Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0052

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

    COM/2016/052 final - 2016/030 (COD)

    Brussell, 16.2.2016

    COM(2016) 52 final

    2016/0030(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2016) 25 final}
    {SWD(2016) 26 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet għall-proposta u objettivi tal-proposta

    L-għan tal-abbozz tar-Regolament huwa li jiżgura li l-Istati Membri kollha jimplimentaw għodod xierqa sabiex jippreperaw u jimmaniġġjaw l-effetti ta’ nuqqas ta’ gass minħabba interruzzjoni fil-provvista jew minħabba domanda eċċezzjonalment għolja. Hemm tliet livelli ta’ responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass. Huma l-impriżi tal-gass naturali, soġġetti għall-mekkaniżmi tas-suq, li jkollhom ir-responsabbiltà primarja għall-provvista tal-gass. Fl-eventwalità ta’ falliment tas-suq f’xi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru u tal-Istati Membri fir-reġjun huma responsabbli biex jieħdu l-miżuri adegwati biex jiżguraw il-provvista tal-gass għal konsumaturi protetti. Fuq livell ieħor, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi koordinazzjoni ġenerali u tiżgura li l-miżuri meħudin huma konsistenti ma' xulxin.

    Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-abbozz tar-Regolament jipproponi koordinazzjoni reġjonali aktar b'saħħitha, b’ċerti prinċipji u standards stabbiliti fil-livell tal-UE. L-approċċ propost hu li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib fi ħdan ir-reġjuni tagħhom meta jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju reġjonali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-UE kollha, il-valutazzjoni tar-riskju reġjonali sejra titwettaq abbażi ta’ simulazzjoni mal-UE kollha bi standards komuni u b’xenarju speċifiku. Ir-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskji reġjonali se jiġu indirizzati fi Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva reġjonali u fi Pjanijiet ta’ Emerġenza, li se jiġu riveduti bejn il-pari u approvati mill-Kummissjoni.

    Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tar-riskji u l-pjanijiet ikunu komprensivi u konsistenti ma' xulxin, ir-Regolament jistabbilixxi mudelli obbligatorji li jelenkaw aspetti li għandhom jitqiesu meta titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju u waqt it-tfassil tal-Pjanijiet. Il-kooperazzjoni reġjonali jeħtieġ li tittejjeb, minħabba li interuzzjoni tal-provvista tal-gass tista’ faċilment taffettwa diversi Stati Membri fl-istess ħin. Il-valutazzjonijiet tar-riskji nazzjonali kif ukoll il-Pjanijiet mhumiex xierqa biex jindirizzaw sitwazzjonijiet bħal dawn.

    Ir-Regolament itejjeb ukoll l-applikazzjoni tal-istandard tal-provvista lill-klijenti protetti (prinċipalment djar), u l-istandard tal-infrastruttura (il-possibilità biex jiġi pprovdut il-gass anke jekk l-akbar insfrastruttura ma tkunx disponibbli). Dan jippermetti kapaċità bi-direzzjonali. Finalment, ir-Regolament jipproponi l-introduzzjoni ta' aktar miżuri ta' trasparenza dwar il-kuntratti tal-provvista tal-gass; billi kuntratti bħal dawn jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista fl-UE.

    Ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament 994/2010, is-sigurtà tal-provvista tal-gass tibqa' suġġett attwali ħafna, fid-dawl tat-tensjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja. Qegħdin isiru sforzi fuq livell nazzjonali u fuq livell tal-UE sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvisti tal-gass għax-xitwa tal-2015/2016 u wara.

    Kooperazzjoni reġjonali aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri ma timplikax il-ħolqien ta' xi strutturi istituzzjonali ġodda.

    Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

    Id-dokumenti ta’ politika ewlenin rilevanti għas-sigurtà tal-provvista huma:

    1. Strateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija 1  

    2. L-Istrateġija ta’ Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem 2

    L-abbozz tar-regolament propost jimplimenta l-proposti tal-politika ppreżentati fl-Istrateġija tal-Unjoni għall-Enerġija u fl-Istrateġija tas-Sigurtà għall-Enerġija.

    Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni Ewropea

    Il-proposta tikkontribwixxi għal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija billi tagħti prijorità lill-miżuri bbażati fuq is-suq.

    2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    L-abbozz tar-Regolament jipproponi miżuri mmirati sabiex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni Ewropea. Il-bażi legali għar-regolament hija għalhekk l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklussiva)

    L-azzjoni tal-UE hija mfassla skont l-Artikolu 194 tat-TFUE, li jirrikonoxxi li hemm ħtieġa ta’ ċertu livell ta’ koordinazzjoni, trasparenza u kooperazzjoni tal-politiki tal-Istati Membri tal-UE dwar is-sigurtà tal-provvista, sabiex jiġi żgurat li s-suq tal-enerġija qiegħed jaħdem kif suppost u li hemm provvista tal-gass sikuri fl-Unjoni Ewropea.

    L-interkonnessjoni dejjem tiżdied tas-swieq tal-gass tal-UE u l-“approċċ ta’ kuritur” 3 biex jippermetti l-flussi fid-direzzjoni opposta tal-interkonnesjonijiet tal-gass jitolbu miżuri koordinati. Mingħajr koordinazzjoni bħal din, miżuri tas-sigurtà tal-provvista implimentati fil-livell nazzjonali aktarx jaffettwaw b'mod negattiv lill-Istati Membri l-oħrajn jew lis-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-UE. Ir-riskju ta’ interruzzjoni maġġuri tal-provvisti tal-gass lejn l-UE mhijiex ristretta bejn fruntieri nazzjonali u tista’ taffettwa direttament jew indirettament lil bosta Stati Membri. Sitwazzjonijiet bħall-perjodu ta’ kesħa kbira tal-2012 u t-test tal-istress tal-2014 urew li l-azzjoni koordinata u s-solidarjetà huma ta’ importanza vitali. Il-ħtieġa għall-UE hi ċara, meta wieħed iqis l-evidenza li l-approċċi nazzjonali t-tnejn jirriżultaw f’miżuri sub-ottimali u jaggravaw l-impatt ta’ kriżi. Miżura meħuda f’pajjiż wieħed tista’ tikkawża nuqqas ta’ gass f’pajjiżi ġirien. Pereżempju, r-restrizzjonijiet li l-Bulgarija imponiet fi Frar 2012 fuq l-esportazzjoni tal-elettriku affettwaw b’mod ħażin is-setturi tal-elettriku u l-gass fil-Greċja.

    S’issa, għadu ma sarx biżżejjed għall-isfruttament tal-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b’inqas spejjeż permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali, u dan huwa ta’ detriment għall-konsumaturi tal-UE. Filwaqt li t-test tal-istress wera li swieq li jkunu qegħdin jaħdmu sew huma ta’ importanza vitali sabiex ikunu żgurati l-provvisti tal-gass, it-test wera wkoll li azzjonijiet ikkoordinati tajjeb mill-Istati Membri, b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza, jistgħu jżidu b’mod sinifikanti s-sigurtà tal-provvista. Dan jikkonċerna koordinazzjoni aħjar mhux biss ta’ azzjonijiet nazzjonali ta’ mitigazzjoni fil-każ ta’ emerġenza, iżda wkoll ta’ miżuri preventivi nazzjonali, bħal proposti għal koordinazzjoni aħjar ta’ ħażna nazzjonali jew ta’ politiki dwar l-LNG (Liquefied Natural Gas, Gass Naturali Likwifikat), li jistgħu jkunu ta’ importanza strateġika f’ċerti reġjuni. Il-kooperazzjoni għandha wkoll tiġi estiża għal miżuri speċifiċi sabiex titrawwem is-solidarjetà bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tal-provvista.

    F’ċerti sitwazzjonijiet tista’ tkun meħtieġa wkoll azzjoni fil-livell tal-UE (eż. emerġenzi mifruxin mal-UE kollha u reġjonali) fejn is-sigurtà tal-provvista fl-UE ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-UE.

    Il-proporzjonalità

    Ir-regolament huwa mfassal biex jikseb livell suffiċjenti ta’ tħejjija qabel tfaqqa’ kriżi u biex itaffi l-impatt fuq il-klijenti ta’ avveniment mhux mistenni li jikkawża interruzzjoni fil-provvista tal-gass. Biex jintlaħaq dan l-għan, ir-Regolament jipproponi koordinazzjoni reġjonali iktar b’saħħitha, b’xi prinċipji u standards ikunu stabbiliti fil-livell tal-UE. L-approċċ propost huwa bbażat fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri fi ħdan reġjun partikolari meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza madwar l-UE kollha, għandhom isiru valutazzjonijiet tar-riskju abbażi ta’ simulazzjoni mal-UE kollha bi standards komuni u b’xenarju speċifiku. Ir-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskji reġjonali sejrin jiġu indirizzati fi Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva reġjonali u fi Pjanijiet ta’ Emerġenza, li sejrin jiġu riveduti bejn il-pari u approvati mill-Kummissjoni.

    L-abbozz tar-regolament ma jipproponix armonizzazzjoni sħiħa bil-miżuri kollha jiġu preskritti fil-livell tal-UE.

    Hemm il-ħtieġa ta' kooperazzjoni reġjonali aktar b'saħħitha, b’ċerti standards stabbiliti fil-livell tal-UE, biex tindirizza b’mod suffiċjenti n-nuqqasijiet tas-sistema attwali (valutazzjoni nazzjonali tar-riskji u pjanijiet nazzjonali) u tippermetti li l-problemi jissolvew fil-livell reġjonali, mingħajr ma tkun preskrittiva bla bżonn. L-approċċ propost fl-abbozz tar-regolament huwa għalhekk proporzjonat (ara wkoll il-Valutazzjoni tal-Impatt, pp. 34-46 u p. 50).

    L-għażla tal-istrument

    L-att legali eżistenti f’dan il-qasam huwa r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE. L-għan tal-att legali propost huwa li jtejjeb u jlaħħam il-miżuri u l-proċeduri stabbiliti fir-regolament eżistenti. Għalhekk ġie deċiż li l-istrument xieraq kien regolament.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex-post ta’/kontrolli tal-idoneità fuq leġiżlazzjoni eżistenti

    Skont l-obbligu ta’ monitoraġġ stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament 994/2010, fl-2014 4 il-Kummissjoni ħejjiet rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tar-Regolament u mezzi possibbli sabiex tissaħħaħ is-sigurtà. Ir-rapport jagħti valutazzjoni dettaljata tal-ħafna għodod imsemmija fir-Regolament, jiffoka fuq kif l-Istati Membri implimentawhom u kif kull waħda għenet biex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-UE u l-istat ta’ tħejjija tagħha.

    Dan ir-rapport wera li r-Regolament kien diġà għamel ħafna biex itejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f’termini tal-istat ta’ tħejjija kif ukoll il-mitigazzjoni. L-Istati Membri issa huma ppreparati aħjar biex jiffaċċjaw kriżi ta’ provvista, minħabba li huma meħtieġa jagħmlu valutazzjoni sħiħa tar-riskji u, abbażi tar-riżultati, sabiex iħejju pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u pjanijiet ta’ emerġenza. L-Istati Membri żiedu wkoll il-livell ta’ protezzjoni tagħhom grazzi għall-ħtieġa li jissodisfaw standard ta’ provvista u infrastruttura mal-UE kollha.

    Fl-istess ħin, ir-rapport wera li għad hemm raġunijiet serji ta’ tħassib fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (il-miżuri nazzjonali li jieħdu b’mod predominanti, mhumiex adatti sabiex jindirizzaw il-problema tal-provvista tal-gass); l-applikazzjoni tal-istandard tal-provvista għall-klijenti protetti (prinċipalment djar) u l-istandard tal-infrastruttura. Barra minn hekk, il-kuntratti għall-provvista tal-gass bejn kumpaniji tal-gass naturali u fornituri mhux mill-UE mhumiex trasparenti biżżejjed. Dawn in-nuqqasijiet ifixklu r-rispons effettiv fil-mument ta’ kriżi.

    L-eżerċizzju tat-test tal-istress li sar fis-sajf tal-2014 wera li interruzzjoni severa fil-provvisti tal-gass mil-Lvant (jiġifieri r-Russja) xorta ser ikollha impatt maġġuri madwar l-UE kollha. Xi oqsma, partikolarment fil-lvant tal-Ewropa, xorta jsofru konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kbar fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ gass. Barra minn hekk, il-kesħa kbira tal-2012 rat il-prezzijiet tal-gass tal-jum ta’ wara bl-ingrossa jogħlew b’aktar minn 50% fiċ-Ċentri Ewropej meta mqabbel mal-livelli rreġistrati qabel it-temp kiesaħ. Fl-Italja, il-prezzijiet għolew minn €38/MWh għal €65/MWh, filwaqt li fir-Renju Unit, fil-Ġermanja u fl-Awstrija, il-prezzijiet laħqu €38/MWh minn livelli ta’ €23/Mwh 5 .

    Is-sitwazzjoni attwali hija r-riżultat ta’ diversi problemi ta’ daqs differenti, inklużi l-preġudizzji tal-imġiba (approċċ purament nazzjonali għas-sigurtà tal-provvista), fatturi esterni (l-imġiba tal-fornituri mhux mill-UE) u kwistjonijiet tekniċi (nuqqas ta' infrastruttura xierqa, jew protezzjoni inadegwata għall-infrastruttura).

    Ir-regolament jipproponi miżuri sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet mikxufin.

    Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati li saret mill-15 ta’ Jannar sat-8 ta’ April 2015 ipproduċiet 106 tweġibiet. Dan ifisser li tista’ titqies li hi wiesgħa ħafna 6 . Għalkemm ħafna minn dawk li rrispondew ġew mis-settur privat u mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, regolatorji u tal-industrija, ħadu sehem ukoll numru relattivament kbir ta’ awtoritajiet mis-settur pubbliku.

    Il-konsultazzjoni segwiet l-istruttura doppja tar-Regolament eżistenti, li huwa bbażat fuq il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni. Il-mistoqsijiet fuq il-prevenzjoni ġew iddisinnjati biex isir magħruf jekk hemmx ħtieġa li jiġu mtejba d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ. Madankollu, huma ppermettew ukoll ftit skop biex jiġu ttestjati ideat ġodda, b’mod speċjali fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ miżuri biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista. Il-mistoqsijiet dwar il-mitigazzjoni fittxew li jistabbilixxu jekk l-Istati Membri kinux ppreparati sabiex jiġġestixxu sitwazzjoni ta’ emerġenza u waqt li jagħmlu dan jikkunsidrawx soluzzjonijiet ikkoordinati b’mod effiċjenti, pjuttost milli jadottaw approċċ purament nazzjonali u jirrikorru għal miżuri kontroproduttivi li jaffettwaw lill-ġirien tagħhom.

    Rigward ir-riżultat, ħafna mill-awtoritajiet pubbliċi ffukaw fuq nuqqasijiet fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li kumpaniji privati u assoċjazzjonijiet insistew li għandha tingħata prijorità lill-miżuri tas-suq sabiex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-provvista. Il-Kummissjoni qieset dawn l-opinjonijiet billi pproponiet kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib u prijorità ċara għal miżuri mmarkati fl-indirizzar ta’ riskji għas-sigurtà tal-provvista. L-opinjoni tal-partijiet interessati varji ġiet riflessa wkoll fil-valutazzjoni u fl-impatt tal-għażliet tal-politika f’taqsimiet 6 u 7 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

    Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert

    Intużaw konsulenti esterni għal suġġetti differenti matul il-preperazzjoni ta’ din il-proposta. Sar studju dwar miżuri possibbli ta’ ħażniet tal-gass taħt l-art u l-impatt tagħhom 7 , kif ukoll ġie rċevut l-input mill-JRC sabiex jappoġġja l-Valutazzjoni tal-Impatt b’analiżi. Studju ulterjuri li jqabbel l-approċċi sabiex tissaħħaħ is-setgħa ta’ negozjar tal-UE fuq is-swieq tal-gass naturali 8 ta' input f'ċerti għażliet ta’ politika speċifiċi relatati ma’ kif għandu jiġi ssodisfatt l-istandard tal-provvista (skemi komuni ta’ xiri).

    Il-valutazzjoni tal-impatt

    Il-miżuri kollha proposti ġew appoġġjati mill-Valutazzjoni tal-Impatt.

    Il-Bord ta’ Valutazzjoni tal-Impatt ħareġ opinjoni pożittiva fis-16 ta’ Diċembru 2015.

    Il-Valutazzjoni tal-Impatt tat ħarsa lejn erba’ għażliet ta’ politika:

    1. Implimentazzjoni iktar b'saħħitha u miżuri mhux vinkolanti

    2. Koordinazzjoni aħjar u soluzzjonijiet imfasslin apposta

    3. Koordinazzjoni aħjar, b’xi prinċipiji/standards stabbiliti fil-livell tal-UE

    4. Armonizzazzjoni sħiħa

    L-għażliet 1 u 2 ma ġewx adottati, minħabba r-reġistru tal-prestazzjoni dgħajfa tagħhom f’termini ta’ effettività u effiċjenza. Huma ma għamlux biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sistema attwali, identifikati permezz tal-valutazzjoni ex-post (rapport imfassal fl-2014) u t-test tal-istress li sar fis-sajf tal-2014.

    L-għażla 4 tinkludi xi approċċi li huma aktar effettivi mill-għażliet 1 u 2. Madankollu, uħud minnhom mhumiex aktar effettivi minn dawk disponibbli taħt l-għażla 3. Barra minn hekk, jiswew iktar, u xi wħud jistgħu jkunu kontroproduttivi. Huwa għalhekk li lanqas l-għażla 4 ma ġiet adottata.

    Il-proposta finali hija li tittieħed l-għażla 3, l-aktar pakkett effettiv. Hi l-aħjar għażla fir-rigward tal-effikaċja u l-effiċjenza. L-effetti segwenti ġew ikkunsidrati.

    1. Il-kostijiet u l-impatti fuq il-prezzijiet

    L-impatt globali fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet ikun limitat ħafna. Xi proposti huma ddisinnjati biex jiġu evitati spejjeż mhux neċesssarji u jisfruttaw sinerġiji f’miżuri biex titjieb is-sigurtà tal-provvista. Dan għandu jnaqqas l-kostijiet globali tas-sigurtà tal-qafas tal-provvista għall-konsumaturi kollha. Miżuri bħall-Valutazzjoni tar-Riskju reġjonali, Pjanijiet reġjonali jew id-dispożizzjonijiet rigward kuntratti mhux sejrin iżidu l-kostijiet b'mod sinifikanti. Jista’ jkun hemm impatt fuq il-piż amministrattiv.

    L-għodod ta’ politika li x'aktarx jaffettwaw aktar il-kostijiet huma l-irfinar fil-kalkoli ta’ N-1 u l-obbligi ta’ fluss fid-direzzjoni opposta. Madankollu, fir-rigward tal-istandard N-1, l-irfinar tal-formula mhux probabbli li jibdel Stat Membru konformi f’wieħed mhux konformi, li jixpruna investiment obbligatorju. Tibqa’ l-possibilità li jittieħdu miżuri fuq in-naħa tad-domanda biex jintlaħaq l-istandard N-1. N-1 irfinut jista’ jwassal għal investiment ogħla, iżda dan ikun ibbażat fuq valutazzjoni tal-Istat Membru konċernat u bi stampa aħjar tas-sitwazzjoni attwali tal-kapaċità. Għaldaqstant, tidher li hija miżura kost-effettiva, meta wieħed iqis il-benefiċċji assoċjati ma’ dijanjożi mtejba tas-settur b’investiment minimu (eż. kontribuzzjoni reali ta’ ħażna grazzi għal stima aktar realistika ta’ rati ta’ rtirar li jiddependu fuq il-livell ta’ gass maħżun). Il-kalkolu idrawliku 9 lanqas ma għandu jimplika kostijiet addizzjonali, peress li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (TSOs) għandhom l-għodod sabiex jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn. Is-simulazzjonijiet madwar l-UE kollha jistgħu jitwettqu mill-ENTSOG bħala parti mill-prospetti annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 715/2009. Dawn jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati miżuri kost-effettivi biex jiġu minimizzati l-effetti avversi.

    2. L-impatt fuq il-partijiet interessati, b’mod speċjali negozji żgħar u ta’ daqqs medju.

    Globalment, l-għażla 3 għandha tkun tajba għall-parteċipanti fis-suq. Is-superviżjoni aħjar tal-miżuri standard al-provvista tiżgura konformità trasparenti u kosteffettiva. Ħafna minn dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika min-naħa tal-industrija stqarru li huma riedu aktar trasparenza u miżuri ġġustifikati bis-sħiħ soġġetti għal evalwazzjoni regolari jew test.

    Negozji żgħar u ta' daqs medju sejrin jibqgħu “klijenti protetti” jekk Stat Membru jiddeċiedi dan, għalhekk din l-għażla mhux sejra taffetwahom b'mod negattiv. Id-differenza ewlenija f’din l-għażla hija li huma mhux ser ikunu neċessarjament koperti mill-prinċipju tas-solidarjetà. Madankollu, ta’ min ifakkar, li l-punt ta’ dan il-prinċipju hu li jiżgura provvista kontinwa lid-djar u lis-servizzi soċjali u essenzjali fl-emerġenzi. Dan il-mekkaniżmu hu l-aħħar għażla, maħsub biss għal użu f’sitwazzjonijiet ta’ nuqqas estrem ta’ gass. Waqt li r-Regolament rivedut hu maħsub biex jiġu evitati tali sitwazzjonijiet, xorta rridu nkunu ppreparati għalihom.

    3. Il-kompletar tas-suq intern

    L-għażla 3 x’aktarx tgħin biex is-suq uniku tal-enerġija jaħdem aħjar. Il-miżuri proposti se jnaqqsu b’mod sinifikanti r-riskju ta’ sitwazzjoni li fiha l-miżuri nazzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista jfixklu l-kompetizzjoni jew jirriżultaw f’diskriminazzjoni kontra nies mhux ċittadini. L-ewwelnett, valutazzjonijiet tal-impatt obbligatorji ta' miżuri ġodda mhux tas-suq li jridu jiġu adottati mill-Istati Membri għandhom jipprevjenu miżuri li jagħmlu l-ħsara milli jidħlu fis-seħħ u jiġu inklużi fil-pjanijiet. Il-miżuri eżistenti sejrin ikunu wkoll soġġetti għal skrutinju mill-Istati Membri l-oħrajn f'reġjun partikolari. Dan għandu jgħin biex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha l-miżuri li jittieħdu f’pajjiż wieħed ikollhom effetti kollaterali negattivi f’pajjiżi ġirien. It-tieni nett, il-proċess ta’ reviżjoni bejn il-pari u s-superviżjoni mill-Kummissjoni għandhom jgħinu biex jiġu identifikati u eliminati l-problemi kollha li jirriżultaw minn miżuri biex tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista.

    L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

    Il-proposta sejra żżid il-piż amministrattiv sa ċertu limitu. Wieħed mis-sorsi ewlenin ta' piż amministrattiv ikun il-ħtieġa li jiġu ppreparati l-valutazzjonijiet tar-riskji reġjonali u l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva reġjonali u l-pjanijiet ta’ emerġenza. Madankollu, billi l-Għażla 3 tibni fuq il-konsultazzjoni reġjonali mandatorja eżistenti fuq il-pjanijiet u tistabbilixxi qafas iktar ċar għall-kooperazzjoni u koordinazzjoni reġjonali orjentata lejn ir-riżultat, il-piż amminsitrattiv ma jiżdiedx b’mod qawwi. Din is-soluzzjoni hija kemm teknikament kif ukoll legalment fattibbli, kif muri mill-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva konġunti bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda u r-rapport konġunt imfassal mill-Istati Baltiċi u l-Finlandja dwar it-test tal-istress tal-2014.

    Biex jiġu implimentati l-Pjanijiet fil-ħin, ir-responsabbiltajiet u l-qafas ta’ żmien iridu jiġu ddefiniti b’mod ċar. Dan jista’ jinkiseb f’modi differenti. F'ċerti każijiet, pereżempju, hemm segretarjat, filwaqt li Stati Membri oħrajn għażlu fil-passat allokazzjoni b’rotazzjoni ta’ responsabbiltajiet għal pjan partikolari. Il-Kummissjoni hija lesta sabiex tipprovdi gwida u tiffaċilita l-proċess kif meħtieġ, kif diġà għamlet matul it-test tal-istress għall-Gruppi Fokus u fi ħdan il-BEMIP (Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku) Focus group għal kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Baltiċi u l-Finlandja.

    Il-piż amministrattiv għandu jiżdied, anki jekk il-pjanijiet reġjonali jissotitwixxu ‘l dawk nazzjonali, u b’hekk tiġi evitatata d-duplikazzjoni tal-kompiti. Jista’ jiġi argumentat ukoll li qbil fuq il-pjanijiet fil-livell reġjonali għandu probabbiltà li jieħu aktar żmien u jkun jeħtieġ arranġamenti addizzjonali. Għal dik ir-raġuni, u sabiex jiġi limitat il-piż addizzjonali, il-valutazzjoni tar-riskju reġjonali u l-pjanijiet reġjonali jistgħu jiġu aġġornati kull erba' snin, minflok kull sentejn, kif inhu l-każ skont ir-Regolament eżistenti.

    Il-pjanijiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku tal-Unjoni tal-Enerġija u mal-għodod tar-rapportar. Madankollu, il-pjanijiet ta’ emerġenza u l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva li għandhom jiġu żviluppati skont dan ir-Regolament mhumiex dokumenti ta’ politika li jistabbilixxu għażliet politiċi strateġiċi. Dawn fin-natura tagħhom huma tekniċi, bl-iskop tagħhom ikun li jipprevjenu milli jkun hemm emerġenzi jew li dawn jeskalaw u biex jimmitigaw l-effetti tagħhom.

    Id-drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli.

    4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ, arranġamenti ta’ evalwazzjoni u rappurtar

    Il-Kummissjoni sejra timmonitorja kif l-Istati Membri jimplementaw il-bidliet introdotti mir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass. Iż-żieda fl-involviment, flimkien mas-setgħet ta’ sorveljanza u monitoraġġ għandha tiżgura konformità aħjar mar-regoli madwar l-UE kollha. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni sejra toffri għajnuna lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa fil-liġi permezz ta' sessjonijiet ta’ ħidma mal-Istati Membri kollha jew laqgħat bilaterali, jekk kwalunkwe wieħed minnhom jitlob hekk. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni sejra ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 258 tat-TFUE, f’każ li xi Stat Membru jonqos milli jwettaq id-dmir tiegħu biex jimplimenta u japplika d-Dritt tal-Unjoni.

    Il-Kummissjoni sejra twettaq ukoll monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista fl-UE u sejra tirrapporta fuq bażi regolari lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.

    Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għal direttivi)

    Mhux applikabbli.

    Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Ir-Regolament rivedut fih il-komponenti li ġejjin:

    1. Kooperazzjoni u koordinazzjoni reġjonali msaħħin bħala l-approċċ l-aktar kost-effettiv sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista madwar l-UE:

    - Pjanijiet ta’ azzjoni preventiva reġjonali u pjanijiet ta’ emerġenza ("il-Pjanijiet") obbligatorji kif ukoll Valutazzjonijiet tar-Riskju reġjonali, li għandhom jitħejjew b’mod konġunt, abbażi ta’ mudelli obbligatorji fl-Annessi tar-Regolament.

    - Bħala bażi għall-kooperazzjoni reġjonali, l-Anness I tar-Regolament fih proposta li turi l-kompożizzjoni tar-reġjuni, abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(7). (eż. kif propost fil-mappa taħt l-għażla 2 fil-Valutazzjoni tal-Impatt). Fl-opinjoni tal-Kunsill, din il-proposta hi l-aħjar mod ta’ kif tiġi żgurata provvista ta’ gass sigura fl-eventwalità ta’ emerġenza. Sa fejn huwa possibbli, hija tibni fuq l-istrutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’mod partikolari l-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament 347/2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea 10 (ir-Regolament TEN-E). Madankollu, peress li dan ir-Regolament u r-Regolament TEN-E għandhom objettivi differenti, id-daqs u l-kompożizzjoni tal-gruppi reġjonali nbidlu. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin, definiti fl-Art.3(7), għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta’ provvista; l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri; l-iżvilupp tas-suq u l-maturità; l-istrutturi eżistenti tal-koperazzjoni reġjonali; n-numru ta’ Stati Membri f’reġjun, li għandu jkun limitat biex l-arranġamenti jibqgħu jistgħu jsiru.

    Pereżempju, ir-Reġjun tal-Majjistral (ir-Renju Unit u l-Irlanda) jibni fuq kooperazzjoni eżistenti bejn iż-żewġ pajjiżi. Ir-razzjonali għad-disinn propost tal-maġġoranza tar-reġjuni (il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar, Ċentrali-lvant, ix-Xlokk, is-Suq Baltiku tal-Enerġija I u II) hu d-disinn tal-provvista fl-eventwalità li titwaqqaf il-provvista mir-Russja. Il-kompożizzjoni tar-reġjun tat-Tramuntana, Nofsinhar, Punent tal-Ewropa (il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, Spanja, in-Netherlands u l-Portugall) tirrifletti l-fatt li s-suq tal-gass f’din il-parti tal-UE huwa matur u żviluppata sew. Dan jaf jirriżulta li hu l-aħjar mod ta’ kif tiġi evitata emerġenza, jew, jekk tqum waħda, ta' kif jiġi mitigat l-impatt tagħha.

    - Il-pjanijiet reġjonali huma soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari. Il-Kummissjoni torganizza dan, billi tagħżel il-membri ta’ kull tim ta’ evalwazzjoni bejn il-pari (tim kull reġjun) fost kandidati proposti mill-Istati Membri. Hija tipparteċipa fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari bħala osservatriċi.

    - Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass jiddiskuti l-pjanijiet fuq il-bażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex jiżgura li l-pjanijiet għal reġjuni differenti huma konsistenti ma' xulxin.

    - Fit-tmiem tal-proċess, il-Kummissjoni tista’ titlob emendi għall-pjanijiet mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u eventalwament tapprova l-pjanijiet.

    2. Obbligazzjonijiet aktar dettaljati biex jiżguraw li l-infrastruttura neċessarja tkun disponibbli:

    - Il-kalkoku N-1 se jkun akkompanjat minn kalkolu idrawliku nazzjonali u minn simulazzjonijiet mal-UE kollha li għandhom jitwettqu mill-ENSTOG, b’mod simili għas-simulazzjonijiet li wettqet għat-testijiet tal-istress fis-sajf tal-2014.

    - Dwar il-flussi fid-direzzjoni opposta, il-punti kollha ta’ interkonnessjoni għandhom ikunu mgħammra b’kapaċità ta’ fluss fid-direzzjoni opposta permanenti sakemm ma jingħatawx eżenzjoni.

    i) Id-deċiżjonijiet, jew sabiex tingħata eżenzjoni jew sabiex wieħed tittieħed deċiżjoni fuq il-livell ta’ kapaċità li għandu jinbena, għandhom jittieħdu b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti fuq iż-żewġ naħat tal-punt ta’ interkonnessjoni (‘deċiżjoni konġunta) wara li jkun hemm konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn matul il-kuritur tal-provvista tal-gass, il-Kummissjoni u l-ACER (l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija).

    ii) L-ACER ser ikollha tagħti opinjoni dwar id-deċiżjoni konġunta tal-awtoritajiet kompetenti.

    iii) Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni, waqt li tqis l-opinjoni tal-ACER, fejn hija teħtieġ emendi għad-deċiżjoni konġunta tal-awtoritajiet kompetenti. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni f’dan il-qasam mhux ser tibqa’ limitata għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn uħud mill-Istati Membri.

    iv) Jekk ma jkun hemm l-ebda deċiżjoni konġunta f'ċertu perjodu ta’ żmien, l-ACER sejra tieħu deċiżjoni li jkun fiha proposta għal eżenzjoni jew kapaċità ta’ fluss fid-direzzjoni opposta partikolari. Id-deċiżjoni tal-ACER tipprovdi bażi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li fiha t-termini għal eżenzjoni jew kapaċità partikolari.

    v) Eżenzjonijiet eżistenti jridu jiġu riveduti skont il-proċedura l-ġdida.

    3. Valutazzjoni tar-riskju u prevenzjoni tar-riskju mtejbin

    - Aċċess aħjar għall-informazzjoni:

    i) Żieda limitata fl-ambitu tal-informazzjoni kuntrattwali li biha l-Kummissjoni tkun notifikata b’mod awtomatiku skont arranġamenti eżistenti (eż. volumi ta’ gass kuljum, fix-xahar u fis-sena, bħala minimu). Informazzjoni bħal din mhux sejra tiġi sottomessa aktar f’forma aggregata.

    ii) L-awtoritajiet kompetenti sejrin ikollhom is-setgħa li jitolbu mingħand l-impriżi tal-gass naturali, qabel emerġenza iżda taħt ċirkostanti debitament iġġustifikati (eż. theddid potenzjali), informazzjoni addizzjonali, inkluża informazzjoni kuntrattwali. Il-Kummissjoni tista’ titlob aċċess għal tali informazzjoni u tista’ wkoll tqanqal it-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni ġiet introdotta skont l-esperjenzi tal-Kummissjoni fix-xitwa 2014-15. Il-Kummissjoni osservat tnaqqis fil-provvista tal-gass mir-Russja għall-kumpaniji tal-gass tal-UE. Madankollu, hi rċeviet informazzjoni limitata biss li fuqha evalwat dan l-iżvilupp, billi l-awtoritajiet kompetenti ma kellhom l-ebda bażi legali biex jitolbu lill-kumpaniji tal-gass konċernati biex jipprovdu tali informazzjoni speċifika, minħabba li s-sitwazzjoni ma kkwalifikatx bħala emerġenza.

    iii) Kumpaniji tal-gass naturali sejrin ikunu meħtieġa li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti nazzjonali u l-Kummissjoni b’kuntratti relevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, hekk kif dawn ikunu ġew iffirmati jew emendati. Il-kuntratti relevanti dwar is-sigurtà tal-provvista huma kuntratti fit-tul (jiġifieri, validi għal aktar minn sena) li jipprovdu, individwalment jew flimkien ma’ kuntratti oħrajn konklużi mal-istess fornitur jew mal-affiljati tiegħu, aktar minn 40% tal-konsum tal-gass naturali kull sena fl-Istat Membru kkonċernat lil kumpanija waħda tal-gass naturali jew lill-affiljati tagħha.

    iv) In-notifika awtomatika hija mqajma meta jiġi konkluż jew jiġi emendat kuntratt li jissodisfa l-kriterju tal-livell limitu . Madankollu, anke l-kuntratti li ma jissodisfawx dan il-kriterju jistgħu jkun relevanti biex tiġi vvalutata s-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass. Għalkemm is-suq żviluppa b’tali mod li kuntratti b’terminu twil ħafna issa huma rari, dawn għadhom jeżistu. Jekk jiġi konkluż kuntratt fit-tul eżatt qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-kuntratt ma jkunx kopert mill-obbligu awtomatiku li l-awtorità kompetenti nazzjonali u l-Kummissjoni jiġu nnotifikati. Jekk, barra minn hekk, tali kuntratt ikun fih klawsola li torbot il-prezz mal-prezz taċ-ċentru, dan ma jistax jiġi emendat għal numru ta’ snin. Fi kliem ieħor, l-obbligu awtomatiku biex jiġu nnotifikati l-emendi ma japplikax ukoll.

    Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu s-setgħa li jitolbu li l-kuntratti jiġu nnotifikati, anke jekk ma jkunux ġew riveduti jew ma jissodisfawx il-kriterju tal-livell limitu. Għalhekk, il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każijiet debitament iġġustifikati bħal dawk deskritti hawn fuq, tista' titlob in-notifika tal-kuntratti jekk tali kuntratti jkunu meħtieġa għal valutazzjoni komprensiva tal-impatt ta’ qafas kuntrattwali dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista fi Stat Membru, f’reġjun jew fl-Unjoni u b’mod partikolari għall-Valutazzjonijiet tar-Riskju, il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza.

    Minħabba li t-talba magħmula mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-Kummissjoni tista’ tkopri l-kuntratt kollu kemm hu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirċievu wkoll informazzjoni dwar il-prezzijiet. Imbagħad, il-Kummissjoni tkun tista’ tuża l-informazzjoni mill-kuntratti biex tivvaluta s-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha u b’mod partikolari tivvaluta l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza. Jekk il-kumpanija tal-gass naturali ma tikkonformax mal-obbligu ta’ notifika, il-Kummissjoni tista’ tibda proċeduri ta’ ksur kontra l-Istat Membru, li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom is-setgħa li jirċievu jew jitolbu l-kuntratt.

    Il-fatt li l-Kummissjoni minn hawn il-quddiem se jkollha aċċess aħjar għal informazzjoni dwar kuntratti kummerċjali, dawn il-kuntratti bl-ebda mod ma jaffettwaw il-monitoraġġ kontinwu tas-suq tal-gass. Hija sejra tintervjeni jekk jiġu identifikati abbużi tas-suq.

    - L-obbligu biex jiġu valutati r-riskji kollha rilevanti fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, finanzjarji, soċjali, politiċi u dawk relatati mas-suq. Il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji sabiex jindirizzaw r-riskji rilevanti kollha. L-iskop ta’ dan l-obbligu hu li titjieb it-trasparenza u li jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattika.

    4. Iż-żieda fis-sorveljanza ta’ obbligi biex il-gass jiġi fornut lil ċerti kategoriji ta’ konsumaturi, anke taħt kundizzjonijiet eżiġenti (l-istandard tal-provvista.)

    - L-ebda bidla għall-istandard tal-provvista definita fir-Regolament attwali, li jiggarantixxi provvisti tal-gass mingħajr interruzzjoni lil klijenti protetti għal minimu ta’ 7 jew 30 jum kalendarju skont ix-xenarju definit, anke f’każ ta’ provvisti tal-gass skarsi u/jew domanda eċċezzjonalment għolja.

    - Sorveljanza mtejba mill-Kummissjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti li tkun konformi mal-obbligu tal-provvista (permazz tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet) sabiex tiġi evitata l-protezzjoni nieqsa jew il-protezzjoni esaġerata, li tista’ taffettwa b’mod negattiv Stati Membri aktar vulnerabbli.

    - Miżuri ġodda mhux ibbażati fuq is-suq biex jikkonformaw mal-istandard tal-provvista huma soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt pubblika u għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni li tivvaluta l-proporzjonalità tagħhom, l-impatti fuq is-suq intern u fuq is-sigurtà tal-provvista tal-Istat Membru l-ieħor. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li titlob emendi għall-miżuri, li ma jistgħux jidħlu fis-seħħ jekk ma jikkonformawx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    5. Ir-Regolament jinkorpora b'mod espliċitu l-prinċipju ġdid ta' solidarjetà.

    - Jekk, kif jippermetti r-Regolament, Stat Membru japplika żieda fl-istandard tal-provvista, li jista’ jnaqqas il-flussi tal-gass minn pajjiż għall-ieħor, u b'hekk jaggrava s-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista fi Stat Membru ġar, iż-żieda fl-istandard tal-provvista għandha terġa' tkun stabbilita għal-livell awtomatiku tal-UE (li jiggarantixxi servizz lill-klijenti protetti kollha) f'każ ta' emerġenza.

    - Applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà fuq il-bażi ta’ arranġamenti tekniċi u amministrattivi miftiehma bejn l-Istati Membri tkun obbligatorja. Il-klijenti, għajr id-djar, is-servizzi soċjali essenzjali u t-tisħin distrettwali ma jistgħux jibqgħu jiġu fornuti b'gass fi Stat Membru partikolari - anke jekk ma jkunx f’sitwazzjoni ta’ emerġenza - sakemm id-djar, is-servizzi soċjali essenzjali u t-tisħin distrettwali ma jkunux qegħdin jiġu fornuti fi Stat Membru ieħor f'emerġenza li miegħu jkun imqabbad in-netwerk ta’ trażmissjoni tal-ewwel pajjiż.

    6. Id-definizzjoni ta’ klijenti protetti se tinżamm (jiġifieri intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jistgħu jiġu kkunsidrati bħala protetti jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk). Madankollu, l-Istati Membri se jkollhom jintroduċu miżuri, bħala parti mill-pjanijiet tagħhom, biex jindirizzaw kwistjonijiet tekniċi u jevitaw milli klijenti mhux eliġibbli jikkunsmaw gass intenzjonat għal klijenti protetti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fuq in-natura ta' dawn il-miżuri.

    7. L-applikazzjoni tar-Regolament bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u l-Istati Membri tal-UE. Ir-Regolament rivedut se jinkludi l-obbligi speċifiċi tal-Istati Membri tal-UE b'karattru transfruntier lejn il-Partijiet Kontraenti u dan għandu jkun segwit mill-adozzjoni, fi ħdan il-Komunità tal-Enerġija tal-Att Konġunt li tadotta u tintegra r-Regolament fil-Komunità tal-Enerġija u tintroduċi obligi reċiproki fuq in-naħa tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija b'rabta mal-Istati Membri. Dawn l-obbligi se japplikaw biss permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonferma l-applikabbiltà ta' obbligu reċiproku bejn kull Parti Kontraenti u l-Istati Membri. L-obbligi se jikkonċernaw il-qafas tal-valutazzjonijiet tar-riskju, il-prevenzjoni tar-riskju u l-miżuri ta' emerġenza.

    8. Fir-rigward ta’ mekkaniżmi ta’ xiri konġunt, ir-Regolament jagħmilha ċara li l-Istati Membri u l-kumpaniji tal-gass naturali huma liberi biex jesploraw il-benefiċċji potenzjali li jixtru gass naturali b'mod kollettiv biex jindirizzaw is-sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ provvista. Mekkaniżmi bħal dawn għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni tad-WTO (Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) u tal-UE, b’mod partikolari mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali.

    2016/0030 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 11 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 12 ,

    Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Filwaqt li:

    (1)Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

    (2)Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass tista’ taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f’Ateni fil-25 ta’ Ottubru 2005. Tista’ tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista’ jkollha impatt soċjali gravi, b’mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta’ klijenti.

    (3)Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta’ gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b’mod partikolari lill-klijenti protetti f’każ ta’ kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kost-effettivi u b’tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla.

    (4)Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f’termini ta’ preperazzjoni kif ukoll ta’ mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta’ emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta’ obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista’ jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

    (5)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir ta’ żmien tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 13 analizzat l-effetti ta’ interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li approċċi purament nazzjonali mhumiex effettivi ħafna f’każ ta’ interruzzjoni serja, minħabba l-ambitu tagħhom, li skont id-definizzjoni huwa limitat. It-test tal-istress wera kif approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt ta’ xenarji ta’ tfixkil serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

    (6)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Istrateġija ta’ Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma’ politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima” 14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b’hekk titwitta t-triq għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija.

    (7)Suq intern tal-gass li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta’ Stati Membri individwali għall-effetti ta’ ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta’ Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b’mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tagħmel ħsara għall-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b’nuqqas ta’ provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista.

    (8)S’issa, il-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b’inqas spejjeż permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali ma ġiex sfruttat għal kollox. Dan għandu x'jaqsam mhux biss ma' koordinazzjoni aħjar ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni nazzjonali f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, iżda wkoll ma’ miżuri preventivi nazzjonali, bħal ħażna nazzjonali jew politiki relatati mal-gass naturali likwifikat (LNG), li jistgħu jkunu ta’ importanza strateġika f’ċerti reġjuni.

    (9)Fi spirtu ta’ solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f’kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta’ miżuri kkoordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni.

    (10)Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni soċjali. Definizzjoni ta’ tali klijenti protetti ma għandhiex tkun f’kunflitt mal-mekkaniżmi ta’ solidarjetà tal-Unjoni.

    (11)Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta’ responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b’miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

    (12)Kif stipulat fid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, b’mod partikolari ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jwettqu l-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament.

    (13)L-istandard tal-infrastruttura għandu jesiġi lill-Istati Membri sabiex iżommu livell minimu ta’ infrastruttura bħal biex jiżguraw ċertu allokazzjoni addizzjonali fis-sistema f’każ ta’ interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika. Minħabba li analiżi b’referenza għall-indikatur N-1 tikkostitwixxi approċċ purament abbażi tal-kapaċità, ir-riżultati ta’ N-1 għandhom ikunu kkumplimentati b’analiżi dettaljata li tittratta wkoll il-flussi tal-gass.

    (14)Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 jeħtieġ lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex jippermettu kapaċità bidirezzjonali permanenti fuq l-interkonnessjonijiet kollha transkonfinali sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni minn dan l-obbligu. Dan jimmira li jiżgura li l-benefiċċji possibbli tal-kapaċità bidirezzjonali permanenti jittieħdu dejjem in kunsiderazzjoni meta jkun qed jiġi ppjanat interkonnettur ġdid. Madankollu, il-kapaċità bidirezzjonali tista’ tintuża biex tipprovdi gass lill-Istati Membri ġirien kif ukoll lil oħrajn matul il-kuritur tal-provvista tal-gass. Il-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista li jippermettu kapaċità bidirezzjonali permanenti, b'hekk jeħtieġu li jitqiesu f’perspettiva usa’, fi spirtu ta’ solidarjetà u kooperazzjoni msaħħa. Għalhekk, l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tikkunsidra l-kuritur kollu tat-trasport għandha ssir meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat jekk tiġix implimentata kapaċità bi-direzzjonali. Dan jeħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jeżaminaw mill-ġdid l-eżenzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament Nru (UE) 994/2010 abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju reġjonali.

    (15)Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE 16 tistabbilixxi proċess li għandu l-għan li jtejjeb is-sigurtà ta’ infrastruttura kritika Ewropea speċifikata, inkluż ċerta infrastruttura tal-gass fl-Unjoni. Id-Direttiva 2008/114/KE flimkien ma’ dan ir-Regolament tikkontribwixxi biex jinħoloq approċċ komprensiv għas-sigurtà tal-Enerġija tal-Unjoni.

    (16)Ir-Regolament jistabbilixxi standards għas-sigurtà tal-provvista li huma armonizzati biżżejjed u tal-inqas ikopru s-sitwazzjoni li seħħet f’Jannar 2009 meta l-provvista ta’ gass mir-Russja twaqqfet. Dawn l-istandards iqisu d-differenza bejn l-Istati Membri, l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-miżuri ta' protezzjoni tal-klijenti, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE. L-istandards tas-sigurtà tal-provvista għandhom ikunu stabbli, sabiex jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa, għandhom ikunu definiti b'mod ċar u ma għandhomx jimponu piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-impriżi tal-gass naturali. Dawn għandhom jiggarantixxu wkoll aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass naturali tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali.

    (17)Approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-definizzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti koordinazzjoni tal-isforzi, li ġġib magħha benefiċċji sinfikanti f'termini tal-effettività tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kundizzjonijiet ibsin ħafna, lil klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. L-ivvalutar tar-riskji korrelatati fil-livell reġjonali, li hu iktar komprensiv kif ukoll iktar preċiż, se jiżgura li l-Istati Membri huma ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel fuq is-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien.

    (18)Ir-reġjuni għandhom ikunu definiti, kemm jista' jkun, fuq bażi ta' strutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’mod partikolari l-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 347/2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea 17 (ir-Regolament TEN-E). Madanakollu, billi dan ir-Regolament u r-Regolament TEN-E għandhom għanijiet differenti, il-gruppi reġjonali rispettivi jistgħu jkunu differenti fid-daqs u d-disinn.

    (19)Għalhekk, għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta’ provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta’ Stati Membri f’reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

    (20)Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir iktar fattibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fi ħdan kull reġjun. Tali mekkaniżmu jew mekkaniżmi għandhom jiġu żviluppati suffiċjentament fil-ħin biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju u jitfasslu pjanijiet sinifikanti fil-livell reġjonali. L-Istati Membri huma liberi li jiftehemu fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal reġjun partikolari. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni fil-proċess globali u għandha tiskambja l-aħjar prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta’ koordinazzjoni b’rotazzjoni fi ħdan ir-reġjun għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Fin-nuqqas ta’ ftehim fuq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni xieraq għal reġjun partikolari.

    (21)Meta ssir valutazzjoni tar-riskju komprensiva li għandha tiġi ppreparata fil-livell reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, kummerċjali, finanzjari, soċjali, politiċi u dawk relatati mas-suq, kif ukoll kull riskju relevanti ieħor, inklużi, meta xieraq, l-interruzzjoni tal-provvisti mill-ikbar fornitur uniku. Ir-riskji kollha għandhom jiġu indirizzati b’miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskrimantorji li għandhom jiġu żviluppati fil-pjan ta’ azzjoni preventiva u fil-pjan ta’ emerġenza. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskju ta' perikli prevvisti skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE 18 .

    (22)Biex jiġi pprovdut l-input għall-valutazzjonijiet tar-riskji, in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni għall-Gass ('ENTSO għall-gass'), f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass u man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), għandu jwettaq simulazzjonijiet mal-Ewropa kollha b’mod simili għat-test tal-istress li sar fl-2014.

    (23)Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull Stat Membru. Għandhom jiddefinixxu b’mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b’mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta’ emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-efetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

    (24)L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi kollha tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu definiti preċiżament biex iżommu s-suq intern tal-gass jaħdem tajjeb, b’mod partikolari f'każ ta' interruzzjonijiet tal-provvista u kriżijiet. Irwoli u responsabbiltajiet bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li jiżguraw li approċċ fuq tliet livelli jiġi rrispettat li jkun jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali u l-industrija rilevanti, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti sabiex jibbażaw fuq mekkaniżmi tas-suq għall-itwal ħin possibbli meta jindirizzaw l-interruzzjonijiet. Madankollu, għandu wkoll jipprovdi mekkaniżmi li għandhom jintużaw meta s-swieq weħidhom ma jibqgħux f’pożizzjoni li jindirizzaw b’mod adegwat l-interruzzjoni fil-provvista tal-gass.

    (25)F’każ ta’ kriżi fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b’miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tal-kriżi fil-provvista.

    (26)Kull meta l-Istati Membri jkollhom pjan li jintroduċu miżuri mhux ibbażati fuq suq, miżuri bħal dawn għandhom jiġu akkumpanjati b’deskrizzjoni tal-impatt ekonomiku tagħhom. Dan jiżgura li l-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar l-ispejjeż ta’ tali miżuri u jiżgura li l-miżuri huma trasparenti, b’mod speċjali fir-rigward tas-sehem tagħhom fil-prezz tal-gass.

    (27)F’Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew talab biex l-għażliet għall-mekkaniżmi ta’ aggregazzjoni tad-domanda volontarja jiġu vvalutati b'konformità sħiħa mal-liġi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("WTO") u mar-regoli ta' komptezzjoni tal-Unjoni. Dan jippermetti lill-Istati Membri u lill-impriżi tal-gass naturali biex jesploraw il-benefiċċji potenzjali ta' xiri kollettiv ta’ gass naturali bħala mod biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ provvista b’mod konformi ma' dawk ir-regoli.

    (28)Miżuri min-naħa tad-domanda bħall-bdil tal-fjuwil jew tnaqqis fil-provvista tal-gass lill-konsumaturi industrijali kbar skont ordni ekonomikament effiċjenti jista’ jkollhom rwol importanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b’mod apprezzabbli bħala reazzjoni għal interruzzjoni fil-provvista. Irid isir iktar biex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri fin-naħa tad-domanda. L-impatt ambjentali ta' kwalunkwe domanda u miżura min-naħa tal-provvista proposti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, bi preferenza tingħata kemm jista’ jkun possibbli għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività.

    (29)Meta jiġu mfassla u implimentati l-Pjan ta’ Azzjoni Preventiva u l-Pjan ta’ Emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni t-tħaddim sigur tas-sistema tal-gass fil-livelli reġjonali u nazzjonali f'kull ħin. Huma għandhom jindirizzaw u jfasslu f’dawk il-pjanijiet il-limitazzjonijiet tekniċi li jaffettwaw it-tħaddim tan-Netwerk, inklużi kwalunkwe raġunijiet tekniċi u ta’ sigurtà għat-tnaqqis ta’ flussi f’każ ta’ emerġenza.

    (30)Gass klorifiku baxx jiġi fornut f’ċerti reġjuni fl-Unjoni. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, ma jistax jintuża f’apparat imfassal għall-gass klorifiku għoli. Madankollu, huwa possibbli li jintuża l-gass klorifiku għoli f’apparat imfassal għall-gass klorifiku baxx, sakemm dan jiġi kkonvertit f’gass klorifiku baxx, pereżempju billi wieħed iżid in-nitroġenu. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-gass klorifiku baxx għandhom jiġu kkunsidrati fil-livelli nazzjonali u reġjonali u għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju u fl-Azzjoni Preventiva u fil-pjanijiet ta’ emerġenza.

    (31)Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-prevedibbilità tal-azzjoni li għandha tittieħed f’każ ta’ emerġenza, li joffru lill-parteċipanti kollha tas-suq opportunità suffiċjenti sabiex jirreaġixxu kif ukoll jippreparaw għal ċirkostanzi bħal dawn. Bħala regola, għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw il-pjan ta’ emerġenza tagħhom. F’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati huma għandhom jieħdu azzjoni li tiddevja minn dawk il-pjanijiet. Huwa importanti wkoll li l-mod li bih jiġu mħabbra l-emerġenzi jkun iktar trasparenti u prevedibbli. Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ bbilanċjar tas-sistema (l-istatus ġenerali tan-netwerk ta’ trażmissjoni), li l-qafas tagħha jinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 19 , jista’ jkollha rwol importanti f’dan ir-rigward. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ ħin reali.

    (32)Il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu aġġoranti b’mod regolari u għandhom jiġu ppubblikati. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari. Il-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari jippermetti identifikazzjoni bikrija ta’ inkonsistenzi u miżuri li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri l-oħrajn u b'hekk jiżgura li l-pjanijiet minn reġjuni differenti huma konsistenti ma' xulxin. Dan jipermetti wkoll lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattika.

    (33)Sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet ta’ emerġenza jkunu dejjem aġġornati u effettivi, l-Istati Membri għandhom iwettqu testijiet bejn l-aġġornamenti tal-pjanijiet billi jissimulaw xenarji ta’ impatt għoli u medju u risposti f’ħin reali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.

    (34)Mudelli komprensivi obbligatorji li jinkludu r-riskji kollha li għandhom jiġu koperti mill-valutazzjoni tar-riskju u l-komponenti kollha tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza huma meħtieġa biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju u t-tħejjija tal-pjanijiet, l-evalwazzjoni bejn il-pari tagħhom u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

    (35)Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta’ emerġenza u d-dokumenti u l-iskambji ta’ informazzjoni l-oħrajn kollha koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' sistema ta' notifika elettronika standard.

    (36)Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f’minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f’xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b’żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri difolt sabiex b’hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta’ solidarjetà fil-pjanijiet ta’ emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali.

    (37)Is-solidarjetà Ewropea għandha wkoll, fejn meħtieġ, tieħu l-forma ta’ assistenza tal-protezzjoni ċivili pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Tali assistenza għandha tkun iffaċilitata u kkoordinata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit b’Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u biex tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex ittejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, l-preparamenti u r-rispons għal diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

    (38)Sabiex tiġi evalwata kif xieraq is-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista ta’ Stat Membru partikolari, reġjun jew l-UE, l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti huwa essenzjali. B’mod partikolari, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jkollhom aċċess regolari għall-informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali rigward il-parametri ewlenin tal-provvista tal-gass bħala input fundamentali fit-tfassil tal-politiki tas-sigurtà tal-provvista. Taħt ċirkostanzi debitament iġġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta’ emerġenza, għandu jkun possibbli wkoll l-aċċess għal informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass. Din l-informazzjoni addizzjonali normalment tkun informazzjoni dwar it-twassil tal-gass mhux relatat mal-prezz, eż. volumi ta’ gass minimi u massimi, punti ta’ twassil jew marġini tal-provvista. Pereżempju, jista’ jintalab f’każ ta’ bdil fil-mudell tal-provvista tal-gass lil bejjiegħ jew bejjiegħa partikolari fi Stat Membru li ma jkunx mistenni jekk is-swieq ikunu qegħdin jiffunzjonaw normali u li jista’ jaffettwa l-provvista tal-gass tal-Unjoni jew partijiet minnha.

    (39)F’Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li kuntratti tal-provvista tal-gass ma’ fornituri minn pajjiżi terzi għandhom ikunu aktar trasparenti u kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, mekkaniżmu effiċjenti u mmirat għall-aċċess tal-Istati Membri għall-kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandu jiżgura valutazzjoni komprensiva tar-riskji rilevanti li jistgħu jwasslu għal interruzzjoni fil-provvista jew jistgħu jinterferixxu mal-miżuri ta’ mitigazzjoni neċessarji jekk xorta waħda sseħħ kriżi. Skont dan il-mekkaniżmu ċerti kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandhom jiġu nnotifikati b’mod awtomatiku, immedjatament wara l-konklużjoni tagħhom, lill-Istati Membri. Madankollu, kwalunkwe obbligu biex kuntratt jiġi nnotifikat b'mod awtomatiku jeħtieġ ikun proporzjonat. Bl-applikazzjoni ta’ dan l-obbligu għal kuntratti bejn fornitur u bejjiegħ li tkopri 40% tas-suq nazzjonali joħloq il-bilanċ it-tajjeb f’termini ta’ effiċjenza amministrattiva u jistabbilixxi obbliġi ċari għall-parteċipanti tas-suq. Dan ma jfissirx li kuntratti oħrajn tal-provvista tal-gass mhumiex rilevanti għas-sigurtà tal-provvista. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt sabiex jitolbu kuntratti oħrajn li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista ta’ Stat Membru jew reġjun tal-Unjoni in ġenerali. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-istess aċċess għall-kuntratti tal-provvista tal-gass bħall-Istati Membri minħabba l-irwol tagħha li tivvaluta l-konsistenza u l-effettività tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza sabiex tindirizza r-riskji għas-sigurtà tal-provvista fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-UE. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Istati Membri biex jemendaw il-Pjanijiet sabiex iqisu l-informazzjoni miksuba mill-kuntratti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi żgurata. L-aċċess imtejjeb mill-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar kuntratti kummerċjali ma għandux jaffettwa l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex timmonitorja s-suq tal-gass, u l-Kummissjoni għandha tintervjeni jekk jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni biex tniedi proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u biex tinforza r-regoli tal-kompetizzjoni, inkluża l-għajnuna mill-istat.

    (40)Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jaġixxi bħala konsulent għall-Kummissjoni sabiex jgħin fil-koordinazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-provvista f’każ ta’ emerġenza tal-Unjoni. Għandu jimmonitorja wkoll l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament inkluża l-konsistenza tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza ppreparati minn reġjuni differenti u evalwati minn timijiet ta’ bejn il-pari.

    (41)Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ billi tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija permezz ta’ integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta’ emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

    (42)Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, taħdem ma’ pajjiżi terzi fornituri u ta’ tranżitu fuq arranġamenti sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u tiżgura fluss ta’ gass stabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata sabiex tuża task force biex timmonitorja l-flussi tal-gass fl-Unjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi involuti, u, fejn tinħoloq kriżi minħabba diffikultajiet f’pajjiż terz, sabiex taġixxi bħala medjatur u faċilitatur.

    (43)Fejn hemm informazzjoni affidabbli fuq sitwazzjoni barra l-Unjoni li thedded is-sigurtà tal-provvista ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi, li tista’ tagħti bidu għal mekkaniżmu ta’ twissija bikrija li jinvolvi l-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tipprova ttaffi s-sitazzjoni.

    (44)L-Istati Membri li jaġixxu waħedhom ma jistgħux jiksbu l-objettiv ta’ dan ir-Regolament b’mod sodisfaċenti, jiġifieri li jiggarantixxu provvista sigura ta’ gass fi ħdan l-Unjoni. Meta wieħed iqis l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, dan jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

    (45)Sabiex ikun hemm rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tar-reġjuni u mudelli għall-valutazzjoni tar-riskju u pjanijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert. Meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li dokumenti rilevanti jiġu trasmessi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'ħin adegwat u b'mod xieraq.

    (46)Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandu jiġi rrevokat. Sabiex tiġi evitata diskrepanza, il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 994/2010 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza ġodda ppreperati skont dan ir-Regolament jiġu adottati għall-ewwel darba.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1
    Ambitu

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (gass), billi jippermetti li jiġu implimenti miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jkunx f’pożizzjoni li jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa u billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni kemm rigward l-azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll mekkaniżmi ta’ trasparenza, fi spirtu ta’ solidarjetà, għall-koordinazzjoni ta’ ppjanar għal, u tweġiba għal, emerġenza fil-livelli ta’ Stat Membru, reġjonali u tal-Unjoni.

    Artikolu 2
    Id-definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE 21  u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 għandhom japplikaw.

    Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    (1)‘klijent protett’ tfisser klijent tad-djar imqabbad ma’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista’ tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)intrapriża żgħira u ta' daqs medju, diment li tkun imqabbda, ma’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-gass, jew servizz soċjali essenzjali, diment li tkun imqabbda ma’ distribuzzjoni tal-gass jew ma’ netwerk ta’ trażmissjoni, u diment li intrapriżi jew servizzi bħal dawn ma jirrappreżentawx b'mod konġunt aktar minn 20% tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f’dak l-Istat Membru;

    (b)installazzjoni tat-tisħin distrettwali sal-punt li twassal it-tisħin lill-klijenti tad-djar u lill-intrapriżi jew servizzi msemmijin f’punt (a) diment li dawn l-installazzjonijiet ma jkunux jistgħu jaqilbu għal fjuwils oħrajn u jkunu mqabbdin ma’ distribuzzjoni tal-gass jew ma’ netwerk ta’ trażmissjoni;

    (2)"servizz soċjali essenzjali" tfisser servizzi tal-kura tas-saħħa, tal-emerġenza jew tas-sigurtà;

    (3)"awtorità regolatorja nazzjonali" tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE.

    Artikolu 3
    Responsabbilità għas-sigurtà tal-provvista tal-gass

    1.Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun responsabbiltà kondiviża ta’ impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Kummissjoni fi ħdan l-oqsma ta’ attivitajiet u kompetenza rispettivi tagħhom.

    2.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali bħala l-awtorita kompetenti tiegħu li tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti sabiex tiddelega kompiti speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament lil korpi oħrajn. Kompiti ddelegati għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u għandhom ikunu speċifikati fil-pjanijiet msemmijin fl-Artikolu 7. Id-dikjarazzjoni ta’ xi wieħed mil-livelli ta’ kriżi msemmijin fl-Artikolu 10(1) tista’ tiġi ddelegata biss lil awtorità pubblika.

    3.Kull Membru Stat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-isem tal-awtorità kompetenti u bi kwalunkwe tibdil għalih. Kull Membru Stat għandu jagħmel pubbliku l-isem tal-awtorità kompetenti .

    4.Meta jiġu implimentati l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti b’tali mod li jiġi żgurat li jiġi rispettat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali u l-industrija rilevanti, imbagħad Stati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni.

    5.Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit f’dan ir-Regolament, inter alia, permezz tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass imsemmi fl-Artikolu 14 jew il-grupp għall-ġestjoni ta’ kriżi msemmi fl-Artikolu 11(4), b’mod partikolari f’każ ta’ emerġenza reġjonali jew ta' Unjoni kif definit fl-Artikolu 11(1).

    6.Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista li jinsabu fil-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji u verifikabbli, ma għandhomx jikkawżaw tfixkil għall-kompetizzjoni u għall-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha.

    7.Il-kompożizzjoni tar-reġjuni għall-finijiet tal-kooperazzjoni reġjonali kif provdut f'dan ir-Regolament għandha tkun bbażata fuq dawn il-kriterji li ġejjin:

    (a)il-prossimità ġeografika;

    (b)interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-mudelli ta’ provvista;

    (c)il-possibbiltà sabiex jiġu kondiviżi r-riżorsi u jiġu stmati r-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass madwar ir-reġjun.

    (d)l-iżvilupp tas-suq u l-maturità;

    (e)numru maniġġevoli ta’ Stati Membri f’kull reġjun;

    (f)sa fejn ikun possibbli, strutturi eżistenti ta’ kooperazzjoni reġjonali.

    Il-lista tar-reġjuni u l-kompożizzjoni tagħhom hija stabbilita fl-Anness I.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Anness I abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu ħtieġa għal bidla ta’ reġjun.

    Artikolu 4
    L-istandard tal-infrastruttura

    1.Kull Stat Membru jew, fejn Stat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f’każ ta’ interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, iddeterminata skont il-formula N - 1 kif ipprovdut f’punt 2 ta’ Anness II, tista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali u taż-żona kkalkulata matul il-ġurnata ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta’ darba f’20 sena. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

    2.L-obbligu li jiġi żgurat li l-bqija tal-infrastruttura għandha l-kapaċità teknika sabiex tissodisfa id-domanda totali ta’ gass, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jitqies ukoll li jkun ġie ssodisfatt meta l-awtorità kompetenti turi fil-pjan ta’ azzjoni preventiva li interruzzjoni fil-provvista tista’ tkun ikkumpensata b’mod suffiċjenti, fi żmien xieraq, b’miżuri xierqa min-naħa tad-domanda bbażati fuq is-suq. Għal dak il-għan, għandha tintuża l-formula pprovduta fil-punt 4 tal-Anness II.

    3.Fejn xieraq, skont il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ġirien jistgħu jaqblu sabiex flimkien jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fil-pjan ta’ azzjoni preventiva l-kalkolu tal-formula N-1 flimkien ma’ spjegazzjoni kif l-arranġamenti li jkun sar qbil fuqhom jissodisfaw dan l-obbligu. Il-punt 5 tal-Anness II għandu japplika.

    4.L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport bidirezzjonali tal-gass fuq l-interkonnettaturi kollha bejn l-Istati Membri, ħlief:

    (a)fil-każ ta’ konnessjonijiet għall-faċilitajiet tal-produzzjoni, għall-faċilitajiet LNG u għan-netwerks ta’ interruzzjoni; jew

    (b)fejn tkun ingħatat eżenzjoni minn dak l-obbligu.

    Għall-proċedura li tippermetti jew li ssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti fuq interkonnettur jew li tikseb jew li ttawwal l-eżenzjoni tagħha minn dak l-obbligu, għandu japplika l-Anness II.

    5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 u l-kostijiet li jippermettu l-kapaċità bidirezzjonali permanenti sabiex jingħataw inċentivi xierqa meta jiġu stipulati jew approvati, b’mod trasparenti u ddettaljat, it-tariffi jew metodoloġiji skont l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

    6.Safejn investment li jippermetti jew li jssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti mhuwiex meħtieġ mis-suq u fejn dak l-investiment iwassal għall-kostijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni tal-kost qabel ma tittieħed kwalunkewe deċiżjoni fuq investiment. L-allokazzjoni ta’ kost għandha b’mod partikolari tieħu in kunsiderazzjoni l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni.

    7.L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta’ trażmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta’ netwerk imqabbad tajjeb, inkluż, fejn xieraq, b’mezzi ta’ numru suffiċjenti ta’ punti ta’ dħul u ħruġ transkonfinali skont id-domanda tas-suq u r-riskji identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fil-valutazzjoni tar-riskju jekk jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta’ dħul u infrastrutturi nazzjonali, b’mod partikolari netwerks ta’ trażmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta’ interess komuni għar-reġjun identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

    8.Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja , bħala eċċezzjoni, ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iżda għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jissodisfaw u jiżguraw il-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 5. Dik l-eċċezzjoni għandha tapplika sakemm:

    (a)fil-każ tal-Lussemburgu: għandu mill-inqas żewġ interkonnetturi ma’ Stati Membri oħrajn, mill-inqas żewġ sorsi differenti ta’ provvista u l-ebda faċilità ta’ ħażna tal-gass fit-territorju tiegħu;

    (b)fil-każ tas-Slovenja: għandha mill-inqas żewġ interkonnetturi ma’ Stati Membri oħrajn, mill-inqas żewġ sorsi differenti ta’ provvista u l-ebda faċilità ta’ ħażna tal-gass jew faċilità ta’ LNG fit-territorju tagħha;

    (c)fil-każ tal-Iżvezja: ma għandha l-ebda tranżitu ta’ gass għall-Istati Membri l-oħrajn fuq it-territorju tagħha, konsum tal-gass intern gross annwali ta’ inqas minn 2 Mtoe u inqas minn 5% tal-konsum totali tal-enerġija primarja mill-gass.

    Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Isvezja għandhom jiżguraw, b’mod trasparenti, iddettaljat u mhux diskriminatorju, ittestjar tas-suq regolari għall-investimenti fl-instratruttura u għandhom jagħmlu pubbliċi r-riżultati ta’ dawk it-testijiet. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull bidla rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu. L-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tibqa’ tapplika fejn mill-inqas waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tibqax iżjed issodisfata.

    Sat-3 ta’ Diċembru 2018, il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Isvezja għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni li jiddeskrivi s-sitwazzjoni rigward il-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti f’dak is-subparagrafu u l-prospetti għall-konformità mal-obbligu fil-paragrafu 1, waqt li jitqiesu l-impatt ekonomiku biex jiġi sodisfatt l-istandard tal-infrastruttura, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq u l-iżvilupp tas-suq tal-gass u l-proġetti tal-infrastruttura tal-gass fir-reġjun. Abbażi tar-rapport u jekk il-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jibqgħu ssodisfati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-eċċezzjoni tista’ tkompli tapplika għal erbgħa snin aktar. F’każ ta’ deċiżjoni pożittiva, il-proċedura stabbilita f’dan is-subparagrafu għandha tiġi ripetuta wara erba' snin.

    Artikolu 5
    L-istandard tal-provvista

    1.L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

    (a)temperaturi estremi matul perjodu b’temperaturi massimi ta’ 7t’ijiem bi probabbiltà statistika ta’ darba f’20 sena;

    (b)kwalunkwe perjodu ta’ mill-inqas 30 ġurnata ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass, li jseħħ bi probabbiltà statistika ta’ darba f’20 sena;

    (c)għal perjodu ta’ mill-inqas 30 ġurnata f’każ tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass f’kundizzjonijiet medji tax-xitwa.

    Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni tagħhom ta’ klijenti protetti, il-volumi ta’ konsum annwali ta’ gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f’dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta’ klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2 (1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta’ gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ konsumaturi jirrappreżenta f’termini tal-użu finali annwali ta’ gass.

    L-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-impriżi tal-gass naturali msemmijin fl-ewwel subparagrafu u għandha tispeċifikahom fil-pjan ta’ azzjoni preventiva. Kwalunkwe miżura ġdida mbassra sabiex tiżgura l-istandard tal-provvista għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

    L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stabbiliti fl-ewwel subparagrafu billi jissostitwixxu l-gass b’sors differenti tal-enerġija sal-punt li jinkiseb l-istess livell ta’ protezzjoni.

    2.Kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda li jaqbeż il-perjodu ta’ 30 ġurnata msemmi f’punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 jew kwalunkwe obbligu addizzjonali impost għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-gass għandu jkun abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 6, għandu jkun rifless fil-Pjan ta’ Azzjoni Preventiva u għandu:

    (a)ikun konformi mal-Artikolu 3(6);

    (b)ma jkollux impatt negattiv fuq l-abbiltà ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li jissupplixxi lill-klijenti protetti tiegħu skont dan l-Artikolu fil-każ ta’ emerġenza nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni; u

    (c)ikun konformi mal-kriterji sepċifikati fl-Artikolu 11(5) fil-każ ta’ emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu għandhom ikunu inklużi fil-pjan ta’ azzjoni preventiva. Barra dan, kwalunkwe miżura ġdida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

    3.Wara l-perjodi definiti mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi 1 u 2, jew taħt kundizzjonijiet aktar serji minn dawk definiti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti u l-impriżi tal-gass naturali għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu, kemm jista’ jkun possibbli, il-provvista tal-gass, b’mod partikolari għal klijenti protetti.

    4.L-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali għas-sodisfazzjon tal-istandards tal-provvista stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu diskriminatorji u ma għandhomx jimponu piż bla bżonn fuq dawk l-impriżi.

    5.L-impriżi tal-gass naturali għandhom jiġu permessi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, fejn xieraq. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu li l-istandards stabbiliti f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati abbażi ta’ infrastruttura allokata biss fi ħdan it-territorju tiegħu.

    6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-provvisti lill-klijenti protetti jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija u bi prezz li jirrispetta l-valur tas-suq tal-provvisti.

    Artikolu 6
    Il-valutazzjoni tar-riskju

    1.L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom b’mod konġunt jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

    (a)jintużaw l-istandards speċifikati fl-Artikoli 4 u 5. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiddeskrivi l-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali u tinkludi kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi wkoll is-suppożizzjonijiet użati, inklużi dawk għall-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali, u d-dejta meħtieġa għal kalkolu bħal dan. Il-kalkolu tal-formula N - 1 fuq livell nazzjonali għandu jkun akkumpanjat minn simulazzjoni tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika billi jintuża mudell idrawliku kif ukoll kalkolu tal-formula N - 1 waqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ gass f’ħażniet 30% u 100% tal-kapaċità totali;

    (b)waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali u reġjonali rilevanti, b’mod partikolari d-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, il-flussi attwali, inklużi l-flussi ta’ ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, il-possibbiltà ta’ flussi fiżiċi ta’ gass bidirezzjonali inkluża l-ħtieġa potenzjali għal rinforzar konsegwenti tas-sistema ta’ trażmissjoni, il-preżenza ta’ produzzjoni u ħażna u l-irwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b’mod partikolari rigward it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

    (c)tissimula xenarji varji ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass u interruzzjoni fil-provvista, filwaqt li jitqiesu l-probabbiltà, l-istaġun, il-frekwenza u t-tul tal-preżenza tagħhom u tivvaluta l-konsegwenzi probabbli tagħhom, bħal:

    (i)interruzzjoni tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista, b’mod partikolari infrastruttura ta’ trażmissjoni, ħażniet jew terminali tal-LNG, inkluża l-akbar infrastruttura identifikata għall-kalkolu tal-formula N-1, u

    (ii)interruzzjoni tal-provvisti minn fornituri ta’ pajjiż terz, kif ukoll, fejn meħtieġ, riskji ġeopolitiċi;

    (d)tiġi identifikata l-interazzjoni u l-korrelazzjoni ta’ riskji fost l-Istati Membri fir-reġjun u ma’ Stati Membri oħrajn, kif xieraq, inkluża, inter alia, fir-rigward ta’ interkonnessjonijiet, provvisti transkonfinali, aċċess transkonfinali għal faċilitajiet ta’ ħażna u kapaċità bidirezzjonali;

    (e)titqies il-kapaċità massima tal-interkonnessjoni ta’ kull punt ta’ dħul u ħruġ ta’ fruntiera u varji livelli ta’ mili għall-ħżin.

    2.L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta’ żmien stabbilit f’paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni jista’ jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

    Fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni maqbul, kull awtorità kompetenti għandha tiskambja u taġġorna d-data nazzjonali neċessarja kollha għall-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari biex jitmexxew id-diversi xenarji msemmija f’punt (ċ) tal-paragrafu 1, sena qabel l-iskadenza għan-notifika tal-valutazzjoni tar-riskju.

    3.Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi ppreparata skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli.

    4.L-impriżi tal-gass naturali, il-klijenti tal-gass industrijali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali kif ukoll Stati Membri u l-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn mhijiex l-awtorità kompetenti, għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti u jipprovdu dan meta mitlubin flimkien mal-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskju.

    5.Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta’ diffikultajiet speċifiċi ta’ pajjiż li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9 (2).

    6.Sal-1 ta’ Novembru 2017, l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta’ provvista u xenarji ta’ interruzzjoni fl-infrastruttura. Ix-xenarji għandhom jiġu definiti mill-ENTSO tal-Gass b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ENTSO tal-Gass bid-data neċessarja għas-simulazzjonijiet bħall-valuri tad-domanda massima, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-miżuri min-naħa tad-domanda. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjonijiet għall-preparazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskju, l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza. Is-simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta’ provvista u xenarji ta’ interruzzjoni fl-infrastruttura għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti.

    Artikolu 7
    L-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni preventiva u pjan ta’ emerġenza

    1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu flimkien:

    (a)pjan ta’ azzjoni preventiva li jkun fih il-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jitneħħew jew jittaffew ir-riskji identifikati fir-reġjun, inklużi riskji ta’ dimensjoni purament nazzjonali, skont il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 6 u skont l-Artikolu 8; u

    (b)pjan ta’ emerġenza li jkun fih il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta’ interruzzjoni fil-provvista tal-gass fir-reġjun, inklużi każijiet ta’ dimensjoni purament nazzjonali, skont l-Artikolu 9.

    2.L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni suffiċjenti f’ħin tajjeb biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet u jkunu jistgħu jiġu nnotifikati u għan-notifika tal-pjanijiet aġġornati.

    Il-miżuri neċessarji sabiex jitneħħew u jittaffew ir-riskji ta’ dimensjoni purament nazzjonali kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta’ avvenimenti li, minħabba d-daqs limitat tagħhom, għandhom jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali biss, għandhom jiġu żviluppati minn kull awtorità kompetenti tar-reġjun u għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet żviluppati fuq livell reġjonali. Miżuri nazzjonali bħal dawn ma għandhom jostakolaw bl-ebda mod l-effettività tal-miżuri fil-livell reġjonali. Kull awtorità kompetenti għandha tidentifika wkoll oqsma għall-kooperazzjoni reġjonali u miżuri konġunti possibbli. Il-miżuri nazzjonali flimkien mal-proposti għal kooperazzjoni reġjonali għandhom jiġu skambjati ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-reġjun, sena qabel l-iskadenza għan-notifika tal-pjanijiet.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b’mod regolari lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni jista’ jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b’mod partikolari għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet bħal dawn.

    3.Il-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza għandhom jiġu żviluappti skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli.

    4.Il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fir-reġjun, isiru pubbliċi u nnotifikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2019. Notifika bħal din għandha sseħħ ladarba l-pjanijiet ikunu ġew adottati mill-Istati Membri kollha fir-reġjun. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass bin-notifika tal-pjanijiet u għandha tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

    5.Fi żmien erba' xhur min-notifika mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawk il-pjanijiet xierqa waqt li tqis l-evalwazzjoni bejn il-pari u l-fehmiet espressi fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-Anness VI għandu japplika għall-proċedura għat-twettiq ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari.

    Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-reġjun bir-rakkomandazzjoni sabiex tirrevedi l-pjan ta’ azzjoni preventiva rilevanti jew il-pjan ta’ emerġenza jekk il-pjan jitqies li fih wieħed mill-elementi li ġejjin:

    (a)mhuwiex effettiv sabiex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju;

    (b)huwa inkonsistenti max-xenarji tar-riskji vvalutati jew mal-Pjanijiet ta’ reġjun ieħor;

    (c)jista’ jfixkel il-kompetizzjoni jew ixekkel il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija;

    (d)ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni;

    (e)jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha.

    6.Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw il-pjan emendat lill-Kummissjoni, jew għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet.

    F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur mit-tweġiba tal-awtoritajiet kompetenti, tieħu deċiżjoni li fiha teħtieġ l-emenda tal-pjan rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    7.Il-konfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi ppreservata.

    8.Il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 994/2010, aġġornati kif xieraq, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jiġu stabbiliti għall-ewwel darba.

    Artikolu 8
    Il-kontenut tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva

    1.Il-pjan ta’ azzjoni preventiva għandu jkollu:

    (a)ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u sommarju tax-xenarji kkunsidrati kif stabbiliti fil-punt (ċ) tal-Artikolu 6(1);

    (b)id-definizzjoni ta’ klijenti protetti f’kull Stat Membru tar-reġjun u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

    (c)il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista f’kull Stat Membru tar-reġjun, kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 5, inkluż fejn applikabbli, sal-punt li għalih il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b’mod suffiċjenti, fil-ħin, għal interruzzjoni fil-provvista kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta’ interess komuni fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(3), il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta’ klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda skont l-Artikolu 5(2), inkluż il-ġustifikazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u deskrizzjoni ta’ mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 12;

    (d)obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u korpi oħrajn rilevanti li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;

    (e)il-miżuri preventivi l-oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal dawk relatati mal-ħtieġa sabiex jissaħħew l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien u l-possibbiltà li jiġu ddiversifikati r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-gass, jekk xieraq, sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati biex b’hekk tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha kemm jista’ jkun possibbli;

    (f)l-informazzjoni fuq l-impatt ekonomiku, l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri li jinsabu fil-pjan, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

    (g)id-deskrizzjoni tal-effetti tal-miżuri li hemm fil-pjan dwar il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija kif ukoll swieq nazzjonali, inklużi l-obbligi msemmijin fil-punt (k);

    (h)id-deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri dwar l-ambjent u dwar il-konsumaturi;

    (i)il-mekkaniżmi li għandhom jintużaw għal kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn, inklużi, il-mekkaniżmi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u pjanijiet ta’ emerġenza;

    (j)l-informazzjoni dwar interkonnessjonijiet eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għan-netwerk tal-gass tal-Unjoni, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħażna u faċilitajiet ta’ LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b’mod partikolari fil-każ ta’ emerġenza;

    (k)informazzjoni dwar l-obbligi kollha ta’ servizz pubbliku li jirrelataw mas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

    2.Il-pjan ta’ azzjoni preventiva, b’mod partikolari l-azzjonijiet sabiex jissodisfaw l-istandard tal-infrastruttura kif stabbilt fl-Artikolu 4, għandu jqis il-pjan ta’ żvilupp ta’ netwerk ta’ 10 snin fl-Unjoni kollha li għandu jiġi elaborat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

    3.Il-pjan ta’ azzjoni preventiva għandu primarjament ikun ibbażat fuq il-miżuri tas-suq u ma għandux ipoġġi piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali, jew ikollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern fil-gass.

    4.L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-miżuri kollha preventivi mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri li għandhom ikunu konformi mal-istandard tal-provvista stabbilita fl-Artikolu 5(1) u l-miżuri għal standard tal-provvista miżjuda stabbiliti fl-Artikolu 5(2). Valutazzjoni tal-impatt bħal din għandha tkopri ta’ lanqas dawn li ġejjin:

    (a)l-impatt tal-miżura proposta dwar l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali u l-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali;

    (b)l-impatt tal-miżuri proposti fis-suq intern tal-gass;

    (c)l-impatt potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri ġirien, b’mod partikolari għal dawk il-miżuri li jistgħu jnaqqsu l-likwidità fis-swieq reġjonali jew flussi restritti lejn Stati Membri ġirien;

    (d)il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri, vvalutati kontra miżuri alternattivi ibbażati fuq is-suq;

    (e)il-valutazzjoni tan-neċissità u l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma’ miżuri possibbli abbażi tas-suq;

    (f)il-ftuħ tal-miżura, sabiex jiġu żgurati l-possbbiltajiet ugwali għall-parteċipanti kollha tas-suq;

    (g)l-istrateġija ta’ eliminazzjoni gradwali, id-durata mistennija tal-miżura prevista u kalendarju tal-evalwazzjoni xieraq.

    L-analiżi li hemm referenza għaliha fil-punti (a) u (b) għandha ssir mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

    5.Il-valutazzjoni tal-impatt u l-miżuri adottati għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità kompetenti u għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Fi żmien erba' xhur min-notifika, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni u tista’ teħtieġ lill-Istati Membri sabiex jemendaw jew jirtiraw il-miżuri adottati. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta tan-notifika kompluta. Il-perjodu jista’ wkoll jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll l-Istat Membru.

    Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġ l-emenda jew l-irtirar ta’ miżura fejn miżura hija:

    (a)probabbli li tfixkel is-suq intern tal-Unjoni;

    (b)probabbli li tfixkel l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali, jew

    (c)ma tkunx neċessarja jew proporzjonata sabiex tiżgura sigurtà tal-provvista; jew

    (d)probabbli li tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri l-oħrajn.

    Il-miżura adottata għandha tidħol fis-seħħ biss meta tiġi approvata mill-Kummissjoni jew tkun ġiet emendata skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    6.Il-pjan ta’ azzjoni preventiva għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont l-Artikolu 9(2). L-Artikolu 7(3) sa (7) għandu japplika għall-pjan aġġornat.

    Artikolu 9
    Kontenut tal-pjan ta’ emerġenza

    1.Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom:

    (a)jibnu fuq il-livelli ta’ kriżi stabbiliti fl-Artikolu 10(1);

    (b)jiddefinixxu l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqisu l-ammont differenti ta' kemm huma affettwati f’każ ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kull wieħed mil-livelli ta’ kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

    (c)jiddefinixxu l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ korpi oħrajn li lilhom ikunu ġew delegati il-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) f’kull livell ta’ kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

    (d)jiżguraw li l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku jingħataw opportunità biżżejjed sabiex iwieġbu għal kull livell ta’ kriżi;

    (e)jidentifikaw, jekk xieraq, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta’ interruzzjoni fil-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass;

    (f)jistabbilixxu proċeduri u miżuri ddettaljati li għandhom jiġu segwiti għal kull livell ta’ kriżi, inklużi l-iskemi korrispondenti dwar il-flussi ta’ informazzjoni;

    (g)jinnominaw maniġer jew tim ta’ kriżi u jiġi definit l-irwol tiegħu;

    (h)jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f’livell ta’ allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f’livell ta’ emerġenza;

    (i)jidentifikaw il-kontribuzzjoni ta’ miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta’ emerġenza, u jivvalutaw il-livell kemm l-użu ta’ tali miżuri mhux ibbażati fuq is-suq huwa meħtieġ sabiex tiġi indirizzata kriżi. L-effetti tal-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jiġu vvalutati u jiġu identifikati l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Miżuri mhux ibbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biss meta mekkaniżmi bbażati fuq is-suq weħidhom ma jistgħux aktar jiżguraw il-provvisti, b’mod partikolari lill-klijenti protetti, jew għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12;

    (j)jiddeskrivu l-mekkaniżmi użati sabiex jikkooperaw mal-Istati Membri l-oħrajn għal kull livell ta’ kriżi;

    (k)iniżżlu fid-dettall l-obbligi ta’ rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f’livelli ta’ allarm u ta’ emerġenza;

    (l)jiddeskrivu l-arranġamenti tekniċi jew legali fis-seħħ sabiex jipprevjenu konsum tal-gass żejjed ta’ klijenti mhux protetti li huma mqabbdin ma’ distibuzzjoni tal-gass jew ma’ netwerk ta’ trażmissjoni;

    (m)jiddeskrivu l-arranġamenti tekniċi u finanzjarji fis-seħħ sabiex jiġu applikati l-obbligi tas-solidarjetà stabbiliti fl-Artikolu 12;

    (n)jistabbilixxu lista ta’ azzjonijiet predefiniti sabiex jagħmlu l-gass disponibbli fil-każ ta’ emerġenza, inkluż ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f’tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta’ kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn xieraq, waqt li titqies il-kunfidenzjalità ta’ data sensittiva. Azzjonijiet bħal dawn jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali.

    2.Il-miżuri, l-azzjonijiet u l-proċeduri li jinsabu fil-pjan ta’ emerġenza għandhom jiġu ttestjati mill-inqas darbtejn bejn l-aġġornamenti regolari tal-pjan ta’ emerġenza tagħha li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3. Sabiex jiġi ttestjat il-pjan ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jissimulaw xenarji ta’ impatt għoli u medju u r-risposti fil-ħin reali skont il-pjan ta’ emerġenza tagħhom. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass mill-awtoritajiet kompetenti.

    3.Il-pjan ta’ emerġenza għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u l-konklużjonijiet tat-testijiet imwettqin skont il-paragrafu 2. L-Artikolu 7(3) sa (7) għandu japplika għall-pjan aġġornat.

    4.Il-pjan ta' emerġenza għandu jiżgura li aċċess transfruntier għall-infrastruttura skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista’ jkun teknikament u sikur possibbli fil-każ ta’ emerġenza u ma għandu jintroduċi ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass minn fruntiera għal oħra.

    Artikolu 10
    Id-dikjarazzjoni ta’ kriżi

    1.It-tliet livelli ta’ kriżi għandhom ikunu kif ġej:

    (a)il-livell ta’ twissija bikrija (twissija bikrija): meta jkun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li jista’ jseħħ avveniment li probabbilemt jirriżulta f’deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista u li probabbli jwassal sabiex jiġi azzjonat il-livell ta’ allarm jew ta’ emerġenza; il-livell ta’ twissija bikrija jista’ jiġi attivat b’mekkaniżmu ta’ twissija bikrija;

    (b)il-livell ta’ allarm (allarm): meta sseħħ interruzzjoni fil-provvista jew meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass li tirriżulta f’deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista, iżda s-suq xorta jkun għadu jista’ jiġġestixxi dik l-interruzzjoni jew domanda mingħajr il-ħtieġa li jirrikorri għall-miżuri mhux abbażi tas-suq;

    (c)il-livell ta’ emerġenza (emerġenza): fil-każ ta’ domanda eċċezzjonalment għolja, interruzzjoni sinifikanti fil-provvista jew deterjorament sinifikanti ieħor tas-sitwazzjoni tal-provvista u fil-każ li l-miżuri kollha rilevanti tas-suq ikunu ġew implimentati iżda l-provvista tal-gass ma tkunx suffiċjenti sabiex tlaħħaq mal-bqija tad-domanda tal-gass biex b’hekk miżuri mhux abbażi tas-suq ikollhom jiġu introdotti addizzjonalment bil-għan, b’mod partikolari, li jiġu salvagwardjati l-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 5.

    2.Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara xi livell ta’ kriżi msemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u għandha tipprovdiha bl-informazzjoni kollha neċessarja, b’mod partikolari bl-informazzjoni dwar l-azzjoni li hija beħsieba tieħu. Fil-każ ta’ emerġenza li tista’ tirriżulta f’sejħa għal assistenza mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni.

    3.Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara emerġenza, hija għandha ssegwi l-azzjoni predefinita kif stabbilit fil-pjan ta’ emerġenza tagħha u għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fir-reġjun b’mod partikolari bl-azzjoni li beħsiebha tieħu. F’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu azzjoni li tiddevja mill-pjan ta’ emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fir-reġjun bi kwalunkwe azzjoni bħal din u għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dan.

    4.L-Istati Membri u, b’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

    (a)ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li tillimita bla bżonn il-fluss tal-gass fi ħdan is-suq intern f’kull ħin;

    (b)ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u

    (c)l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista’ jkun teknikament u sikur possibbli fil-każ ta’ emerġenza, skont il-pjan ta’ emerġenza.

    5.Il-Kummissjoni għandha tivverifika, kemm jista’ jkun malajr, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien ħames tijiem minn meta tirċievi l-informazzjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2, jekk id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza hijiex iġġustifikata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 u jekk il-miżuri meħudin isegwux kemm jista’ jkun mill-qrib l-azzjonijiet elenkati fil-pjan ta’ emerġenza u ma jkunu qed jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u huma konformi mal-paragrafu 4. Il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, ta’ impriżi tal-gass naturali jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti sabiex timmodifika l-miżuri meta dawn ikunu kontra l-kundizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti sabiex tneħħi d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza fejn hija tikkunsidra li tali dikjarazzjoni mhijiex jew ma għadhiex aktar iġġustifikata skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu.

    Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha timmodifika l-miżuri u tinnotifika l-Kummissjoni b’dan, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala hija ma taqbilx mat-talba. F’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’ fi żmien tlett ijiem temenda jew tirtira t-talba tagħha jew, sabiex tikkunsidra l-kwistjoni, tlaqqa’ lill-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun neċessarju, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunament iddettaljat tagħha għala tkun talbet għal kwalunkwe bidla għall-azzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Fejn id-deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti tiddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunament bażi għat-tali deċiżjoni.

    Artikolu 11
    Risponsi ta’ emerġenza reġjonali u tal-Unjoni

    1.Fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti li tkun iddikjarat emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni tista’ tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Fuq it-talba ta’ mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), u fejn ir-raġunijiet għal dawn l-emerġenzi huma relatati ma’ xulxin, il-Kummissjoni għandha tiddikjara, kif xieraq, emerġenza fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni, waqt li tuża l-mezzi ta’ komunikazzjoni l-aktar xierqa għas-sitwazzjoni, għandha tiġbor l-opinjonijiet u tqis l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Meta din tivvaluta li l-bażi għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni ma għadhiex aktar tiġġustifika dikjarazzjoni ta’ emerġenza, il-Kummissjoni għandha tiddikjara tmiem għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet tagħha u għandha tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

    2.Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass mill-mument meta dan jiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Matul l-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta’ mill-inqas tliet Stati Membri, il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi l-partiċipazzjoni fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, għal laqgħa kollha jew parti minnha, lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti.

    3.F’emerġenza fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tqis bis-sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta’, il-konsultazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

    (a)tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni;

    (b)tiżgura l-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni fil-livelli tal-Istat Membru u dak reġjonali b’rabta mal-livell tal-Unjoni;

    (c)tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

    4.Il-Kummissjoni tista’ tlaqqa’ grupp ta’ ġestjoni tal-kriżi li jkun magħmul minn maniġers ta’ kriżi msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 9(1), tal-Istati Membri kkonċernati mill-emerġenza. Il-Kummissjoni, fi ftehim mal-maniġers ta’ kriżi, tista’ tistieden lill-partijiet interessati rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass huwa informat b’mod regolari dwar ix-xogħol imwettaq mill-grupp tal-maniġment ta’ kriżi.

    5.L-Istati Membri u b’mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:

    (a)ma tiġi introdotta l-ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass fi ħdan is-suq intern f’kull ħin; b’mod partikolari l-fluss tal-gass lis-swieq affettwati;

    (b)ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u

    (c)l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista’ jkun teknikament u sikur possibbli fil-każ ta’ emerġenza, skont il-pjan ta’ emerġenza.

    6.Fejn, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti jew impriża tal-gass naturali jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, azzjoni meħuda minn Stat Membru jew awtorità kompetenti jew l-imġiba ta’ impriża tal-gass naturali tmur kontra l-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru jew lill-awtorità kompetenti sabiex tbiddel l-azzjoni tagħha jew sabiex tieħu azzjoni biex tiżgura l-konformità mal-paragrafu 5, waqt li tinformaha bir-raġunijiet tagħha. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa sabiex is-sistema tal-gass topera b’mod sigur f’kull ħin.

    Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jibdlu l-azzjoni tagħhom u għandhom jinnotifika lill-Kummissjoni jew għandhom jispjegaw lill-Kummissjoni r-raġunijiet għala ma jaqblux mat-talba. F’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fi żmien tlett ijiem temenda jew tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa’ mal-Istat Membru jew mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jikkunsidra l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunament iddettaljat tagħha għala tkun talbet għal kwalunkwe bidla għall-azzjoni. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandha tqis għal kollox il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Meta d-deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti jew tal-Istat Membru tiddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru għandhom jipprovdu r-raġunament li fuqu tkun ibbażata t-tali deċiżjoni.

    7.Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, għandha tistabbilixxi lista ta’ riserva permanenti għal task force ta’ monitoraġġ li jikkonsisti minn esperti u rappreżentanti industrijali tal-Kummissjoni. Dan it-task force ta’ monitoraġġ jista’ jiġi skjerat barra l-Unjoni meta meħtieġ u għandu jimmonitorja u jirrapporta dwar il-flussi tal-gass fl-Unjoni, b’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fornituri u ta’ tranżitu.

    8.L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni ta' Rispons f'Emerġenza (ERCC) tal-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar kwalunkwe ħtieġa għal assistenza. L-ERCC għandu jivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali u għandu jagħti parir dwar l-assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-aktar Stati Membri affettwati, u fejn xieraq lil pajjiżi terzi.

    Artikolu 12
    Is-solidarjetà

    1.Fejn Stat Membru jkun iddikjara l-livell ta’ kriżi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 10(1), kull standard tal-provvista miżjud jew obbligu addizzjonali impost fuq l-impriżi tal-gass naturali fi Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 5(2) għandu jitnaqqas b’mod temporanju għal-livell stabbilit fl-Artikolu 5(1).

    2.Sakemm il-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jkun iddikkjara l-emerġenza ma tkunx sodisfatta, minkejja l-applikazzjoni tal-miżura fil-paragrafu 1, il-provvista tal-gass lill-klijenti li mhumiex djar, servizzi soċjali essenzjali u installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, imqabbad direttament mal-Istat Membru li jkun iddikkjara l-emerġenza, ma għandhiex titkompla sabiex tforni lil dawk id-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali.

    L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta’ klijenti protetti fl-Istat Membru rispettiv.

    3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji, biex il-gass mhux fornut lil klijenti għajr id-djar, is-servizzi soċjali essenzjali u l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fit-territorju tagħhom fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 jista’ jkun fornut lill-Istati Membri li jkun f'sitwazzjoni ta’ emerġenza kif deskritta fl-istess paragrafu biex jiġi fornut fid-djar, servizzi essenzjali u impjanti distrettwali tat-tisħin f'dak l-Istat Membru.

    4.L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma’ xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta’ emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta’ kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. F’każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta’ emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq.

    5.Il-paragrafu 2 għandu japplika sa mill-1 ta' Marzu 2019.

    6.    Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni tista’ tipproponi qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet.

    Artikolu 13
    Skambju ta’ informazzjoni

    1.Waqt emerġenza, l-impriżi tal-gass naturali kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti kuljum:

    (a)id-domanda tal-gass ta’ kuljum u t-tbassir tal-provvista għat-tlett ijiem ta’ wara;

    (b)il-fluss ta’ kuljum tal-gass fil-punti kollha ta’ dħul u ħruġ transkonfinali kif ukoll il-punti kollha li jgħaqqdu faċilità ta’ produzzjoni, faċilità ta’ ħażna jew terminali LNG man-netwerk, f'miljun metru kubu kull jum (mcm/d);

    (c)il-perjodu, imfisser fi ġranet, li għalih huwa mistenni li l-provvista tal-gass lill-klijenti protetti tista’ tiġi żgurata.

    2.Fil-każ ta’ emerġenza fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija intitolata sabiex titlob li l-awtorità kompetenti tipprovdiha mingħajr dewmien b’mill-inqas:

    (a)l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1;

    (b)l-informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati li jsiru u diġà implimentati mill-awtorità kompetenti sabiex tittaffa l-emerġenza, u l-informazzjoni dwar l-effettività tagħhom;

    (c)it-talbiet li saru għal miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

    (d)il-miżuri implimentati fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

    3.Wara emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha, kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tneħħija tal-emerġenza, tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni ddettaljata tal-emerġenza u l-effettività tal-miżuri implimentati, inkluża valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-emerġenza, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-assistenza pprovduta lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew riċevuta minnhom. Valutazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass u għandha tiġi riflessa fl-aġġornamenti tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza.

    Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-valutazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti u għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass bir-riżultati tal-analiżi tagħha f’forma aggregata.

    4.F’ċirkostanzi debitament iġġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lill-impriżi tal-gass biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tkun tista’ tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali. Il-Kummissjoni tista’ titlob mingħand l-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi tal-gass naturali.

    5.Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass f’reġjun jew fl-Unjoni kollha hija affettwata jew probabbilment li tiġi affettwata, hija tista’ teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġbru u jissottomettu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.

    6.Biex l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista fuq livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, l-impriżi tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw:

    (a)lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass:

    (i)id-durata tal-kuntratt;

    (ii)il-volumi kkuntrattati b’kollox, fuq bażi annwali u l-volum medju fix-xahar;

    (iii)volumi kuljum massimi kkuntrattati fil-każ ta’ allerta jew emerġenza;

    (iv)punti ta’ twassil ikkuntrattati;

    (v)volumi ta’ gass minimi kuljum, fix-xahar u fis-sena;

    (vi)kundizzjonijiet għas-sospensjoni tat-twassil ta’ gass.

    (b)lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara [OP: Please insert the date of entry in force of this Regulation] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti oħra mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jagħtu aktar minn 40% tal-konsum tal-gass naturali fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta’ notifika ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta’ notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data elenkata fl-ewwel subparagrafulill-Kumissjoni sal-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena.

    7.F’ċirkostanzi debitament iġġustifikati, fejn l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tikkunsidra li kuntratt tal-provvista tal-gass mhux kopert mill-paragrafu 6(b) ta' dan l-Artikolu jista’ jaffettwa s-sigurtà tal-provvista ta’ Stat Membru, ta’ reġjun jew tal-Unjoni kollha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn topera l-impriża tal-gass naturali li tkun ikkonkludiet il-kuntratt jew il-Kummisjoni, jistgħu jitolbu lill-impriża tal-gass naturali sabiex tipprovdi l-kuntratt għall-valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tal-provvista. It-talba tista’ tkopri wkoll kwalunkwe ftehim kummerċjali ieħor rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

    8.L-awtorità kompetenti għandha tqis l-informazzjoni li rċeviet skont dan l-artiklu fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju, il-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza jew l-aġġornamenti rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-awtorità kompetenti sabiex temenda l-pjanijiet abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dan l-artikolu.

    9.L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

    Artikolu 14
    Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass

    1.Ġie stabbilit Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta’ klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

    2.Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jiġi kkonsultat u għandu jassisti lill-Kummissjoni b’mod partikolari fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)is-sigurtà tal-provvista tal-gass, f’kull ħin u b’mod aktar speċifiku fil-każ ta’ emerġenza;

    (b)l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni;

    (c)l-aħjar prattiki u linji gwida possibbli lill-partijiet kollha kkonċernati;

    (d)il-livell ta’ sigurtà tal-provvista, tal-benchmarks u l-metodoloġiji ta’ valutazzjoni;

    (e)xenarji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni u l-ittestjar tal-livelli ta’ tħejjija;

    (f)il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom;

    (g)il-koordinazzjoni ta’ miżuri li jindirizzaw emerġenza fi ħdan l-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi li huma Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u ma’ pajjiżi terzi oħrajn;

    (h)assistenza meħtieġa mill-aktar Stati Membri affettwati.

    3.Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass fuq bażi regolari u għandha tikkondivi l-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

    Artikolu 15
    Kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija

    1.It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandha toħloq obbligi għall-Istati Membri lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

    (a)il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija jadotta u jintegra dan ir-Regolament fil-Komunità tal-Enerġija permezz ta' Att Konġunt dwar is-sigurtà tal-provvista bl-introduzzjoni ta' obbligi reċiproċi min-naħa tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija,

    (b)il-Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija timplimenta l-Att Konġunt u tinnotifika lis-Sekretarjat tal-Komunità tal-Enerġija bl-implimentazzjoni sħiħa, inkluża talba għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għall-parti tiegħu u

    (c)s-Sekretarjat tal-Komunità tal-Enerġija jinnotifika dwar l-implimentazzjoni u talba lill-Kummissjoni biex jikkonferma l-applikabbiltà tal-obbligi reċiproki bejn il-Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija li qed tagħmel it-talba u l-Istati Membri.

    Wara n-notifika tas-Sekretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tikkonferma l-applikabbiltà tal-obbligi reċiproki bejn l-Istati Membri u l-Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija fid-dawl tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u tindika d-data minn meta japplikaw dawn l-obbligi bejn xulxin.

    2.    Wara li tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-rappreżentanti tal-Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija inkwistjoni, għandhom jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaffettwaw direttament il-Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u li jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-paragrafu 1.

    Artikolu 16
    Monitoraġġ mill-Kummissjoni

    Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu għas-sigurtà tal-miżuri tal-provvista tal-gass u għandha tirrapporta b’mod regolari lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.

    Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(5) għandha, fejn xieraq, tasal għall-konklużjonijiet għall-mezzi possibbli sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 17
    In-notifiki

    Il-valutazzjoni tar-riskju, il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta’ emerġenza u d-dokumenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni b’mod elettroniku permezz tal-pjattaforma CIRCABC.

    Il-korrispondenza kollha li għandha x’taqsam ma’ notifika għandha tintbagħat b’mod elettroniku.

    Artikolu 18
    L-eżerċitar tad-delega

    1.Is-setgħa sabiex jiġu adottati l-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 7(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [OP: please insert the date of entry into force of the this Regulation].

    3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.Att iddelegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 19
    Id-deroga

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal Malta u Ċipru sakemm l-ebda gass ma jiġi fornut fuq it-territorji rispettivi tagħhom. Għal Malta u Ċipru, l-obbligi stabbiliti, u l-għażliet li dawk l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu skont id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom jitwettqu u jsiru fiż-żmien speċifikat wara d-data meta l-gass ikun fornut għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom:

    (a)għall-punt (1) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(6) u l-punt (a) tal-Artikolu 13(6): 12-il xahar;

    (a)għall-Artikolu 5(1): 18-il xahar;

    (b)għall-Artikolu 7(4): 24-il xahar;

    (c)għall-Artikolu 4(4): 36-il xahar;

    (d)għall-Artikolu 4(1): 48 xahar.

    Artikolu 20
    Revoka

    Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 huwa revokat.

    Referenzi magħmula għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII. 

    Artikolu 21
    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, KUM (2014) 330 final.
    (2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.
    (3) L-approċċ tal-kuritur ifisser li l-Istati Membri kollha tul pipeline għat-trasmissjoni tal-gass għandhom jivvalutaw il-benefiċċji potenzjali lil hinn mill-fruntieri tagħhom għall-fluss permanenti ta’ gass fid-direzzjoni opposta fuq pipeline
    (4) https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/SWD%202014%20325%20Implementation%20of%20the%20Gas%20SoS%20Regulation%20en.pdf
    (5) Sors: Il-Kummissjoni Ewropea
    (6) Ara l-lista ta' dawk li jwieġbu: https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/List%20of%20stakeholders%20FOR%20PUBLICATION%20-%20updated%2018%2006.pdf  
    (7) Studju dwar l-irwol tal-ħażna tal-gass fis-suq intern u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, ippreparat mill-REF4E, Mercados, E-Bridge għad-DĠ Enerġija. https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/REPORT-Gas%20Storage-20150728.pdf
    (8) "Analiżi ekonomika tal-kostijiet u l-benefiċċji ta' approċċi differenti sabiex tissaħħaħ is-setgħa ta' negozjar tal-bejjiegħa tal-UE fis-swieq bl-ingrossa ta' gass naturali". Il-Kummissjoni se tippubblika l-istudju fuq il-paġna tal-internet tagħha.
    (9) Il-kalkolu idrawliku hu riżultat ta’ simulazzjoni bl-użu ta’ mudell matematiku li jiddeskrivi t-trasport tal-gass f’netwerk (nazzjonali u reġjonali) waqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi topoloġiċi u fiżiċi tiegħu. Il-mudell jikkunsidra ostakli ta’ pressjoni fil-punti ta’ konsenja u l-profili tad-domanda. Is-simulazzjoni tax-xenarju N-1 b’mudell idrawliku jippermetti li tkun taf jekk il-gass disponibbli fis-sistema hux kapaċi jilħaq il-punti ta’ konsenja kollha f’każ li tieqaf l-ikbar infrastruttura tal-gass.
    (10) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009, ĠU UE L 115 tal-25.4.2013, p. 39.
    (11) ĠU C , , p. .
    (12) ĠU C , , p. .
    (13) COM(2014) 654 final
    (14) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.
    (15) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p.94).
    (16) Id-Direttiva 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p.75).
    (17) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU UE L 115 tal- 25.4.2013, p. 39).
    (18) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).
    (19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi ta’ Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta’ Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, p.15).
    (20) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).
    (21) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p.94).
    (22) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
    Top

    Brussell, 16.2.2016

    COM(2016) 52 final

    ANNESSI

    tal-

    PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

    {SWD(2016) 25 final}
    {SWD(2016) 26 final}


    ANNESSI

    tal-

    PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

    ANNESS I

    Kooperazzjoni reġjonali

    Ir-reġjuni msemmijin fl-Artikolu 3(7) huma dawn li ġejjin:

    Il-Majjistral: Ir-Renju Unit u l-Irlanda;

    It-Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa: Il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, Spanja, in-Netherlands u l-Portugall;

    Il-Passaġġ tal-Gass fin-Nofsinhar: Il-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija;

    Il-Lvant Ċentrali: Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovakkja;

    Ix-Xlokk: L-Awstrija, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja u s-Slovenja;

    Is-suq Baltiku tal-Enerġija I (BEMIP I): L-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja u l-Litwanja;

    Is-suq Baltiku tal-Enerġija II (BEMIP II: Id-Danimarka u l-Iżvezja;

    Ċipru;

    Malta sakemm ma tkunx konnessa ma’ Stat Membru ieħor. F’każ li Malta tkun interkonnessa ma’ Stat Membru ieħor din għandha tiġi kkunsidrata bħala parti tar-reġjun ta' dak l-Istat Membru.



    ANNESS II

    Kalkolu tal-formula N-1

    1.Definizzjoni tal-formula N-1

    Il-formula N - 1 tiddeskrivi l-abbiltà tal-kapaċità teknika, kif definita fl-Artikolu 2(1)(18) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, tal-infrastruttura tal-gass biex tissodisfa d-domanda totali ta’ gass fiż-żona kkalkolata f'każ ta’ waqfien tal-unika u l-ikbar infrastruttura ta’ gass waqt ġurnata ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà li sseħħ darba f'20 sena. 

    L-infrastruttura tal-gass għandha tkopri n-netwerk tat-trażmissjoni tal-gass fosthom l-interkonnetturi kif ukoll il-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħażna konnessi maż-żona kkalkolata.

    Il-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-gass kollha li tibqa’ disponibbli f'każ ta’ waqfien tal-unika u l-ikbar infrastruttura ta’ gass trid tkun mill-inqas daqs it-total tad-domanda ta’ gass ta' kuljum taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass li hija probabbli li sseħħ darba f’20 sena.

    Ir-riżultati tal-formula N – 1, kif ikkalkolati hawn taħt, iridu tal-inqas ikunu daqs 100 %.

    2.Metodu ta’ kalkolu tal-formula N-1

    , N – 1 ≥ 100 %

    Il-parametri użati għall-kalkolu għandhom ikunu deskritti u ġustifikati b’mod ċar.

    Għall-kalkolu tal-EPm, għandha tiġi pprovduta lista dettaljata tal-punti tad-dħul u l-kapaċità individwali tagħhom.

    3.Definizzjonijiet tal-parametri tal-formula N-1

    "Żona kkalkolata" tfisser żona ġeografika li għaliha hija kkalkolata l-formula N - 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.

    Definizzjoni tan-naħa tad-domanda 

    "Dmax" tfisser it-total tad-domanda ta’ gass kuljum (f’mcm/d) taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta’ domanda eċċezzjonalment għolja ta’ gass li għandha probabbiltà li sseħħ darba f’20 sena.

    Definizzjonijiet tan-naħa tal-provvista 

    ‘EPm’: kapaċità teknika ta’ punti tad-dħul (f’mcm/d), minbarra l-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħażna koperti b’Pm, LNGm u Sm, tfisser it-total tal-kapaċità teknika tal-punti kollha tad-dħul tal-fruntiera li huma kapaċi li jipprovdu gass liż-żona kkalkolata.

    ‘Pm’: kapaċità massima tal-produzzjoni teknika (f’mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massima teknika tal-produzzjoni kuljum tal-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass li jista’ jitwassal sal-punti tad-dħul fiż-żona kkalkolata.

    ‘Sm’: kapaċità massima ta’ twassil ta’ ħażna teknika (f’mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massima tal-irtirar tekniku kuljum tal-faċilitajiet kollha tal-ħażna li tista’ tiġi mwassla lejn il-punti tad-dħul taż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi rispettivi tagħhom.

    ‘LNGm’: kapaċità massima tal-faċilità teknika tal-LNG (f’mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċitajiet massimi tekniċi tal-bgħit kuljum mill-faċilitajiet kollha tal-LNG fiż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħall-ħatt, is-servizzi anċillari, l-ħażna temporanja u r-rigassifikazzjoni tal-LNG kif ukoll kapaċità ta’ ħruġ tekniku lejn is-sistema.

    "Im" tfisser il-kapaċità teknika tal-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass (f’mcm/d) bl-ogħla kapaċità li tipprovdi liż-żona kkalkolata. Meta diversi infrastrutturi tal-gass huma konnessi ma’ infrastruttura komuni upstream jew downstream u ma jistgħux jiġu operati separatament, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala infrastruttura unika tal-gass.

    4.Kalkolu tal-formula N-1 bl-użu tal-miżuri fin-naħa tad-domanda

    , N – 1 ≥ 100 %

    Definizzjoni tan-naħa tad-domanda

    "Deff" tfisser il-parti (f’mcm/d) ta’ Dmax li f’każ ta’ waqfien tal-provvista tista’ tiġi koperta biżżejjed u fil-ħin b’miżuri bbażati fuq is-suq tan-naħa tad-domanda skont l-Artikolu 8(1)(c) u l-Artikolu 4(2).

    5.Kalkolu tal-formula N-1 fuq livell reġjonali

    Iż-żona kkalkolata msemmija fil-punt 3 għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali adattat. Għandhom japplikaw ir-reġjuni elenkati fl-Anness I. Għall-kalkolu tal-formula N-1 fuq livell reġjonali, għandha tintuża l-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass ta’ interess komuni. L-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass ta’ interess komuni għal reġjun għandha tkun l-akbar infrastruttura tal-gass fir-reġjun li direttament jew indirettament tikkontribwixxi għall-provvista tal-gass tal-Istati Membri ta’ dak ir-reġjun u għandha tiġi definita fil-valutazzjoni tar-riskju.

    Il-kalkolu reġjonali N-1 jista’ jissostitwixxi biss il-kalkolu nazzjonali N-1, fejn l-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass ta’ interess komuni hija ta’ importanza kbira għall-provvista tal-gass għall-Istati Membri kollha kkonċernati skont il-valutazzjoni tar-riskju konġunta.

    Għall-kalkoli li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(1), għandha tintuża l-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass ta’ interess komuni għar-reġjuni kif elenkata fl-Anness I.



    ANNESS III

    Kapaċità bidirezzjonali permanenti

    1.Biex tiġi permessa jew imtejba l-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnettur jew biex tinkiseb jew tittawwal l-eżenzjoni minn dak l-obbligu, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fuq iż-żewġ naħat tal-interkonnettur għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom (l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati) wara konsultazzjoni mal-operaturi kollha tas-sistema ta’ trażmissjoni tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass:

    (a)proposta għal kapaċità bidirezzjonali permanenti li tikkonċerna d-direzzjoni kuntrarja (kapaċità fiżika ta’ fluss kuntrarju); jew

    (b)talba għal eżenzjoni mill-obbligu biex tiġi permessa kapaċità biderezzjonali.

    Sottomissjoni bħal din għandha ssir sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2018 għall-interkonnetturi kollha li kienu jeżistu dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u wara li titlesta l-fażi tal-istudju tal-fattibbiltà iżda qabel il-bidu tal-fażi tad-disinn tekniku dettaljat tal-interkonnetturi ġodda.

    2.Il-proposta biex tiġi permessa jew tittejjeb il-kapaċità ta’ fluss kuntrarju jew it-talba biex tingħata jew tiġi estiża eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tad-domanda tas-suq, projezzjonijiet għad-domanda u l-provvista, studju ta’ fattibbiltà, l-ispejjeż għall-kapaċità ta’ flus kuntrarju li jinkludu r-rinforzar neċessarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni possibbli tal-kapaċità ta’ fluss kuntrarju biex jintlaħaq l-istandard fl-infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 4. Il-proposta għandha tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ppreparata fuq il-bażi tal-metodoloġija skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 .

    3.Malli jirċievu l-proposta jew it-talba ta' eżenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom mingħajr dewmien jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass, l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar il-proposta jew it-talba għal eżenzjoni. L-awtoritajiet ikkonsultati jistgħu jagħtu opinjoni fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu t-talba għall-konsultazzjoni.

    4.Fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-punt 3, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni elenkata fil-punt 2, l-opinjonijiet li jirċievu wara l-konsultazzjoni skont il-punt 3 u filwaqt li titqies is-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-kontribuzzjoni lis-suq intern tal-gass jieħdu deċiżjoni konġunta, li għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)li jaċċettaw il-proposta għal kapaċità ta’ fluss kuntrarju; tali deċiżjoni għandu jkun fiha analiżi tal-ispejjeż u benefiċċji, allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, skeda għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti għall-użu sussegwenti tagħha;

    (b)li jagħtu jew itawlu eżenzjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ erba' snin jekk l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji inkluża fid-deċiżjoni turi li l-kapaċità ta’ fluss kuntrarju ma ttejjibx is-sigurtà tal-provvista ta’ kwalunkwe Stat Membru tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass jew jekk l-ispejjeż ta’ investiment jaqbżu b’mod sinifikanti l-benefiċċji prospettivi għas-sigurtà tal-provvista;

    (c)li jirrekjedu l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni jemendaw u jissottomettu mill-ġdid il-proposta jew it-talba ta' eżenzjoni tagħhom.

    5.L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jissottomettu d-deċiżjoni konġunta mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass, l-Aġenzija u l-Kummissjoni li tinkludi l-opinjonijiet irċevuti wara l-konsultazzjoni skont il-punt 4.

    6.Fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul il-passaġġ tal-provvista tal-gass jistgħu jippreżentaw l-oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni konġunta u jissottomettuhom lill-awtoritajiet kompetenti li jadottawhom, l-Aġenzija u l-Kummissjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu limitati għal fatti u valutazzjoni, b'mod partikolari allokazzjoni transkonfinali ta’ spejjeż li ma kinitx soġġetta għal konsultazzjoni skont il-punt 4.

    7.Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-deċiżjoni konġunta skont il-punt 5, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar l-elementi kollha tad-deċiżjoni konġunta filwaqt li tqis kwalunkwe oġġezzjoni possibbli u tissottometti l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti kollha tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass u l-Kummissjoni.

    8.Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont il-punt 7, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni fejn titlob modifiki għad-deċiżjoni konġunta.

    9.Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkunux kapaċi jadottaw deċiżjoni konġunta sal-iskadenza indikata fil-punt 4 l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni fil-ġurnata tal-iskadenza. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din l-informazzjoni, l-Aġenzija għandha tadotta opinjoni bi proposta li tkopri l-elementi kollha ta' deċiżjoni konġunta elenkati fil-punt 4 u tissottometti din l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-Kummissjoni.

    10.Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont il-punt 9, il-Kummissjoni trid tadotta deċiżjoni li tkopri l-elementi kollha ta' deċiżjoni konġunta elenkati fil-punt 4 b'kunsiderazzjoni ta' dik l-opinjoni. Jekk il-Kummissjoni titlob iktar informazzjoni, il-perjodu ta' erba' xhur jibda jgħodd mill-ġurnata tal-irċevuta tal-informazzjoni kompluta mitluba. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati.

    11.Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

    12.Eżenzjoni mill-obbligu li tiġi permessa kapaċità f’żewġ direzzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandha tibqa’ valida sal-1 ta' Diċembru 2018 sakemm id-dewmien tagħhom ma jiskadix qabel.



    ANNESS IV

    Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju

    Il-mudell li ġej għandu jimtela bl-Ingliż.

    Informazzjoni ġenerali

    Stati Membri fir-reġjun

    Isem tal-awtoritajiet kompetenti involuti fit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju 2

    1.Deskrizzjoni tas-sistema

    1.1.Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tas-sistema reġjonali tal-gass, li tkopri:

    (a)Ċifri tal-konsum prinċipali tal-gass 3 : konsum finali ta’ gass annwali (bcm) u tqassim skont it-tip ta’ konsumaturi 4 , l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta’ konsumatur f’mcm/d)

    (b)Iddeskrivi l-funzjonament tas-sistema tal-gass fir-reġjun: flussi prinċipali (dħul/ħruġ/tranżitu), infrastruttura tal-punti tad-dħul/ħruġ, kapaċità lejn u barra mir-reġjun u għal kull Stat Membru, inkluża r-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massima kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ. Inkludi, sal-limitu rilevanti għall-Istati Membri fir-reġjun, sistema ta’ gass L

    (c)Tqassim ta’ sorsi ta’ importazzjoni tal-gass għal kull pajjiż ta’ oriġini 5

    (d)Iddeskrivi r-rwol ta’ faċilitajiet ta’ ħażna rilevanti għar-reġjun, waqt li tinkludi aċċess transkonfinali:

    (1)Kapaċità tal-ħażna (gass totali u tax-xogħol) meta mqabbel mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin

    (2)Kapaċità massima ta’ rtirar kuljum f’livelli differenti ta’ mili (idealment fil-ħażniet sħaħ u livelli tal-aħħar tal-istaġun)

    (e)Iddeskrivi r-rwol ta’ produzzjoni domestika fir-reġjun:

    (1)Valur tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum annwali finali tal-gass

    (2)Kapaċità massima ta’ produzzjoni kuljum

    (f)Iddeskrivi r-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal enerġiji rinnovabbli), li jinkludi l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mill-ħruq tal-gass (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali) u koġenerazzjoni (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali)

    1.2.Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass għal kull Stat Membru, li tkopri:

    (a)Ċifri tal-konsum prinċipali tal-gass: konsum finali ta’ gass annwali (bcm) u tqassim skont it-tip ta’ konsumaturi, l-ogħla domanda (mcm/d)

    (b)Iddeskrivi l-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inklużi l-infrastrutturi (sal-punt li mhux kopert mill-punt 1.1.(b)) Jekk applikabbli, inkludi s-sistema L-gas

    (c)Identifika l-infrastruttura ewlenija relevanti għas-sigurtà tal-provvista

    (d)Tqaswsim fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż tal-oriġini

    (e)Iddeskrivi ir-rwol tal-ħżin fl-Istat Membru u inkludi:

    (1)Kapaċità ta' ħżin (total u mħaddem) imqabbla mad-domanda tal-istaġun tat-tisħin

    (2)Kapaċità massima ta’ rtirar kuljum f’livelli differenti ta’ mili (idealment fil-ħażniet sħaħ u livelli tal-aħħar tal-istaġun)

    (a)Iddeskrivi r-rwol ta’ produzzjoni domestika u inkludi:

    (1)Valur tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum annwali finali tal-gass

    (2)Kapaċità massima ta’ produzzjoni kuljum

    (a)Iddeskrivi r-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal enerġiji rinnovabbli), li jinkludi l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mill-ħruq tal-gass (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali) u koġenerazzjoni (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali)

    2.Standard tal-infrastruttura (Artikolu 4)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi kif inhuwa mħares l-istandard tal-infrastruttura, filwaqt li tinkludi l-valuri prinċipali użati fil-formula N-1 u għażliet alternattivi għall-konformità tagħha (ma’ Stati Membri ġirien, miżuri min-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

    2.1.Livell reġjonali

    Formula N-1

    (a)Identifikazzjoni tal-unika u l-ikbar infrastruttura ta’ interess komuni għar-reġjun

    (b)Kalkolu tal-formula N-1 fuq livell reġjonali

    (c)Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti tad-dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru)

    (d)Indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eżempju Dmax)) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    2.2.Livell nazzjonali (għandu jiġi deskritt għal kull Stat Membru fir-reġjun)

    (a)Formula N-1

    (1)Identifikazzjoni tal-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass

    (2)Kalkolu tal-formula N-1 fuq livell nazzjonali

    (3)Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti tad-dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru)

    (4)Indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    (5)Spjega r-riżultati tal-kalkolu tal-formula N-1 filwaqt li tqis il-livelli tal-ħażniet f'30 % u 100 % tal-kapaċità totali tagħhom.

    (6)Spjega r-riżultati prinċipali tas-simulazzjoni tax-xenarju N-1 filwaqt li tuża mudell idrawliku.

    (7)Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, kalkolu tal-formula N-1 li tuża miżuri min-naħa tad-domanda:

    Kalkolu tal-formula N-1 skont il-punt 5 tal-Anness II

    Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (jekk differenti miċ-ċifri deskritti skont il-punt 2.2.(a).(3))

    Indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    - Spjega l-miżuri min-naħa tad-domanda bbażati fuq is-suq adottati/li sejrin jiġu adottati biex jikkumpensaw qtugħ fil-provvista u l-impatt mistenni tagħhom (Deff)

    (8)Jekk hekk maqbul mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ġirien, kalkolu konġunt tal-istandard N-1:

    Kalkolu tal-formula N-1 skont il-punt 5 tal-Anness II

    Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (jekk differenti miċ-ċifri deskritti skont il-punt 2.2.(a).(3).

    Indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eżempju Dmax)) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    Spjega l-arranġamenti miftiehma biex tiżgura l-konformità mal-obbligu N-1

    (a)Kapaċità bidirezzjonali

    (1)Indika l-punti tal-interkonnettur mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massima ta’ flussi bidirezzjonali

    (2)Indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta’ fluss kuntrarju (eż. kapaċità interrompibbli)

    (3)Indika punti ta' interkonnessjoni fejn ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 4(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet fuq liema ngħatat

    3.Identifikazzjoni tar-riskji

    Iddeskrivi s-sorsi ta’ riskju li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru u/jew ir-reġjun rilevanti, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom.

    Lista mhux eżawrjenti ta’ tipi ta’ sorsi ta’ riskju:

    Politiċi

    Qtugħ fil-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti

    Inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż ta' tranżitu)

    Gwerra / gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż ta' tranżitu)

    Terroriżmu

    Teknoloġiċi

    Splużjoni/Nirien

    Nirien (interni f'faċilità partikolari)

    Tnixxijiet

    Nuqqas ta’ manutenzjoni adegwata

    Ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.)

    Nuqqas ta’ elettriku (jew sors ta’ enerġija ieħor)

    Ħsara fl-ICT (ħsara fil-ħardwer jew fis-softwer, internet, problemi SCADA, eċċ.)

    Attakk ċibernetiku

    Impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f’munzell), xogħlijiet ta' preparazzjoni, eċċ.

    Kummerċjali / suq / finanzjarji

    Ftehim ma’ fornituri minn pajjiżi terzi

    Tilwim kummerċjali

    Kontroll ta’ infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi, li tista’ timplika, fost l-oħrajn, riskji ta’ nuqqas ta’ investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta’ ħarsien tad-dritt tal-Unjoni

    Volatilità tal-prezzijiet

    Nuqqas ta’ investiment

    Domanda għolja f'daqqa mhux mistennija

    Riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ riżultati strutturali

    Soċjali

    Strajks (f’setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, portijiet, trasport, eċċ.)

    Sabutaġġ

    Vandaliżmu

    Serq

    Naturali

    Terremoti

    Tiġrif ta’ art

    Għargħar (xita qawwija, xmara)

    Maltempati (Baħar)

    Valangi

    Kundizzjonijiet ta’ temp estrem

    Nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.)

    3.1.Livell reġjonali

    (a)Identifika s-sorsi rilevanti ta’ riskju għar-reġjun, filwaqt li tinkludi l-probabbiltà u l-limpatt tagħhom kif ukoll l-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji fost l-Istati Membri, kif xieraq

    (b)Iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/mhux aċċettabbli

    (c)Stabbilixxi lista ta’ xenarji rilevanti ta’ riskji skont is-sorsi ta’ riskji u ddeskrivi kif saret l-għażla

    (d)Indika l-limitu sa fejn ix-xenarji ppreparati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass għall-Gass ġew ikkunsidrati

    3.2.Livell Nazzjonali (sal-limitu rilevanti)

    (a)Identifika s-sorsi rilevanti ta’ riskju għall-Istat Membru, filwaqt li tinkludi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom

    (b)Iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/mhux aċċettabbli

    (c)Stabbilixxi lista ta’ xenarji rilevanti ta’ riskju skont is-sorsi ta’ riskju u l-probabbiltà tagħhom u ddeskrivi kif saret l-għażla

    4.Analiżi tar-riskju u valutazzjoni

    Analizza s-sett ta’ xenarji ta’ riskju rilevanti identifikati skont il-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta’ riskju inkludi s-sigurtà eżistenti ta’ miżuri tal-provvista, bħal, fost l-oħrajn, l-istandard N-1 u l-istandard tal-provvista. Skont ix-xenarju ta’ riskju:

    (a)Iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta’ riskju, filwaqt li tinkludi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom

    (b)Iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjonijiet li twettqu, filwaqt li tinkludi kwantifikazzjoni tal-impatti (eż. volumi ta’ gass li ma tqassamx, impatti soċjo-ekonomiċi, impatti fuq it-tisħin distrettwali, impatti fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku)

    5.Konklużjonijiet

    Iddeskrivi r-riżultati prinċipali tal-valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li tinkludi l-identifikazzjoni tax-xenarji tar-riskju li għandhom bżonn iktar azzjoni.



    ANNESS V

    Mudelli għall-pjanijiet

    Il-mudelli li ġejjin għandhom jimtlew bl-Ingliż.

    Mudell għal pjan ta’ azzjoni preventiva

    Informazzjoni ġenerali

    Stati Membri fir-reġjun

    Isem tal-awtoritajiet kompetenti involuti fit-tħejjija ta' dan il-pjan 6

    1.Deskrizzjoni tas-sistema

    1.1.Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tas-sistema reġjonali tal-gass, li tkopri:

    (a)Ċifri tal-konsum prinċipali tal-gass 7 : konsum finali ta’ gass annwali (bcm) u tqassim skont it-tip ta’ konsumaturi 8 , l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta’ konsumatur f’mcm/d)

    (b)Iddeskrivi l-funzjonament tas-sistema tal-gass fir-reġjun: flussi prinċipali (dħul/ħruġ/tranżitu), infrastruttura tal-punti tad-dħul/ħruġ, kapaċità lejn u barra mir-reġjun u għal kull Stat Membru, inkluża r-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massima kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ. Inkludi, sal-limitu rilevanti għall-Istati Membri fir-reġjun, sistema ta’ gass L

    (c)Tqassim ta’ sorsi ta’ importazzjoni tal-gass għal kull pajjiż ta’ oriġini 9

    (d)Iddeskrivi r-rwol ta’ faċilitajiet ta’ ħażna rilevanti għar-reġjun, waqt li tinkludi aċċess transkonfinali:

    (1)Kapaċità tal-ħażna (gass totali u tax-xogħol) meta mqabbel mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin

    (2)Kapaċità massima ta’ rtirar kuljum f’livelli differenti ta’ mili (idealment fil-ħażniet sħaħ u livelli tal-aħħar tal-istaġun)

    (e)Iddeskrivi r-rwol ta’ produzzjoni domestika fir-reġjun:

    (1)Valur tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum annwali finali tal-gass

    (2)Kapaċità massima ta’ produzzjoni kuljum

    (f)Iddeskrivi r-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal enerġiji rinnovabbli), li jinkludi l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mill-ħruq tal-gass (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali) u koġenerazzjoni (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali)

    1.2.Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass għal kull Stat Membru, li tkopri:

    (a)Ċifri tal-konsum prinċipali tal-gass: konsum finali ta’ gass annwali (bcm) u tqassim skont it-tip ta’ konsumaturi, l-ogħla domanda (mcm/d)

    (b)Iddeskrivi l-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inklużi l-infrastrutturi (sal-punt li mhux kopert mill-punt 1.1.(b)) Jekk applikabbli, inkludi s-sistema L-gas

    (c)Identifika l-infrastruttura ewlenija relevanti għas-sigurtà tal-provvista

    (d)Tqaswsim fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż tal-oriġini

    (e)Iddeskrivi ir-rwol tal-ħżin fl-Istat Membru u inkludi:

    (1)Kapaċità ta' ħżin (total u mħaddem) imqabbla mad-domanda tal-istaġun tat-tisħin

    (2)Kapaċità massima ta’ rtirar kuljum f’livelli differenti ta’ mili (idealment fil-ħażniet sħaħ u livelli tal-aħħar tal-istaġun)

    (f)Iddeskrivi r-rwol ta’ produzzjoni domestika u inkludi:

    (1)Valur tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum annwali finali tal-gass

    (2)Kapaċità massima ta’ produzzjoni kuljum

    (g)Iddeskrivi r-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal enerġiji rinnovabbli), li jinkludi l-kapaċità tal-ġenerazzjoni mill-ħruq tal-gass (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali) u koġenerazzjoni (total (Mwe) u bħala perċentwal tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali)

    2.Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju

    Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju li twettqet skont l-Artikolu 6, li jinkludu:

    (a)Lista tax-xenarji vvalutati u deskrizzjoni fil-qosor tas-suppożizzjonijiet applikati għal kull wieħed kif ukoll ir-riskji/in-nuqqasijiet identifikati

    (b)Konklużjonijiet prinċipali tal-valutazzjoni tar-riskju

    3.Standard tal-infrastruttura (Artikolu 4)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi kif inhuwa mħares l-istandard tal-infrastruttura, filwaqt li tinkludi l-valuri prinċipali użati fil-formula N-1 u għażliet alternattivi għall-konformità tagħha (ma’ Stati Membri ġirien, miżuri min-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

    3.1.Livell reġjonali

    Formula N-1

    (a)Identifikazzjoni tal-unika u l-ikbar infrastruttura ta’ interess komuni għar-reġjun

    (b)Kalkolu tal-formula N-1 fuq livell reġjonali

    (c)Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti tad-dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru)

    (d)Indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eżempju Dmax)) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    3.2.Livell nazzjonali

    (a)Formula N-1

    (1)Identifikazzjoni tal-unika u l-ikbar infrastruttura tal-gass

    (2)Kalkolu tal-formula N-1 fuq livell nazzjonali

    (3)Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti tad-dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru)

    (4)Indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    (5)Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, kalkolu tal-formula N-1 li tuża miżuri min-naħa tad-domanda:

    - Kalkolu tal-formula N-1 skont il-punt 5 tal-Anness II

    Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi ċifri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (jekk differenti miċ-ċifri deskritti skont il-punt 3.2.(a).(3))

    Indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    Spjega l-miżuri min-naħa tad-domanda bbażati fuq is-suq adottati/li sejrin jiġu adottati biex jikkumpensaw qtugħ fil-provvista u l-impatt mistenni tagħhom (Deff)

    (6)Jekk hekk maqbul mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ġirien, kalkolu konġunt tal-istandard N-1:

    Kalkolu tal-formula N-1 skont il-punt 5 tal-Anness II

    Deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula, li tinkludi l-valuri intermedjarji użati għall-kalkolu tagħha (jekk differenti miċ-ċifri deskritti skont il-punt 3.2.(a).(3).

    Indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula (eżempju Dmax)) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati)

    Spjega l-arranġamenti miftiehma biex tiżgura l-konformità mal-obbligu N-1

    (b)Kapaċità bidirezzjonali

    (1)Indika l-punti tal-interkonnettur mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massima ta’ flussi bidirezzjonali

    (2)Indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta’ fluss kuntrarju (eż. kapaċità interrompibbli)

    (3)Indika punti ta' interkonnessjoni fejn ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 4(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet fuq liema ngħatat

    4.Konformità mal-istandard tal-provvista (Artikolu 5)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi hawnhekk, għal kull Stat Membru, il-miżuri adottati biex jitħares l-istandard tal-provvista kif ukoll kwalunkwe standard ta’ provvista miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-gass:

    (a)Definizzjoni ta’ konsumaturi protetti applikata, li tinkludi kategoriji ta’ konsumaturi koperti u l-konsum ta’ gass annwali (skont il-kategorija, valur nett u perċentwal tal-konsum annwali finali nazzjonali ta’ gass)

    (b)Volumi ta’ gass meħtieġa biex jitħares l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 5(1)

    (c)Kapaċità meħtieġa biex jitħares l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 5(1)

    (d)Miżura(i) imdaħħla fis-seħħ biex jitħares l-istandard tal-provvista:

    (1)Deskrizzjoni tal-miżura(i)

    (2)Destinatarji

    (3)F’każ li tkun teżisti, iddeskrivi kwalunkwe sistema ta’ monitoraġġ ex ante għall-konformità mal-istandard tal-provvista

    (4)Reġim ta’ sanzjonijiet, jekk applikabbli

    (5)Iddeskrivi, għal kull miżura:

    l-impatt ekonomiku, l-effettività u l-effiċjenza tal-miżura

    l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent

    l-impatt tal-miżuri fuq il-konsumatur

    (6)F’każ li jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

    Iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta’ miżuri bbażati fuq is-suq biss);

    Iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub)

    Ipprovdi analiżi tal-impatti ta’ miżura bħal din:

    (a)fuq sigurtà tal-provvista ta’ Stati Membri oħra

    (b)fuq is-suq nazzjonali

    (c)fuq is-suq intern

    (7)F'każ ta' miżuri introdotti wara [OP: Please insert the date of the entry into force of this Regulation], jekk jogħġbok ipprovdi rabta mal-valutazzjoni tal-impatt pubbliku tal-miżura(i) li twettaq skont l-Artikolu 8(4)

    (e)Jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-gass:

    (1)Deskrizzjoni tal-miżura(i)

    (2)Iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista għandha bżonn tiżdied u, f’każ li huma applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta’ miżuri bbażati fuq is-suq biss)

    (3)Iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex standard tal-provvista miżjud jew obbligu ieħor huwa l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub u f’każ li huma applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub)

    (4)Destinatarji

    (5)Volumi u kapaċitajiet ta’ gass affettwati

    (6)Mekkaniżmi biex tnaqqasha għal valuri tas-soltu fi spirtu ta’ solidarjetà u skont l-Artikolu 12

    (7)Indika kif din il-miżura tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2)

    5.Miżuri preventivi

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri preventivi li ddaħħlu fis-seħħ jew li jridu jiġu adottati, inkluż dawk rigward il-gass L:

    (a)Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, billi tinkludi deskrizzjoni ta':

    (1)id-dimensjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom

    (2)l-impatt ekonomiku, l-effettività l-effiċjenza tagħhom

    (3)l-impatt tagħhom fuq l-ambjent

    (4)l-impatt tagħhom fuq il-konsumaturi

    Fejn xieraq, inkludi:

    Miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien

    Miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta’ provvista

    Miżuri biex tipproteġi infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà b’rabta ma’ kontroll minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi (inklużi, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.)

    (b)Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b’impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tar-reġjun/Stat Membru

    (c)F’każ li jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

    (1)Iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta’ miżuri bbażati fuq is-suq biss)

    (2)Iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub)

    (3)Ipprovdi analiżi tal-impatti ta’ miżura bħal din:

    Iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta’ miżuri bbażati fuq is-suq biss)

    Iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub)

    Ipprovdi analiżi tal-impatti ta’ miżura bħal din:

    (a)fuq sigurtà tal-provvista ta’ Stati Membri oħra

    (b)fuq is-suq nazzjonali

    (c)fuq is-suq intern

    (a)Spjega l-limitu sa fejn miżuri ta’ effiċjenza, inkluż min-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista

    (b)Spjega l-limitu sa fejn is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista

    6.Miżuri u obbligi oħrajn (eż. tħaddim sigur tas-sistema)

    Iddeskrivi miżuri u obbligi oħrajn li ġew imposti fuq impriżi ta’ gass naturali u korpi rilevanti oħrajn li x’aktarx jista’ jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim sigur tas-sistema, inkluż min jiġi affettwat b’dan l-obbligu kif ukoll il-volumi ta’ gass koperti. Spjega meta dawn il-miżuri japplikaw preċiżament u kif.

    7.Proġetti infrastrutturali

    (a)Iddeskrivi proġetti infrastrutturali tal-futur, li jinkludu Proġetti ta' Interessi Komuni, fir-reġjun, inkluż il-ħin stmat għat-tħaddim tagħhom, il-kapaċitajiet u l-impatt stmat fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fir-reġjun

    (b)Indika kif il-proġetti infrastrutturali jqisu l-pjan ta’ żvilupp ta’ netwerk fuq 10 snin madwar l-Unjoni elaborat minn min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009

    8.Obbligi tas-servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista

    Indika l-obbligi tas-servizz pubbliku eżistenti relatati mas-sigurtà tal-provvista u ddeskrivihom fil-qosor (uża l-annessi għal informazzjoni iktar dettaljata). Spjega b'mod ċar min għandu jħares dawn l-obbligi u kif. Jekk applikabbli, iddeskrivi kif u meta jiskattaw dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku.

    9.Mekkaniżmi żviluppati għal kooperazzjoni

    (a)Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fir-reġjun, inkluż għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza u l-Artikolu 12

    (b)Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn barra mir-reġjun fit-tfassil u l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12

    10.Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

    Skont l-Artikolu 7(1), jekk jogħġbok iddeskrivi l-mekkaniżmu użat għall-konsultazzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħha, għall-iżvilupp ta’ dan il-pjan kif ukoll għall-pjan ta' emerġenza, flimkien ma':

    (a)impriżi tal-gass

    (b)organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-familji

    (c)organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi ta’ konsumaturi industrijali tal-gass, inklużi l-produtturi tal-elettriku

    (d)awtorità regolatorja nazzjonali

    11.Speċifiċitajiet nazzjonali

    Indika kwalunkwe ċirkostanza nazzjonali u miżura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista u li mhumiex koperti fis-sezzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-pjan, inkluż għall-provvista tal-gass L f’każ li l-gass L ma jkunx rilevanti fuq livell reġjonali.



    Mudell għal pjan ta’ emerġenza

    Informazzjoni ġenerali

    Stati Membri fir-reġjun

    Isem tal-awtoritajiet kompetenti involuti fit-tħejjija ta' dan il-pjan 10

    1.Definizzjoni ta’ livelli ta’ kriżi

    (a)Għal kull Stat Membru, indika l-korp responsabbli għad-dikjarazzjoni ta’ kull livell ta’ kriżi u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’każ ta’ dikjarazzjonijiet bħal dawn.

    (b)F’każ li dawn ikunu jeżistu, inkludi hawn l-indikaturi jew il-parametri użati biex tikkunsidra jekk każ jistax jiriżulta f’deterjorazzjoni sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista u biex tiddeċiedi fuq id-dikjarazzjoni ta’ ċertu livell ta’ kriżi.

    2.Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi 11

    2.1.Twissija Bikrija

    (a)Iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (1)Deskrizzjoni qasira tal-miżuri u l-atturi prinċipali involuti

    (2)Iddeskrivi l-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli

    (3)Indika l-kontribuzzjoni mistennija mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta’ kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ

    (4)Iddeskrivi l-fluss ta’ informazzjoni fost l-atturi involuti

    2.2.Livell ta' Allarm

    (a)Iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (1)Deskrizzjoni qasira tal-miżuri u l-atturi prinċipali involuti

    (2)Iddeskrivi l-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli

    (3)Indika l-kontribuzzjoni mistennija mill-miżura biex tlaħħaq mas-sitwazzjoni tal-livell ta' allarm Iddeskrivi l-fluss ta’ informazzjoni fost l-atturi involuti (d)

    (4)Iddeskrivi l-fluss ta’ informazzjoni fost l-atturi involuti

    (b)Iddeskrivi l-obbligi tar-rapportar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' alert

    2.3.Livell ta' emerġenza

    (a)Stabilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fuq in-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'azzjonijiet bħal dawn u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn xieraq.

    (b)Iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f’dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

    (1)Deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti

    (2)Iddeskrivi l-proċedura li trid tiġi segwita

    (3)Indika l-kontribuzzjoni mistennija mill-miżura biex ittaffi s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza

    (4)Iddeskrivi l-fluss ta’ informazzjoni fost l-atturi involuti

    (c)Iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal livell ta' emerġenza, u indika għal kull miżura

    (1)Deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti

    (2)Agħti valutazzjoni tal-ħtieġa ta' miżura bħal din biex tiffaċċja kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha

    (3)Iddeskrivi fid-dettall il-proċedura tal-implimentazzjoni tal-miżura (eż. x'jiskatta l-introduzzjoni ta' din il-miżura, min jieħu d-deċiżjoni)

    (4)Indika l-kontribuzzjoni mistennija tal-miżura biex tiġi mmitigata s-sitwazzjoni f’livell ta’ emerġenza bħala kumpliment għal miżuri bbażati fuq is-suq

    (5)Ivvaluta effetti oħra tal-miżura

    (6)Iġġustifika l-konfermità tal-miżura mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4)

    (7)Iddeskrivi l-fluss ta’ informazzjoni fost l-atturi involuti

    (d)Iddeskrivi l-obbligi ta’ rapportar imposti fuq l-imprizi tal-gass naturali

    3.MIŻURI SPEĊIFIĊI GĦALL-ELETTRIKU U T-TISĦIN DISTRETTWALI

    (a)Tisħin distrettwali

    (1)Fil-qosor indika l-impatt probabbli ta’ qtugħ tal-provvista fis-settur tat-tisħin distrettwali

    (2)Indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġi mmitigat l-impatt potenzjali ta’ qtugħ ta’ provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali. Inkella, indika għaliex l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi mhijiex xierqa

    (b)Provvista ta’ elettriku ġġenerat mill-gass

    (1)Fil-qosor indika l-impatt probabbli ta’ qtugħ tal-provvista fis-settur tal-elettriku

    (2)Indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġi mmitigat l-impatt potenzjali ta’ qtugħ ta’ provvista tal-gass fuq is-settur tal-elettriku. Inkella, indika għaliex l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi mhijiex xierqa

    (3)Indika l-mekkaniżmi/dispożizzjonijiet eżistenti biex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-atturi prinċipali fis-setturi tal-gass u l-elettriku, b'mod partikolari l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, f’livelli differenti ta’ kriżi

    4.Maniġer jew tim tal-kriżi

    Indika min huwa l-maniġer jew it-tim tal-kriżi u ddefinixxi r-rwol tiegħu.

    5.Rwoli u responsabbiltajiet ta’ atturi differenti

    (a)Skont il-livell ta’ kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet, inkluż l-interazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, ta':

    (1)Impriżi ta’ gass naturali

    (2)Konsumaturi industrijali

    (3)Produtturi tal-elettriku rilevanti

    (a)Skont il-livell ta’ kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi li ġew iddelegati lilhom l-kompiti

    6.Mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni

    (a)Iddeskrivi l-mekkaniżmi li ddaħħlu fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni fir-reġjun u biex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa għal kull livell ta’ kriżi. Iddeskrivi, sal-limitu li jeżistu u li ma ġewx koperti fil-punt 2, il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal reazzjoni xierqa fuq livell reġjonali f''kull livell ta’ kriżi

    (b)Iddeskrivi l-mekkaniżmi li ddaħħlu fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn barra mir-reġjun u biex jiġu kkoordinati l-azzjonijiet għal kull livell ta’ kriżi

    7.Solidarjetà bejn l-Istati Membri

    (a)Iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri fi ħdan ir-reġjun biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà li ssir referenza għalih fl-Artikolu 12

    (b)Iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri fir-reġjun u l-Istati Membri li jappartjenu lil reġjuni oħrajn biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà li ssir referenza għalih fl-Artikolu 12

    8.Miżuri rigward konsum żejjed minn konsumaturi mhux protetti

    Iddeskrivi l-miżuri fis-seħħ biex ma jippermettux il-konsum minn konsumaturi mhux protetti tal-provvista tal-gass maħsuba għall-konsumaturi protetti waqt emerġenza. Indika n-natura tal-miżura (amministrattiva, teknika, eċċ.), l-atturi prinċipali u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti.

    9.Testijiet ta’ emerġenza

    (a)Indika l-kalendarju għas-simulazzjonijiet b’rispons f’ħin reali għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

    (b)Indika l-atturi involuti, proċeduri u xenarji konkreti b’impatt qawwi u medju simulati

    Għall-aġġornamenti tal-pjan ta' emerġenza: iddeskrivi fil-qosor it-testijiet imwettqa sa mill-aħħar darba li l-pjan ta’ emerġenza kien ippreżentat u r-riżultati prinċipali. Indika liema miżuri ġew adottati bħala riżultat ta’ dawn it-testijiet.



    ANNESS VI

    Evalwazzjoni bejn il-pari tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u pjanijiet ta’ emerġenza

    1.Kull pjan ta’ azzjoni preventiv notifikat u l-pjan ta’ emerġenza għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari minn grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari.

    2.Għandu jiġi stabbilit grupp wieħed ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għal kull reġjun. Kull grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jkun kompost minn massimu ta’ ħames awtoritajiet kompetenti u ENTSO għall-Gass, kull wieħed rappreżentat minn persuna waħda, jew, bħala osservatur, il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħżel ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti u ENTSO għall-Gass fit-timijiet tal-evalwazzjoni bejn il-pari, filwaqt li jitqies il-bilanċ ġeografiku u li jinkludi mill-inqas awtorità kompetenti minn Stat Membru ġar. Membri tal-grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari m’għandhomx jagħmlu parti minn xi awtorità kompetenti jew korp jew assoċjazzjoni oħra li tipparteċipa fil-preparazzjoni tal-pjanijiet soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari.

    3.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari dwar in-notifika tal-pjanijiet. Fi żmien xahrejn mid-data tal-informazzjoni l-grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari rispettiv għandu jipprepara u jissottometti rapport lill-Kummissjoni. Qabel is-sottomissjoni tar-rapport il-grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jiddiskuti l-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza, minn tal-inqas darba, mal-awtoritajiet kompetenti li ppreparaw il-pjanijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.

    4.Filwaqt li jitqies ir-rapport tal-grupp ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Gass għandu jiddiskuti l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza bil-ħsieb li jiżgura l-koerenza fost ir-reġjuni differenti u l-Unjoni kollha kemm hi.


    ANNESS VII

    Lista ta’ miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass mhux ibbażati fuq is-suq

    Fl-iżvilupp tal-pjan ta’ azzjoni preventiva u l-pjan ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra biss il-kontribuzzjoni tal-lista ta’ miżuri indikattivi u mhux eżawrjenti li ġejjin f'każ ta’ xi emerġenza biss:

    Miżuri fin-naħa tal-provvista:

    użu ta’ ħażna strateġika ta’ gass;

    użu obbligatorju ta’ ħażniet ta’ karburanti alternattivi (eż. skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE 12 );

    użu obbligatorju ta’ elettriku ġġenerat minn sorsi oħrajn minbarra gass;

    żieda obbligatorja ta’ livelli ta’ produzzjoni ta’ gass;

    irtirar obbligatorju tal-ħażniet.

    Miżuri tan-naħa tad-domanda:

    Diversi passi ta’ tnaqqis obbligatorju fid-domanda li jinkludu:

    tibdil ta’ karburant obbligatorju;

    użu obbligatorju ta’ kuntratti interrompibbli, fejn ma jintużawx kompletament bħala parti mill-miżuri tas-suq;

    tnaqqis sod fil-piż obbligatorju.



    ANNESS VIII

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 6

    Artikolu 4

    Artikolu 8

    Artikolu 5

    Artikolu 9

    Artikolu 6

    Artikolu 4

    Artikolu 7

    Artikolu 5

    Artikolu 8

    Artikolu 10

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    -

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 12

    Artikolu 14

    -

    Artikolu 15

    Artikolu 14

    Artikolu 16

    -

    Artikolu 17

    -

    Artikolu 18

    Artikolu 16

    Artikolu 19

    Artikolu 15

    Artikolu 20

    Artikolu 17

    Artikolu 21

    Anness I

    Anness II

    Artikolu 7

    Anness III

    Anness IV

    Anness I

    -

    Anness IV

    -

    Anness V

    Anness II

    -

    Anness III

    Anness VII

    -

    Anness VI

    -

    Anness VIII

    (1) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
    (2) F’każ li dan il-kompitu ġie ddelegat minn kwalunkwe awtorità kompetenti, jekk jogħġbok indika l-isem tal-korp/(i) li pparteċipaw fil-preparazzjoni ta' din il-valutazzjoni tar-riskju għan-nom tiegħu.
    (3) Għall-ewwel Pjan ta' valutazzjoni, inkludi data mill-aħħar sentejn. Għal aġġornamenti, inkludi data mill-aħħar 4 snin.
    (4) Inkludi konsumaturi industrijali, ġenerazzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali, residenzjali u servizzi u oħrajn (jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ konsumaturi inklużi hawn). Indika wkoll il-volum ta' konsum tal-klijenti protetti.
    (5) Iddeskrivi l-metodoloġija applikata.
    (6) F’każ li dan il-kompitu ġie delegat minn xi awtorità kompetenti, jekk jogħġbok indika l-isem tal-korp/(i) li qiegħed jipparteċipa fil-preparazzjoni ta' dan il-pjan għan-nom tagħha.
    (7) Għall-ewwelpjan, inkludi data mill-aħħar sentejn. Għal aġġornamenti, inkludi data mill-aħħar 4 snin.
    (8) Inkludi konsumaturi industrijali, ġenerazzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali, residenzjali u servizzi u oħrajn (jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ konsumaturi inklużi hawn). 
    (9) Iddeskrivi l-metodoloġija applikata.
    (10) F’każ li dan il-kompitu ġie delegat minn xi awtorità kompetenti, jekk jogħġbok indika l-isem tal-korp/(i) li qiegħed jipparteċipa fil-preparazzjoni ta' dan il-pjan għan-nom tagħha.
    (11) Inkludi miżuri reġjonali u nazzjonali
    (12) Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).
    Top