EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0389

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016

COM/2016/0389 final - 2016/0183 (NLE)

Brussell, 15.6.2016

COM(2016) 389 final

2016/0183(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-proposta tirrigwarda abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fl-2016.

Il-11-il FEŻ u l-fondi l-oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħa (jiġifieri t-8, id-9 u l-10 FEŻ) huma mmaniġġati skont il-ġabra ta' regoli li ġejja:

Il-Ftehim ta' Sħubija kurrenti bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra ("Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE") kif emendat l-aħħar 1 ,

Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2 ("il-11-il "Ftehim Intern" tal-FEŻ"),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 ("il-11-il Regolament Finanzjarju tal-FEŻ").

Id-dokumenti msemmijin hawn fuq jinkludu impenji pluriennali mill-Istati Membri biex jappoġġjaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Il-11-il Regolament Finanzjarju tal-FEŻ jistipula li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-Istati Membri għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji predeterminati. Il-kontribuzzjonijiet regolari huma xprunati minn Deċiżjonijiet tal-Kunsill tekniċi li jirriflettu l-implimentazzjoni ta' impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta' spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam ta' politika

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F'konformità mal-Artikolu 21(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, l-ammont immaniġġat mill-Kummissjoni u l-ammont immaniġġat mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huma speċifikati separatament.

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-ħlasijiet fl-istrumenti li jimmaniġġa.

Skont l-Artikolu 22(1) tal-11-il Regolament Finanzjarju, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet l-ewwel għandhom jużaw l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għaldaqstant, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jirrigwardaw l-ammonti fl-10 FEŻ, kemm għall-BEI kif ukoll għall-Kummissjoni.

F'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

F'konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE li tistabbilixxi l-Faċilità Tranżitorja 4 , l-ishma tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dan, wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern tal-11-il FEŻ. It-tnaqqis se jkollu impatt fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri tal-2015, tal-2016 u tal-2017, skont l-opzjoni ta' aġġustament magħżula minn kull Stat Membru.

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li Stat Membru li jonqos milli jwettaq il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza, ikun jeħtieġlu jħallas l-imgħax fuq l-ammont li ma jkunx ħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

Sussidjaretà (għal kompetenza mhux esklussiva)

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Proporzjonalità

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Għażla tal-istrument

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux rilevanti

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux rilevanti

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Mhux rilevanti

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux rilevanti

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux rilevanti

Drittijiet fundamentali

Mhux rilevanti

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Irreferi għall-punt 1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta' implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Mhux rilevanti

Dokumenti ta' spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux rilevanti

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux rilevanti

2016/0183 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, kif l-aħħar emendat 5 ("il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE"),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 6 ("il-Ftehim Intern"), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ("ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ") 7 , u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-15 ta' Ġunju 2016 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2016, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali

(2)Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fit-28 ta' April 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti skont l-istrumenti li jimmaniġġa

(3)L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi fil-qafas tal-10 FEŻ

(4)Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li jistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment 8 .

(5)Il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-miżuri ta' mmaniġġar tranżizzjonali tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 9 .

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness 1.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p.3
(2) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(3) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17-38
(4) ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48-49
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(6) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(7) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17-38
(8) Fajl Interistituzzjonali 2015/0248(NLE).
(9) ĠU L 335, 14.12.2013, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 u 323 tat-2 ta' Marzu 2015
Top

Brussell, 15.6.2016

COM(2016) 389 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016


ANNESS 1

STATI MEMBRI

Taqsim tal-10 FEŻ %

It-2 ħlas parzjali tal-2016 (EUR)

imħallas lill-

mħallas lill-

Total

BEI

Kummissjoni

l-10 FEŻ

l-10 FEŻ

L-AWSTRIJA

2,41

2 410 000,00

24 100 000,00

26 510 000,00

IL-BELĠJU

3,53

3 530 000,00

35 300 000,00

38 830 000,00

IL-BULGARIJA

0,14

140 000,00

1 400 000,00

1 540 000,00

ĊIPRU

0,09

90 000,00

900 000,00

990 000,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

510 000,00

5 100 000,00

5 610 000,00

ID-DANIMARKA

2,00

2 000 000,00

20 000 000,00

22 000 000,00

L-ESTONJA

0,05

50 000,00

500 000,00

550 000,00

IL-FINLANDJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

FRANZA

19,55

19 550 000,00

195 500 000,00

215 050 000,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20 500 000,00

205 000 000,00

225 500 000,00

IL-GREĊJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

L-UNGERIJA

0,55

550 000,00

5 500 000,00

6 050 000,00

L-IRLANDA

0,91

910 000,00

9 100 000,00

10 010 000,00

L-ITALJA

12,86

12 860 000,00

128 600 000,00

141 460 000,00

IL-LATVJA

0,07

70 000,00

700 000,00

770 000,00

IL-LITWANJA

0,12

120 000,00

1 200 000,00

1 320 000,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

270 000,00

2 700 000,00

2 970 000,00

MALTA

0,03

30 000,00

300 000,00

330 000,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4 850 000,00

48 500 000,00

53 350 000,00

IL-POLONJA

1,30

1 300 000,00

13 000 000,00

14 300 000,00

IL-PORTUGALL

1,15

1 150 000,00

11 500 000,00

12 650 000,00

IR-RUMANIJA

0,37

370 000,00

3 700 000,00

4 070 000,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

210 000,00

2 100 000,00

2 310 000,00

IS-SLOVENJA

0,18

180 000,00

1 800 000,00

1 980 000,00

SPANJA

7,85

7 850 000,00

78 500 000,00

86 350 000,00

L-IŻVEZJA

2,74

2 740 000,00

27 400 000,00

30 140 000,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14 820 000,00

148 200 000,00

163 020 000,00

TOTAL UE-27

100,00

100 000 000,00

1 000 000 000,00

1 100 000 000,00

Top