lil twissija mdaħħla skont l-Artikoli 26, 32 jew 36 huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-obbligi internazzjonali tiegħu jew l-interessi nazzjonali essenzjali, dan jista’ sussegwentement jeħtieġ li tiżdied marka mat-twissija bir-riżultat li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittiħidx fit-territorju tiegħu. Il-marka tiżdied mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.
2.Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tiżdied marka ma' twissija maħruġa skont l-Artikolu 26, l-Istati Membri kollha jiġu nnotifikati awtomatikament dwar kull twissija ġdida ta' din il-kategorija bl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.
3.Jekk f’każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru li joħroġ il-mandat jitlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru li jeżegwixxi twissija għandu jeżamina jekk jistax jippermetti li tiġi rtirata l-marka miżjuda fuq talba tiegħu. Jekk l-Istat Membru li jeżegwixxi l-azzjoni jista’ jagħmel dan, hu għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed tista’ ssir minnufih.
Artikolu 25
Immarkar relatat ma’ twissijiet għall-arrest għall-finijiet ta’ konsenja
1.Fejn tapplika d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, marka li tipprevjeni l-arrest għandha tiżdied biss ma’ twissija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja fejn l-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi nazzjonali għall-esekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew tkun irrifjutat l-esekuzzjoni tagħha abbażi ta’ raġuni għal non-esekuzzjoni u fejn tkun inħtieġet iż-żieda tal-marka.
2.Madankollu, fuq it-talba ta’ awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi nazzjonali, jew abbażi ta’ istruzzjoni ġenerali jew f’każ speċifiku, jista’ jkun meħtieġ li tiġi miżjuda marka ma’ twissija għal arrest għall-finijiet ta’ konsenja jekk ikun ovvju li l-esekuzzjoni tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew ser ikollu jiġi rifjutat.
KAPITOLU VI
TWISSIJIET FIR-RIGWARD TA’ PERSUNI MFITTXIJA GĦAL ARREST GĦAL FINIJIET TA’ KONSENJA JEW TA’ ESTRADIZZJONI
Artikolu 26
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu t-twissijiet
1.Data dwar persuni mfittxijin għall-arrest għall-finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxijin għal arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni għandha tiddaħħal fuq it-talba tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija.
2.Data dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja għandha wkoll tiddaħħal abbażi ta’ mandati ta’ arrest maħruġa skont Ftehim konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi abbażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-konsenja ta’ persuni abbażi ta’ mandat ta’ arrest li jipprevedu t-trasmissjoni ta’ tali mandat ta’ arrest permezz tas-SIS.
3.Kull referenza f’dan ir-Regolament għal dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI għandha tinftiehem bħala li tinkludi d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ Ftehim konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi abbażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-konsenja ta’ persuni abbażi ta’ mandat ta’ arrest li jipprevedu għat-trasmissjoni ta’ tali mandat ta’ arrest permezz tas-SIS.
4.Fil-każ ta’ operazzjoni attwali ta’ tiftix u wara l-awtorizzazzjoni tal-awtorità ġudizzjarja rilevanti tal-Istat emittenti, l-Istat emittenti jista’ jagħmel twissija eżistenti għall-arrest maħruġa skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament temporanjament indisponibbli għat-tiftix sabiex din it-twissija ma tkunx tista’ tinstab mill-utent finali u tkun aċċessibbli għall-Uffiċċju SIRENE biss. Din il-funzjonalità għandha tintuża għal perjodu li ma jaqbiżx it-48 siegħa. Madankollu, jekk l-operazzjoni tkun teħtieġ hekk, din tista’ tiġi estiża b’perjodi ulterjuri ta’ 48 siegħa. L-Istati Membri għandhom iżommu statistiki dwar in-numru ta’ twissijiet meta tkun intużat din il-funzjonalità.
Artikolu 27
Data addizzjonali dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja
1.Meta persuna tkun imfittxija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija għandu jdaħħal fis-SIS kopja tal-oriġinal tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew.
2.L-Istat Membru li qed joħroġ it-twissija jista’ jdaħħal kopja ta’ traduzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew f’lingwa uffiċjali waħda oħra jew aktar tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 28
Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja
L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS għal arrest għal finijiet ta’ konsenja għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
Artikolu 29
Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni
1.L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS għal finijiet ta’ estradizzjoni għandu jikkomunika d-data li ġejja lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari:
(a)l-awtorità li ħarġet it-talba għal arrest;
(b)jekk hemm mandat ta’ arrest jew dokument li għandu l-istess effett legali, jew sentenza inforzabbli;
(c)in-natura u l-kassifikazzjoni legali tar-reat;
(d)deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi fejn seħħ ir-reat, inklużi l-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna li għaliha nħarġet it-twissija;
(e)sa fejn hu possibbli, il-konsegwenzi tar-reat;
(f)kull informazzjoni utli jew meħtieġa oħra għall-esekuzzjoni tat-twissija.
2.Id-data elenkata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi kkomunikata fejn id-data msemmija fl-Artikoli 27 jew 28 tkun diġà ġiet ipprovduta u hija kkonsidrata bħala suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tat-twissija mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 30
Konverżjoni ta’ twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni
Meta arrest ma jkunx jista’ jsir jew minħabba li Stat Membru rikjest jirrifjuta milli jagħmel dan skont il-proċeduri dwar l-immarkar stipulati fl-Artikoli 24 jew 25, jew minħabba li, fil-każ ta’ twissija għal arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni, ma tkunx tlestiet investigazzjoni, l-Istat Membru rikjest irid iqis it-twissija bħala waħda għall-finijiet tal-komunikazzjoni tal-inħawi fejn tkun tinsab il-persuna kkonċernata.
Artikolu 31
Esekuzzjoni ta’ azzjoni abbażi ta’ twissija dwar persuna mfittxija għal arrest bil-ħsieb ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni
1.Fejn din id-Deċiżjoni Kwadru tkun tapplika, twissija imdaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 26 flimkien mad-data addizzjonali msemmija fl-Artikolu 27, għandha tikkostitwixxi u jkollha l-istess effett bħal Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġa skont id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI.
2.Fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, twissija imdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 26 u 29 għandu jkollha l-istess forza legali bħal talba għal arrest proviżorju skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957 jew l-Artikolu 15 tat-Trattat tal-Benelux rigward l-Estradizzjoni u Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tas-27 ta’ Ġunju 1962.
KAPITOLU VII
TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN
Artikolu 32
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu t-twissijiet
1.Data dwar persuni neqsin jew persuni oħrajn li jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni jew li l-inħawi fejn jinsabu jeħtieġ li jkunu aċċertati għandha tiddaħħal fis-SIS fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membri li joħroġ it-twissija.
2.Il-kategoriji li ġejjin ta’ persuni nieqsa jistgħu jiddaħħlu:
(a)persuni neqsin li jeħtiġilhom jitqiegħdu taħt protezzjoni
(i) għall-protezzjoni tagħhom stess;
(ii) għall-prevenzjoni ta’ theddid;
(b)persuni neqsin li ma jeħtieġx li jitqiegħdu taħt protezzjoni;
(c)it-tfal f’riskju ta’ ħtif skont il-paragrafu 4.
3.Il-paragrafu 2(a) għandu japplika b’mod partikolari għal tfal u għal persuni li għandhom jiġu internati wara deċiżjoni minn awtorità kompetenti.
4.Twissija dwar minorenni msemmija fil-paragrafu 2(c) għandu jiddaħħal fuq it-talba tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 meta jkun jeżisti riskju konkret u apparenti li l-minorenni jista’ jitneħħa b’mod illegali u imminenti mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ġudizzjarja kompetenti. Fl-Istati Membri li huma parti għall-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u meta ma jkunx japplika r-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fis-SIS tindika f’liema mill-kategoriji msemmijin fil-paragrafu 2 il-persuna nieqsa taqa’. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-data mdaħħla fis-SIS tindika liema tip ta’ każ persuna nieqsa jew vulnerabbli huwa involut. Għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati r-regoli dwar il-kategorizzazzjoni tat-tipi ta’ każijiet u d-dħul tat-tali data permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
6.Erba’ xhur qabel ma minorenni li jkun is-suġġett ta’ twissija skont dan l-Artikolu jsir adult, is-CS-SIS għandha tinnotifika b’mod awtomatiku lill-Istat emittenti li r-raġuni għat-talba u l-azzjoni li trid tittieħed iridu jiġu aġġornati jew inkella trid titħassar it-twissija.
7.Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-vetturi, id-dgħajjes jew l-inġenji tal-ajru jkunu konnessi ma’ persuna li hija s-suġġett ta’ twissija skont il-paragrafu 2, jistgħu jinħarġu twissijiet dwar dawk il-vetturi, id-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru sabiex tinstab il-persuna. F’dawk il-każijiet, it-twissija dwar il-persuna nieqsa u it-twissija dwar l-oġġett għandhom ikunu marbuta skont l-Artikolu 60. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 33
Esekuzzjoni ta’ azzjoni bbażata fuq twissija
1.Fejn persuna msemmija fl-Artikolu 32 tinstab, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, soġġett għall-paragrafu 2, jikkomunikaw il-post fejn tkun qiegħda lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija. Fil-każ ta’ tfal neqsin jew tfal li jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni, l-Istat Membru li jeżegwixxi għandu jikkonsulta minnufih lill-Istat emittenti sabiex jaqbel mingħajr dewmien dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi ssalvagwardjat l-aħjar interess tal-minorenni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 32(2)(a) u (c), jieħdu lill-persuna f’post sigur sabiex iwaqqfuha milli tkompli l-vjaġġ tagħha, jekk ikunu awtorizzati jagħmlu hekk bil-liġi nazzjonali.
2.Il-komunikazzjoni, minbarra dik bejn l-awtoritajiet kompetenti, ta’ data dwar persuna nieqsa li nstabet u li hi maġġorenni għandha tkun soġġetta għall-kunsens ta’ dik il-persuna. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li t-twissija tħassret f’każ li l-persuna rrapportata nieqsa tkun ġiet allokata lill-persuna li rrapportatha nieqsa.
KAPITOLU VIII
TWISSIJIET DWAR PERSUNI MFITTXIJA SABIEX IKUNU JISTGĦU JASSISTU FI PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA
Artikolu 34
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu t-twissijiet
1.Għall-finijiet li jikkomunikaw il-post ta’ residenza jew ta’ domiċilju tal-persuni, l-Istati Membri għandhom, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti, idaħħlu fis-SIS data dwar:
(a)xhieda;
(b)persuni mħarrka jew persuni mfittxija biex jitħarrku biex jidhru quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji b’konnessjoni ma’ proċedimenti kriminali sabiex jagħtu kont ta’ atti li jkunu qed jiġu akkużati bihom;
(c)persuni li jkunu qed jistennew sentenza kriminali jew dokumenti oħrajn b’konnessjoni ma’ proċedimenti kriminali biex jagħtu kont ta’ atti li jkunu qed jiġu pproċessati għalihom;
(d)Persuni li għandhom ikunu nnotifikati b’taħrika biex jirrapportaw sabiex iservu piena li ġġib magħha ċ-ċaħda tal-libertà.
2.Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-vetturi, id-dgħajjes jew l-inġenji tal-ajru jkunu konnessi ma’ persuna li hija s-suġġett ta’ twissija skont il-paragrafu 1, jistgħu jinħarġu twissijiet dwar dawk il-vetturi, id-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru sabiex tinstab il-persuna. F’każijiet bħal dawn, it-twissijiet dwar il-persuna u t-twissija dwar l-oġġett għandhom ikunu marbuta skont l-Artikolu 60. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 35
Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq twissija
Informazzjoni mitluba għandha tiġi kkomunikata lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
KAPITOLU IX
TWISSIJIET DWAR PERSUNI U OĠĠETTI GĦAL VERIFIKI DISKRETI, GĦAL VERIFIKI TA’ INKJESTA JEW GĦAL VERIFIKI SPEĊIFIĊI
Artikolu 36
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu twissijiet
1.Data dwar persuni jew vetturi, inġenji tal-baħar u tal-ajru u kontejners għandha tiddaħħal skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li joħroġ it-twissija, għall-finijiet ta’ verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi skont l-Artikolu 37(4).
2.It-twissija tista’ tinħareġ għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza kriminali u għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika:
(a)fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li persuna għandha l-intenzjoni li tagħmel jew li qed twettaq reat serju, b’mod partikolari r-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI;
(b)meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) tkun neċessarja għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza kriminali ta’ persuna kkundannata b’reat serju, b’mod partikolari r-reati msemmijin fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI; jew
(c)fejn valutazzjoni ġenerali ta’ persuna, b’mod partikolari abbażi ta’ reati kriminali fl-imgħoddi, tagħti raġuni għalfejn wieħed jemmen li dik il-persuna tista’ twettaq ukoll reati serji fil-futur, b’mod partikolari r-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI.
3.Barra minn hekk, tista’ tinħareġ twissija skont il-liġi nazzjonali, fuq it-talba tal-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, fejn hemm indikazzjoni konkreta li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) hija meħtieġa sabiex tipprevjeni theddida serja mill-persuna kkonċernata jew theddid ieħor serju għas-sigurtà nazzjonali interna jew esterna. L-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija skont dan il-paragrafu għandu jkun obbligat jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan. Kull Stat Membru għandu jiddetermina lil liema awtoritajiet għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni.
4.Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-vetturi, id-dgħajjes, l-inġenji tal-ajru u l-kontejners huma konnessi mar-reati serji msemmijin fil-paragrafu 2 jew mat-theddidiet serji msemmijin fil-paragrafu 3, jistgħu jinħarġu twissijiet dwar dawk il-vetturi, id-dgħajjes, l-inġenji tal-ajru u l-kontejners.
5.Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li d-dokumenti uffiċjali vojta jew d-dokumenti tal-identità maħruġin huma konnessi mar-reati serji msemmijin fil-paragrafu 2 jew mat-theddidiet serji msemmijin fil-paragrafu 3, jistgħu jinħarġu twissijiet dwar dawk id-dokumenti, tkun xi tkun l-identità tad-detentur oriġinali tad-dokument tal-identità, jekk jeżistu. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 37
Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq twissija
1.Għall-finijiet ta’ verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi, l-informazzjoni kollha li ġejja jew ftit minnha tista’ tinġabar u tiġi kkomunikata lill-awtorità li tkun qed toħroġ it-twissija meta jitwettqu verifika fil-fruntieri, verifiki tal-pulizija u verifiki doganali jew attivitajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru:
(a)il-fatt li jinstab/tinstab il-persuna, jew il-vettura, id-dgħajsa, l-inġenju tal-ajru, il-kontejner, id-dokument uffiċjali vojt jew il-karta tal-identità maħruġa li għaliha/għalihom inħarġet twissija;
(b)il-post, il-ħin u r-raġuni għall-verifika;
(c)ir-rotta tal-vjaġġ u d-destinazzjoni;
(d)il-persuni li jakkumpanjaw lill-persuna kkonċernata jew lill-okkupanti tal-vettura, tad-dgħajsa jew tal-inġenju tal-ajru jew li jakkumpanjaw lid-detentur tad-dokument uffiċjali vojt jew tad-dokument tal-identità maħruġ li jistgħu jiġu mistennija b’mod raġonevoli li huma assoċjati mal-persuni kkonċernati;
(e)l-identità mikxufa u d-deskrizzjoni personali tal-persuna li tuża d-dokument uffiċjali vojt jew il-karta tal-identità maħruġa li huma s-suġġett tat-twissija;
(f)il-vettura, dgħajsa, inġenju tal-ajru jew kontenitur użati;
(g)l-oġġetti li jinġarru, inklużi d-dokumenti tal-ivvjaġġar;
(h)iċ-ċirkustanzi li fihom instabu l-persuna jew il-vettura, id-dgħajsa, l-inġenju tal-ajru, il-kontejner, id-dokument uffiċjali vojt jew il-karta tal-identità maħruġa.
2.L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
3.Skont iċ-ċirkustanzi operazzjonali u skont il-liġi nazzjonali, verifika diskreta għandha tinvolvi verifika ta’ rutina ta’ persuna jew ta’ oġġett bl-għan li jinġabar kemm jista’ jkun mill-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 1 mingħajr ma tixxekkel in-natura diskreta tal-verifika.
4.Skont iċ-ċirkustanzi operazzjonali u f’konformità mal-liġi nazzjonali, verifika ta’ inkjesta għandha tinvolvi verifika aktar approfondita u interrogazzjoni tal-persuna. Meta l-verifiki ta’ inkjesta ma jkunux awtorizzati mil-liġi ta’ Stat Membru, dawn għandhom jiġu ssostitwiti minn verifiki diskreti f’dak l-Istat Membru.
5.Matul il-kontrolli speċifiċi, persuni, vetturi, inġenji tal-baħar, inġenji tal-ajru, kontejners u oġġetti li jinġarru jistgħu jiġu mfitxijin skont il-liġi nazzjonali għall-finijiet imsemmijin f’dak l-Artikolu 36. It-tfittxijiet għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali. Meta l-verifiki speċifiċi ma jkunux awtorizzati mil-liġi ta’ Stat Membru, dawn għandhom jiġu ssostitwiti minn verifiki ta’ inkjesta f’dak l-Istat Membru.
KAPITOLU X
TWISSIJIET DWAR OĠĠETTI GĦALL-QBID JEW GĦALL-UŻU BĦALA PROVA FI PROĊEDIMENTI KRIMINALI
Artikolu 38
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu t-twissijiet
1.Id-data dwar oġġetti mfittxijin għall-finijiet ta’ qbid għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi jew ta’ użu bħala prova fi proċedimenti kriminali għandha tiddaħħal fis-SIS.
2.Għandhom jiddaħħlu l-kategoriji li ġejjin ta’ oġġetti li jintgħarfu malajr:
(a)vetturi bil-mutur, kif definiti mil-liġi nazzjonali, tkun xi tkun is-sistema ta’ propulsjoni;
(b)trejlers b’piż mingħajr tagħbija li jeċċedi 750 kg;
(c)karavans;
(d)tagħmir industrijali;
(e)dgħajjes;
(f)magni ta’ dgħajjes;
(g)kontejners;
(h)inġenji tal-ajru;
(i)armi tan-nar;
(j)formoli vojta ta’ dokumenti uffiċjali li ġew misruqa, misapproprjati jew mitlufa;
(k)dokumenti tal-identità maħruġin bħal passaporti, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan, permessi ta’ residenza u dokumenti tal-ivvjaġġar li nsterqu, ġew misapproprjati, mitlufa jew invalidati jew li taparsi jkunu dokument bħal dan iżda li fil-fatt ikunu ffalsifikati;
(l)ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u pjanċi tal-vettura li nsterqu, ġew misapproprjati, intilfu, jew ġew invalidati jew taparsi jkunu dokument jew pjanċa ta’ vettura bħal dawn iżda fil-fatt ikunu ffalsifikati;
(m)karti tal-flus (karti rreġistrati) u karti tal-flus iffalsifikati;
(n)tagħmir tekniku, oġġetti tat-teknoloġija tal-informatika u oġġetti identifikabbli minnufih oħrajn ta’ valur għoli;
(o)partijiet komponenti identifikabbli ta’ vetturi bil-mutur;
(p)partijiet komponenti identifikabbli ta’ tagħmir industrijali.
3.Id-definizzjoni ta’ subkategoriji ġodda ta’ oġġett skont il-paragrafu 2(n) u r-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 39
Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq twissija
1.Meta tfittxija tiżvela twissija għal oġġett li nstab, l-awtorità li qabblet iż-żewġ biċċiet ta’ data għandha f’konformità mal-liġi nazzjonali, tissekwestra l-oġġett u tikkuntattja lill-awtorità li ħarġet it-twissija, sabiex jiftiehmu dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Għal dan il-fini, id-data personali tista’ tiġi kkomunikata wkoll skont dan ir-Regolament.
2.L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
3.L-Istat Membru li jkun sab l-oġġett għandu jieħu l-miżuri mitlubin skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
KAPITOLU XI
TWISSIJIET DWAR PERSUNI MFITTXIJIN MHUX MAGĦRUFA GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI SKONT IL-LIĠI NAZZJONALI U T-TIFTIX B’DATA BIJOMETRIKA
Artikolu 40
Twissijiet dwar persuna mfittxija mhux magħrufa għall-apprensjoni skont il-liġi nazzjonali
Fis-SIS tista’ tiddaħħal data dattilografika li ma tkunx relatata ma’ persuni li huma s-suġġett tat-twissijiet. Din id-data dattilografika għandha jew tkun kompluta jew inkella settijiet inkompluti ta’ marki tas-swaba’ jew marki tal-palma tal-id skoperti fil-post tad-delitt investigat, ta’ reat serju u ta’ reat terroristiku u meta jkun jista’ jiġi stabbilit sa grad għoli ta’ probabilità li jappartjenu lill-awtur tar-reat. Id-data dattilografika f’din il-kategorija għandha tinħażen bħala “persuna suspettata mhux magħrufa jew imfittxija” diment li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna billi jużaw xi bażi ta’ data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra.
Artikolu 41
Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq twissija
F’każ li jinstabu hit jew qbil potenzjali mad-data maħżuna skont l-Artikolu 40, l-identità tal-persuna għandha tiġi stabbilita skont il-liġi nazzjonali, flimkien mal-verifika li d-data dattilografika maħżuna fis-SIS tappartjeni lill-persuna. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw billi jużaw informazzjoni supplimentari sabiex jiffaċilitaw l-investigazzjoni puntwali tal-każ.
Artikolu 42
Regoli speċifiċi għall-verifika jew għat-tiftix permezz ta’ ritratti, immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA
1.Ir-ritratti, l-immaġni tal-wiċċ, id-data dattilografika u l-profili tad-DNA għandhom jiġu aċċessati mis-SIS sabiex tiġi vverifikata l-identità ta’ persuna li tkun instabet bħala riżultat ta’ tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS.
2.Id-data dattilografika tista' tintuża wkoll għall-identifikazzjoni ta’ persuna. Data dattilografika maħżuna fis-SIS għandha titfittex biss għal skopijiet ta’ identifikazzjoni jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi aċċertata b’mezzi oħra.
3.Huwa possibbli wkoll li ssir tfittxija fid-data dattilografika maħżuna fis-SIS fir-rigward ta’ twissijiet maħruġa skont l-Artikoli 26, 34(1) b) u d) u skont l-Artikolu 36 billi jintużaw settijiet kompluti jew mhux kompluti ta’ marki tas-swaba’ jew ta’ marki tal-pala tal-id li jkunu nstabu f’postijiet tad-delitt li qed issirilhom investigazzjoni, u fejn ikun jista’ jiġi stabbilit bi grad għoli ta’ probabbiltà li jappartjenu lill-awtur tar-reat sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna bl-użu ta’ xi bażi tad-data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra.
4.Hekk kif dan isir teknikament possibbli, u filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ affidabilità ta’ identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġni tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta’ persuna. Identifikazzjoni bbażata fuq ritratti jew fuq immaġni tal-wiċċ għandha tintuża biss fil-punti regolari tal-qsim tal-fruntieri fejn jintużaw sistemi self-service u sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fil-fruntieri.
KAPITOLU XII
DRITT GĦAL AĊĊESS GĦAT-TWISSIJIET U GĦAŻ-ŻAMMA TAGĦHOM
Artikolu 43
Awtoritajiet li għandhom id-dritt għal aċċess tat-twissijiet
1.Aċċess għal data mdaħħla fis-SIS u d-dritt ta’ tfittxija ta’ tali data direttament jew f’kopja tad-data tas-SIS għandu jkun riżervat għall-awtoritajiet responsabbli għal:
(a)kontroll fil-fruntieri, skont ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen);
(b)kontrolli doganali u mill-pulizija mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat, u l-koordinazzjoni ta’ tali kontrolli mill-awtoritajiet maħtura;
(c)attivitajiet oħrajn ta’ infurzar tal-liġi mwettqa għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u għall-investigazzjoni ta’ reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat;
(d)eżami tal-kundizzjonijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mad-dħul u mas-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, inkluż dwar permessi ta’ residenza u viżi għal soġġorn twil, u għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
2.Id-dritt ta’ aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f’din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inkluż, minn dawk responsabbli mill-bidu ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u minn inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta’ dmirijiethom, kif tipprovdi l-liġi nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni tagħhom.
3.Id-dritt għall-aċċess tad-data mdaħħla fis-SIS u għat-tiftix tat-tali data direttament jista’ jiġi eżerċitat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 1(c) fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti. L-aċċess minn dawn l-awtoritajiet għandu jkun irregolat mil-liġi ta’ kull Stat Membru.
4.L-awtoritajiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 53(8).
Artikolu 44
Awtoritajiet ta' reġistrazzjoni tal-vetturi
1.Is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi, kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, għandu jkollhom aċċess għad-data li ġejja mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 38(2)(a), (b), (c) u (l) ta’ dan ir-Regolament għall-uniku skop ta’ verifika dwar jekk il-vetturi ppreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni nsterqux, ġewx misapproprjati jew intilfux jew humiex imfittxijin bħala evidenza fi proċedimenti kriminali:
(a)data dwar vetturi bil-mutur, kif definiti mil-liġi nazzjonali, tkun xi tkun is-sistema ta’ propulsjoni;
(b)data dwar trejlers b’piż mingħajr tagħbija li jeċċedi s-750 kg u karavans;
(c)data dwar ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u pjanċi tan-numru ta’ vetturi li ġew misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati.
L-aċċess għal din id-data mis-servizzi responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għal vetturi għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.
2.Is-servizzi kif imsemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt għall-aċċess dirett għad-data mdaħħla fis-SIS.
3.Is-servizzi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 li huma servizzi mhux governattivi għandu jkollhom aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS biss permezz tal-intermedjarju ta’ awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament. Din l-awtorità għandu jkollha d-dritt li taċċessa dik id-data direttament u li tgħaddiha lis-servizz ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li s-servizz inkwistjoni u l-impjegati tiegħu huma meħtieġa jirrispettaw kull limitazzjoni dwar l-użu permissibbli ta’ data mgħoddija lilhom mill-awtorità.
4.L-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-aċċess miksub skont dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni lill-pulizija jew lill-awtoritajiet ġudizzjarji mis-servizzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ kull informazzjoni misjuba permezz tal-aċċess għas-SIS li twassal għas-suspett ta’ twettiq ta’ reat kriminali għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 45
L-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni għad-dgħajjes u għall-inġenji tal-ajru
1.Is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jew għall-iżgurar tal-ġestjoni tat-traffiku għad-dgħajjes, inklużi magni ta’ dgħajjes u inġenji tal-ajru għandu jkollhom aċċess għad-data li ġejja mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 38(2) ta’ dan ir-Regolament għall-uniku skop ta’ verifika dwar jekk id-dgħajjes, inklużi l-magni tad-dgħajjes; l-inġenji tal-ajru jew il-kontejners ippreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni jew soġġetti għall-ġestjoni tat-traffiku nsterqux, ġewx misapproprjati jew intilfux jew humiex imfittxijin bħala evidenza fi proċedimenti kriminali:
(a)data dwar dgħajjes;
(b)data dwar magni tad-dgħajjes;
(c)data dwar inġenji tal-ajru.
Soġġetta għall-paragrafu 2, il-liġi ta’ kull Stat Membru għandha tirregola l-aċċess għal dik id-data minn dawk is-servizzi ta’ dak l-Istat Membru. L-aċċess għad-data elenkata minn (a) sa (c) hawn fuq għandu jkun limitat għall-kompetenza speċifika tas-servizzi kkonċernati.
2.Is-servizzi kif imsemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt għall-aċċess dirett għad-data mdaħħla fis-SIS.
3.Is-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1 li huma servizzi mhux governattivi għandu jkollhom aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS biss permezz tal-intermedjarju ta’ awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament. Din l-awtorità għandu jkollha d-dritt li taċċessa d-data direttament u li tgħaddiha lis-servizz ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li s-servizz in kwistjoni u l-impjegati tiegħu jintalbu jirrispettaw kull limitazzjoni fuq l-użu permissibli ta’ data fdata lilhom mill-awtorità pubblika.
4.L-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-aċċess miksub skont dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni ta’ kull informazzjoni li ġiet magħrufa permezz tal-aċċess għas-SIS u li tqajjem suspett ta' reat kriminali mal-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji mis-servizzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun regolata mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 46
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Europol
1.L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għandu jkollha, fil-mandat tagħha, id-dritt ta’ aċċess u ta’ tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS.
2.Fejn tfittxija mill-Europol tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, il-Europol għandha tgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi ddefiniti bir-Regolament (UE) 2016/794.
3.L-użu ta’ informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-SIS huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk l-Istat Membru jagħti l-permess għall-użu ta’ tali informazzjoni, l-immaniġġar tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. L-Europol tista’ tikkomunika biss tali informazzjoni lil terzi pajjiżi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat.
4.L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/794.
5.Il-Europol:
(a)mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 6, il-Europol ma għandhiex tikkollega partijiet mis-SIS u lanqas tittrasferixxi d-data li jkun hemm fiha u li għaliha jkollha aċċess lil xi sistema oħra tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data operata mill-Europol jew fl-Europol u lanqas tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS;
(b)għandha tillimita l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għall-impjegati tal-Europol li jkunu speċifikament awtorizzati;
(c)għandha tadotta u tapplika miżuri previsti fl-Artikoli 10 u 11;
(d)għandha tagħti l-permess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jirrevedi l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta’ aċċess u ta’ tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS.
6.Id-data tista’ tiġi kkupjata biss għal skopijiet tekniċi, dejjem jekk tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex persunal debitament awtorizzat tal-Europol iwettaq tfittxija diretta. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kopji bħal dawn. Il-kopja teknika għandha tintuża għall-iskop ta’ ħżin ta’ data tas-SIS waqt tfittxija f’dik id-data. Ladarba ssir it-tfittxija fid-data din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu interpretati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali tad-data tas-SIS. L-Europol ma għandhiex tikkopja data tat-twissija jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS f’sistemi oħra tal-Europol.
7.Kull kopja, kif imsemmi fil-paragrafu 6, li twassal għal bażi tad-data offlajn tista' tinżamm biss għal perjodu ta’ mhux aktar minn 48 siegħa. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż f’emerġenza sakemm din l-emerġenza tintemm. L-Europol għandha tirrapporta kull tali estensjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
8.L-Europol tista’ tirċievi u tipproċessa informazzjoni supplimentari dwar twissijiet korrispondenti fis-SIS sakemm ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafi minn 2 sa 7 jiġu applikati kif xieraq.
9.Għall-fini ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta’ awtomonitoraġġ u tal-iżgurar tas-sigurtà u tal-integrità xierqa tad-data l-Europol għandha żżomm reġistru ta’ kull aċċess u tfittxija fis-SIS. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma tniżżil jew ikkupjar illegali ta’ xi parti mis-SIS.
Artikolu 47
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Eurojust
1.Il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom, fil-limiti tal-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt għall-aċċess u li jfittxu d-data mdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 26, 32, 34, 38 u 40.
2.F’każ li tfittxija minn membru nazzjonali tal-Eurojust tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, dan għandu jinforma lill-Istat emittenti.
3.Xejn f’dan l-artikolu ma għandu jiġi interpretat li jkollu effett fuq id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ tali data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust jew l-assistenti tagħhom, jew li jkollu effett fuq is-setgħat tal-Korp Konġunt ta’ Kontroll stabbilit skont din id-Deċiżjoni.
4.Għandu jinżamm reġistru ta’ kull aċċess u tfittxija li tkun saret minn membru nazzjonali tal-Eurojust jew minn assistent skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u għandu jinżamm reġistru għal kull użu li jsir mid-data aċċessata minnhom.
5.Ebda parti mis-SIS ma għandha tkun konnessa ma’ xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data operata minn jew fil-Eurojust, u d-data li tinsab fis-SIS li għaliha jkollhom aċċess il-membri nazzjonali jew l-assistenti tagħhom lanqas ma għandha tiġi ttrasferita f’tali sistema tal-kompjuter. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkupjar illegali tad-data fis-SIS.
6.L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għandu jkun limitat għall-membri nazzjonali u l-assistenti tagħhom u ma għandux ikun estiż għall-persunal tal-Eurojust.
7.Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11.
Artikolu 48
Aċċess għad-data tas-SIS mit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, minn timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, u minn membri tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni
1.Skont l-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fil-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u li jfittxu d-data mdaħħla fis-SIS.
2.Il-membri tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS skont il-paragrafu 1 permezz tal-interfaċċa teknika mwaqqfa u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 49(1).
3.Fejn tfittxija minn membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b’dan. Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet jistgħu jaġixxu biss bi tweġiba għal twissija fis-SIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntieri jew ta’ persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.
4.Kull każ ta’ aċċess u kull tfittxija mwettqa minn membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u kull użu li jagħmlu mid-data li jkunu aċċessaw għandu jiġi rreġistrat.
5.L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għandu jkun limitat għal membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u ma għandux jiġi estiż lil xi membru ieħor tat-tim.
6.Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11.
Artikolu 49
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
1.Għall-finijiet tal-Artikolu 48(1) u tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha twaqqaf u żżomm interfaċċa teknika li tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali.
2.Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħhamogħtija lilha mir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollha d-dritt li taċċessa u li tfittex id-data mdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 26, 32, 34, 36 u 38(2) (j) u (k).
3.Fejn verifika mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).
4.Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kull proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ tali data min-naħa tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
5.Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u għandu jiġi rreġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata minnha.
6.Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-ebda parti tas-SIS ma għandha tiġi konnessa ma’ xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data li tkun operata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha, u lanqas ma għandu jsir trasferiment tad-data li tinsab fis-SIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta lil tali sistema. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma t-tniżżil jew l-ikkupjar tad-data fis-SIS.
7.L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11.
Artikolu 50
Ambitu ta' aċċess
L-utenti finali, inkluża l-Europol, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaċċessaw biss id-data li jeħtieġu għall-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 51
Perjodu ta' żamma tat-twissijiet
1.Twissijiet li jiddaħħlu fis-SIS skont dan ir-Regolament għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.
2.Stat Membru li joħroġ twissija għandu, fi żmien ħames snin minn meta jdaħħal it-twissija tiegħu fis-SIS, jirrevedi l-ħtieġa li tinżamm. It-twissijiet maħruġin għall-finijiet tal-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu għal perjodu massimu ta’ sena.
3.Twissijiet dwar dokumenti uffiċjali vojta u dokumenti tal-identità maħruġa li ddaħħlu skont l-Artikolu 38 għandhom jinżammu sa massimu ta’ għaxar snin. Perjodi ta’ żamma iqsar għal kategoriji ta’ twissijiet dwar oġġetti jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri adotatti skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
4.Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perjodi iqsar ta' reviżjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
5.F’każijiet fejn ikun ċar għall-persunal tal-Uffiċċju SIRENE, li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-verifika tal-kwalità tad-data, li twissija dwar persuna tkun laħqet l-għan tagħha u li għandha titħassar mis-SIS, il-persunal għandu jinnotifika lill-awtorità li tkun ħolqot it-twissija biex tressaq din il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-awtorità. L-awtorità għandu jkollha 30 jum kalendarju mill-wasla ta’ din in-notifika biex tindika li it-twissija tħassret jew ser titħassar jew għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tat-twissija. Jekk il-perjodu ta’ 30 jum jiskadi mingħajr tali risposta, it-twissija għandha titħassar mill-persunal tal-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kull kwistjoni rikorrenti f’dan il-qasam lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom.
6.Fil-perjodu ta’ reviżjoni, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija jista’, wara valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tkun reġistrata, jiddeċiedi li jżomm it-twissija għal aktar żmien jekk dan jirriżulta neċessarju għall-finijiet li għalihom tkun inħarġet it-twissija. F'dan il-każ il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kull estensjoni tat-twissija għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.
7.It-twissijiet għandhom jitħassru awtomatikament wara l-perjodu ta’ reviżjoni msemmi fil-paragrafu 2 ħlief meta l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija ikun informa lis-CS-SIS dwar l-estensjoni tat-twissija skont il-paragrafu 6. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri dwar tħassir skedat ta’ data mis-sistema erba’ xhur minn qabel.
8.L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta’ twissijiet li għalihom il-perjodu ta’ żamma tagħhom ikun ġie estiż skont il-paragrafu 6.
KAPITOLU XIII
TĦASSIR TA’ TWISSIJIET
Artikolu 52
Tħassir ta’ twissijiet
1.It-twissijiet għall-arrest għal skopijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni skont l-Artikolu 26 għandhom jitħassru ladarba l-persuna tkun ġiet ċeduta jew estradita lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti. Jistgħu jitħassru wkoll meta d-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha kienet ibbażata t-twissija tkun ġiet revokata mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skont il-liġi nazzjonali.
2.It-twissijiet għal persuni neqsin għandhom jitħassru skont ir-regoli li ġejjin:
(a)Rigward tfal neqsin, skont l-Artikolu 32, twissija għandha titħassar malli:
–jiġi solvut il-każ, bħal meta l-minorenni jkun ġie ripatrijat jew meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li jeżegwixxi jkunu ħadu deċiżjoni dwar it-tħaris tal-minorenni);
–tiskadi twissija skont l-Artikolu 51;
–tinħareġ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti. jew
–jinstab il-minorenni.
(b)
Rigward adulti neqsin skont l-Artikolu 32, meta ma tintalab ebda miżura protettiva, , twissija għandha titħassar malli:
–tiġi eżegwita l-azzjoni li għandha tittieħed (il-lokalità ta’ soġġorn aċċertata mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni);
–tiskadi twissija skont l-Artikolu 51; jew
–tinħareġ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
(c)
Rigward adulti neqsin meta jintalbu miżuri protettivi, skont l-Artikolu 32, twissija għandha titħassar malli:
–titwettaq l-azzjoni li għandha tittieħed (persuna li titqiegħed taħt protezzjoni);
–tiskadi t-twissija skont l-Artikolu 51; jew
–tinħareġ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
Soġġett għal-liġi nazzjonali, meta persuna tkun ġiet internata wara deċiżjoni minn awtorità kompetenti, twissija tista’ tinżamm sakemm dik il-persuna tiġi ripatrijata.
3.It-twissijiet dwar persuni mfittxijin għal proċedura ġudizzjarja għandhom jitħassru skont ir-regoli li ġejjin:
Rigward twissijiet fuq persuni mfittxijin għal proċedura ġudizzjarja skont l-Artikolu 34, twissija għandha titħassar malli:
(a)il-komunikazzjoni dwar il-lokalità ta’ soġġorn tal-persuna lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti. Meta ma tkunx tista’ tittieħed azzjoni fuq l-informazzjoni mgħoddija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat emittenti għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jeżegwixxi sabiex isolvi l-problema;
(b)tiskadi t-twissija skont l-Artikolu 51; jew
(c)tinħareġ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
Meta tinstab hit fi Stat Membru u d-dettalji tal-indirizz jingħaddew lill-Istat emittenti u hit sussegwenti f’dak l-Istat Membru turi l-istess dettalji tal-indirizz, il-hit għandha tiġi rreġistrata fl-Istat Membru li jeżegwixxi iżda la d-dettalji tal-indirizz u lanqas is-supplimentari ma għandhom jintbagħtu lill-Istat emittenti. F'każijiet bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Istat emittenti dwar ir-riżultati ripetuti, u l-Istat Membru emittenti jqis il-ħtieġa li tinżamm it-twissija.
4.It-twissijiet dwar verifiki diskreti, ta’ inkjesta u speċifiċi għandhom jitħassru skont ir-regoli li ġejjin:
Rigward twissijiet dwar verifiki diskreti, ta’ inkjesta u speċifiċi skont l-Artikolu 36, twissija għandha titħassar malli:
(a)tiskadi t-twissija skont l-Artikolu 51;
(b)tittieħed deċiżjoni għat-tħassir mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
5.It-twissijiet dwar oġġetti għal sekwestru jew għal użu bħala evidenza għandhom jitħassru skont ir-regoli li ġejjin:
Rigward it-tħassir ta’ twissijiet dwar oġġetti għal sekwestru jew għal użu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali skont l-Artikolu 38, twissija għandha titħassar malli:
(a)l-oġġett jiġi ssekwestrat jew tittieħed miżura ekwivalenti ladarba jkun sar l-iskambju ta’ segwitu neċessarju tal-informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċju SIRENE jew inkella malli l-oġġett isir is-suġġett ta’ proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva oħra;
(b)tiskadi t-twissija; jew
(c)tittieħed deċiżjoni għat-tħassir mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
6.It-twissijiet dwar persuni mfittxijin mhux magħrufin skont l-Artikolu 40 għandhom jitħassru skont ir-regoli li ġejjin:
7.(a)l-identifikazzjoni tal-persuna; jew
8.(b)l-iskadenza tat-twissija.
KAPITOLU XIV
REGOLI ĠENERALI GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
Artikolu 53
L-ipproċessar tad-data tas-SIS
1.L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data msemmija fl-Artikolu 20 biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta’ twissija imsemmija fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 38 u 40.
2.Id-data tista' tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, dment li tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 43 iwettqu tfittxija diretta. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kopji bħal dawn. Stat Membru ma għandux jikkopja data tat-twissija jew data addizzjonali mdaħħla minn Stat Membru ieħor mill-N.SIS tiegħu jew mis-CS-SIS f’fajls nazzjonali oħra ta’ data.
3.Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal bażijiet ta' data offlajn jistgħu jinżammu biss għal perjodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż f’każ ta’ emerġenza sakemm tintemm l-emerġenza.
4.L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta’ dawn il-kopji, jagħmlu dak l-inventarju disponibbli għall-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom, u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 10, jiġu applikati fir-rigward ta’ dawn il-kopji.
5.L-aċċess għal tali data għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 43 u lill-persunal debitament awtorizzat.
6.Fir-rigward tat-twissijiet stabbiliti fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 38 u 40 ta’ dan ir-Regolament, kull ipproċessar ta’ informazzjoni li tinsab fih għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom iddaħħlet fis-SIS għandu jkun relatat ma’ każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa tal-prevenzjoni ta’ theddida imminenti gravi għall-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, abbażi ta’ raġunijiet gravi ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ reat serju. Għal dan l-għan għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.
7.Kull użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi minn 1 sa 6 għandu jitqies bħala użu ħażin skont il-liġi ta' kull Stat Membru.
8.Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu direttament fid-data li tinsab fis-SIS skont dan ir-Regolament, kif ukoll kull tibdil fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f’liema data tista’ tagħmel tiftix u għal liema finijiet. L-Aġenzija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9.Sakemm id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, għandha tapplika l-liġi ta’ kull Stat Membru għad-data mdaħħla fl-N.SIS tiegħu.
Artikolu 54
Data tas-SIS u fajls nazzjonali
1.L-Artikolu 53(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu tas-SIS data li fir-rigward tagħha ttieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perjodu massimu ta’ tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perjodu ta’ żamma itwal.
2.L-Artikolu 53(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu d-data li tinsab fi twissija partikolari maħruġa fis-SIS minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 55
Informazzjoni f’każ ta’ non-eżekuzzjoni ta’ twissija
Jekk azzjoni mitluba ma tistax titwettaq, l-Istat Membru mitlub ghandu jinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija.
Artikolu 56
Kwalità tad-data proċessata fis-SIS
1.Stat Membru li jkun qed joħroġ twissija għandu jkun responsabbli li jassigura li d-data hi eżatta, aġġornata u hi mdaħħla fis-SIS b'mod legali.
2.L-Istat Membru li jkun ħareġ twissija biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid ma', jikkoreġi, jaġġorna jew iħassar data li jkun daħħal hu.
3.Jekk Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jkollu evidenza li tissuġġerixxi li oġġett mid-data tkun fattwalment inkorretta jew tkun inħażnet illegalment, għandu, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplementari, jinforma lill-Istat emittenti kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li jkun sar jaf b’din l-evidenza. l-Istat emittenti għandu jiċċekkja l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien l-oġġett inkwistjoni.
4.Meta fi żmien xahrejn mill-mument meta l-evidenza tkun ġiet l-ewwel żvelata l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, kif deskritt fil-paragrafu 3, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ it-twissija għandu jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali kkonċernati għal deċiżjoni.
5.L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplementari meta persuna tilmenta li mhijiex il-persuna mfittxija fit-twissija. Jekk l-eżitu tal-verifika juri li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, il-persuna li tilmenta għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 59.
6.Fejn persuna tkun diġà s-suġġett ta' twissija fis-SIS, Stat Membru li jdaħħal twissija ulterjuri għandu jilħaq qbil dwar id-dħul tat-twissija mal-Istat Membru li jkun daħħal l-ewwel twissija. Il-qbil għandu jintlaħaq abbażi tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.
Artikolu 57
Inċidenti relatati mas-Sigurtà
1.Kull każ li għandu impatt jew li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS u li jista’ jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta’ data fis-SIS għandu jitqies bħala inċident relatat mas-sigurtà, speċjalment fejn seta’ kien hemm aċċess għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa.
2.Inċidenti relatati mas-sigurtà għandhom jiġu mmaniġġjati sabiex jiġi żgurat rispons mgħaġġel, effettiv u xieraq.
3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali dwar inċidenti relatati mas-sigurtà. L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti relatati mas-sigurtà.
4.L-Istati Membri għandhom jingħataw informazzjoni rigward inċident relatat mas-sigurtà li għandu impatt jew li jista’ jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fl-Aġenzija jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, u din għandha tiġi rrapportata f’konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta’ inċidenti pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 58
Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili
Fejn, meta tiddaħħal twissija ġdida, jidher li diġà hemm persuna fis-SIS bl-istess element ta’ deskrizzjoni tal-identità, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
(a)l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-awtorità li jkun qed jagħmel it-talba biex jiċċara jekk it-twissija hijiex dwar l-istess persuna jew le;
(b)meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tat-twissija l-ġdida u l-persuna diġà fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu twissijiet multipli kif imsemmi fl-Artikolu 56(6). Jekk l-eżitu tal-verifika huwa li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex tiddaħħal twissija oħra billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kull identifikazzjoni żbaljata.
Artikolu 59
Data addizzjonali sabiex jiġu ttrattati l-identitajiet użati ħażin
1.Fejn tista’ tqum konfużjoni bejn il-persuna li fil-fatt kienet maħsuba bħala s-suġġett ta’ twissija u persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin, l-Istat emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu ta’ dik il-persuna, iżid mat-twissija data relatata ma’ din tal-aħħar sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta’ identifikazzjoni żbaljata.
2.Id-data relatata ma’ persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin għandha tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:
(a)biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha intużat ħażin u l-persuna attwalment intenzjonata bħala s-suġġett tat-twissija;
(b)biex il-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin tkun tista’ tipprova l-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha ntużat ħażin.
3.Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, id-data personali li ġejja biss tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS:
(a)kunjom(ijiet);
(b)isem(ismijiet);
(c)isem(ismijiet) fit-twelid;
(d)ismijiet użati qabel u kull psewdonimu possibbilment imdaħħal separatament;
(e)kull karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika mhux soġġetta għal bidla;
(f)post tat-twelid
(g)data tat-twelid;
(h)sess;
(i)ritratti u immaġni tal-wiċċ;
(j)marki tas-swaba';
(k)nazzjonalità/nazzjonalitajiet;
(l)il-kategorija tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna
(m)il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna
(n)in-numru(i) tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna
(o)id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna
(p)l-indirizz tal-vittma;
(q)l-isem ta’ missier il-vittma;
(r)l-isem ta’ omm il-vittma
4.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata d-data msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
5.Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin li fih titħassar it-twissija korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna titlob hekk.
6.Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għat-twissija korrispondenti biss jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3. Huma jistgħu jagħmlu dan għall-iskop uniku li jevitaw identifikazzjoni żbaljata.
Artikolu 60
Rabtiet bejn twissijiet
1.Stat Membru jista’ joħloq rabta bejn it-twissijiet li jdaħħal fis-SIS. L-effett ta’ tali rabtiet għandu jkun li tiġi stabbilita relazzjoni bejn żewġ twissijiet jew aktar.
2.Il-ħolqien ta’ rabta m’għandux jaffettwa l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta’ kull twissija marbuta jew il-perjodu ta' konservazzjoni ta’ kull wieħed mit-twissijiet marbutin.
3.Il-ħolqien ta’ rabtiet m’għandux jaffettwa d-drittijiet għal aċċess previsti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet mingħajr dritt għal aċċess għal ċerti kategoriji ta’ twissijiet m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw ir-rabtiet ma’ twissija li m’għandhomx aċċess għaliha.
4.Stat Membru għandu joħloq rabta bejn it-twissijiet fejn ikun hemm ħtieġa operattiva.
5.Meta Stat Membru jqis li l-ħolqien ta’ rabta minn Stat Membru ieħor bejn twissijiet ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew ma’ obbligi internazzjonali, hu jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm ebda aċċess għar-rabta mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu barra mit-territorju tiegħu.
6.Ir-regoli tekniċi għar-rabta ta’ twissijiet għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
Artikolu 61
Skop u perjodu ta' żamma ta’ informazzjoni supplimentari
1.L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għal twissija fl-Uffiċċju SIRENE biex jappoġġjaw l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
2.Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta’ informazzjoni skambjata, għandha tinżamm biss għal dak iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ingħatat. F'kull każ, għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS.
3.Il-paragrafu 2 m'għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma’ twissija partikolari li dak l-Istat Membru kien ħareġ jew ma’ twissija marbuta ma’ azzjoni li tkun ittieħdet fuq it-territorju tiegħu. Il-perjodu li għalih tali data tista’ tinżamm f’tali fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 62
Trasferiment ta' data personali lil partijiet terzi
Data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 63
Skambju ta’ data mal-Interpol dwar passaporti misruqa, misapproprjati, mitlufa jew invalidati
1.B’deroga mill-Artikolu 62, in-numru tal-passaport, il-pajjiż tal-ħruġ u t-tip ta’ dokument ta’ passaporti misruqa, misappropjati, mitlufa jew invalidati mdaħħla fis-SIS II jistgħu jiġu skambjati ma’ membri tal-Interpol billi tiġi stabbilita konnessjoni bejn is-SIS u d-database tal-Interpol dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa jew nieqsa, soġġett għall-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Interpol u l-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim għandu jipprovdi li t-trasmissjoni ta’ data mdaħħla minn Stat Membru għandha tkun soġġetta għall-kunsens ta’ dak l-Istat Membru.
2.Il-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprevedi li d-data kondiviża għandha tkun aċċessibbli biss għal membri tal-Interpol minn pajjiżi li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ data personali. Qabel ma jikkonkludi dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jfittex l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni ta’ data personali u r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali mill-Interpol u minn pajjiżi li ddelegaw membri lill-Interpol.
3.Il-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jipprevedi wkoll aċċess permezz tas-SIS għall-Istati Membri għal data mid-database tal-Interpol dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa jew neqsin, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din Deċiżjoni li jirregolaw twissijiet dwar passaporti misruqa, misapproprjati, mitlufa jew invalidati mdaħħla fis-SIS.
KAPITOLU XV
PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 64
Leġiżlazzjoni applikabbli
1.Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.
2.Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali sakemm ma japplikawx id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.
3.Għall-ipproċessar ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali inkluż is-salvagwardja kontra l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.
Artikolu 65
Dritt ta’ aċċess, ta’ rettifika ta’ data mhux eżatta u ta’ tħassir ta’ data maħżuna illegalment
1.Id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom imdaħħla fis-SIS u li jeżiġu li tali data tiġi rettifikata jew imħassra għandu jiġi eżerċitat skont il-liġi tal-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dan id-dritt.
2.Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għandha tiddeċiedi jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi kkomunikata u b’liema mezzi.
3.Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jista' jikkomunika informazzjoni dwar tali data biss jekk ikun l-ewwel ta, lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, opportunità biex jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Dan għandu jsir permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
4.Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jikkomunikax l-informazzjoni lis-suġġett tad-data, kollha kemm hi jew parzjalment, skont il-liġi nazzjonali, sal-punt li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:
(a)ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
(b)ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;
(c)tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
(d)tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;
(e)jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.
5.Kull persuna għandha d-dritt li tiġi rrettifikata data dwarha li fattwalment ma tkunx eżatta jew li titħassar data dwarha li tkun inħażnet illegalment.
6.L-individwu kkonċernat għandu jiġi informat kemm jista’ jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha japplika għal aċċess jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.
7.Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta’ rettifika u ta’ tħassir kemm jista’ jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tapplika għal rettifika jew tħassir jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.
Artikolu 66
Rimedji
1.Kull persuna tista’ tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew l-awtorità kompetenti taħt il-liġi ta’ kull Stat Membru biex taċċessa, tirrettifika, tħassar jew tikseb informazzjoni jew biex tikseb kumpens b’konnessjoni ma’ twissija li tkun tirrigwardaha.
2.L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinforzaw id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 70.
3.Sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali konsistenti dwar il-funzjonament ta’ rimedji, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżviluppaw sistema ta’ statistika standard għar-rappurtar annwali dwar:
(a)l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess mis-suġġetti ppreżentati lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;
(b)l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess mis-suġġetti ppreżentati lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali u l-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;
(c)l-għadd ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun ġiet irrettifikata jew imħassra;
(d)l-għadd ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment ippreżentata lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali;
(e)l-għadd ta’ każijiet li jinstemgħu quddiem il-qrati;
(f)l-għadd ta’ każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur ir-rikorrent f'kull aspett tal-każ;
(g)kull osservazzjoni dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar twissijiet li jkunu nħolqu mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.
Ir-rapporti mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jintbagħtu lill-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 69.
Artikolu 67
Superviżjoni tal-N.SIS
1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura f’kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw b’mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom u t-trażmissjoni tagħha mit-territorju tagħhom, u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta’ informazzjoni supplimentari.
2.L-awtorità nazzjonali ta’ kontroll għandha tiżgura li mill-inqas kull erba’ snin issir verifika tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data fl-N.SIS skont standards ta’ verifika internazzjonali. L-awditjar għandu jew isir mill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali, jew l-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jordnaw direttament l-awditjar minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom f’kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali ta' kontroll ikollha riżorsi biżżejjed biex twettaq il-kompiti fdati lilha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 68
Is-superviżjoni tal-Aġenzija
1.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-Aġenzija jsiru skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001għandhom japplikaw kif xieraq.
2.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li mill-inqas kull erba’ snin isir awditjar tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-Aġenzija skont standards internazzjonali tal-awditjar. Rapport dwar dan l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.
Artikolu 69
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1.L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni kkoordinata tas-SIS.
2.Huma għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-awditjar u ta’ spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw problemi li joħorġu mill-eżerċizzju ta’ sorveljanza indipendenti jew permezz tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data, skont kif ikun meħtieġ.
3.Għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679. L-ispejjeż u s-servizzi ta’ appoġġ ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta’ ħidma ulterjuri b’mod konġunt skont il-bżonn.
4.Kull sentejn il-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 għandu jibgħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet fir-rigward ta’ sorveljanza kkoordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
KAPITOLU XVI
RESPONSABBILITÀ
Artikolu 70
Responsabbiltà
1.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kull ħsara kkawżata lil persuna minħabba l-użu tal-N.SIS. Dan għandu japplika wkoll għal ħsara kkawżata mill-Istat emittenti, fejn dan tal-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment.
2.Meta l-Istat Membru li ssir azzjoni kontrih ma jkunx l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, dan tal-aħħar għandu jintalab jirrimborża, wara talba, l-ammonti mħallsa bħala kumpens sakemm l-użu tad-data mill-Istat Membru li jkun għamel it-talba għal rimborż ma jmurx kontra dan ir-Regolament.
3.Meta xi nuqqas minn Stat Membru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża ħsara lis-SIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għall-ħsara, ħlief jekk u sa fejn l-Aġenzija jew l-Istati Membri l-oħrajn li jkunu qegħdin jipparteċipaw fis-SIS ikunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex tiġi evitata li ssir ħsara jew li jiġi minimizzat l-impatt tagħha.
KAPITOLU XVII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 71
Monitoraġġ u statistika
1.L-Aġenzija għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS meta mqabbel mal-objettivi, f’termini ta’ riżultati, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz.
2.Għall-finijiet ta’ manutenzjoni teknika, rapportar u statistika, l-Aġenzija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa fis-SIS Ċentrali.
3.L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali li turi n-numru ta’ rekords għal kull kategorija ta’ twissija, in-numru annwali ta’ hits għal kull kategorija ta’ twissija, kemm-il darba sar tiftix fis-SIS u kemm-il darba s-SIS ġiet aċċessata bl-għan li tiddaħħal, tiġi aġġornata jew titħassar twissija, b’kollox u għal kull Stat Membru. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport annwali tal-istatistika għandu jiġi ppubblikat. L-Aġenzija għandha tipprovdi wkoll statistika annwali dwar l-użu tal-funzjonalità sabiex twissija maħruġa skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament ma tkunx tista’ tinstab temporanjament, b’kollox u għal kull Stat Membru, inkluża kull estensjoni għall-perjodu ta’ żamma ta’ 48 siegħa.
4.L-Istati Membri kif ukoll l-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 7 u 8. Din l-informazzjoni għandha tinkludi statistika separata dwar in-numru ta’ tfittxijiet imwettqin mis-servizzi, jew f’isimhom, li huma responsabbli fl-Istati Membri għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u s-servizzi responsabbli fl-Istati Membri għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jew għall-iżgurar ta’ ġestjoni tat-traffiku għad-dgħajjes, inklużi magni tad-dgħajjes; tal-inġenji tal-ajru u tal-kontejners. L-istatistika għandha turi wkoll in-numru ta’ hits għal kull kategorija ta’ twissija.
5.L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta b’kull rapport statistiku li tipproduċi. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Aġenzija biex tipprovdi rapporti statistiċi addizzjonali u speċifiċi, kemm regolari kif ukoll ad hoc, dwar il-prestazzjoni jew l-użu tas-SIS u l-komunikazzjoni f’SIRENE.
6.Għall-fini tal-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5), l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5) li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ individwi u li jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 5 jiksbu rapporti u statistika personalizzati. L-Aġenzija għandha tagħti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aċċess għar-repożitorju ċentrali permezz ta’ aċċess sigur għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni b’kontroll tal-aċċess u profili ta’ utenti speċifiċi unikament għall-fini ta’ rapportar u ta’ statistika.
Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għar-repożitorju permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
7.Sentejn wara li tibda titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
8.Tliet snin wara li tibda titħaddem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 72
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 73
Emendi għar-Regolament (UE) 515/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 ġie emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu 6 li ġej:
“6. Matul il-fażi ta’ żvilupp l-Istati Membri għandhom jirċievu allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 36,8 miljun li għandha tiġi distribwita permezz ta’ somma f’daqqa għall-allokazzjoni bażika tagħhom u għandhom jiddedikaw dan il-finanzjament kompletament għas-sistemi nazzjonali tas-SIS sabiex jiġi żgurat it-titjib malajr u effettiv tagħhom f’konformità mal-implimentazzjoni tas-SIS Ċentrali kif rikjest fir-Regolament (UE) 2018/…* u fir-Regolament (UE) 2018/…**
*Ir-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali u fir-Regolament (ĠU…..
**Ir-Regolament (UE 2018/…dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri u fir-Regolament (ĠU …)”.
Artikolu 74
Revoka
Fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jitħassru l-atti legali li ġejjin:
Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi;
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 533/2007/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II);
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Artikolu 75
Dħul fis-seħħ u applikabilità
1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.Għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni:
(a)wara li jkunu ġew adottati l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa;
(b)wara li l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data fis-SIS u biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament;
(c)wara li l-Aġenzija tkun innotifikat lill-Kummissjoni dwar it-tlestija tal-attivitajiet kollha ta’ ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-N.SIS.
3.Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri b’mod konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB:
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA' ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Qasam ta' politika: Migrazzjoni u Affarijiet Interni (Titolu 18)
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
Objettiv – “Xekkil tal-kriminalità organizzata”
Objettiv – “Rispons b’saħħtu tal-UE għall-indirizzar tat-terroriżmu u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni”
F’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riveduta l-bażi ġuridika tas-SIS sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda fir-rigward tas-sigurtà u tal-migrazzjoni. Pereżempju, f’“L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà”, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tevalwa s-SIS fl-2015-2016 u tivvaluta jekk hemmx ħtiġijiet operazzjonali ġodda li jeħtieġu tibdiliet leġiżlattivi. Barra minn hekk, l-aġenda dwar is-sigurtà saħqet li s-SIS hija fil-qalba tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-pulizija u għandha tkompli tissaħħaħ. Dan l-aħħar, fil-Komunikazzjoni tagħha “Sistemi ta' Informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà”, il-Kummissjoni ddikjarat li ser jiġu kkunsidrati funzjonalitajiet addizzjonali tas-sistema fuq il-bażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali bl-għan li tippreżenta proposti għar-reviżjoni tal-bażi ġuridika tas-SIS. Finalment, fl-20 ta’ April 2016, fil-Komunikazzjoni tagħha “Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina”, il-Kummissjoni pproponiet numbru ta’ tibdiliet fis-SIS sabiex ittejjeb il-valur miżjud tagħha għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi.
L-evalwazzjoni ġenerali, imwettqa mill-Kummissjoni, ikkonfermat li s-SIS hija suċċess operazzjonali. Madankollu, minkejja l-ħafna suċċessi tagħha, l-evalwazzjoni għamlet ukoll għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, bl-għan li jissaħħu l-effikaċja u l-effiċjenza tekniċi u operazzjonali tas-sistema.
Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali u f’konformità sħiħa mal-objettivi tal-Kummissjoni ddikjarati fil-komunikazzjonijiet imsemmijin hawn fuq u fil-Pjan Strateġiku 2016-2020 tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni, din il-proposta għandha l-għan li timplimenta:
•
It-tħabbir tal-Kummissjoni li ttejjeb il-valur miżjud tas-SIS għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi sabiex twieġeb għal theddidiet ġodda;
•
Rakkomandazzjonijiet għal tibdil tekniku u proċedurali li jirriżultaw minn valutazzjoni komprensiva tas-SIS;
•
Talbiet minn utenti finali għal titjib tekniku;
•
Is-sejbiet interim tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità fir-rigward tal-kwalità tad-data
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet AB M/ABB ikkonċernata/i
Għan speċifiku Nru
Pjan ta’ Ġestjoni tal-2017 tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni
Għan speċifiku 2.1 – Rispons b’saħħtu tal-UE għall-indirizzar tat-terroriżmu u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni;
Objettiv speċifiku 2.2 – Xekkil tal-kriminalità transkonfruntiera serja u organizzata.
Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB
Kapitolu 18 02 – Sigurtà Interna
1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
L-għan primarju tat-tibdiliet legali u tekniċi proposti fis-SIS huwa li s-sistema ssir aktar effettiva f’livell operazzjonali. Il-valutazzjoni ġenerali tas-SIS, li saret mid-DĠ HOME fl-2015-2016, irrakkomandat titjib tekniku fis-sistema u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.
Il-proposta l-ġdida tintroduċi miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet operattivi u tekniċi tal-utenti finali. B’mod partikolari, l-oqsma ġodda ta’ data għal twissijiet eżistenti ser jippermettu li l-uffiċjali tal-pulizija jkollhom l-informazzjoni kollha neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv. Barra minn hekk, il-proposta tenfasizza speċifikament l-importanza tad-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS, peress li perjodi ta’ qtugħ jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-ħidma tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, din il-proposta tipprovdi tibdiliet tekniċi li ser jagħmlu s-sistema aktar effiċjenti u sempliċi.
Ladarba jiġu adottati u implimentati, dawn il-proposti ser iżidu wkoll il-kontinwità tan-negozju – l-Istati Membri ser ikunu obbligati li jkollhom kopja nazzjonali sħiħa jew parzjali u backup tagħha. Dan ser jippermetti li s-sistema tibqa’ kompletament funzjonali u operazzjonali għall-uffiċjali fil-post.
Il-proposta tintroduċi identifikaturi bijometriċi ġodda –marki tal-pala tal-id, immaġni tal-wiċċ u profili tad-DNA f’każijiet speċifiċi u limitati. Dan, flimkien mat-tibdiliet previsti fl-Artikoli 32 u 33 (twissijiet dwar persuni neqsin) sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu twissijiet preventivi u jiġu kkategorizzati l-każijiet ta’ persuni neqsin, primarjament ser isaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati u, t-tieni, ser jippermetti li ssir identifikazzjoni abbażi tal-profil tad-DNA tagħhom jew dak tal-ġenituri u/jew tal-aħwa tagħhom (bil-kunsens).
L-awtoritajiet tal-Istati Membri ser ikunu jistgħu joħorġu wkoll twissijiet relatati ma’ individwi mhux magħrufin imfittxijin b’rabta ma’ reat, fuq il-bażi biss ta’ marki tas-swaba’ jew marki tal-pala tal-id latenti jew fil-post tad-delitt. Dan mhuwiex possibbli taħt il-qafas legali u tekniku attwali u, għalhekk, jirrappreżenta żvilupp importanti.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
Waqt l-aġġornament tas-sistema:
Wara l-approvazzjoni tal-proposta u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-SIS ser tiġi aġġornata sabiex jiġu armonizzati aħjar il-proċeduri nazzjonali għall-użu tas-sistema, jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema billi jiġu introdotti elementi ġodda mal-kategoriji ta’ twissija eżistenti, u jiġi introdott tibdil tekniku biex titjieb is-sigurtà u jgħin sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. L-eu-LISA ser tikkoordina l-ġestjoni tal-proġett ta’ aġġornament tas-sistema. L-eu-LISA ser tistabbilixxi struttura ta’ ġestjoni tal-proġett u tipprovdi skeda ta’ żmien dettaljata bi stadji importanti għall-implimentazzjoni tat-tibdil propost li tippermetti li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proposta.
Għan speċifiku - Il-funzjonalitajiet aġġornati tas-SIS jibdew jaħdmu fl-2020
Indikatur – tkomplija b’suċċess ta’ ttestjar komprensiv ta’ qabel it-tnedija tas-sistema riveduta.
Ladarba s-sistema tkun operattiva:
Ladarba s-sistema tkun operattiva, eu-LISA għandha tiżgura li jkunu jeżistu l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen skont l-għanijiet, f’termini ta’ riżultati, kost-effettività, sigurtà u kwalità tas-servizz. Sentejn wara li tibda taħdem is-SIS u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, eu-LISA tipproduċi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali li turi n-numru ta’ rekords għal kull kategorija ta’ twissija, in-numru annwali ta’ hits miksuba għal kull kategorija ta’ twissija, kemm-il darba sar tiftix fis-SIS u kemm-il darba s-sistema ġiet aċċessata bl-għan li tiddaħħal, tiġi aġġornata jew titħassar twissija, b’kollox u għal kull Stat Membru. Barra minn hekk, l-Aġenzija ser tipprovdi wkoll statistiki annwali dwar l-użu tal-funzjonalità sabiex twissija maħruġa skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament ma tkunx tista’ tinstab temporanjament, b’kollox u għal kull Stat Membru, inkluża kull estensjoni għall-perjodu ta’ żamma ta’ 48 siegħa.
Tliet snin wara li tibda taħdem is-SIS u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din l-evalwazzjoni ġenerali tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għall-ħidma fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni se tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Għan speċifiku 1 – Xekkil tal-kriminalità organizzata.
Indikatur – L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni. Dan jista’ jitkejjel permezz ta’ żieda fin-numru ta’ hits fis-SIS. L-indikaturi huma rapporti statistiċi, maħruġin mill-eu-LISA u mill-Istati Membri. Ser jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta kif qed jintużaw il-funzjonalitajiet il-ġodda tas-sistema.
Għan speċifiku 2 – Rispons b’saħħtu tal-UE għall-indirizzar tat-terroriżmu u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.
Indikatur – Żieda fin-numru ta’ twissijiet u ta’ hits, speċjalment b’rabta mal-Artikolu 36 (3) tal-proposta għal twissijiet dwar persuni u oġġetti għal verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid/u jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
1. Li ssir kontribuzzjoni biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-UE;
2. Li jkomplu jiġu armonizzati aħjar il-proċeduri nazzjonali għall-użu tas-SIS;
3. Li titwessa’ l-lista ta’ utenti istituzzjonali b’aċċess għad-data tas-SIS billi jiġi pprovdut aċċess sħiħ għas-sistema lill-Europol u lill-Gwardja Ewropea l-ġdida tal-Fruntiera u tal-Kosta.
4. Li jiġu pprovduti elementi ġodda għat-twissijiet tas-SIS u funzjonalitajiet ġodda sabiex jiġi estiż l-ambitu tas-sistema, sabiex din tkun tista’ tindirizza l-ambjent tas-sigurtà attwali, tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u tas-sigurtà tal-Istati Membri u jonqos il-piż amministrattiv;
5. Li jiġi indirizzat l-użu komplet minn tarf sa tarf tas-SIS, billi ma tkoprix biss is-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda billi jkun żġurat ukoll li l-utenti finali jirċievu d-data kollha neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
6. Li tissaħħaħ il-kontinwità tan-negozju u li tiġi żgurata l-operazzjoni mingħajr interruzzjoni tas-SIS f’livell ċentrali u nazzjonali;
7. Li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali, it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità bħala oqsma marbutin ma’ xulxin b’dimensjoni transfruntiera qawwija.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Is-SIS hija l-bażi tad-data prinċipali tas-sigurtà fl-Ewropa. Fin-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni, il-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità u t-terroriżmu kisbet dimensjoni Ewropea. L-għanijiet tal-proposta jirrigwardaw titjib tekniku biex jiġu mtejba l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema u biex jiġi armonizzat l-użu tagħha fl-Istati Membri parteċipanti kollha. In-natura transnazzjonali ta’ dawn l-għanijiet, flimkien mal-isfidi sabiex jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid li dejjem jinbidel, ifissru li l-UE hija fl-aħjar pożizzjoni biex tipproponi soluzzjonijiet għal dawn il-problemi. L-objettivi ta’ titjib tal-effiċjenza u l-użu armonizzat tas-SIS, jiġifieri, iż-żieda fil-volum, fil-kwalità u fil-ħeffa tal-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni ċentralizzata fuq skala kbira mmexxija minn aġenzija regolatorja (eu-LISA) ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom u jirrikjedu intervent fil-livell tal-UE. Jekk ma jiġux indirizzati l-kwistjonijiet preżenti, is-SIS ser tkompli topera f’konformità mar-regoli attwalment applikabbli, u b’hekk jintilfu l-opportunitajiet biex tiġi massimizzata l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-UE identifikati permezz tal-evalwazzjoni tas-SIS u l-użu tagħha mill-Istati Membri.
Fl-2015 biss, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri aċċessaw is-sistema kważi 2.9 biljun darba, xi ħaġa li turi biċ-ċar il-kontribuzzjoni vitali tas-sistema għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fi ħdan iż-żona Schengen. Dan il-livell għoli ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri ma kienx jintlaħaq permezz ta’ soluzzjonijiet nazzjonali deċentralizzati, u kien ikun impossibbli li jintlaħqu dawn ir-riżultati fuq il-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, is-SIS uriet li hija l-aktar għodda effettiva għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tipprovdi valur miżjud tal-UE peress li tippermetti li s-servizzi tas-sigurtà nazzjonali jikkooperaw b’mod rapidu, kunfidenzjali u effiċjenti. Il-proposti l-ġodda ser ikomplu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, bħala sinjal ċar tal-valur miżjud tal-involviment tal-UE, l-Europol u l-Aġenzija Ewropea l-ġdida għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser jingħataw aċċess sħiħ għas-sistema skont il-kompetenzi tagħhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1. Il-fażi ta’ żvilupp għandha tibda biss wara li l-ħtiġijiet kummerċjali u r-rekwiżiti tal-utenti finali jkunu ġew kompletament definiti. L-iżvilupp jista’ jseħħ biss ladarba l-istrumenti legali sottostanti, li jistabbilixxu l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-funzjonijiet u d-dettalji tekniċi tagħha jkunu ġew adottati b’mod definittiv.
2. Il-Kummissjoni wettqet (u tkompli twettaq) konsultazzjonijiet kontinwi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, fosthom mad-delegati tal-Kumitat SISVIS taħt il-proċedura ta’ Kumitat. Dan il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri kemm dwar kwistjonijiet operattivi ta’ SIRENE (kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tas-SIS) kif ukoll kwistjonijiet tekniċi fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-SIS u l-applikazzjoni relatata ta’ SIRENE. It-tibdiliet proposti b’dan ir-Regolament ġew diskussi b’mod trasparenti u komprensiv ħafna f’laqgħat u f’sessjonijiet ta’ ħidma dedikati. Internament, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Tmexxija Interservizz li jinkludi s-Segretarjat-Ġenerali u d-Direttorati Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, u għall-Informatika. Dan il-grupp ta’ tmexxija mmonitorja l-proċess ta’ evalwazzjoni u pprovda gwida kif meħtieġ.
3. Il-Kummissjoni fittxet ukoll parir espert estern permezz ta’ żewġ studji, li s-sejbiet tagħhom ġew inkorporati fl-iżviluppi ta’ din il-proposta:
- Valutazzjoni Teknika tas-SIS – il-valutazzjoni identifikat kwistjonijiet ewlenin li għandhom x’jaqsmu mas-SIS u l-ħtiġijiet futuri li għandhom jiġu kkunsidrati; identifikat tħassib fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-iżgurar li l-arkitettura ġenerali tkun tista’ tadatta għaż-żieda dejjem akbar fir-rekwiżiti ta’ kapaċità;
- Valutazzjoni tal-impatt tal-ICT dwar it-titjib possibbli fl-arkitettura tal-SIS II – l-istudju vvaluta l-ispejjeż attwali tat-tħaddim tas-SIS fuq livell nazzjonali u vvaluta tliet xenarji tekniċi possibbli għat-titjib tas-sistema. Ix-xenarji kollha jinkludu sett ta’ proposti tekniċi li jiffokaw fuq titjib fis-sistema ċentrali u fl-arkitettura ġenerali.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Jenħtieġ li din il-proposta titqies bħala l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jinsabu fil-Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar b’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” li tenfasizza l-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju ta’ informazzjoni tagħha fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-ġestjoni tal-fruntieri.
Barra minn hekk, din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ u tikkomplementa politiki oħra tal-Unjoni, jiġifieri:
a)
Is-sigurtà interna kif enfasizzata fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà sabiex tipprevjeni, tindividwa, tinvestiga u tixli reati serji u terroristiċi billi tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jipproċessaw data personali ta’ persuni suspettati li huma involuti f’atti ta’ terroriżmu jew f’reati serji;
b)
Il-protezzjoni tad-data sa fejn din il-proposta għandha tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali dwar ir-rispett għall-ħajja privata ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-SIS.
Il-proposta hija kompatibbli wkoll ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:
a)
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-rigward tal-possibbiltà, l-ewwel nett, li l-persunal tal-Aġenzija jagħmel analiżijiet tar-riskju u, it-tieni, li dan jaċċessa s-SIS għall-finijiet tal-ETIAS proposta. Il-proposta għandha wkoll l-għan li tipprovdi interfaċċa teknika għall-aċċess għas-SIS lit-Timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, lit-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u lill-membri tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni sabiex, fil-mandat tagħhom, ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jfittxu fid-data mdaħħla fis-SIS;
b) Il-Europol sa fejn din il-proposta tagħti drittijiet addizzjonali lill-Europol sabiex, fil-mandat tagħha, taċċessa u tfittex fid-data mdaħħla fis-SIS;
c) Prüm sakemm l-iżviluppi f’din il-proposta sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati individwi fuq il-bażi tal-marki tas-swaba’ (kif ukoll immaġni tal-wiċċ u profili tad-DNA) jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ Prüm dwar l-aċċess transfruntier onlajn reċiproku għal bażijiet ta’ data nazzjonali ddeżinjati tad-DNA u sistemi awtomatizzati ta’ identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’.
Il-proposta hija kompatibbli wkoll ma’ leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:
a) Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Il-proposta tikkomplementa l-prinċipju previst il-ġdid fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ta’ twettiq ta’ verifiki sistematiċi ma’ bażijiet ta’ data rilevanti tal-vjaġġaturi kollha, inklużi ċittadini tal-UE, mad-dħul fiż-żona Schengen u mal-ħruġ minnha, kif stipulat bħala tweġiba għall-fenomenu ta’ ġellieda terroristi barranin;
b) Is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) sakemm din il-proposta tfittex li tirrifletti l-użu propost ta’ taħlita ta’ marki tas-swaba’ u ta’ immaġni tal-wiċċ bħala identifikaturi bijometriċi għall-operat tal-EES
c) L-ETIAS sakemm din il-proposta tikkunsidra l-ETIAS proposta li tipprovdi għal valutazzjoni ddettaljata tas-sigurtà, inkluża verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li biħsiebhom jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–◻
Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS
☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
- Perjodu preparatorju 2017
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2018 sal-2020,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
☑ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni Indiretta billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–☑lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblik-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli mill-ġestjoni ġenerali tal-politika u eu-LISA ser tkun responsabbli mill-iżvilupp, it-tħaddim u ż-żamma tas-sistema.
Is-SIS tikkostitwixxi sistema unika ta’ informazzjoni. Konsegwentement, l-ispejjeż previsti fi tnejn mill-proposti (dik attwali u l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri) ma għandhomx jitqiesu bħala żewġ ammonti separati iżda bħala ammont wieħed. L-implikazzjonijiet baġitarji tat-tibdil meħtieġ għall-implimentazzjoni taż-żewġ proposti huma inklużi f’dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva unika.
2.MIŻURI TA' ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija ser jirrevedu u jimmonitorjaw regolarment l-użu tas-SIS, biex jiżguraw li tkompli taħdem b’mod effettiv u effiċjenti. Il-Kummissjoni ser tkun megħjuna mill-Kumitat biex timplimenta l-miżuri tekniċi u operattivi kif deskritt f’din il-proposta.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet (Artikoli 71(7) u (8) għal proċess formali u regolari ta’ reviżjoni u ta’ valutazzjoni.
Kull sentejn, eu-LISA hija mitluba tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tekniku - inkluża s-sigurtà - tas-SIS, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni li tappoġġaha, u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
Barra minn hekk, kull erba’ snin, il-Kummissjoni hija mitluba twettaq, u tikkondividi mal-Parlament u mal-Kunsill, evalwazzjoni globali tas-SIS u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din se:
a) teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi;
b) tivvaluta jekk il-ġustifikazzjoni sottostanti għas-sistema għadhiex valida;
c) teżamina kif ir-Regolament qed jiġi applikat għas-sistema ċentrali;
d) tevalwa s-sigurtà tas-sistema ċentrali;
e) tesplora l-implikazzjonijiet għat-tħaddim tas-sistema fil-ġejjieni.
Barra minn hekk, eu-LISA issa hija mitluba wkoll tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar l-użu tas-SIS, biex jiġi żgurat il-monitoraġġ kontinwu tas-sistema u l-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Ir-riskji li ġejjin huma identifikati:
1. Diffikultajiet potenzjali għal eu-LISA fil-ġestjoni tal-iżviluppi preżentati fil-proposta attwali b’mod parallel ma’ żviluppi eżistenti oħra (eż. l-implimentazzjoni ta’ AFIS fis-SIS) u żviluppi futuri (eż. is-sistema ta’ Dħul-Ħruġ, ETIAS u l-aġġornament ta’ Eurodac). Dan ir-riskju jista’ jittaffa billi jiġi żgurat li eu-LISA jkollha persunal u riżorsi suffiċjenti biex twettaq dawn il-kompiti u l-ġestjoni kontinwa tal-kuntrattur responsabbli biex din tinżamm f’Kundizzjoni li Taħdem (MWO, Maintenance in Working Order).
2. Diffikultajiet għall-Istati Membri:
2.1 Dawn id-diffikultajiet huma primarjament ta’ natura finanzjarja. Pereżempju, il-proposti leġiżlattivi jinkludu l-iżvilupp mandatorju ta’ kopja nazzjonali parzjali f’kull N.SIS II. L-Istati Membri li għadhom ma żviluppawx waħda jkunu jridu jagħmlu dan l-investiment. Bl-istess mod, l-implimentazzjoni nazzjonali tad-Dokument ta’ Kontroll tal-Interfaċċa (Interface Control Document) jenħtieġ li tkun implimentazzjoni kompluta. Dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan ser ikollhom jpprevedu dan fil-baġits tal-Ministeri relevanti. Dan ir-riskju jista’ jiġi mitigat permezz tal-għoti ta’ finanzjament tal-UE għall-Istati Membri, pereżempju mill-komponent dwar il-Fruntieri tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF).
2.2 Is-sistemi nazzjonali jridu jiġu allinjati ma’ rekwiżiti ċentrali u diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar dan jistgħu jintroduċu dewmien fl-iżvilupp. Dan ir-riskju jista’ jittaffa permezz ta’ involviment bikri mal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni biex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni fil-ħin propizju.
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
Ir-responabbiltajiet għall-komponenti ċentrali tas-SIS huma eżerċitati minn eu-LISA. Sabiex ikun faċilitat monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex ikunu analizzati xejriet dwar pressjoni migratorja, ġestjoni tal-fruntieri u reati kriminali, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista’ tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għar-rappurtar tal-istatistika lill-Istati Membri u l-Kummissjoni.
Il-kontijiet tal-eu-LISA għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ rilaxx. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jwettaq awditjar f’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-eu-LISA.
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Il-miżuri previsti kontra l-frodi huma stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 1077/2011 li jipprevedi kif ġej:
1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw.
2. L-Aġenzija għandha tkun parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mingħajr dewmien, għandha toħroġ id-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.
3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.
Skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni b'relazzjoni mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Unjoni kienet adottata fit-28 ta’ Ġunju 2012.
Se tapplika l-istrateġija għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi ta' DG HOME.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Intestatura 3 –Sigurtà u Ċittadinanza
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
18.0208 – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen
|
Diff
|
LE
|
LE
|
IVA
|
LE
|
|
18.020101 – Appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni dwar il-viżi biex jiġi ffaċilitat vjaġġar leġittimu
|
Diff
|
LE
|
LE
|
IVA
|
LE
|
|
18.0207 – L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA).
|
Diff
|
LE
|
LE
|
IVA
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
3
|
Sigurtà u Ċittadinanza
|
DĠ HOME
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
18.0208 – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen
|
Impenji
|
(1)
|
6,234
|
1,854
|
1,854
|
9,942
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
6,234
|
1,854
|
1,854
|
9,942
|
18.020101 (Fruntieri u Viża)
|
Impenji
|
(1)
|
|
18,405
|
18,405
|
36,810
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
18,405
|
18,405
|
36,810
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ HOME
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
6,234
|
20,259
|
20,259
|
46,752
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
6,234
|
20,259
|
20,259
|
46,752
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
3
|
Sigurtà u Ċittadinanza
|
eu-LISA
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
Titolu 1: Spejjeż tal-persunal
|
Impenji
|
(1)
|
0,210
|
0,210
|
0,210
|
0,630
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0,210
|
0,210
|
0,210
|
0,630
|
Titolu 2: Nefqa fuq l-infrastruttura u nefqa operatorja
|
Impenji
|
(1a)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
Titolu 3: Nefqa operazzjonali
|
Impenji
|
(1a)
|
12,893
|
2,051
|
1,982
|
16,926
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
2,500
|
7,893
|
4,651
|
15,044
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
Għal eu-LISA
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
13,103
|
2,261
|
2,192
|
17,556
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
2,710
|
8,103
|
4,861
|
15,674
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
= 4 + 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
= 5 + 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk il-proposta / l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
19,337
|
22,520
|
22,451
|
|
|
|
64,308
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
8,944
|
28,362
|
25,120
|
|
|
|
62,426
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
DG: <…….>
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
"Nefqa amministrattiva"
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagament)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.1Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' DG HOME
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
RIŻULTATI
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1
Żvilupp tas-Sistema Nazzjonali
Żvilupp tas-Sistema Nazzjonali
|
1
|
|
1
|
1,221
|
1
|
1,221
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2,442
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2
Infrastruttura
|
1
|
|
1
|
17,184
|
1
|
17,184
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
34,368
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
18,405
|
|
18,405
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
36,810
|
3.2.3.2Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ eu-LISA
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1
Żvilupp tas-Sistema Ċentrali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Kuntrattur
|
|
|
1
|
5.013
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5.013
|
- Softwer
|
|
|
1
|
4,050
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4,050
|
- Ħardwer
|
|
|
1
|
3,692
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3,692
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1
|
|
12,755
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12,755
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2
Manutenzjoni tas-Sistema Ċentrali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Kuntrattur
|
|
|
1
|
0
|
1
|
0,365
|
1
|
0,365
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0,730
|
Softwer
|
|
|
1
|
0
|
1
|
0,810
|
1
|
0,810
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1,620
|
Ħardwer
|
|
|
1
|
0
|
1
|
0,738
|
1
|
0,738
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1,476
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
1,913
|
|
1,913
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3,826
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3
Laqgħat / Taħriġ
|
|
Attivitajiet ta’ taħriġ
|
1
|
0,138
|
1
|
0,138
|
1
|
0,069
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0,345
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 3
|
|
0,138
|
|
0,138
|
|
0,069
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0,345
|
KOST TOTALI
|
|
12,893
|
|
2,051
|
|
1,982
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
16,926
|
3.2.3.3L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani ta' eu-LISA
Sommarju
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
Uffiċjali (Gradi AD)
|
|
|
|
|
Uffiċjali (Gradi AST)
|
|
|
|
|
Persunal b'kuntratt
|
0,210
|
0,210
|
0,210
|
0,630
|
Aġenti temporanji
|
|
|
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,210
|
0,210
|
0,210
|
0,630
|
Ir-reklutaġġ huwa ppjanat għal Jannar 2018. Il-persunal kollu għandu jkun disponibbli mill-bidu tal-2018 biex l-iżvilupp ikun jista' jibda f’ħin debitu bl-għan li jkun żgurat li r-Riformulazzjoni tas-SIS II tibda topera fl-2020. It-tliet (3) Aġenti Kuntrattwali (AK) huma meħtieġa biex jiġu koperti l-ħtiġijiet kemm għall-implimentazzjoni tal-proġett kif ukoll għall-appoġġ operattiv u l-manutenzjoni wara l-bidu tal-produzzjoni. Dawn ir-riżorsi ser jintużaw biex:
Jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-proġett bħala membri tat-tim tal-proġett, inklużi attivitajiet bħal: id-definizzjoni ta’ rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi, kooperazzjoni u appoġġ lill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni, aġġornamenti tad-Dokument ta’ Kontroll tal-Interfaċċa (ICD - Interface Control Document), is-segwitu tal-konsenji kuntrattwali, konsenja u aġġornamenti ta’ dokumentazzjoni, eċċ.
Jappoġġjaw attivitajiet ta’ tranżizzjoni biex is-sistema tibda taħdem f’koperazzjoni mal-kuntrattur (segwitu tar-rilaxxi, aġġornamenti tal-proċess operattiv, taħriġ (inklużi attivitajiet ta’ taħriġ tal-Istati Membri), eċċ.
Jappoġġjaw attivitajiet fit-tul, id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, tħejjijiet kuntrattwali f’każ li jkun hemm inġinerija mill-ġdid tas-sistema (eż. minħabba r-rikonoxximent tal-immaġni) jew fil-każ li l-kuntratt il-ġdid tal-Funzjonament Operattiv (Maintenance in Working Order (MWO)) tas-SIS II ikollu bżonn jiġi emendat biex ikopri t-tibdil addizzjonali (mill-perspettiva teknika u baġitarja)
Ikun infurzat l-appoġġ tat-tieni livell wara l-Bidu tal-Ħidma (Entry into Operation (EiO)), matul il-manutenzjoni kontinwa u l-operazzjonijiet.
Għandu jiġi nnotat li t-tliet riżorsi l-ġodda (Aġenti Kuntrattwali Ekwivalenti għal Full-time (FTE)) ser jaġixxu flimkien mar-riżorsi ta’ timijiet interni li ser ikunu wkoll iddedikati għall-attivitajiet ta’ proġetti / kuntrattwali u ta’ segwitu finanzjarju / operattivi. L-użu ta’ Aġenti Kuntrattwali ser jipprovdi durata adegwata u kontinwità tal-kuntratti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma u l-użu tal-istess persuni speċjalizzati għal attivitajiet ta’ appoġġ operattiv wara l-konklużjoni tal-proġett. Barra minn dan, l-attivitajiet ta’ appoġġ operattiv jirrikjedu aċċessi għall-ambjent tal-produzzjoni li ma jistgħux jingħataw lil kuntratturi jew lil persunal estern.
3.2.3.4Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-time: FTE)
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Hemm ippjanat ripprogrammar tal-bqija tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna biex jimplimenta l-funzjonalitajiet u t-tibdil previsti fiż-żewġ proposti. Ir-Regolament tal-fruntieri FSI huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-Fruntieri Intelliġenti. Fl-Artikolu 5 dan jipprevedi li EUR 791 miljun għandhom ikunu implimentati permezz ta’ programm għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni ta’ flussi ta’ migrazzjoni mill-fruntiera esterna taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Mis-EUR 791 miljun imsemmija hawn fuq, EUR 480 miljun huma riżervati għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Dħul-Ħruġ u EUR 210-il miljun għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). Il-bqija, EUR 100,828 miljun ser jintużaw parzjalment biex jiġu koperti l-ispejjeż għat-tibdil relatat mal-aġġornament tal-funzjonalitajiet tas-SIS II, previsti fiż-żewġ proposti.
–◻
Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–☑Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta / l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–☑
Il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–☑
fuq id-dħul mixxellanju
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva
|
|
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu 6313 — Kontribuzzjoni Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen (CH, NO, LI, IS).
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
|
Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata.
18.02.08 (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen), 18.02.07 (eu-LISA)
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.
Il-baġit għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.