IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.7.2016
COM(2016) 482 final
2016/0231(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2016) 247 final}
{SWD(2016) 248 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha
F’Ottubru tal-2014, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija tal-2030. Il-qafas jistabbilixxi l-impenn tal-Unjoni Ewropea għal mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990. Is-setturi kollha għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet. Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-mira se titwassal b’mod kollettiv mill-Unjoni Ewropea bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005.
Bil-politiki implimentati attwalment, l-emissjonijiet ta’ GHG mhumiex mistennija li jonqsu biżżejjed biex jilħqu l-mira tal-Unjoni Ewropea ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % mill-1990 sal-2030 u b’mod aktar speċifiku, tnaqqis ta’ 30 % fil-GHG fis-setturi mhux tal-ETS meta mqabbel mal-2005. Skont ix-xejriet attwali, u b'implimentazzjoni sħiħa tal-miri eżistenti vinkolanti u politiki adottati li huma marbuta, fost oħrajn, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, mat-tnaqqis tas-CO2 mill-vetturi tat-triq, mas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, mal-miżbliet, mal-ekonomija ċirkolari jew mal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, huwa pproġettat li sal-2030, l-emissjonijiet koperti fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi ('ESD') se jonqsu biss b'madwar 24% mil-livelli tal-2005. Għaldaqstant, huma meħtieġa miri nazzjonali tat-tnaqqis li jipprovdu l-inċentiv għal aktar politiki li huma l-mutur ta’ tnaqqis aktar profond. Din il-proposta tiddefinixxi miri nazzjonali konformi ma’ tnaqqis madwar l-UE ta’ 30 % sal-2030 fis-setturi mhux tal-ETS, meta mqabbel mal-2005 b’mod ġust, filwaqt li tiġi prevista l-kosteffikaċja kif approvata mill-Kunsill Ewropew. L-Istati Membri kkontribwixxew għal tnaqqis globali fl-UE fl-2030 b’miri li jvarjaw minn 0 % sa -40 % taħt il-livelli tal-2005. It-tnaqqis skont dan ir-Regolament jippromwovi titjib b’mod partikolari fis-setturi tal-bini, tal-agrikoltura, tal-immaniġġjar tal-iskart u tat-trasport.
Din il-proposta timplimenta wkoll l-impenji tal-UE skont il-ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex l-Unjoni Ewropea tirratifika l-ftehim ta’ Pariġi. Din il-proposta segwiet il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ftehim ta’ Pariġi.
Il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f’Diċembru 2015 adottat il-Ftehim ta’ Pariġi. Dan inkluda għan fit-tul biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C aktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm taħt il-1,5 °C. Bi qbil mas-sejbiet xjentifiċi tal-Grupp Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-għan klimatiku tal-UE huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG bi 80-95 % fl-2050 meta mqabbla mal-1990, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.
L-Unjoni Ewropea u l-Partijiet l-oħra kollha huma obbligati jikkomunikaw il-kontributi maħsubin iddeterminati fil-livell nazzjonali kull ħames snin, infurmati mill-analiżi globali tal-Ftehim li jseħħ fl-2023 u kull ħames snin wara dan.
Sabiex jinkiseb l-għan domestiku fit-tul tal-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’mill-inqas 80 % sal-2050, jinħtieġ progress kontinwu għat-tranżizzjoni tagħna lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. It-tranżizzjoni teħtieġ bidliet fl-aġir kummerċjali u tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. It-tranżizzjoni se tipprovdi l-opportunitajiet ta' impjiegi u tkabbir għall-Unjoni Ewropea. Se tistimula l-investiment u l-innovazzjoni fl-enerġija rinnovabbli, u b’hekk tikkontribwixxi biex tintlaħaq l-ambizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun fuq quddiem nett fid-dinja, u jiżdied it-tkabbir fis-swieq għall-oġġetti u s-servizzi prodotti fl-UE, pereżempju fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija. Fil-kuntest ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Għandha tiġi mħeġġa b’mod qawwi l-azzjoni mill-gvernijiet lokali u reġjonali, mill- bliet u mill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u lokali f’livelli differenti.
L-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ politika għall-klima robust hija element ewlieni għall-bini ta’ Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika klimatika li tħares ’il quddiem. Biex jinkiseb dan, tinħtieġ kontinwazzjoni ta’ azzjoni klimatika ambizzjuża anke fis-setturi mhux tal-ETS, u progress fl-aspetti kollha tal-Unjoni tal-Enerġija biex tiġi fornuta enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini kollha tagħha.
In-Norveġja u l-Iżlanda esprimew l-intenzjoni li jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. It-termini li jirregolaw il-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tan-Norveġja u tal-Iżlanda se jiġu stipulati f’leġiżlazzjoni assoċjata. Għall-perjodu mill-2021 sal-2030 in-Norveġja għamlitha ċara li biħsiebha tipparteċipa bis-sħiħ fl-isforz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-setturi mhux tal-ETS. Peress li l-miri tal-Istati Membri jvarjaw minn 0 % għal -40 %, abbażi tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita, in-Norveġja se tiġi allokata mira ta’ tnaqqis numeriku stmat ta’ 40 % taħt il-livelli tal-2005 u mekkaniżmi ta’ flessibbiltà bħal fil-każ tal-Istati Membri, se jkunu disponibbli għan-Norveġja u għall-Iżlanda. Il-miri finali se jiġu ddeterminati biss meta tiġi adottata l-proposta. Din il-proposta hija mingħajr preġudizzju għall-mod kif in-Norveġja u l-Iżlanda se jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta.
•Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f'dan il-qasam ta’ politika
Din il-proposta, inġenerali, tkompli mal-approċċ ta’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti għas-setturi mhux tal-ETS stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Il-Kunsill Ewropew talab b’mod espliċitu kontinwazzjoni tal-arkitettura attwali tal-politika u ta gwida dwar kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati għall-perjodu 2021 sa 2030, inkluż għall-istabbiliment ta’ miri nazzjonali tat-tnaqqis.
L-approċċ prevalenti għall-istabbiliment tal-miri nazzjonali tat-tnaqqis, bi qbil mal-approċċ meħud fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi attwali u mal-gwida tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014, huwa abbażi tal-PDG relattiv per capita. Għall-Istati Membri b’PDG per capita ’l fuq mill-medja tal-UE, il-miri jkomplu jiġu aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja f’dan il-grupp. Dan l-approċċ jibbilanċja l-kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u kosteffikaċja kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew.
Sabiex tiġi stimulata azzjoni addizzjonali reali fis-settur ibbażat fuq l-art, inkluż l-agrikoltura, filwaqt li jiġu żgurati l-kontabbiltà robusta u l-integrità ambjentali globali, din il-proposta tinkludi flessibbiltà ġdida li tippermetti użu limitat ta’ assorbimenti netti minn ċerti kategoriji ta’ kontabbiltà tal-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF), filwaqt li jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda debitu fis-setturi tal-LULUCF, biex jekk ikun hemm bżonn, l-Istat Membru jkun jista' jżommmal-miri fis-setturi mhux tal-ESD.
Dan jaqbel mal-gwida li ta l-Kunsill Ewropew, li tindika l-potenzjal ta’ mitigazzjoni l-aktar baxx tas-settur tal-agrikoltura u tal-użu tal-art, u l-importanza li jiġu studjati l-aħjar mezzi biex jiġi ottimizzat il-kontribut ta’ dan is-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, anke permezz tal-afforestazzjoni.
Ġiet inkluża wkoll flessibbiltà ġdida, konsistenti mal-gwida tal-Kunsill Ewropew, għall-Istati Membri b’miri nazzjonali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li huma ’l fuq b’mod sinifikanti kemm mill-mira tal-medja tal-UE kif ukoll mill-potenzjal tat-tnaqqis kosteffikaċi tagħhom, kif ukoll għall-Istati Membri li ma kellhomx allokazzjoni libera għall-istallazzjonijiet industrijali fl-2013. Il-flessibbiltà tippermetti lill-Istati Membri eliġibbli jiffaċilitaw it-twettiq tal-obbligi tal-ESD tagħhom permezz tal-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-EU ETS.
•Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Hemm previsti proposti leġiżlattivi kumplimentari għal aktar tard fl-2016 biex jgħinu biex jintlaħqu l-miri miftiehma mill-Kunsill Ewropew ta’ mill-inqas 27 % għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE sal-2030 u għat-titjib fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija fl-2030 b’mill-inqas 27 % (Dan se jiġi rivedut sal-2020, filwaqt li jitqies livell tal-UE ta’ 30 %). Dawn il-proposti għandhom jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri klimatiċi mhux tal-ETS, b’mod partikolari fis-settur tal-bini. Barra minn hekk, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tindirizza azzjoni biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG fit-trasport.
2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
•Il-bażi ġuridika
It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ azzjoni nazzjonali jew legali biss, Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika hija meħtieġa fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE tipprovdi twettiq kosteffikaċi tal-għanijiet tal-2030 u fit-tul tat-tnaqqis tal-emissjonijiet filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.
L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-TFUE. Skont l-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, fost l-oħrajn, tikseb l-għanijiet li ġejjin: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu sew mill-Istati Membri waħedhom, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Din il-proposta għal Regolament tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għaliex ma tagħmilx iżjed milli huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tal-implimentazzjoni b’mod kosteffikaċi tal-mira tal-UE tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2021 sa 2030 filwaqt li fl-istess ħin tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.
Il-Kunsill Ewropew qabel dwar tnaqqis globali domestiku u fis-setturi ekonomiċi kollha ta’ mill-inqas 40 % tal-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990. Din il-proposta tkopri aktar minn nofs dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u l-aħjar mod li jiġi segwit l-għan tal-proposta huwa permezz ta’ Regolament. Fiha għadd konsiderevoli ta' sinerġiji mar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ ('MMR'). L-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom l-obbligu biex jikkontribwixxu biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ ta’ emissjonijiet nazzjonali.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT.
•L-evalwazzjonijiet ex-post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2015 twettqet evalwazzjoni tal-ESD qabel din il-proposta skont l-Artikolu 14 tagħha, li tirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tfassal rapport li jevalwa l-implimentazzjoni tal-ESD sal-31 ta’ Ottubru 2016.
Filwaqt li l-ESD għadha fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tagħha, l-impenji tal-ESD jistgħu jitqiesu li kienu effettivi tal-inqas parzjalment biex stimulaw politiki u miżuri nazzjonali ġodda li jippromwovu tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet ta’ GHG fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESD. Dan l-isforz issaħħaħ mill-fatt li tnieda flimkien ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-UE għall-klima u l-enerġija, bħala parti mill-pakkett tal-2020, b’mod partikolari dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli. Għal diversi setturi tal-ESD, fosthom il-bini, it-trasport, l-agrikoltura u l-iskart, parti sinifikanti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-lum jista’ jiġi attribwit għal fatturi bħat-tibdil teknoloġiku li huwa influwenzat minn interventi politiċi li jirriżultaw mill-pakkett tal-2020. Minbarra l-politiki nazzjonali għall-klima u l-enerġija, il-kriżi ekonomika u t-tkabbir fl-attività ekonomika f’xi pajjiżi affettwaw l-emissjonijiet ta’ GHG.
B’mod ġenerali, bħala riżultat tal-ESD, l-Istati Membri saru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tagħha u kif l-aħjar li jitfasslu. Instab li kien hemm piż amministrattiv addizzjonali limitat li rriżulta mill-ESD fil-livell tal-Istati Membri, għalkemm jista’ jkun hemm opportunitajiet għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi. L-ispejjeż amministrattivi tas-sistema ta' monitoraġġ u konformità huma ta' EUR 650 000 fis-sena, filwaqt li l-ispejjeż annwali għat-28 Stat Membru kollha f'daqqa huma stmati għal madwar EUR 500 000 fis-sena.
•Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika dwar l-isforz tal-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom biex jonoraw l-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’perspettiva tal-2030.
Il-konsultazzjoni kkumplimentat il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper dwar qafas tal-2030 għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija, li twettqet fl-2013 u kienet kompletament miftuħa għall-pubbliku. Il-konsultazzjoni ffokat fuq it-tisħiħ tal-istrumenti ta’ flessibbiltà eżistenti; ir-rapportar u l-konformità; l-approċċ għall-istabbiliment ta’ miri nazzjonali ta’ tnaqqis fil-gassijiet serra; u flessibbiltà limitata ta’ darba bejn l-ETS u l-ESD. Indirizzat ukoll azzjoni kumplimentari madwar l-UE biex jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis, u l-bini ta’ kapaċità u appoġġ ieħor għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni rċeviet 114-il risposta formali minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni Ewropea kkonsultat ukoll lill-Istati Membri f’erba’ laqgħat tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima li saru fl-2015. Dawn il-konsultazzjonijiet indirizzaw diversi alternattivi għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà domestiċi eżistenti fl-ESD fil-perjodu wara l-2020 u kif jiġu amministrati r-rapportar u l-konformità.
Sommarju tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jinsab fl-Anness 8.2 tal-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.
•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert
Il-valutazzjoni kwalitattiva ta’ impatti futuri fl-UE tibni fuq l-analiżi mwettqa għall-proposta qafas tal-2030 u tikkumplimentaha u taġġornaha fir-rigward ta’ elementi speċifiċi relatati mal-ESD. Il-Kummissjoni kkuntrattat l-Università Nazzjonali Teknika ta’ Ateni, l-IIASA u l-EuroCare biex jagħmlu mudell ta’ xenarju ta’ referenza aġġornat, u abbażi ta’ dan ġew ikkwantifikati x-xenarji ta’ politika. Is-sistema tal-enerġija u l-immudellar tal-emissjonijiet ta’ CO2 huma bbażati fuq il-mudell PRIMES. L-immudellar tal-emissjonijiet ta’ GHG mhux ta’ CO2 huwa bbażat fuq il-mudell GAINS. L-emissjonijiet agrikoli mhux ta’ CO2 huma vvalutati fil-qafas tal-immudellar CAPRI.
L-għarfien espert rifless fil-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll il-projezzjonijiet nazzjonali tal-GHG ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ fl-2015, intużaw bħala sorsi addizzjonali ta’ għarfien biex jikkumplimentaw din l-analiżi.
Fl-2015 twettaq studju ta’ appoġġ għall-Kummissjoni għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ESD minn grupp ta’ konsulenti esterni.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tikkumplimenta l-analiżi mwettqa fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-2014 li jappoġġjaw il-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija. Din iffurmat il-bażi analitika għall-istabbiliment tal-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif ukoll il-qasma fil-miri rispettiva ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ 30 % u 43 % bejn is-setturi mhux tal-ETS u tal-ETS sal-2030 meta mqabbel mal-2005.
Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat il-possibbiltajiet għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis fis-setturi mhux tal-ETS minbarra s-setturi tal-LULUCF, li jibni fuq l-ESD attwali u l-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew. Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza x’ikun l-impatt tal-proposta fuq il-ġustizzja, il-kosteffikaċja u l-integrità ambjentali.
Il-valutazzjoni tal-impatt terġa’ teżamina l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti miri abbażi tal-PDG per capita biex tkun żgurata l-ġustizzja, u taġġornaha abbażi tad-dejta tal-2013. Tivvaluta kemm jistgħu jiġu aġġustati l-miri fi ħdan il-grupp ta’ Stati Membri li għandhom PDG per capita ’l fuq mill-medja, u għal liema Stati Membri l-ilħuq effiċjenti tal-miri jista’ jkun ta’ tħassib partikolari. Fir-rigward tal-punt tat-tluq għat-trajettorja lineari tal-mira, metodoloġija simili għall-metodoloġija eżistenti tal-ESD abbażi ta’ emissjonijiet riċenti tidher attraenti mill-perspettiva tal-integrità ambjentali filwaqt li hija fattibbli fuq livell amministrattiv.
Din il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-flessibbiltajiet il-ġodda mis-setturi tal-ETS u l-LULUCF jeħtieġ li jkunu limitati biex jiġi żgurat li għadha qed tittieħed azzjoni addizzjonali reali fis-setturi mhux tal-ETS bi qbil mal-għanijiet ta’ tnaqqis fit-tul. Fl-istess ħin, iż-żewġ flessibbiltajiet jippermettu li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri. Għall-flessibbiltà ta’ darba biss, dan tipikament huwa marbut ma' tħassib dwar il-kosteffikaċja għal dawk l-Istati Membri bl-ogħla miri. Għas-settur LULUCF dan huwa marbut ma' tħassib ta’ potenzjal ta’ mitigazzjoni limitat fir-rigward ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2 fis-settur agrikolu, li huwa importanti l-aktar għall-Istati Membri b’sehem kbir ta’ emissjonijiet agrikoli. Il-flessibbiltajiet eżistenti għadhom ma ġewx ippruvati u joffru ambitu wiesa' biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tinkiseb il-kosteffikaċja. Kwalunkwe tisħiħ jeħtieġ li jqis l-impatti amministrattivi potenzjali. L-ispejjeż amministrattivi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea huma fil-preżent limitati u jitnaqqsu aktar mill-bidla lejn kontroll ta’ konformità ta’ ħames snin.
Il-politika proposta taffettwa l-aktar lill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ rapportar dirett jew konsegwenzi amministrattivi għan-negozji, għall-SMEs jew għall-mikrointrapriżi. Skont in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżuri nazzjonali u tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, dawn se jaffettwaw id-diversi partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji u l-konsumaturi. Kwalunkwe effett speċifiku ta' dan it-tip ikollu jiġi vvalutat fi ħdan dawk il-proposti ta’ politika.
•L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni
B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati. Minħabba fil-kontroll propost tal-konformità annwali kull ħames sena, il-piż amministrattiv assoċjat u l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-konformità se jitnaqqsu għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Biż-żamma tas-sistema attwali ta' rapportar kull sena iżda li jsiru l-kontrolli tal-konformità kull ħames snin, l-ispejjeż totali tul il-perjodu tal-impenn kollu tal-2021-2030 għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri huma stmati għal madwar 60% sa 70% tal-ispejjeż amministrattivi tal-ispejjeż ta' sistema b'kontrolli tal-konformità kull sena, li huma madwar EUR 1 150 000 fis-sena.
Fil-leġiżlazzjoni attwali ma hemmx obbligi ta' rapportar diretti għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju jew għal intrapriżi oħra. Il-proposta ma tbiddilx din is-sitwazzjoni.
•Drittijiet fundamentali
Peress li l-politika proposta tindirizza primarjament lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali, hija konsistenti mal-Karta tad-drittijiet fundamentali.
4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-impatti indiretti fuq il-baġits tal-Istati Membri jiddependu mill-għażla tagħhom ta’ politiki u miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG u azzjoni ta’ mitigazzjoni oħra f’setturi koperti minn din l-inizjattiva. Il-proposta li jiġu stabbiliti miri nazzjonali tnaqqas l-effetti tal-ispejjeż għal dawk l-Istati Membri li għandhom dħul baxx meta mqabbla ma’ proposta li tistabbilixxi l-miri abbażi tal-kosteffikaċja biss. Tipprevedi l-flessibbiltà msaħħa biex jiġi żgurat li l-ispejjeż għall-Istati Membri bi dħul għoli jibqgħu limitati.
Il-proposta tipprevedi r-rapportar annwali kontinwu iżda b’kontrolli ta’ konformità inqas frekwenti. Dan inaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri.
Din il-proposta għandha implikazzjonijiet limitati ħafna għall-baġit tal-UE.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Ir-rapportar trasparenti u regolari tal-obbligi tal-Istati Membri flimkien ma’ kontrolli ta’ konformità regolari huma elementi fundamentali biex ikun żgurat il-progress biex jiġu onorati l-impenji fit-tul tal-UE ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet.
Il-monitoraġġ tal-progress u l-valutazzjoni tal-konformità se jkomplu jiddependu fuq qafas komprensiv ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit fil-proposta bħala emenda għall-Artikoli rilevanti tar-Regolament dwar l-(MMR). Ir-rapportar u l-evalwazzjoni robusti kif iddefiniti skont l-ESD attwali se jinżammu għall-finijiet ta’ din il-proposta bl-unika differenza li issa ġew integrati għalkollox mad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-MMR. Huwa ppjanat li dawn jiġu integrati fil-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li dwarha hija prevista proposta tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u jistgħu jkomplu jiġu ssimplifikati bħala parti minn dik il-proposta.
Din il-proposta tistipula li jekk jirriżulta mill-evalwazzjoni annwali li twettaq il-Kummissjoni, il-progress ta' Stat Membru jiddevja mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu, hija trid tippreżenta pjan ta' azzjoni li jiżgura li l-Istat Membru jonora l-obligazzjonijiet tiegħu. Huwa mistenni li kull pjan ta' azzjoni ta' dan it-tip jitqies fil-kuntest tal-pjan integrat nazzjonali għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru u jkun jifforma parti mis-sistema ta' governanza li se tiġi stabbilita fil-proposta leġislattiva li ġejja dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Huwa previst li l-obbligu li l-Istati Membri jfasslu dawn il-pjanijiet integrati nazzjonali għall-enerġija u l-klima se jiddaħħal f'dik il-proposta leġislattiva.
Barra minn hekk, il-pjanijiet integrati nazzjonali għall-enerġija u l-klima fil-proposta leġislattiva li ġejja dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija għandhom jirreferu għal-limiti vinkolanti annwali nazzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jżommu obbligu li jikkonformaw mal-limiti annwali u mat-trajettorja lineari fil-perjodu 2021–2030 għalkemm l-analiżi komprensiva tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-GHG fl-Istati Membri u l-kontroll ta’ konformità se jiġu organizzati kull ħames snin minflok kull sena. Il-Kummissjoni twettaq żewġ kontrolli ta’ konformità, fl-2027 (għas-snin 2021–2025) u fl-2032 (għas-snin 2026– 2030). Dan jippermetti li jitqies il-kontribut potenzjali minn attivitajiet relatati ma’ art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti li jseħħu skont ir-Regolament [ ].
Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni ta’ konformità tiddependi fuq dejta preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet ta’ GHG ppreżentati kull sena mill-Istati Membri jkomplu jiġu analizzati mill-Kummissjoni.
Analiżi tat-tħaddim ta’ dan ir-Regolament għandha sseħħ sat-28 ta’ Frar 2024 u kull ħames snin wara dan. Din l-analiżi se tivvaluta l-funzjonament globali ta’ dan ir-Regolament, bħall-flessibbiltà li jiġu ttrasferiti partijiet tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet bejn l-Istati Membri, li huwa importanti biex tiġi żgurata l-kosteffikaċja. L-analiżi tista’ tiġi infurmata wkoll mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.
Minbarra l-kontrolli ta’ konformità ma’ konsegwenzi legalment vinkolanti, il-progress lejn il-miri tal-2030 se jiġi mmonitorjat kull sena bħala parti mir-rapport ta’ progress ippubblikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21 tal-MMR u r-riżultati se jkomplu jintużaw fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jiġu integrati fir-Rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. L-insegwiment tal-progress jipprovdi twissija bikrija f’każ li l-Istati Membri jkunu għadhom lura fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u jipprovdi inkoraġġiment biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Se jibqgħu jgħoddu r-rekwiżiti eżistenti biex l-Istati Membri jirrapportaw kull sentejn dwar il-politiki u l-miżuri implimentati sabiex jintlaħqu l-miri tal-obbligi tagħhom skont din il-proposta kif ukoll dwar il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom.
•
Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Artikolu 1 – Is-suġġett
Dan l-Artikolu jispjega li r-Regolament jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u r-regoli għad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u dawk dwar l-evalwazzjoni tal-progress.
Artikolu 2 – Il-kamp ta’ applikazzjoni
L-Artikolu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jagħmilha ċara li dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet mill-kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC: l-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, l-agrikoltura u l-iskart. L-emissjonijiet mis-setturi koperti mill-EU ETS u mir-Regolament [ ] mhumiex indirizzati f'dan ir-Regolament. Artikolu 3 – Id-definizzjonijiet
Dan l-Artikolu jiddefinixxi t-terminu GHG f’termini tal-gassijiet serra koperti fih.
Artikolu 4 –Il-livelli ta’ emissjonijiet annwali għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030
Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-limiti tal-emissjonijiet tal-Istati Membri fl-2030 kif stabbiliti fl-Anness I, u kif il-livelli tal-emissjonijiet jiġu ddeterminati għall-2021–2030. L-approċċ ta’ limiti tal-emissjonijiet annwali vinkolanti kif stabbiliti fl-ESD jitkompla. Il-livelli tal-emissjonijiet annwali huma ddeterminati abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda bl-emissjonijiet medji għall-2016–2018 abbażi tad-dejta l-aktar riċenti tal-emissjonijiet ta’ GHG analizzata. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) f’ekwivalenti għas-CO2 għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu se jiġu stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 5 – Strumenti ta’ flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali
Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-flessibbiltà disponibbli għall-Istati Membri biex jinkisbu l-limiti annwali tagħhom, inkluża l-flessibbiltà maż-żmien permezz ta’ attivitajiet bankarji u ta’ self ta’ AEAs fiil-perjodu ta’ impenn, u l-flessibbiltà bejn l-Istati Membri permezz ta’ trasferimenti tal-AEAs.
Artikolu 6 – Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
Tiġi stabbilita flessibbiltà ġdida permezz tal-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-ETS sa limitu stabbilit. L-Istati Membri eliġibbli se jiddeċiedu qabel l-2020 jekk jixtiqux jużaw din il-flessibbiltà u l-ammonti preċiżi se jiġu ddeterminati fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. Il-flessibbiltà hija disponibbli għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II. L-att ta’ implimentazzjoni fl-Artikolu 4 jiddetermina wkoll il-kwantità massima ta’ kwoti li Stat Membru jista’ jagħżel li jikkanċella sabiex jiġi meqjus għall-konformità tiegħu mal-limiti.
Artikolu 7 - L-użu addizzjonali ta’ mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba’ ġestita u bwar ġestiti
Tiġi stabbilita flessibbiltà ġdida li tippermetti li sa fejn ikollhom il-bżonn,l-Istati Membri jużaw ammont limitat ta’ assorbiment nett mir-Regolament [ ] soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Il-limiti għal kull Stat Membru, f’ekwivalenti għas-CO2, huma elenkati fl-Anness III.
Artikolu 8 - Azzjoni korrettiva
Jekk, abbażi tal-evalwazzjoni annwali mwettqa mill-Kummissjoni, il-progress ta’ Stat Membru jiddevja mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu, dan ikollu jħejji pjan ta’ azzjoni b’miżuri addizzjonali li jridu jiġu implimentati biex jiġi żgurat li jikkonforma mal-obbligi tiegħu.
Artikolu 9 - Kontroll tal-konformità
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-konformità u l-azzjoni korrettiva stabbiliti fl-ESD se jinżammu, bil-modifika li l-kontroll tal-konformità se jsir kull ħames snin biss, għal kull waħda mis-snin preċedenti ta' dak il-perjodu ta' ħames snin. Jekk Stat Membru jinstab li mhuwiex konformi mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal xi sena tul il-perjodu, tapplika azzjoni korrettiva fil-forma taż-żieda mal-emissjonijiet tas-sena ta’ wara ta’ kwantità ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet żejda mmultiplikati b’fattur ta’ 1,08. Id-dritt li l-AEAs jiġu ttrasferiti jkun sospiż sakemm dak l-Istat Membru jerġa’ jikseb il-konformità.
Artikolu 10 – Aġġustamenti
Biex tiġi żgurata konsistenza tal-mira tal-2030 tal-emissjonijiet madwar l-UE, kull tibdil fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS (pereżempju billi jinbidel l-għadd ta’ stallazzjonijiet jew sorsi koperti mill-EU ETS) jeħtieġ li jiġi rifless minn aġġustament korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu jkompli mad-dispożizzjoni stabbilita fl-ESD billi jispjega kif isiru dawn l-aġġustamenti. L-użu ta’ krediti ġġenerati skont l-Artikolu 24a tal-EU ETS huwa previst ukoll, u dan ikompli mal-flessibbiltà li teżisti fl-ESD. Jindirizza wkoll is-sitwazzjoni speċifika ta' Stati Membri li jkollhom limiti pożittivi fl-ESD u allokazzjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020.
Artikolu 11 – Ir-reġistru
L-Artikolu jkompli l-implimentazzjoni attwali tal-ESD fir-Regolament dwar ir-Reġistru u jadattaha għal dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament u jiġi evitat kull għadd doppju.
Artikolu 12 – L-Eżerċitu tad-Delega
Il-proposta tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont il-proċeduri rilevanti.
Artikolu 13 – Proċedura ta’ kumitat
Din hija l-istess proċedura ta’ kumitat kif stabbilit għall-ESD permezz tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.
Artikolu 14 – Reviżjoni
Fl-2024, u kull ħames snin wara dan għandu jsir rieżami tal-elementi kollha tar-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk għadhomx adattati għall-għan tiegħu .
Artikolu 15 - Emenda għar-Regolament Nru 525/2013/UE
L-MMR qed jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ rapportar li japplikaw attwalment għall-ESD jitkomplew fi ħdan il-qafas ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw kull sena l-emissjonijiet rilevanti ta’ GHG tagħhom u jibqgħu jinħtieġu jirrapportaw kull sentejn dwar il-projezzjonijiet u l-politiki u l-miżuri implimentati tagħhom biex tiġi żgurata l-konformità mal-miri tagħhom. Biex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu ffaċilitati t-trasferimenti bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri huma obbligati wkoll jirrapportaw dwar il-volumi li għandhom l-intenzjoni jixtru jew ibigħu skont l-Artikolu 5.
Il-Kummissjoni se ssegwi l-progress tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet tagħhom billi tinkludi fir-rapport annwali ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika evalwazzjoni ta' sarx biżżejjed progress mill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
2016/0231 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
(1)Mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-23–24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-qafas ta’ politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija, ġiet approvata mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u dan ġie kkonfermat mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kunsill f’Marzu 2016. Il-laqgħa tal-Kunsill Ambjentali tas-6 ta’ Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom.
(2)Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 ipprevedew li l-mira għandha titwassal b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tas-Sistema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 rispettivament, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-Prodott Domestiku Gross relattiv per capita. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f’dan l-isforz; il-bilanċ ta' kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u ta' solidarjetà, u l-miri nazzjonali fi ħdan il-grupp tal-Istati Membri b’PDG per capita ’l fuq mill-medja tal-Unjoni għandhom jiġu relattivament aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja b’mod ġust u bilanċjat. Il-kisba ta’ dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandha tagħti spinta lill-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea, u b’mod partikolari għandha tippromwovi t-titjib, speċifikament fil-bini, fl-agrikoltura, fil-ġestjoni tal-iskart u fit-trasport, sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(3)Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta’ Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta’ Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta’ Marzu 2015.
(4)Il-Ftehim ta’ Pariġi jissostitwixxi l-approċċ deċiż skont il-Protokoll ta’ Kjoto tal-1997 li mhuwiex se jitkompla lil hinn mill-2020.
(5)It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta’ dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta’ azzjoni klimatika ambizzjuża b’dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta’ aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem.
(6)Dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet mill-kategoriji tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-enerġija, tal-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, tal-agrikoltura u tal-iskart, kif determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-attivitajiet koperti mir-Regolament [ ] [dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija fil-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija] mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.
(7)Id-dejta li qed tiġi rrapportata bħalissa fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u fir-reġistri nazzjonali u tal-Unjoni mhijiex biżżejjed sabiex jiġu determinati, fil-livell tal-Istati Membri, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. Meta tadotta l-obbligi tar-rapportar, l-Unjoni ma għandhiex timponi fuq l-Istati Membri u fuq impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) piżijiet li huma sproporzjonati mal-għanijiet li jridu jintlaħqu. L-emissjonijiet ta’ CO2 minn titjiriet mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra, u l-ħolqien ta’ sistema ta’ rapportar għal dawn l-emissjonijiet ikun ta’ piż bla bżonn fid-dawl tar-rekwiżiti eżistenti għas-settur usa’ skont id-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, l-emissjonijiet ta’ CO2 minn kategorija ta’ sorsi tal-IPCC “1.A.3.A avjazzjoni ċivili” għandhom jiġu ttrattati bħala ugwali għal żero għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
(8)It-tnaqqis ta’ kull Stat Membru għall-2030 għandu jiġi ddeterminat fir-rigward tal-livell rivedut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-2005 tiegħu kopert minn dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet ivverifikati minn stallazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 iżda ġew inklużi biss fl-EU ETS wara l-2005. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-2021 sal-2030 għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri u analizzata mill-Kummissjoni.
(9)L-approċċ ta’ limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018, u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru. Aġġustament tal-allokazzjoni fl-2021 huwa previst għall-Istati Membri li jkollhom kemm limitu pożittiv skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE kif ukoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020 iddeterminati skont id-Deċiżjonijiet 2013/162/UE u 2013/634/UE, biex jirrifletti l-emissjonijiet miżjuda f'dawk is-snin. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta’ strumenti ta’ flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b’mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta’ emissjonijiet per capita sal-2030.
(10)Tinħoloq flessibbiltà ġdida ta’ darba sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri ta' dawk l-Istati Membri li għandhom miri nazzjonali ta’ tnaqqis li huma ħafna ogħla mill-medja tal-Unjoni u ogħla mill-potenzjal tat-tnaqqis kosteffikaċi, kif ukoll għal dawk l-Istati Membri li ma allokawx kwoti b’xejn lill-istallazzjonijiet industrijali fl-2013, kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt.
(11)Teżisti firxa ta’ miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta’ CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.
(12)Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f’termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta’ mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta’ 280 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 ta’ dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta’ allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].
(13)Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta’ dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta’ tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f’intervalli ta’ ħames snin, biex ikun jista’ jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba’ ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.
(14)Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta’ dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista’ titwettaq b’mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta’ intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta’ aġenzija, jew permezz ta’ arranġamenti bilaterali.
(15)L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f’waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha.
(16)Sabiex tiġi prevista l-kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ flessibbiltajiet u l-applikazzjoni ta’ kontrolli tal-konformità, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom jiddaħlu fi strument uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet dwar il-kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [ ] u dan ir-Regolament. Huwja ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawn jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 skont liema se jiġu stabbiliti l-limiti annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(18)Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal għanijiet nazzjonali iktar stretti.
(19)Kull aġġustament fil-kopertura kif stabbilita fl-Artikoli 11, 24, 24a u 27 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi mqabbel b’aġġustament korrispondenti fil-kwantità massima ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament. Konsegwentement, meta l-Istati Membri jinkludu l-emissjonijiet addizzjonali fl-impenji tagħhom skont dan ir-Regolament minn stallazzjonijiet li preċedentement kienu koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, dawk l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri addizzjonali fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament sabiex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet.
(20)Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(21)Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu tajjeb mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.
Artikolu 2
Il-kamp ta’ Applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.
2.Dan ir-Regolament ma japplikax għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-assorbimenti koperti mir-Regolament [ ][LULUCF].
3.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jiġu ttrattati bħala żero.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
1.“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2, emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju (CO2), ta' metan (CH4), ta' ossidu nitruż (N2O), ta' idrofluworokarburi (HFCs), ta' perfluworokarburi (PFCs), ta' trifluworur tan-nitroġenu (NF3) u ta' eżafluworur tal-kubrit (SF6) iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 u li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
2.“Allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra massimi permessi għal kull sena bejn l-2021 u l-2030 iddeterminati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10.
Artikolu 4
l-livelli annwali ta’ emissjonijiet għall-perjodu 2021 sa 2030
1.Fl-2030, kull Stat Membru għandu jillimita l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu b’mill-inqas il-perċentwal stabbilit għalih fl-Anness I ta' dan ir-Regolament imqabbel mal-emissjonijiet tiegħu fl-2005 ddeterminati skont il-paragrafu 3.
2.Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu f’kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
3.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta’ dan l-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.
4.Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta’ 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.
5.Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.
Artikolu 5
Strumenti ta’ flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali
1.L-Istati Membri jistgħu jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 6 u 7.
2.Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2029, Stat Membru jista’ jissellef sa kwantità ta’ 5% mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta’ wara.
3Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta’ flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’ jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030.
4.Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.
5.Stat Membru jista’ jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4 u l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030.
6.L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.
Artikolu 6
Il-flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
1.L-Istati Membri li jista’ jkollhom kanċellazzjoni limitata ta’ massimu ta’ 100 miljun kwota tal-EU ETS kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jitqiesu kollettivament għall-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
2.L-Istati Membri elenkati fl-Anness II għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 dwar kwalunkwe intenzjoni li jkollhom biex jagħmlu użu minn kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal dak l-Istat Membru, għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9.
3.Fuq talba tal-Istat Membru, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (minn hawn ’il quddiem “l-Amministratur Ċentrali”) għandu jqis il-kwantità msemmija fl-Artikolu 4(4) għall-konformità ta’ dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 9. Waħda fuq għaxra tal-kwantità tal-kwoti ddeterminati skont l-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena mill-2021 sal-2030.
Artikolu 7
L-użu addizzjonali ta’ mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba’ ġestita u bwar ġestiti
1.Sal-punt li emissjonijiet ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta’ mhux aktar mis-somma ta’ assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta’ art deforestata, art forestali, raba’ ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista’ titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:
(a) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin kollha tal-perjodu mill-2021 sal-2030 ma taqbiżx il-livell stabbilit fl-Anness III għal dak l-Istat Membru;
(b) din il-kwantità taqbeż ir-rekwiżiti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF];
(c) l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament [ ][LULUCF] mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa; u
(d) l-Istat Membru kkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament [ ] [LULUCF].
2. Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Azzjoni korrettiva
1.Stat Membru li, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jiġi evalwat li ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni lill-Kummissjoni li jinkludi:
(a) azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, permezz ta’ politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;
(b) skeda ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali tal-implimentazzjoni.
2. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tevalwa l-pjanijiet ta’ azzjoni skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha.
Artikolu 9
Kontroll tal-konformità
1.Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra riveduti ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
(a)żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ Stat Membru tas-sena ta’ wara ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11; u
(b)l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi ebda parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi ma’ dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta din il-projbizzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11.
2. Jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru jew fil-perjodu mill-2021 sal-2025 jew fil-perjodu mill-2026 sal-2030 skont ir-Regolament [ ] jaqbżu l-assorbimenti tal-gassijiet serra tiegħu, kif iddeterminati skont l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun hemm tnaqqis mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 ta’ dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda għas-snin rilevanti.
Artikolu 10
Aġġustamenti
1.L-allokazzjonijiet annwali għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati, biex jirriflettu:
(a) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li jirriżulta minn bidla fil-kopertura tas-sorsi skont id-Direttiva;
(b) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti jew krediti maħruġa rispettivament skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet fi Stat Membru; u
(c) l-aġġustamenti għan-numru ta’ kwoti li jappartjenu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE għaż-żmien li jiġu esklużi.
2.L-ammont li jinsab fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-allokazzjoni għas-sena 2021 għal kull Stat Membru msemmi f'dak l-Anness.
3.Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-figuri li jirriżultaw minn dawn l-aġġustamenti.
Artikolu 11
Ir-Reġistru
1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex jiġi implimentat il-paragrafu 1 skont l-Artikolu 12 ta’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
L-eżerċitar tad-delega
1. Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 ta’ dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 jistgħu’ jiġu revokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 7(2) u 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 13
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 525/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 14
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 15
Emendi għar-Regolament Nru 525/2013/UE
B'dan, ir-Regolament Nru 525/2013/UE huwa emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:
a) Jiżdied il-punt (aa) li ġej:
“(aa)mill-2023, l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) ] dwar it-tnaqqis vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għas-sena X-2, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC;”
2.It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri kull sena għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fir-rapporti tagħhom bl-intenzjonijiet tagħhom li jagħmlu użu mill-flessibbiltajiet fl-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030.”
3.Fl-Artikolu 13(1)(c), jiżdied il-punt (viii) li ġej:
“(viii).mill-2023, l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali implimentati għat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030, u l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali addizzjonali previsti bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra aktar mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament.”
4.fl-Artikolu 14 (1), jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f)mill-2023, il-projezzjonijiet totali ta’ gassijiet serra u estimi separati għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra pproġettati għas-sorsi tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mir-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030.”
5. Fl-Artikolu 21(1), jiżdied il-punt (c) li ġej:
“c) l-obbligi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030. L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni u informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress proġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta’ tnaqqis tagħha u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.”
6. Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
“Il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament [ ESR ] dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-2021 sal-2030.”
Artikolu 16
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.It-titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.In-natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.L-għan(ijiet)
1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.It-titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi.
1.2.Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Qasam ta’ politika: L-Azzjoni Klimatika
Attività tal-ABB: L-azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali (Kodiċi ABB 34 02 01)
1.3.In-natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
X Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’azzjoni mdawra f'azzjoni ġdida
1.4.L-għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
Din il-proposta hija parti mil-leġiżlazzjoni li timplimenta l-pakkett għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 li qabel fuqu l-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014, sabiex tinkiseb il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 tal-UE ta’ mill-inqas -40 % mqabbel mal-1990 domestikament b’mod kosteffikaċi u jikkontribwixxi biex jiġi limitat it-tisħin globali.
Din il-proposta hija parti mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, element importanti tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati
Għan speċifiku Nru 1
Biex jiġi mmonitorjat il-progress u tiġi kkontrollata l-konformità mal-obbligi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont il-proposta, sabiex jinkiseb tnaqqis ta’ 30 % madwar l-UE kollha f’emissjonijiet ta’ GHG fis-setturi mhux tal-ETS meta mqabbel mal-2005 b’mod li huwa ġust, kosteffikaċi u jiżgura l-integrità ambjentali.
Attività/ajiet (i)kkonċernata/i ABM/ABB
Azzjoni klimatika.
1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Il-proposta se twassal tnaqqis ta’ 30 % madwar l-UE kollha f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi mhux tal-ETS sal-2030 meta mqabbel mal-2005.
Il-proposta tistabbilixxi miri nazzjonali mhux tal-ETS ibbażati prinċipalment fuq il-PDG per capita li jindirizza t-tħassib primarju tal-ġustizzja tal-Istati Membri. L-aġġustamenti fil-mira previsti għall-Istati Membri li għandhom dħul għoli, kif ukoll it-titjib ta’ flessibbiltajiet eżistenti u ġodda jippermettu kisba kosteffikaċi tal-mira. Sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali globali, il-punt tat-tluq tal-2021 għat-trajettorji fil-mira jeħtieġ li jiġi stabbilit abbażi tal-emissjonijiet storiċi u l-flessibbiltajiet ġodda jeħtieġ li jiġu limitati sabiex jiġi evitat rendiment baxx tal-impenn internazzjonali tal-UE ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % ta’ emissjonijiet ta’ GHG meta mqabbel mal-1990 sal-2030.
Huma rakkomandati kontrolli ta’ konformità inqas frekwenti, jiġifieri kull ħames snin minflok kull sena, li jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ rapportar dirett jew konsegwenzi amministrattivi għan-negozji, għall-SMEs jew għall-mikrointrapriżi.
Il-proposta hija indirizzata lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali. Il-politika proposta għandha tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, u għaldaqstant taffettwa l-aktar lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Skont in-natura u l-ambitu tal-miżuri nazzjonali implimentati mill-Istati Membri, se jaffettwaw lil diversi partijiet ikkonċernati fis-setturi kkonċernati.
Ikunx hemm aktar impatti jiddependi mill-politiki u l-miżuri nazzjonali magħżula f’kull pajjiż speċifiku.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.
Indikatur nru 1: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux tal-ETS fl-UE.
Indikatur nru 2: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Istati Membri.
1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien
L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri nazzjonali ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom fl-2030. Għandhom jimplimentaw il-politiki u l-miżuri u d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa fuq livell nazzjonali biex jikkonformaw mal-proposta. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri rilevanti ta’ implimentazzjoni għall-perjodu wara l-2020.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali. Billi l-għan tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq tajjeb mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali hija meħtieġa u l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. L-UE u l-Istati Membri tagħha jipparteċipaw b’mod konġunt fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-azzjoni konġunta tippermetti lill-UE tindirizza kwistjonijiet kemm ta’ ekwità kif ukoll ta’ effiċjenza, filwaqt illi tilħaq għan ambjentali ambizzjuż. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat
Filwaqt li d-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) għadha fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tagħha, l-impenji tal-Istati Membri jistgħu jitqiesu li kienu effettivi tal-inqas parzjalment fl-istimular ta’ politiki u miżuri nazzjonali ġodda li jippromwovu tnaqqis effettiv ta’ emissjonijiet ta’ gass serra fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESD. Dan l-isforz issaħħaħ mill-fatt li tnieda flimkien ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-UE għall-klima u l-enerġija, bħala parti mill-pakkett tal-2020, b’mod partikolari dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli. Għal diversi setturi tal-ESD, fosthom il-bini, it-trasport, l-agrikoltura u l-iskart, parti sinifikanti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-lum jista’ jiġi attribwit għal fatturi bħat-tibdil teknoloġiku li huwa influwenzat minn interventi politiċi li jirriżultaw mill-pakkett tal-2020. B’mod ġenerali, bħala riżultat tal-ESD, l-Istati Membri saru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet f’xi setturi u kif l-aħjar li jitfasslu. Instab li kien hemm piż amministrattiv addizzjonali limitat li rriżulta mill-ESD fil-livell tal-Istati Membri, għalkemm jista’ jkun hemm opportunitajiet għat-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi fil-livell tal-UE.
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra
Il-proposta tkompli mal-mekkaniżmu attwali tal-UE għall-kondiviżjoni tal-isforzi għal setturi mhux tal-ETS sal-2030 u hija parti integrali mill-Qafas tal-2030 għall-Klima u l-Enerġija u l-qafas strateġiku tal-Kummissjoni għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem. B’mod partikolari, tikkontribwixxi għat-twassil tar-raba’ dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija biex tiġi dekarbonizzata l-ekonomija.
Hija konsistenti ma’ partijiet oħra tal-Pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija, bħall-pakkett dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jagħmel enfasi qawwija fuq l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-binjiet, fuq il-pakkett tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll fuq l-inizjattiva dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.
L-Istati Membri huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri biex iwettqu l-obbligi tagħhom, u xi wħud minnhom huma mistennija wkoll jgħinu biex jiġu onorati l-impenji tal-UE għall-enerġija rinnovabli u għall-użu effiċjenti tal-enerġija.
1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju
X Proposta/inizjattiva b’durata limitata:
–◻
◻Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-2021 sal-2030
–◻
◻Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2031
◻ Proposta/inizjattiva b’durata bla limitu
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,
segwit minn tħaddim sħiħ.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
◻mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jingħataw lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi li jaħtru huma;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Il-proposta tkompli mad-Deċiżjoni attwali Nru 406/2009/KE (id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) bl-istess obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar għall-Istati Membri u kompiti ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiġi appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont il-proposta.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-monitoraġġ tal-progress u l-valutazzjoni tal-konformità se jiddependu minn qafas komprensiv eżistenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit parzjalment fl-ESD u parzjalment fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ (ir-Regolament (UE) 525/2013) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. Ir-rapportar robust u ċ-ċiklu ta’ konformità skont l-ESD se jinżammu skont il-proposta. L-Istati Membri jżommu obbligu li jikkonformaw ma’ limiti annwali tal-emissjonijiet u trajettorja lineari fil-perjodu 2021-2030 għalkemm il-kontroll ta’ konformità attwali se jiġi organizzat kull ħames snin minflok kull sena.
Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni ta’ konformità tiddependi minn dejta preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) ppreżentati mill-Istati Membri jkomplu jiġu analizzati mill-Kummissjoni. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tkompli tikkoordina l-kontroll tat-trasparenza, tal-preċiżjoni, tal-konsistenza, tal-komparabbiltà u tal-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata.
Se jibqgħu r-rekwiżiti eżistenti biex l-Istati Membri jirrapportaw kull sentejn dwar il-politiki u l-miżuri implimentati sabiex jintlaħqu l-miri tal-obbligi tagħhom skont din il-proposta kif ukoll dwar il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)
L-Istati Membri ma jirrapportawx, jew ma jirrapportawx fil-ħin, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali tagħhom.
2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern
Bis-saħħa tas-sistema ta’ rapportar annwali li diġà eżistenti u hija stabbilita sew, dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ hemm proċeduri fis-seħħ għall-iżgurar li r-rapporti dwar l-emissjonijiet jaslu fil-ħin u li kwalunkwe Stat Membri li ma jissodisfax l-obbligi ta’ rapportar tiegħu jkun jista’ jiġi megħjun.
2.2.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
Ir-riskju ta’ żball mhuwiex applikabbli.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Il-monitoraġġ ta’ progress ta’ Stat Membru lejn l-impenji tiegħu skont din il-proposta jiddependi mis-sistema eżistenti stabbilita sew għall-kontroll tal-kwalità u għall-verifika tar-rapporti annwali tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan jiżgura li kwalunkwe lakuna jew irregolarità fir-rigward tad-dejta dwar l-emissjonijiet irrapportata tiġi indirizzata u kkoreġuta fil-ħin għall-kontroll tal-konformità.
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribut
|
|
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
2
|
34.02.01
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
2
|
07.02.06
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
5
|
34,01 %
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribut
|
|
Numru
[Intestatura………………………………………]
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
]
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
It-Tkabbir Sostenibbli: Ir-Riżorsi Naturali
|
DĠ: CLIMA
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
34 02 01
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
0,900
|
|
|
|
|
0,900
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
0,540
|
0,360
|
|
|
|
0,900
|
07 02 06
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
0,200
|
0,200
|
|
|
|
0,400
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
0,200
|
0,200
|
|
|
|
0,400
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
In-numru tal-linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ CLIMA
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
|
|
1,100
|
0,200
|
|
|
|
1,300
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
|
|
0,740
|
0,560
|
|
|
|
1,300
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
1,100
|
0,200
|
|
|
|
1,300
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
0,740
|
0,560
|
|
|
|
1,300
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
1,100
|
0,200
|
|
|
|
1,300
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
0,740
|
0,560
|
|
|
|
1,300
|
Jekk tkun affettwata mill-proposta / l-inizjattiva iżjed minn intestatura waħda:
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(L-ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
1,100
|
0,200
|
|
|
|
1,300
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
0,740
|
0,560
|
|
|
|
1,300
|
Il-miżura proposta se titwettaq fil-pakkett finanzjarju ta' LIFE, u xi ftit ukoll mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif miftiehem skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020.
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
|
TOTAL
|
DĠ: CLIMA
|
• Riżorsi Umani
|
0,402
|
0,402
|
0,606
|
0,606
|
|
|
|
2,016
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
0,015
|
0,015
|
|
|
|
0,030
|
TOTAL DĠ CLIMA
|
Approprjazzjonijiet
|
0,402
|
0,402
|
0,621
|
0,621
|
|
|
|
2,046
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
0,402
|
0,402
|
0,621
|
0,621
|
|
|
|
2,046
|
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0,402
|
0,402
|
1,721
|
0,821
|
|
|
|
3,346
|
|
Pagamenti
|
0,402
|
0,402
|
1,361
|
1,181
|
|
|
|
3,346
|
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
◻
◻Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)
Indika l-għanijiet u r-riżultati
⇩
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
Kuntratt ta' servizz
|
0,900
|
|
|
|
|
1
|
0,900
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1
|
0,900
|
- Output
|
Żvilupp tal-IT
|
0,200
|
|
|
|
|
1
|
0,200
|
1
|
0,200
|
|
|
|
|
|
|
2
|
0,400
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
2
|
1,100
|
1
|
0,200
|
|
|
|
|
|
|
5
|
3,100
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
2
|
1,100
|
1
|
0,200
|
|
|
|
|
|
|
3
|
1,300
|
3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
◻
◻Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
|
TOTAL
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi Umani
|
0,402
|
0,402
|
0,606
|
0,606
|
|
|
|
2,016
|
Nefqiet amministrattivi oħra
|
|
|
0,015
|
0,015
|
|
|
|
0,030
|
Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0,402
|
0,402
|
0,621
|
0,621
|
|
|
|
2,046
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi Umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqiet oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,402
|
0,402
|
0,621
|
0,621
|
|
|
|
2,046
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
◻
◻Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena 2019
|
Sena 2020
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
34 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni))
|
3
|
3
|
4
|
4
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time: FTE)
|
34 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
1
|
1
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika liema)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
3
|
3
|
5
|
5
|
|
|
|
34 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jittieħdu minn fost l-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Minħabba li l-proposta qed tkompli mad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, se jkompli jmexxi t-tim attwali tal-AD fi CLIMA. Jinħtieġ uffiċjal AD ieħor mill-2019 biex jagħti s-servizz ta' għajnuna għall-klijenti lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u biex jiżviluppa u jiġġestixxi l-parti tal-ESD tar-Reġistru tal-Unjoni eżistenti, li hija sistema komplessa u kritika.
|
Persunal estern
|
Ikun meħtieġ aġent kuntrattwali (AC) biex jgħin fil-fażi ta' tranżizzjoni u ta' trikkib bejn id-Deċiżjoni dwar l-Isforzi Kondiviżi eżistenti u dik ġdida fis-snin 2019 sa 2020, u biex jgħin fil-fażi tal-istabbiliment tal-inizjattiva l-ġdida.
|
3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
◻
◻Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
◻
◻Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Totali
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
X Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻
◻Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
◻fuq ir-riżorsi proprji
–◻
◻fuq id-dħul mixxellanju
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
Linja tad-dħul baġitarju:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
L-impatt tal-proposta/l-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja(i) tan-nefqa baġitarja affettwata(i).
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.