Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0527

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    COM/2016/0527 final - 2016/0253 (NLE)

    Brussell, 23.8.2016

    COM(2016) 527 final

    2016/0253(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Skont l-Att ta' Adeżjoni tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi mal-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma' dawn il-ftehimiet.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2012 1 , awtorizzat lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti.

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) kien iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002.

    Il-Protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-Unjoni biex tipprovdi verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-Kroat. Il-proposti mehmużin jikkostitwixxu l-istrumenti legali għall-iffirmar tal-Protokoll.

    In-negozjati dwar il-Protokoll mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ġew formalment konklużi fis-6 ta’ Mejju 2014. Il-Kummissjoni tiġġudika r-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u qed titlob lill-Kunsill sabiex jadotta d-Deċiżjoni mehmuża dwar il-konklużjoni tal-Protokoll wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi legali

    L-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

    3.ELEMENTI OĦRAJN

    Qed tiġi ppreżentata wkoll proposta separata dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Ftehim.

    2016/0253 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6a), tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra 2 , (“il-Ftehim”) kien iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002.

    (2)Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013.

    (3)F'konformita mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandu jkun hemm qbil dwarha permezz ta' protokoll mal-Ftehim ("il-Protokoll"). Għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż terz kkonċernat.

    (4)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi konċernati bil-ħsieb tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni. In-negozjati mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ġew konklużi b’suċċess permezz ta’ skambju ta’ ittri fis-6 ta’ Mejju 2014.

    (5)F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] 3 il-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea kien iffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-[...] fil-[...], soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll f'data aktar tard.

    (6)Il-Protokoll għandu jkun approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha 4 .

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għan-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta bil-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi …

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).
    (2) ĠU L 129 (15/05/2002), p.1.
    (3) ĠU L..,.., p...
    (4) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi [ir-referenza tal-ĠU] flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
    Top

    Brussell, 23.8.2016

    COM(2016) 527 final

    ANNESS

    tal-

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    PROTOKOLL
    GĦALL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU

    LI JISTABBILIXXI ASSOĊAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU ĦAXEMITA TAL-ĠORDAN, MIN-NAĦA L-OĦRA

    BIEX TITQIES L-ADEŻJONI

    TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA FL-UNJONI EWROPEA

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TAN-NETHERLANDS

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ISLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

    u L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

    min-naħa l-waħda, u,

    IR-RENJU ĦAXEMITA TAL-ĠORDAN, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ġordan”

    min-naħa l-oħra,

    minn issa 'l quddiem imsejħa flimkien "il-Partijiet Kontraenti" għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

    BILLI:

    (1)il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002;

    (2)it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "It-Trattat ta' Adeżjoni", ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013;

    (3)skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;

    (4)il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 22(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju saru biex ikun żgurat li ġew ikkunsidrati l-interessi reċiproċi tal-Unjoni u tal-Ġordan.

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi bħala Parti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, u għandha tadotta u tieħu nota ta', rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, tat-testi tal-Ftehim kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u l-Iskambji tal-Ittri.

    KAPITOLU I

    Emendi fit-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju inklużi l-annessi u l-protokolli tiegħu

    Artikolu 2

    Regoli ta’ oriġini

    Il-Protokoll 3 għandu jkun emendat kif ġej:

    1. L-Anness IVa jinbidel b'dan li ġej:

    “ANNESS IVa

    IT-TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA

    Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li t-test tagħha jidher hawn taħt, trid issir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti ta' qiegħ il-paġna jiġu riprodotti.

    Verżjoni Bulgara

    Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … ( 1 ) декларира, че освен където е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход ( 2 ).

    Verżjoni Spanjola

    El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no …(1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial…(2).

    Verżjoni Ċeka

    Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

    Verżjoni Daniża

    Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

    Verżjoni Ġermaniża

    Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

    Verżjoni Estonjana

    Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

    Verżjoni Griega

    Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ’ αριθ. … ( 3 )] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … ( 4 ).

    Verżjoni Ingliża

    The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

    Verżjoni Franċiża

    L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2).

    Verżjoni Kroata

    Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br… (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi .... (2) preferencijalnog podrijetla.

    Verżjoni Taljana

    L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

    Verżjoni Latvjana

    Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (2).

    Verżjoni Litwana

    Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

    Verżjoni Ungeriża

    A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … ( 5 )) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hianyában az áruk preferenciális … ( 6 ) származásúak.

    Verżjoni Maltija

    L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2).

    Verżjoni bin-Netherlandiż

    De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële …oorsprong zijn (2).

    Verżjoni Pollakka

    Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

    Verżjoni Portugiża

    O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

    Verżjoni Rumena

    Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

    Il-verżjoni Slovena

    Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … ( 7 )) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … ( 8 ) poreklo.

    Verżjoni Slovakka

    Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

    Verżjoni Finlandiża

    Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa nro … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … (2) alkuperätuotteita.

    Verżjoni Żvediża

    Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

    Verżjoni Għarbija

     

    ............................................................................................................................................( 9 ) (Post u data)

    ............................................................................................................................................( 10 )

    (Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara)”

    2. L-Anness IVb jinbidel b'dan li ġej:

    "ANNESS IVb

    Test tad-dikjarazzjoni fuq fattura EUR-MED

    Id-dikjarazzjoni tal-fattura EUR-MED, illi t-test tagħha jidher hawn taħt, trid issir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti ta' qiegħ il-paġna jiġu riprodotti.

    Verżjoni Bulgara

    Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № ... ( 11 )) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с ... преференциален произход ( 12 ).

    — kumulazzjoni applikata ma' ..... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    — l-ebda kumulazzjoni applikata ( 13 )

    Verżjoni Spanjola

    El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no ... (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial ... (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Ċeka

    Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení ... (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v ... (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Daniża

    Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr.... ( 14 )), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ... ( 15 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata ( 16 )

    Verżjoni Ġermaniża

    Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ... (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ... (2) Ursprungswaren sind.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Estonjana

    Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ... (1)) deklareerib, et need tooted on ... (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Griega

    Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. ... ( 17 )) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ... ( 18 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata ( 19 )

    Verżjoni Ingliża

    The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ... (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ... (2) oriġini preferenzjali.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Franċiża

    L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no ... (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Kroata

    Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. …(1)) izjavljuje da su, osim ako je to drugačije izričito navedeno, ovi proizvodi ... (2) preferencijalnog podrijetla.

    — kumulazzjoni applikata ma' ................................................... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    — l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Taljana

    L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. ... ( 20 )) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ... ( 21 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata ( 22 )

    Verżjoni Latvjana

    Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. ... (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no ... (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Litwana

    Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr ... (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra ... (2) preferencinės kilmės prekės.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Ungeriża

    A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: ... (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes ... (2) származásúak.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Maltija

    L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. ... ( 23 )) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali ... ( 24 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata ( 25 )

    Verżjoni bin-Netherlandiż

    De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ... (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3))

    Verżjoni Pollakka

    Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr ... (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają ... (2) preferencyjne pochodzenie.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Portugiża

    O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira no. ... ( 26 )) declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ... ( 27 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata ( 28 )

    Verżjoni Rumena

    Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. ... (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială ... (2).

    — kumulazzjoni applikata ma' ....... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    — l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Il-verżjoni Slovena

    Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št .(1)..) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno ... (2) poreklo.

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Slovakka

    Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia ... (1) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v ... (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Finlandiża

    Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ... ( 29 )) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita ( 30 ).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - kumulazzjoni applikata ma' ( 31  

    Verżjoni Żvediża

    Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ... (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    Verżjoni Għarbija

    - kumulazzjoni applikata ma' ........( isem tal-pajjiż/pajjiżi)

    - l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

    ............................................................................................................................................( 32 ). (ll-post u d-data)

    ............................................................................................................................................( 33 ).

    (Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara)”

    KAPITOLU II

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Artikolu 3

    Merkanzija fi tranżitu

    1.    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati għall-merkanzija esportata jew mill-Ġordan lejn il-Kroazja jew mill-Kroazja lejn il-Ġordan, li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 tal-Ftehim u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja tkun jew fi triqtha jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fil-Ġordan jew fil-Kroazja.

    2.    F'każijiet bħal dawn jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

    KAPITOLU III

    Dispożizzjonijiet finali u ġenerali

    Artikolu 4

    Ir-Renju Ħaxemita ta-Ġordan jimpenja ruħu li ma jressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas jibdel jew jirtira xi konċessjoni skond il-GATT 1994, l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Unjoni.

    Artikolu 5

    Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lill-Ġordan, il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġetta għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni bil-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Għarbija, Bulgara, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża tal-Ftehim.

    Artikolu 6

    Dan il-Protokoll ikun parti integrali tal-Ftehim.

    Artikolu 7

    1.    Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Ġordan, skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    2.    Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet kollha jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

    3.    Sakemm tasal id-data tad-dħul fis-seħħ, il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

    Artikolu 8

    Dan il-Protokoll sar f'żewġ kopji fil-lingwa Għarbija, Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku indaqs.

    B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

    Magħmul fi …, fi … jum ta'… tas-sena ...

    GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

    GĦAR-RENJU ĦAXEMITA TALL-ĠORDAN

    (1) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.
    (2) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".
    (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.
    (4) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".
    (5) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.
    (6) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".
    (7) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.
    (8) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".
    (9)

       Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

    (10) Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”
    (11)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (12) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (13) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (14)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (15) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (16) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (17)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (18) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (19) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (20)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (21) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (22) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (23)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (24) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (25) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (26)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (27) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (28) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (29)

       Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

    (30) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
    (31) Imla u ħassar fejn meħtieġ.
    (32) Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.
    (33) Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni tal-firma timplika wkoll l-eżenzjoni tal-isem tal-firmatarju.
    Top