Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0490

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft

    COM/2016/0490 final

    Brussell, 29.7.2016

    COM(2016) 490 final

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
    wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA

    1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 (ir-“Regolament tal-FEG”).

    2.Fil-11 ta’ Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni EGF/2016/001 FI/Microsoft għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji 2 fil-Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u 8 fornituri u produtturi downstream fil-Finlandja.

    3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.

    SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI

    L-applikazzjoni tal-FEG

    EGF/2016/001 FI/Microsoft

    Stat Membru

    Il-Finlandja

    Ir-reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 3 2)

    Helsinki-Uusimaa FI1B1

    Etelä-Suomi FI1C

    Länsi-Suomi FI197

    Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni

    Il-11 ta’ Marzu 2016

    Id-data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni

    Il-11 ta’ Marzu 2016

    Id-data ta’ skadenza għal talba għal informazzjoni addizzjonali

    Il-25 ta’ Marzu 2016

    Id-data ta’ skadenza għal għoti ta’ informazzjoni addizzjonali

    Is-6 ta’ Mejju 2016

    Id-data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni

    Id-29 ta’ Lulju 2016

    Il-kriterju ta’ intervent

    L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG


    L-intrapriża ewlenija

    Microsoft Mobile Oy


    L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati

    9

    Is-settur(i) tal-attività ekonomika

    (Id-Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2) 4

    Id-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2 (Programmazzjoni tal-kompjuter u attivitajiet ta’ konsulenza u relatati)


    L-għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi downstream

    8

    Il-perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):

    Mill-11 ta’ Settembru 2015 sal-11 ta’ Jannar 2016

    L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)

    2 035

    L-għadd ta’ sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b)

    126

    L-għadd totali ta’ sensji (a + b)

    2 161

    L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli

    2 161

    L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira

    1 441

    L-għadd ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ (NEETs)

    0

    Il-baġit għas-servizzi personalizzati (EUR)

    8 480 000

    Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG 5 (EUR)

    460 000

    Il-baġit totali (EUR)

    8 940 000

    Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)

    5 364 000

    VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI

    Proċedura

    4.Fil-11 ta’ Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2016/001 FI/Microsoft fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha l-kriterji tal-intervent previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG ġew issodisfati. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, fil-11 ta’ Marzu 2016, u talbet informazzjoni addizzjonali mill-Finlandja qabel il-25 ta’Marzu 2016. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat minn din id-data ta’ skadenza. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta, li fihom il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fid-29 ta’ Lulju 2016.

    L-eliġibbiltà tal-applikazzjoni

    L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati

    5.L-applikazzjoni tirrigwarda 2 035 ħaddiem li ngħataw is-sensja f’Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u 8 fornituri u produtturi downstream. L-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2, Programmar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati). Is-sensji mogħtija minn Microsoft jinsabu prinċipalment fir-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS ta’ Helsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi u Länsi-Suomi.

    L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza

    Microsoft

    1 889

    ISS Palvelut

    36

    Accenture

    27

    ManpowerGroup

    15

    EKS Group

    4

    Suomen Terveystalo

    1

    Eilakaisla

    1

    Symbio Finland

    16

    HCL Technologies Ltd

    46



    L-għadd totali ta’ intrapriżi: 9

    L-għadd totali ta’ sensji: 

    2 035

    L-għadd totali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet: 

    0

    L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u persuni li jaħdmu għal rashom:

    2 035

    Kriterji ta’ intervent

    6.Il-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jitlob li tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li jingħataw is-sensja minn fornituri.

    7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur għall-applikazzjoni jibda mill-11 ta’ Settembru 2015 sal-11 ta’ Jannar 2016. Kien hemm 2 035 sensja matul dan il-perjodu ta’ referenza.

    8.Is-sensji mogħtija matul il-perjodu ta’ referenza huma kif ġej:

    1 889 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Microsoft,

    146 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn tmien fornituri u produtturi downstream.

    Kalkolu tas-sensji mogħtija u tal-waqfien ta’ attività

    9.Is-sensji mogħtija matul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati hekk kif ġej:

    62 mid-data li fiha l-impjegatur, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE 6 , innotifika bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi ppjanati. Il-Finlandja kkonfermat qabel id-data tat-tlestija tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni, li dawn it-62 sensja kienu ġew tabilħaqq mogħtija,

    1 931 mid-data tal-avviż individwali tal-impjegatur biex jissensja jew iwaqqaf il-kuntratt ta’ impjieg tal-ħaddiema,

    42 mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt tal-impjieg jew tal-iskadenza tiegħu.

    Benefiċjarji eliġibbli

    10.Minbarra l-2 035 ħaddiem diġà msemmija, il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu 126 ħaddiem li ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Dawn il-ħaddiema kollha ngħataw is-sensja wara t-tħabbira ġenerali dwar is-sensji previsti, li saret fit-8 ta’ Lulju 2015. Tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għas-sensji matul il-perjodu ta’ referenza.

    11.Għaldaqstant, l-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 2 161.

    Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni

    12.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, il-Finlandja ġabet l-argument li fis-snin riċenti d-distribuzzjoni ta’ impjiegi fis-settur tal-ICT bejn l-UE u ekonomiji oħrajn żviluppat għad-detriment tal-UE. Dawn l-effetti kienu partikolarment jinħassu fil-Finlandja, fejn is-settur tal-ICT għandu rwol ewlieni fl-ekonomija. L-industrija tas-softwer hija industrija ferm internazzjonali u l-kompetizzjoni f’dan is-settur hija globali. L-atturi kollha tas-suq jistgħu jikkompetu għall-istess klijenti, u l-post u l-isfond kulturali tal-persunal għandhom sinifikat limitat.

    13.Fl-2014, l-għadd ta’ persuni impjegati minn impriżi tat-teknoloġija fil-Finlandja naqas bi 2 %, jiġifieri b’aktar minn 5 000 impjegat. Fl-2014, l-industrija kienet tħaddem 285 000 persuna fil-Finlandja, filwaqt li fl-2008, dan it-total kien għadu ta’ 326 000 persuna 7 . Matul l-istess perjodu, kien hemm żieda fis-sehem taċ-Ċina u tal-Istati Uniti fil-persunal tas-settur tal-ICT tal-pajjiżi żviluppati, filwaqt li s-sehem tal-Ewropa naqas 8 .

    14.Is-swieq tat-telefowns ċellulari żviluppaw taħt kompetizzjoni kontinwa bejn is-sistemi operattivi differenti. Matul l-ewwel għaxar snin tas-snin 2000, Nokia ddominat is-swieq. Minn dak iż-żmien, is-sistema operattiva Android kisbet b’mod rapidu pożizzjoni qawwija fis-suq, filwaqt li Microsoft naqset milli tikseb sehem sinifikanti tas-suq. Dan wassal għal żieda fl-importazzjonijiet fl-Unjoni.

    15.Għaldaqstant, ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-forza tax-xogħol fil-Microsoft hija s-sehem tas-suq dejjem jonqos tat-telefowns tagħha (Lumia) bis-sistema operattiva Microsoft Windows. L-Android u l-iOS, iż-żewġ sistemi operattivi mfassla fl-Istati Uniti użati minn diversi manifatturi bbażati fl-Asja, kibru biex iddominaw is-suq fis-snin riċenti. Is-sehem tas-suq tat-telefowns bis-sistema operattiva tal-Windows kien taħt l-4 % kull sena mill-2012 sal-2015. Huwa importanti li wieħed jinnota li s-sistema operattiva tat-telefown bil-Microsoft Windows kien għad fadlilha aktar minn 50 % tas-sehem tas-suq fl-2009 9 .

    16.L-applikazzjoni attwali hija l-kontinwazzjoni ta’ sensiela ta’ applikazzjonijiet preċedenti mill-Finlandja, li kollha jduru madwar it-tnaqqis ta’ Nokia fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha. Dan beda fl-2007 bil-każ Perlos (EGF/2007/003 FI/Perlos) u jinkludi żewġ każijiet Finlandiżi ta’ Nokia (EGF/2012/006 FI/Nokia Salo u EGF/2013/001 FI/Nokia) kif ukoll ta’ Broadcom (EGF/2015/001 FI/Broadcom) u tal-ipprogrammar tal-kompjuters (EGF/2015/005 FI/Computer Programming). Fil-bidu Nokia ttrasferiet il-linji ta’ produzzjoni lejn il-Lvant Imbiegħed, imbagħad għalqet iż-żoni ta’ produzzjoni aktar speċjalizzati filwaqt li żammet ir-riċerka, l-iżvilupp u l-ipprogrammar, biegħet l-operat tat-telefowns ċellulari lill-Microsoft, u attwalment, anke dan qed jingħalaq. Huwa diġà previst li fil-futur qarib il-Finlandja se tippreżenta żewġ applikazzjonijiet oħra relatati mal-ħaddiema li se jingħataw is-sensja fis-settur tal-ICT.

    17.Sal-lum, is-settur tad-Diviżjoni 62 tan-NACE kien is-suġġett ta’ żewġ applikazzjonijiet tal-FEG preċedenti, it-tnejn li huma bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ (EGF/2013/001 FI/Nokia u EGF/2015/005 FI/Computer programming).

    Avvenimenti li wasslu għall-għoti tas-sensji u għall-waqfien tal-attività

    18.L-avvenimenti li wasslu għal dawn is-sensji huma hekk kif ġej: f’Settembru 2013, Microsoft akkwistat it-tagħmir u s-servizzi ta’ Nokia. Wara dan l-akkwist, f'April 2014 ġiet stabbilita Microsoft Mobile. Madwar 25 000 impjegat ta’ Nokia ġew trasferiti għal ma’ Microsoft, inklużi 4 700 persuna bbażati fil-Finlandja.

    Fl-2014, Microsoft ħabbret il-pjanijiet tagħha li se tnaqqas id-daqs tal-forza tax-xogħol globali tagħha bi 18 000 impjieg fis-sena ta’ wara. 1 100 minn dawn il-pożizzjonijiet kienu bbażati fil-Finlandja. Fl-istess waqt Microsoft iddeċidiet li tagħlaq is-sit f’Oulu u tiffoka r-riċerka u l-iżvilupp tal-prodott f’Salo, f’Tampere u f’Espoo.

    F’Lulju 2015, Microsoft ħabbret pjanijiet biex tirristruttura n-negozju tat-telefowns tal-intrapriża sabiex tiffoka u tallinja aħjar ir-riżorsi. Skont il-previżjonijiet kellhom jintilfu sa mhux aktar minn 2 300 impjieg fil-Finlandja. L-operazzjonijiet ta’ Salo ngħalqu u l-kompiti ġew trasferiti għall-faċilitajiet ta’ Microsoft f’Tampere u f’Espoo.

    Ħafna mis-sensji li jinsabu fl-applikazzjoni attwali huma eks ħaddiema ta’ Nokia li marru ma’ Microsoft fl-2013. Il-professjonisti tal-ipprogrammar huma fiċ-ċentru ta’ dawn is-sensji.

    Impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali

    19.Ir-reġjuni tan-NUTS 2 affettwati huma Helsinki-Uusimaa (FI1B); Etelä-Suomi (FI1C) u Länsi-Suomi, (FI197). 88 % tal-ħaddiema ssensjati huma tal-età ta’ bejn it-30 u l-54 sena. Il-prospetti ta’ impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età huma partikolarment problematiċi.

    20.Il-ħaddiema ssensjati jista’ jkollhom rwol importanti fir-rivitalizzazzjoni tal-industrija jekk l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri tagħhom, il-pjanijiet tagħhom favur l-intraprenditorija, u l-prospetti ta’ impjieg tagħhom jiġu mogħtija appoġġ b’mod suffiċjenti.

    21.Microsoft hija t-tieni l-akbar intrapriża tal-ICT f’Espoo, it-tieni l-akbar belt fil-Finlandja. Għaldaqstant is-settur huwa impjegatur ewlieni f’Espoo. Fl-2013, madwar 29 400 ħaddiem (35 % tal-forza tax-xogħol tas-settur privat) kienu impjegati fis-settur 10 . Total ta’ 219-il kumpanija tal-ICT ġew stabbiliti f’Espoo fl-2014 u 313 ingħalqu matul l-istess perjodu 11 .

    Ir-raggruppament tal-ICT madwar Microsoft huwa kkonċentrat f’Espoo. Dan ifisser li Espoo hija milquta b’mod sever bis-sensji: madwar 700 ħaddiem ta’ Microsoft f’Espoo se jisfaw bla xogħol matul din is-sessjoni ta’ sensji.

    Fl-aħħar ta’ Awwissu 2015, l-għadd ta’ ħaddiema qiegħda fuq perjodu twil ta’ żmien kien ta’ 42 % ogħla mis-sena ta' qabel. Fl-istess perjodu, il-qgħad fost il-persuni b’edukazzjoni għolja f’Uusimaa jammonta b’mod permanenti għal aktar minn 15 %. Fl-aħħar ta’ Awwissu 2015, kien hemm total ta’ 95 967 persuna qiegħda li kienu qed ifittxu impjieg f’Uusimaa, 13,3 % aktar mis-sena ta' qabel. Ir-rata ta’ qgħad kienet ta’ 11,6 %.

    22.Ir-reġjun tilef total ta’ 6 500 impjieg bejn l-2007 u l-2013, tnaqqis ta’ 25 %. Bħala riżultat tas-sensji ta’ Nokia, ir-rata tal-qgħad kienet aktar mid-doppju bejn l-2008 u l-2015, minn 7,0 % għal 17,5 %. Kien hemm żieda wkoll fil-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni għolja fost dawk qiegħda.

    It-tħabbira ta’ Microsoft li se tagħlaq l-impjant tagħha f’Salo jfisser li madwar 1 000 persuna li jaħdmu hemm se jitilfu l-impjieg tagħhom. Għan-negozji li jipprovdu l-unità bis-servizzi, l-għeluq se jwassal għal madwar 150 sensja addizzjonali. Dan ifisser li total ta’ madwar 1 150 impjieg se jintilfu f’Salo. Madwar 200 impjegat tal-unità f’Salo rċevew offerta biex jiġu trasferiti f’Espoo u f’unitajiet tal-Microsoft oħrajn, sabiex l-għadd totali ta’ sensji fiż-żona ta’ Salo jkun ta’ madwar 950 sensja.

    Ħafna mill-persuni li se jitilfu l-impjieg tagħhom għandhom kwalifiki għoljin u esperjenza fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Huwa possibbli li numru minnhom ikunu kapaċi jsibu impjiegi ġodda malajr, peress li għandhom ħiliet rilevanti x’joffru.

    23.Total ta’ madwar 1 000 impjieg tal-industrija tat-teknoloġija spiċċaw f’Tampere matul dawn l-aħħar 12-il xahar. Il-fatt li l-iżvilupp u l-manifattura tas-sistemi tas-softwer u tan-netwerks tat-telefowns ċellulari ta’ Nokia ġew rilokati mis-subreġjun ta’ Tampere għal żoni oħrajn, ipprovda riżerva ta’ xogħol sostanzjali.

    L-aħħar tnaqqis fil-forza tax-xogħol ta’ Microsoft jaffettwa madwar 500 persuna fiż-żona ta’ Pirkanmaa. L-aġġornament tal-ħiliet u l-iffukar fuq kompetenzi b’bażi wiesgħa huma importanti għall-prospetti ta’ impjieg ta’ persuni individwali li qed ifittxu impjieg. Ħafna mill-operaturi l-kbar fiż-żona ta’ Tampere kienu jiddependu fuq l-assi Nokia/Microsoft għan-negozju tagħhom. Għaldaqstant ġew affettwati s-sottokuntratturi mill-ġrajjiet, li wasslu għal aktar sensji fosthom.

    Il-benefiċjarji fil-mira u l-azzjonijiet proposti

    Benefiċjarji fil-mira

    24.In-numru stmat ta’ ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa ta’ 1 441. It-tqassim ta’ dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa hekk kif ġej:

    Kategorija

    Għadd ta’
    benefiċjarji fil-mira

    Sess:

    Irġiel:

    864

    (60,0 %)

    Nisa:

    577

    (40,0 %)

    Ċittadinanza:

    Ċittadini tal-UE:

    1 297

    (90,0 %)

    Mhux ċittadini tal-UE:

    144

    (10,0 %)

    Grupp ta’ età:

    15-24 sena:

    0

    (0,0 %)

    25-29 sena:

    17

    (1 %)

    30-54 sena:

    1 279

    (89 %)

    55-64 sena:

    144

    (10,0 %)

    aktar minn 64 sena:

    1

    (0,0 %)

    L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti

    25.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:

    Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn, li jinkludu:.

    L-għan tat-taħriġ għal min qed ifittex impjieg huwa li jipprovdi lill-parteċipanti b’aktar informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, jgħinhom fl-ippjanar tal-possibbiltajiet tagħhom stess, u jgħinhom itejbu u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom fit-tiftix ta’ impjieg.

    L-iskop tal-ikkowċjar għall-impjieg huwa li jappoġġja u jiggwida klijent privat biex ifittex impjieg u biex jitħarreġ fuq ix-xogħol.

    L-ikkowċjar għall-karriera jingħata lil persuni li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom jekk, skont il-valutazzjoni ta’ Uffiċċju tal-Impjieg u tal-Iżvilupp Ekonomiku (Uffiċċju TE), dawn il-ħaddiema jkunu jeħtieġu appoġġ funzjonali, intensiv u fuq terminu ta' żmien twil fl-ippjanar tal-karriera tagħhom. L-enfasi ewlenija fl-ikkowċjar qiegħda fuq l-interazzjoni u l-eżerċizzji fi gruppi.

    Il-ħaddiema tal-Microsoft għandhom kompetenzi li jvarjaw ħafna. Sabiex jevalwa s-sitwazzjoni u l-ħtieġa għas-servizzi tal-persuna li qed tfittex impjieg, l-Uffiċċju TE jista’ jorganizza sensiela ta’ valutazzjonijiet ta’ esperti.

    Impjiegi u servizzi tan-negozju

    Dawk li tilfu l-impjieg tagħhom se jiġu pprovduti b’servizzi ta’ informazzjoni, ta’ pariri u ta’ esperti biex jippjanaw għall-impjieg mill-ġdid tagħhom. F’każijiet preċedenti tal-FEG is-servizz dirett wera kemm huwa ferm utli.

    Taħriġ

    It-taħriġ vokazzjonali fis-suq tax-xogħol se jinkludi taħriġ fl-iżvilupp tal-kumpanija u taħriġ bħala appoġġ fl-intraprenditorija. L-għan huwa l-akkwist ta’ kwalifika vokazzjonali jew it-titjib tal-ħiliet eżistenti. Se jiġu offruti wkoll korsijiet ta’ taħriġ li jgħinu fil-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

    Sussidju tal-pagi

    Is-sussidji tal-pagi se jkunu disponibbli għall-ħaddiema ssensjati biex ikunu ta’ appoġġ għal impjieg f’xogħol ġdid jew għal apprendistat, billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-pagi ta’ impjegatur ġdid għal perjodu ta’ żmien limitat. Is-sussidju tal-pagi huwa ta’ bejn 30 % u 50 % tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema u se jingħata għal perjodu ta’ bejn 6 u 24 xahar.

    Għotja għal negozji ġodda

    L-għan tal-għotjiet għal negozji ġodda huwa li jippromwovi l-ħolqien ta’ attivitajiet tan-negozju u l-impjieg ta’ persuni individwali. L-għan tal-għotjiet għal negozji ġodda huwa li jiżgura dħul dawk li jaspiraw li jkunu intraprendituri matul iż-żmien stmat meħtieġ biex jiġi mniedi u stabbilit negozju full-time.

    Allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni billejl u l-ġarr

    Persuna li qed tfittex ix-xogħol tista’ tingħata allowance għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni li jinġarrbu fit-tfittxija tal-impjieg, jew għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ taħriġ, u kumpens għall-ispejjeż ta’ ġarr meta jiġi aċċettat impjieg barra miż-żona tal-ivvjaġġar tagħha.

    26.L-azzjonijiet proposti, deskritti hawnhekk, jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux il-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.

    27.Il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex se tieħu post dawn l-azzjonijiet.

    Baġit stmat

    28.L-ispejjeż totali stmati huma EUR 8 940 000, li jinkludu n-nefqa ta’ EUR 8 480  000 għal servizzi personalizzati u n-nefqa ta’ EUR 460 000 għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, u ta’ kontroll u rappurtar.

    29.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 5 364 000 (60 % tal-ispejjeż totali).

    Azzjonijiet

    Għadd stmat ta’ parteċipanti

    Spiża stmata għal kull parteċipant
    (EUR)(*)

    L-ispejjeż totali stmati

    (EUR)

    Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)

    Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn (Valmennukset ja muut valmentavat toimenpiteet)

    785

    600,00

    471 000

    Servizzi ta’ impjieg u ta’ negozju (Työllisyys- ja yrityspalvelut)

    1 287

    543,90

    700 000

    Taħriġ (Koulutus)

    940

    6 000,00

    5 640 000

    Għotja għal negozju ġdid(Starttiraha)

    43

    6 000,00

    258 000

    Subtotal (a):

    Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati

    7 069 000

    (83,36 %)

    Benefiċċji u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)

    Sussidju għall-paga (Palkkatuki)

    173

    8 000,00

    1 384 000

    Benefiċċji għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni billejl u tal-ġarr (Liikkuvuusavustus)

    180

    150,00

    27 000

    Subtotal (b):

    Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:

    1 411 000

    (16,64 %)

    Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG

    1. Attivitajiet preparatorji

    4 000

    2. Ġestjoni

    364 000

    3. Informazzjoni u pubbliċità

    77 000

    4. Kontroll u rappurtar

    15 000

    Subtotal (c):

    Perċentwal tal-ispejjeż totali:

    460 000

    (5,1 %)

    Spejjeż totali (a + b + c):

    8 940 000

    Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)

    5 364 000

    (*) Biex jiġu evitati ħafna deċimali, l-ispejjeż stmati għal kull ħaddiem tqarrbu għall-eqreb numru sħiħ. Madankollu t-tqarrib għall-eqreb numru sħiħ ma għandu l-ebda impatt fuq l-ispiża totali ta’ kull miżura.

    30.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. Il-Finlandja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ.

    31.Il-Finlandja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.

    Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa

    32.Il-Finlandja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-11 ta’ Settembru 2015. Għaldaqstant, in-nefqa fuq dawn l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-11 ta’ Settembru 2015 sal-11 ta’ Marzu 2018.

    33.Il-Finlandja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex timplimenta l-FEG fil-11 ta’ Settembru 2015. Għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità u ta’ kontroll u rappurtar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-11 ta’ Settembru 2015 sal-11 ta’ Settembru 2018.

    Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni

    34.Is-sorsi tal-prefinanzjament jew il-kofinanzjament nazzjonali primarjament ġejjin mill-partita tas-servizzi tal-impjieg pubbliċi fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija (MEE). Xi servizzi se jkunu ffinanzjati min-nefqa operattiva taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent (Ċentri ELY) u l-Uffiċċji TE.

    35.Il-Finlandja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.

    36.Il-Finlandja qed timplimenta wkoll kontribuzzjonijiet tal-FEG għall-ħaddiema ssensjati ta’ Broadcom u fis-settur tal-ipprogrammar tal-kompjuters. Il-każ ta’ Microsoft se jikkoopera ma’ Labour Mobility in Europe 2014-2020, li huwa proġett nazzjonali ta’ żvilupp tas-servizzi tal-EURES. Avvenimenti ta’ reklutaġġ internazzjonali se jiġu rranġati b’mod reġjonali f’kooperazzjoni mas-servizzi tal-FEG u tal-EURES.

    37.Pakkett ta’ miżuri nazzjonali “Mudelli bejn il-kumpanija tar-reklutaġġ u l-kumpanija li qed tnaqqas l-investiment” ġie varat fi ħdan l-FSE. Dan il-pakkett ta’ miżuri se jkun qed jipproduċi riżultati li jistgħu jkunu utli għall-implimentazzjoni ta’ proġetti taħt din l-applikazzjoni tal-FEG.

    Proċeduri għall-konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira jew mar-rappreżentanti tagħhom jew mas-sħab soċjali, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali

    38.Il-Finlandja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati kien imfassal permezz ta’ konsultazzjoni hekk kif ġej: il-Ministeru tal-Impjiegi u tal-Ekonomija sejjaħ grupp li jindirizza s-sensji ta’ Microsoft u jipparteċipa fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni tal-FEG. Dan il-grupp ta’ ħidma jinkludi rappreżentanti miċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent u l-Uffiċċji għall-Impjieg u għall-Iżvilupp Ekonomiku għal Uusimaa, il-Finlandja tal-Lbiċ u Pirkanmaa. Rappreżentanti oħrajn huma l-Microsoft, il-Federazzjoni tat-Teknoloġija Finlandiża tal-Finlandja, u l-Union tal-Inġiniera Professjonali fil-Finlandja, l-Inġiniera u l-Arkitetti Akkademiċi tal-Finlandja/il-Federazzjoni ta’ Persunal Professjonali u Maniġerjali YTN u l-Aġenzija għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-reġjun ta’ Tampere Tredea.

    Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    39.L-applikazzjoni fiha deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribut finanzjarju se jkun ġestit mill-MEE, li jiġġestixxi wkoll il-fondi tal-FSE. L-istess Ministeru jaġixxi bħala l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni. Hemm separazzjoni stretta tad-dmirijiet u tar-relazzjonijiet ta’ rappurtar bejn id-dipartimenti responsabbli għal dawn iż-żewġ funzjonijiet. Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni għall-FEG ġew assenjati lid-Dipartiment tal-Impjiegi u tal-Intraprenditorija, filwaqt li dawk għall-FSE ngħataw lid-Dipartiment Reġjonali. Il-funzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għaż-żewġ Fondi huma f’idejn l-Unità tar-Riżorsi Umani u tal-Amministrazzjoni. Il-Ministeru ħejja manwal li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti.

    40.L-Awtorità tal-Awditjar se tkun l-Unità tal-Awditjar Interna indipendenti, li topera taħt is-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru.

    Impenji mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat

    41.Il-Finlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet meħtieġa kollha rigward dawn li ġejjin:

    il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,

    inżammet il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi,

    Microsoft Mobile Oy, l-entità li qiegħda tagħti s-sensji, li kompliet l-attivitajiet tagħha wara li tat is-sensja lill-ħaddiema, ikkonformat mal-obbligi legali tagħha li jirregolaw is-sensji u pprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi,

    l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi jew minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi prevenut,

    l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,

    il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

    IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta baġitarja

    42.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 12 .

    43.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset l-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-FEG jiġi mmobilizzat għall-ammont ta’ EUR 5 364 000, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.

    44.Id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materjita' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 13 .

    Atti relatati

    45.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta’ EUR 5 364 000 fl-intestatura baġitarja rilevanti.

    46.Fl-istess waqt li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
    wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 14 , u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 15 , u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b’riżultat ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 16 .

    (3)Fil-11 ta’ Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, fir-rigward tas-sensji f’Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u fi 8 fornituri u produtturi downstream. Din kienet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

    (4)F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni mill-Finlandja titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali.

    (5)Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 364 000,00 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

    (6)Sabiex jitnaqqas iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta’ EUR 5 364 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tapplika minn [id-data tal-adozzjoni tagħha]*.

    17Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
    (2) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-FEG.
    (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).
    (4) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
    (5) F’konformità mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
    (6) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).
    (7) Statistics Finland, L-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-Federazzjoni tal-Industriji tat-Teknoloġija Finlandiżi
    (8) https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/2015-predict-report-analysis-ict-rd-eu-and-beyond
    (9) http://www.statista.com/statistics/266136/global-market-share-held-by-smartphone-operating-systems/
    (10)

       www.teknologiateollisuus.fi/sites/default/files/file_attachments/personnel.pdf

    (11) www.teknologiateollisuus.fi/sites/default/files/file_attachments/personnel.pdf
    (12) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
    (13) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
    (14) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
    (15) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
    (16) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
    (17)  Id-data trid tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.
    Top