Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 52016DC0729

    ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI MILL-KUMMISSJONI U MILL-KUNSILL li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

    COM/2016/0729 final

    Brussell, 16.11.2016

    COM(2016) 729 final

    ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI
    MILL-KUMMISSJONI U MILL-KUNSILL

    li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
    dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017


    RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI

    MILL-KUMMISSJONI U MILL-KUNSILL

    li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni

    dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

    L-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER - Joint Employment Report), impost mill-Artikolu 148 tat-TFUE, huwa parti mill-pakkett tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (AGS - Annual Growth Survey) li jniedi s-Semestru Ewropew. Bħala kontribut ewlieni għall-governanza ekonomika tal-UE, il-JER jipprovdi ħarsa ġenerali annwali lejn l-iżviluppi fl-impjiegi u soċjali fl-Ewropa kif ukoll lejn l-azzjonijiet ta' riforma tal-Istati Membri f'konformità mal-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri u l-prijoritajiet tas-SAT.

    F'dan il-kuntest, l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2017 jindika dan li ġej:

    Is-sitwazzjoni tal-impjiegi u soċjali qed titjieb f’kuntest ta’ rkupru ekonomiku moderat. B’riżultat ta' dan, ir-rata ta’ impjieg ta’ 75 % fil-mira tal-istrateġija Ewropa 2020 tista’ tintlaħaq sal-2020 sakemm ix-xejra attwali tkompli. Ir-rata ta’ impjieg fil-grupp ta’ età ta’ bejn 20-64 hija għall-ewwel darba ogħla minn dik osservata fl-2008, fil-livell ta’ 71,1 % (it-tieni kwart tal-2016). Madankollu, il-faqar jibqa’ għoli u r-riżultati soċjali u tal-impjieg ivarjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi. 

    Ħafna mill-indikaturi tas-suq tax-xogħol raw titjib fl-2015 u fl-2016. Ir-rata tal-qgħad baqgħet nieżla u f’Settembru tal-2016 kienet 8,5 % (10 % fiż-żona tal-euro). Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul ukoll komplew jonqsu, imma għadhom għoljin f’diversi Stati Membri. Ir-rati tal-attività qed jiżdiedu, u l-UE ħolqot aktar minn erba’ miljun impjieg matul l-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016. Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa fl-UE fl-2015 kienet għadha b’mod sinifikanti taħt dik tal-irġiel, imma d-disparità ilha tonqos sa mill-2008. B’mod gradwali, il-konverġenza fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol qed tkompli għalkemm jippersistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri.

    Id-dħul tal-familji fl-UE żdied matul l-2015, l-aktar minħabba żidiet fid-dħul mix-xogħol u tnaqqis fit-taxxi u fil-kontribuzzjonijiet. Madankollu, id-dħul gross tal-familji fiż-żona tal-euro għadu ma rkuprax totalment u jibqa’ kemmxejn taħt il-livelli milħuqa fl-2009. In-numru u l-proporzjon ta’ persuni fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali beda jonqos imma għadu għoli. Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE issa reġgħet lura għal-livell tagħha tal-2008 ta’ 23,7 %. Minkejja li t-titjib reċenti huwa milqugħ, hemm il-ħtieġa ta' sforz koordinat lejn il-mira li tal-anqas 20 miljun persuna jittellgħu mill-faqar jew l-esklużjoni soċjali sal-2020, hekk kif in-numru ta’ persuni fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-2015 jibqa’ ogħla milli fl-2008. B’mod globali l-inugwaljanza fid-dħul stabbilizzat f’livell għoli f’termini storiċi, b’diverġenzi importanti madwar l-UE, kif muri mit-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali.

    Il-livelli għolja tal-inugwaljanza jnaqqsu l-output tal-ekonomija u l-potenzjal għal tkabbir sostenibbli. L-inugwaljanzi kbar u persistenti mhux biss iqajmu tħassib f’termini ta’ ġustizzja għaliex normalment jirriflettu riskju għoli ta’ faqar u esklużjoni soċjali imma anke f’termini ekonomiċi, għaliex iwasslu għal utilizzazzjoni baxxa tal-kapital uman. It-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar tiggrava dawn l-impatti negattivi. Id-disinn tal-istituzzjonijiet edukattivi, tas-suq tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali f’xi Stati Membri ma jappoġġjax b’mod adegwat il-funzjoni tagħhom bħala investiment fil-kapital uman, li jippromwovi l-ġustizzja tar-riżultati; għalhekk ma jirrimedjax l-opportunitajiet inugwali u konsegwentement jikkontribwixxi għal inugwaljanzi persistenti u dejjiema akbar fid-dħul. Biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjoni f’oqsma differenti, inkluż is-sistemi fiskali u tal-benefiċċji, il-politiki dwar l-iffissar tal-pagi (inkluż il-paga minima), l-edukazzjoni u l-ħiliet, u s-sistemi tal-kura tas-saħħa.

    Riformi li jippromwovu swieq tax-xogħol reżiljenti u inklużivi għandhom ikomplu għaliex jistimulaw il-ħolqien ta’ impjiegi u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol filwaqt li jikkombinaw kif xieraq il-flessibbiltà u s-sigurtà adegwata. L-Istati Membri li jorbtu l-flessibbiltà fl-arranġamenti tax-xogħol ma’ politiki attivi effettivi tas-suq tax-xogħol u protezzjoni soċjali adegwata ssuperaw il-kriżi b’aktar suċċess. Ħafna Stati Membri implimentaw aġendi ta’ riforma importanti fis-snin reċenti, b’effetti pożittivi fuq il-ħolqien tal-impjiegi. Xorta, hemm il-ħtieġa ta' aktar sforzi biex jiġi promoss il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u tiżdied l-inklussività tas-swieq tax-xogħol, billi jitneħħew l-ostakoli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, tiġi indirizzata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol u jiġi żgurat li s-sistemi tal-protezzjoni soċjali jipprovdu appoġġ tad-dħul adegwat u jippermettu servizzi lil kulħadd filwaqt li jiġu inkoraġġiti t-tranżizzjonijiet fl-impjieg u x-xogħol ikun ta’ benefiċċju veru. Dan jgħin ukoll biex jindirizza livelli li qed jogħlew ta’ faqar fost dawk li jaħdmu f’xi Stati Membri.

    Is-sistemi fiskali għandhom jappoġġjaw aħjar il-ħolqien tal-impjiegi u jindirizzaw l-inugwaljanzi. Numru ta’ Stati Membri ħadu passi biex inaqqsu l-porzjon ta’ taxxa, fejn kienu mmirati l-aktar il-ħaddiema bi dħul baxx. L-għan tagħhom kien li jippromwovu kemm id-domanda għax-xogħol – billi jappoġġjaw lill-kumpaniji jfittxu l-ħaddiema mill-ġdid – kif ukoll il-provvista – billi jnaqqsu d-diżinċentivi biex jittieħdu l-impjiegi u tiżdied il-paga wara t-taxxa, b’mod speċjali għal gruppi żvantaġġjati. Anke hekk, il-porzjon globali ta’ taxxa fuq ix-xogħol jibqa’ għoli f’numru konsiderevoli ta’ Stati Membri. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri s-sistemi fiskali jkomplu jipprovdu diżinċentivi b’saħħithom għat-tieni sors ta’ dħul biex jaħdmu jew biex jaħdmu aktar sigħat. Tassazzjoni fuq ix-xogħol aktar baxxa u ddisinjata aħjar tista’ tgħin biex tistimola t-tkabbir fl-impjieg, u konsegwentement timmitiga l-inugwaljanzi.

    Il-pagi nominali żdiedu biss b’mod moderat f’ambjent ta’ inflazzjoni baxxa, filwaqt li diversi Stati Membri rriformaw l-oqfsa tal-iffissar tal-pagi tagħhom f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali. L-iżviluppi fil-pagi f’ħafna Stati Membri kienu allinjati mal-produttività tax-xogħol, inkluż żidiet fil-pagi fejn il-kuntest ekonomiku pprovda spazju. Dan l-allinjament huwa meħtieġ, fuq perjodu ta’ żmien medju, biex jistimula l-qligħ mill-produttività u jappoġġja d-domanda aggregata u t-tkabbir. Numru żgħir ta’ Stati Membri rriformaw l-oqfsa tal-iffissar tal-pagi tagħhom biex jirrinfurzaw ir-rwol tas-sħab soċjali f’livelli differenti ta’ negozjar. Ittieħdet azzjoni wkoll biex l-oqfsa tal-iffissar tal-paga minima jsiru aktar trasparenti u/jew prevedibbli. Is-sistemi tal-iffissar tal-pagi għandhom isegwu aktar il-koordinazzjoni bejn livelli differenti ta’ negozjar kollettiv, filwaqt li jippermettu ċertu grad ta’ flessibbiltà ġeografikament u bejn u fi ħdan is-setturi.

    L-involviment tas-sħab soċjali fid-disinn u fl-implimentazzjoni ta’ riformi huwa żbilanċjat madwar l-UE. Minkejja li l-Istati Membri kollha għandhom korpi bejn żewġ jew tliet imsieħba biex jippermettu għall-interazzjoni tas-sħab soċjali u għall-konsultazzjoni tagħhom fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-politiki, l-involviment attwali tagħhom ivarja b’mod sinifikanti. Madankollu, djalogu soċjali effettiv, f’konformità ma’ prattiki u kundizzjonijiet nazzjonali, huwa kruċjali biex jiżgura riformi ġusti u effiċjenti, iżid ir-responsabbiltà tagħhom u bir-reqqa jivvaluta l-impatt tagħhom fuq gruppi differenti tal-popolazzjoni. Ftit Stati Membri ħadu azzjoni fl-2015 u fl-2016 biex isaħħu d-djalogu soċjali u jtejbu l-involviment tas-sħab soċjali fil-politiki tal-impjiegi u soċjali. 

    L-Istati Membri komplew jimmodernizzaw is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ tagħhom biex itejbu l-ħiliet meħtieġa biex jadattaw għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol. Madankollu, l-inugwaljanzi fl-involviment edukattiv u fir-riżultati għadhom hemm. Riformi mmirati fost l-oħrajn lejn il-promozzjoni tal-akkwist ta’ ħiliet bażiċi, lejn it-trawwim tat-tagħlim tal-adulti u t-titjib fir-rilevanza tal-edukazzjoni terzjarja għas-suq tax-xogħol. F’konformità mal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, ir-riforma għandha tiffoka fuq investiment sostnut fl-akkwist tal-ħiliet fost iż-żgħażagħ u l-adulti, allinjament aħjar tal-ħiliet mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol inkluż sħubiji aktar mill-qrib bejn in-negozju u l-edukazzjoni u billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-apprendistati.

    Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-numri ta’ dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) ikomplu jonqsu, għalkemm jibqgħu għolja ħafna f’xi Stati Membri. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ kienet mutur ewlieni għat-titjib, għaliex tippromwovi azzjoni effettiva mill-Istati Membri, ittejjeb il-koordinazzjoni fost parteċipanti differenti u tiffaċilita riforma strutturali u innovazzjoni fit-tfassil tal-politika. Aktar minn 40 % tan-NEETs kollha fl-età ta’ bejn 15-24 kienu rreġistrati fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-2015. F’diversi Stati Membri, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), immirata lejn ir-reġjuni tal-UE li kienu qed jiffaċċjaw l-ogħla rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-2012, kellha rwol ewlieni. Minkejja dan il-progress milqugħ tajjeb, riformi strutturali kontinwi u miżuri ta’ tisħiħ se jkunu meħtieġa biex jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha, u b’mod speċjali ż-żgħażagħ b’ħiliet baxxi u dawk li qed jiffaċċjaw ostakoli multipli biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, jibbenefikaw mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

    L-indirizzar tal-qgħad fit-tul jibqa’ prijorità. Għlakemm naqas fl-2015 bħala perċentwal tal-popolazzjoni attiva, il-qgħad fit-tul għadu jammonta għal kważi 50 % tal-qgħad totali, u jibqa’ għoli ħafna f’xi Stat Membri. Id-durata dejjem tiżdied tal-qgħad timplika deprezzament tal-ħiliet, involviment aktar baxx fis-suq tax-xogħol u finalment riskju ogħla ta’ esklużjoni soċjali. Barra minn hekk, hemm ir-riskju li l-qgħad ċikliku jinbidel f’wieħed strutturali, b’konsegwenzi negattivi fuq it-tkabbir potenzjali. Diversi Stati Membri qed jirrinfurzaw l-appoġġ għal dawk qiegħda fit-tul permezz ta’ appoġġ individwalizzat u koordinazzjoni mtejba bejn is-servizzi tal-impjiegi u parteċipanti oħra, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Frar 2016. Xorta, l-użu ta’ dawn il-miżuri huwa żbilanċjat bejn l-Istati Membri.

    In-nisa jibqgħu b’nuqqas ta’ rappreżentanza fis-suq tax-xogħol u jiffaċċjaw differenzjali tal-pagi importanti. Huma jegħlbu lill-irġiel f’termini tal-kisbiet edukattivi. Madankollu, id-differenza fl-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel tibqa’ wiesgħa, b’mod partikolari għall-ommijiet u n-nisa b’responsabbiltajiet ta’ indukrar. Dan ikompli jaggrava minħabba d-diżinċentivi finanzjarji li jiffaċċjaw in-nisa meta jidħlu fis-suq tax-xogħol jew meta jkunu jixtiequ jaħdmu aktar. Differenzjali tal-pagi sinifikanti hija osservata f’diversi Stati Membri. Flimkien ma’ karrieri iqsar, dan spiss isarraf f’pensjonijiet aktar baxxi għan-nisa. Dan jindika l-ħtieġa għall-integrazzjoni komprensiva tal-konsiderazzjonijiet tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol fit-tfassil tal-politika. L-aċċess għal indukrar tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità u għal servizzi oħra ta’ indukrar, liv u arranġamenti flessibbli tal-ħin tax-xogħol, u sistemi fiskali u tal-benefiċċji li huma ħielsa mid-diżinċentivi għat-tieni sors ta’ dħul biex jaħdmu jew biex jaħdmu aktar huwa ta’ importanza ewlenija sabiex nersqu lejn it-trattament ugwali sħiħ tan-nisa u l-appoġġ għall-mobbiltà soċjali għall-aħjar.

    Komplew l-isforzi biex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex itejbu l-kopertura u l-adekwatezza tal-benefiċċji, l-aċċess, il-kwalità u r-responsività tas-servizzi u biex b’mod attiv jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Numru ta’ Stati Membri daħħlu fis-seħħ riformi fil-politika mmirati biex itejbu l-kopertura u l-adegwatezza tal-benefiċċji soċjali filwaqt li jippromwovu l-attivazzjoni. Il-miżuri huma indirizzati lejn varjetà ta’ gruppi, inkluż dawk li għandhom dħul baxx, il-qiegħda, il-persuni b’diżabilità, il-persuni mingħajr dar u l-persuni b’responsabbiltajiet ta’ indukrar. Minkejja l-progress fir-riformi, il-livelli għolja ta’ faqar (fost it-tfal) f’xi Stati Membri jibqgħu punti ta’ tħassib. Għandhom ikunu disponibbli xbieki ta’ sikurezza adegwati għal dawk li huma nieqsa minn riżorsi suffiċjenti għal standard tal-għajxien deċenti, inkluż l-appoġġ għar-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk fl-età lavorattiva.

    Wara mewġa ta’ riformi li jiffukaw fuq etajiet akbar tal-irtirar, ir-riformi reċenti fil-pensjonijiet jippreżentaw stampa aktar diversa, inkluż miżuri li jissalvagwardjaw l-adegwatezza tal-pensjonijiet permezz ta’ garanziji minimi u indiċjar. Filwaqt li xi Stati Membri ffukaw fuq titjib fis-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom, pereżempju billi jżidu l-età tal-irtirar u jillimitaw l-aċċess għall-irtirar bikri, xi oħrajn iffukaw fuq il-protezzjoni tal-pensjonanti bi dħul baxx, billi jżidu l-pensjonijiet minimi jew permezz ta’ benefiċċji addizzjonali mmirati. Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom jiżguraw standards tal-għajxien adegwati, filwaqt li jippreservaw is-sostenibbiltà. Għal dan il-għan, l-irġiel u n-nisa għandhom jiġu inkoraġġiti jibqgħu aktar fl-impjieg, anke permezz tad-disponibbiltà ta’ politiki xierqa dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u tal-modernizzazzjoni tal-ambjenti tax-xogħol. Il-pensjonijiet supplimentari jista’ jkollhom rwol ewlieni, b’mod partikolari fejn l-adegwatezza tal-pensjonijiet pubbliċi hija mistennija tmur għall-agħar.

    Is-sistemi tas-saħħa jikkontribwixxu għall-benesseri individwali u kollettiv u għall-prosperità ekonomika. F’numru ta’ Stati Membri ġew implimentati riformi fil-kura tas-saħħa biex jinkoraġġixxu l-għoti ta’ servizzi effettivi tal-kura tas-saħħa primarja u l-aċċess għalihom, biex jissimplifikaw u jżidu s-sostenibbiltà tal-kura speċjalizzata u tal-isptar, u biex itejbu l-aċċess għal mediċini affordabbli użati b’mod kosteffikaċi. Xi Stati Membri qed jieħdu passi wkoll biex itejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi tal-kura fit-tul. Dan għandu jnaqqas l-ostakoli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk li jindukraw il-familja, b’mod speċjali n-nisa.

    Fis-snin reċenti, l-UE esperjenzat influss bla preċedent ta’ migranti inkluż refuġjati, bi kważi 1,8 miljun applikazzjoni għall-ażil tiġi ppreżentata fl-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016. Dan jenfasizza l-importanza ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni komprensiva sabiex jiġi żgurat li r-refuġjati jkunu jistgħu jiġu integrati b’mod effettiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà b’mod aktar ġenerali. Diversi Stati Membri introduċew pakketti ta’ integrazzjoni sabiex jiżguraw l-intervent bikri għal dawk li jkunu għadhom kif waslu, inkluż l-aċċess għas-suq tax-xogħol, il-valutazzjoni tal-ħiliet u t-taħriġ. F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi 1 li l-Kummissjoni ppreżentat f’Ġunju 2016, huwa importanti li l-politiki ta’ integrazzjoni ma jiffukawx biss fuq il-bżonnijiet immedjati imma għandu jkollhom l-għan ukoll li jiżguraw integrazzjoni b’suċċess fuq perjodu medju sa twil bħala parti integrali mill-istrateġiji ta’ inklużjoni soċjali tal-Istati Membri.



    1.    ĦARSA ĠENERALI LEJN IX-XEJRIET U L-ISFIDI FIS-SUQ TAX-XOGĦOL U SOĊJALI FL-UNJONI EWROPEA

    Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet u l-isfidi fis-suq tax-xogħol u soċjali fl-Unjoni Ewropea. Tibda b'rendikont analitiku dettaljat ta' oqsma ewlenin fl-impjiegi u soċjali, li jiġi segwit mis-sejbiet ġenerali li jirriżultaw mit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali.

    1.1    Xejriet fis-suq tax-xogħol

    L-irkupru fis-suq tax-xogħol issaħħaħ matul l-2015 u l-2016, b'titjib sinifikanti f'ħafna mill-indikaturi. Ir-rata ta' impjieg (20-64 sena) żdiedet fl-UE b'0,9 punti perċentwali (pp) fl-2015 u kompliet tiżdied sa 71,1 % fit-tieni kwart tal-2016. Dan il-livell mhux biss huwa 1,5 pp ogħla minn Q2-2015 imma jaqbeż ukoll il-livell ta' qabel il-kriżi ta' 70,3 % (fis-sena) fl-2008. Żieda komparabbli ġiet irreġistrata fir-rata ta' impjieg taż-żona tal-euro, li kważi laħqet is-70 % fi Q2-2016 (qrib is-70,2 % irreġistrat bħala medja fl-2008). F'valuri assoluti, kważi 4,2 miljun persuna aktar kienu impjegati f’Q2-2016 meta mqabbel ma’ Q4-2014, inkluż 2,8 miljuni aktar fiż-żona tal-euro. Fl-istess ħin, ir-rata ta' attività (15-64) żdiedet b'mod moderat, għal 73 % fl-UE, filwaqt li r-rata tal-qgħad (15+) waqgħet għal 8,6 %, l-aktar rata baxxa rreġistrata sa minn Q1-2009 (fiż-żona tal-euro, ir-rati tal-attività u tal-qgħad kienu 72,9 % u 10,1 % 2 rispettivament). Id-domanda akbar għall-ħaddiema, bir-rata ta' postijiet tax-xogħol vakanti tiżdied minn 1,3 % fl-2013 għal 1,8 % fl-ewwel żewġ kwarti tal-2016, kellha rwol importanti. F’dan l-isfond, it-tkabbir medju fil-pagi aċċellera xi ftit fl-UE fl-2015, filwaqt li baqa’ moderat fiż-żona tal-euro (ara t-Taqsima 2.1).

    Id-disparitajiet fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri u fiż-żona tal-euro komplew jonqsu mil-livelli għolja ħafna, bir-rati tal-qgħad jersqu eqreb għal-livelli ta' qabel il-kriżi. Il-konverġenza kontinwa fir-rati tal-qgħad tirrifletti tnaqqis aktar b'saħħtu mill-medja f'numru ta' Stati Membri kkaratterizzati minn rati ta' qgħad għoljin (b'mod partikolari Ċipru, il-Kroazja u Spanja). B'kuntrast, żidiet żgħar fir-rata tal-qgħad ġew irresġitrati fl-Awstrija u fl-Estonja, għalkemm bdew minn livelli relattivament baxxi. Fl-2015, l-influssi netti tal-popolazzjoni kienu l-aktar b’saħħithom f’pajjiżi bl-aktar rati baxxi tal-qgħad fl-2014 (notevolment l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Lussemburgu); xi wħud mill-ogħla flussi netti ta’ ħruġ seħħew f’pajjiżi bl-ogħla rati ta’ qgħad. Madankollu, minkejja l-konverġenza osservata, jibqgħu jippersistu differenzi sinifikanti f'termini ta' rati tal-qgħad (Grafika 1), b'valuri li jvarjaw minn 5 % jew anqas fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanna, f'Malta u fir-Renju Unit għal aktar minn 20 % fi Spanja u l-Greċja fl-ewwel nofs tal-2016.

    Grafika 1: Ir-rata tal-qgħad u tibdil annwali, kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali



    Sors: Eurostat, LFS (DĠ EMPL kalkoli). Perjodu: Livelli tal-ewwel nofs tal-2016 u tibdil annwali rigward l-ewwel nofs tal-2015. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja tal-UE mhux ponderata. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

    Id-dinamika tat-tkabbir fl-impjiegi kienet differenti fost gruppi ta' età u livelli ta' edukazzjoni differenti. Kif muri fil-Grafika 2, l-akbar żieda fiċ-ċifri tal-impjiegi, bi 3,8 % fl-2015, ġiet irreġistrata fost il-ħaddiema anzjani (fl-età ta' bejn 55-64), li r-rata tal-attività tagħhom żdiedet b’1,4 pp biex laħqet 57,3 % fl-2015. Dan sarraf f'żieda oħra fir-rata ta' impjieg għal dan il-grupp, għal 53,3 % fl-2015, biex żiedet mat-tkabbir sod esperjenzat fl-aħħar deċennju. Għall-kuntrarju, it-tkabbir fl-impjiegi kien moderat fost il-ħaddiema żgħażagħ (15-24) u dawk fl-aqwa età (25-54). Ir-rata tal-attività ta’ dawn tal-aħħar kienet kważi stabbli għar-raba’ sena konsekuttiva, fil-livell ta’ 85,4 %, u għalhekk tidher li laħqet il-limitu massimu. Madankollu, l-evoluzzjonijiet kienu jvarjaw b’mod sostanzjali skont il-livelli tal-ħiliet: it-tkabbir fl-impjiegi kien robust għall-ħaddiema b'ħiliet għolja (b'edukazzjoni terzjarja), b'żieda ta' 3,3 % sena b'sena, filwaqt li l-ħaddiema b'ħiliet baxxi (b'edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew anqas) esperjenzaw tnaqqis ta' 1,4 % sa mill-2014. Dan jikkonferma xejra ta' opportunitajiet ta' impjieg li qed jonqsu għall-ħaddiema b'ħiliet baxxi, li għalihom ir-rata ta' impjieg għadha aktar baxxa milli kienet fl-2008. It-tkabbir fl-impjiegi kien komparabbli bejn iż-żewġ sessi; kemm ir-rati ta' impjieg fost l-irġiel kif ukoll fost in-nisa żdiedu ftit matul l-2015. Id-disparità kbira bejn in-nisa (64,3 %) u l-irġiel (75,9 %) fir-rati ta' impjieg, li kienet naqset bejn l-2008 u l-2013, għalhekk baqgħet kważi mhux affettwata. B'mod simili, id-dejta (Grafika 3) ma turi l-ebda diskrepanza sinifikanti f'termini ta' tkabbir fl-impjiegi bejn full-time u part-time.

    Grafika 2: Rati ta' impjieg u t-tkabbir fl-impjiegi fost gruppi differenti fl-UE

    Sors: Eurostat, LFS.

    L-irkupru fl-impjieg jirrifletti żieda fin-numru ta' impjegati, u s-sehem tal-impjegati temporanji jibqa' stabbli. In-numru ta' ħaddiema għal rashom naqas marġinalment (b'0,4 %), għalkemm din iċ-ċifra taħbi differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri (ara t-Taqsima 2.1). In-numru ta' impjegati temporanji żdied bi 3 %, filwaqt li l-impjegati permanenti żdiedu b'1,2 %. Dan sarraf f'żieda marġinali fis-sehem tal-impjegati temporanji mill-impjegati totali, (għal 14,2 % fl-2015), għal darb’oħra b’differenzi wiesgħa bejn l-Istati Membri (ara t-Taqsima 2.3). L-aktar ħolqien ta' impjiegi kien fis-servizzi (+1,4 %), segwit mill-industrija (+0,7 %), filwaqt li l-impjiegi fl-agrikoltura komplew jaqgħu (-2,6 %), li jispjega wkoll parti mit-tnaqqis fl-impjiegi indipendenti. It-tnaqqis fl-impjiegi fil-kostruzzjoni waqaf fl-2015, għall-ewwel darba sa mill-2008.

    Grafika 3: Tkabbir fl-impjiegi (2014-15) fost gruppi differenti fl-UE

    Sors: Eurostat, LFS

    Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u fit-tul kompla jonqos fl-2015, b'segwitu għat-tnaqqis fir-rata ta' qgħad globali. Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24), li laħqet l-ogħla livell ta' 23,7 % fl-UE fl-2013, waqgħet għal 20,3 % fl-2015. Din ix-xejra kompliet tippersisti fl-2016 hekk kif ir-rata waqgħet iżjed għal 18,9 % fl-ewwel nofs tas-sena. Madankollu, hija ogħla fl-EA-19 (21,4 % fl-ewwel nofs tal-2016) u jibqa' disparitajiet sinifikanti fost l-Istati Membri. Ir-rata tal-qgħad fit-tul (bħala sehem tal-popolazzjoni attiva) ukoll naqset għal 4,5 % fl-2015 minn 5 % fl-2014 (u naqset aktar fl-ewwel nofs tal-2016), imma l-assorbiment mill-ġdid bil-mod tal-qgħad fit-tul f'xi Stati Membri, jiġifieri dawk l-aktar affettwati mill-kriżi, jindika r-riskju li l-qgħad fit-tul jinbidel f'wieħed strutturali.

    1.2    Xejriet soċjali

    Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji fl-UE kompliet titjieb fl-2015. Id-Dħul Gross Reali Disponibbli tal-Familji (GDHI) fl-UE żdied b'madwar 2 % fl-2015, biex kompla jirkupra mit-telf fid-dħul irreġistrat matul l-2010-2013. Dan it-titjib irriżulta l-aktar minn żidiet fid-dħul mix-xogħol u tnaqqis fit-taxxi u fil-kontribuzzjonijiet (ara l-Grafika 4). 

    Grafika 4: Tkabbir fil-PDG u fil-GDHI u tibdil fil-komponenti tal-GDHI fl-UE

    Sors: Eurostat, LFS

    Xorta, jekk wieħed iħares lejn l-aktar dejta reċenti tal-UE, din ix-xejra 'l fuq mhix riflessa fiċ-ċifri tal-faqar 3 . Is-sehem tal-popolazzjoni tal-UE fir-riskju ta' faqar (AROP) stabbilizza fl-2015, żdied b'0,1 pp għal 17,3 % (kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro). Dan l-iżvilupp isegwi żieda ta' 0,5 pp fl-2014 (0,4 pp fiż-żona tal-euro) li parzjalment kienet konsegwenza taċ-ċaqliq 'il fuq fis-soll tal-faqar, hekk kif id-dħul tal-familji beda jirkupra f'nofs l-2013. B'mod simili, is-sehem globali tal-ħaddiema foqra żdied b'0,5 pp fl-2014, flimkien ma' sehem dejjem jikber ta' ħaddiema temporanji (li d-dħul tagħhom huwa normalment aktar baxx minn dak ta' impjegati permanenti), u baqa' stabbli fl-2015.

    Il-perċentwal tan-nies fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE naqas aktar fl-2015 imma għadu għoli ħafna. Ir-rata ta' riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) fl-UE kompliet tonqos fl-2015 għal 23,7 % ('l isfel minn 24,4 % fl-2014 u 24,6 % fl-2013), imma għadha qrib l-ogħla livell storiku tagħha tal-2012. Naqset ukoll fiż-żona tal-euro, minn 23,5 % fl-2014 għal 23,1 % fl-2015 (lura għal-livelli tal-2013). Fl-2015, madwar 119-il miljun persuna kienu fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, madwar 3,5 miljun persuna anqas mill-2014. Anke jekk l-UE għadha 'l bogħod biex tilħaq il-mira tagħha tal-Ewropa 2020 li ttella' tal-anqas 20 miljun persuna mill-faqar jew mill-esklużjoni soċjali sal-2020, in-numru ta' persuni fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali issa qed jerġa' joqrob lejn il-livell tal-2008, is-sena bażi li fuqha ġiet stabbilita l-mira tal-Ewropa 2020: fl-2015, kien hemm madwar 1,2 miljun persuna aktar jgħixu fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali meta mqabbla mal-2008 4 , 4,8 miljuni anqas mill-ogħla livell tal-2012.

    It-tnaqqis ta' deprivazzjoni materjali estrema tindika titjib fl-istandards tal-għajxien. Id-deprivazzjoni materjali estrema naqset b'0,8 pp fl-2015 biex laħqet 8,1 %, jew 9,1 miljun persuna anqas mill-ogħla livell tal-2012. Din ix-xejra, osservata sa mill-2013, hija relatata mat-titjib imsemmi hawn fuq fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji marbut mal-irkupru ekonomiku. Is-sehem ta' nies li jgħixu f'familji (kważi) mingħajr impjieg (jiġifieri l-popolazzjoni fl-età ta' bejn 0-59 li tgħix f'familji b'intensità tax-xogħol baxxa ħafna) naqas bi ftit fl-2015 għal 10,5 %, xprunat minn titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, wara żieda żgħira fl-2014.

    Grafika 5: Ir-Rata ta' riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali u l-komponenti tagħha fl-UE27


    Sors: Eurostat, UE-SILC (ilc_peps01, ilc_li02, ilc_mddd11, ilc_lvhl11). HR eskluża billi m’hemmx dejta disponibbli għall-2009. Nota: L-AROPE tikkombina l-AROP, l-SMD u l-familji b'intensità tax-xogħol żero jew baxxa (JLH). Il-linja maqtugħa tikkorrispondi għat-tnaqqis stmat meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-Ewropa 2020.

    Iż-żgħażagħ, it-tfal, il-qiegħda u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma fost dawk l-aktar affettwati. Kważi terz (31,2 %) taż-żgħażagħ (fl-età ta' bejn 18-24) kienu fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-2015. Dan huwa prinċipalment minħabba l-qgħad, sitwazzjonijiet ta' xogħol prekarju jew is-sitwazzjoni soċjoekonomika diffiċli tal-familji taż-żgħażagħ. Li tkun f'familja b'sors tad-dħul wieħed huwa assoċjat ma' riskju ta' faqar ogħla 5 . L-AROPE għat-tfal (fl-età ta' bejn 0-17) naqset għal 26,9 % (minn 27,8 %) imma tibqa' għolja, minħabba l-istatus tas-suq tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom, b'mod partikolari meta jkun flimkien ma' aċċess limitat għas-servizzi soċjali u appoġġ ta' dħul baxx. In-nies anzjani (65+) kienu relattivament anqas affettwati u r-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali tagħhom naqas minn 18,3 % fl-2013 għal 17,4 % fl-2015, bin-nisa ifqar mill-irġiel (19,6 % għan-nisa kontra 14,6 % għall-irġiel). Gruppi oħra affettwati mill-faqar u l-esklużjoni soċjali huma l-qiegħda (66,6 %), iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi (48,2 %) u persuni b'diżabilità (30.1 % fl-2014).

    L-inugwaljanza fid-dħul kif imkejla mill-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu stabbilizzat fl-2015 f'livell għoli. Il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu (jew l-indikatur S80/S20, jiġifieri l-proporzjon bejn id-dħul tal-20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla dħul u d-dħul tal-20 % bl-aktar dħul baxx) baqa' stabbli fil-livell ta' 5,2 fl-2015, wara x-xejra 'l fuq tas-snin reċenti, b'mod speċjali fiż-żona tal-euro (Grafika 6). Il-koeffiċjent Gini ukoll baqa’ stabbli 6 , fil-livell ta’ 0,31 fl-2015. Xorta għad baqa' differenzi sinifikanti fil-livelli u fix-xejriet fost l-Istati Membri (ara t-Taqsima 2.4). L-inugwaljanzi fid-dħul dejjem jiżdiedu, xejra komuni fost l-ekonomiji 7 żviluppati, mhux biss jirrappreżentaw tħassib f'termini ta' riżultati tad-distribuzzjoni ġusta għall-popolazzjoni, imma wkoll bħala riskju għat-tkabbir fit-tul.

    Grafika 6: S80/S20 proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu

    Sors: Eurostat. Dejta għal HR mhix disponibbli għall-2010.



    1.3    Sejbiet ġenerali mit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

    It-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali, issa fir-raba' edizzjoni tagħha, tippermetti d-detezzjoni bikrija ta' problemi ewlenin fl-impjiegi u soċjali u diverġenzi possibbli fost l-Istati Membri li jistgħu jeħtieġu aktar analiżi. It-tabella ta' valutazzjoni (ara l-Anness 1 sa 3) tikkonsisti f'sitt indikaturi ewlenin tax-xejriet fl-impjiegi u soċjali:

       Rata ta' qgħad (15-74);

       Rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24);

       Żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) bħala sehem tal-popolazzjoni fl-età ta' bejn 15-24;

       Dħul gross disponibbli tal-familji (GDHI, tibdil annwali);

       Rata ta' riskju ta' faqar fl-età tax-xogħol (18-64);

       Inugwaljanzi fid-dħul (il-proporzjon S80/S20).

    Tappoġġja wkoll l-identifikazzjoni ta’ oqsma fejn ir-rispons ta' politika huwa meħtieġ l-aktar. Tabilħaqq tirrappreżenta għodda importanti biex timmonitorja l-impatt ta’ riformi taħt is-Semestru Ewropew. Tgħin biex issostni l-isfidi identifikati fir-Rapporti tal-Pajjiżi u tappoġġja l-abbozzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż. Ir-riżultati tat-tabella ta' valutazzjoni għandhom jinqraw flimkien mas-sejbiet analitiċi ta' strumenti oħra bħall-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi (MPI), il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (MPPS) 8 u t-tabella ta' valutazzjoni tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), bl-indikaturi ewlenin tagħha tal-impjiegi miżjuda reċentement 9 . Fuq nota simili, ir-Rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa u l-Komunikazzjoni dwar il-Passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja 10 jippromwovu l-użu ta' parametraġġi referenjarji u tal-kontroeżami tal-prestazzjonijiet tal-Istati Membri sabiex jidentifikaw in-nuqqas ta' riżultati u jappoġġjaw il-konverġenza 'l fuq. Il-proċess għandu jikkontribwixxi wkoll għall-qsim tal-aħjar prattiki. Il-Kaxxa 1 tiddeskrivi r-razzjonal u s-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-indikaturi tal-parametraġġi referenjarji fid-dominju tas-suq tax-xogħol.

    Xejriet reċenti ta' indikaturi ewlenin huma rreġistrati fit-tabella ta' valutazzjoni skont tliet dimensjonijiet (ara t-tabelli dettaljati fl-Anness):

    Għal kull Stat Membru, il-bidla fl-indikatur f'ċertu sena meta mqabbla ma' perjodi qabel fiż-żmien (xejra storika);

    Għal kull Stat Membru, id-differenza mir-rati tal-UE u tal-medja taż-żona tal-euro fl-istess sena (tipprovdi snapshot tad-disparitajiet eżistenti fl-impjiegi u soċjali);

    Il-bidla fl-indikatur bejn sentejn konsekuttivi f'kull Stat Membru relattiv għall-bidla fil-livelli tal-UE u taż-żona tal-euro (indikattiva tad-dinamika ta' konverġenza/diverġenza soċjoekonomika).

    Sa mill-2016, is-sitwazzjoni ta' Stati Membri fost indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali hija vvalutata permezz ta' metodoloġija maqbula komunement li tħares b'mod konġunt lejn il-livelli u t-tibdil ta' kull indikatur (kif spjegat fl-Anness 4). Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, it-Tabella 1 tipprovdi sommarju tal-valuri tat-tabella ta' valutazzjoni. Kif jirriżulta mill-analiżi f'din it-taqsima u f'Taqsima 2 (ara l-Figuri 1, 14, 15, 26, 27 u 28), ħames Stati Membri (il-Greċja, Ċipru, il-Portugall, Spanja u l-Italja) qed jiffaċċjaw numru ta' sfidi sostanzjali fl-impjiegi u soċjali, minkejja li s-sitwazzjoni tagħhom hija mħallta f'termini ta' żviluppi reċenti. Ħames Stati Membri oħra (il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija) huma identifikati aktar minn darba fit-tabella sommarja, bi gradi differenti ta' severità, f'dak li jikkonċerna l-indikaturi tal-impjiegi jew soċjali. Il-bqija tat-Taqsima tipprovdi qari dettaljat tat-tabella ta' valutazzjoni.

    Il-Greċja għadha tippreżenta sitwazzjoni ta' sfida fost l-indikaturi kollha tal-impjiegi u soċjali, b'mod speċjali f'dak li jikkonċerna r-rata tal-qgħad globali u l-inugwaljanza fid-dħul. Ġie rreġistrat xi titjib fir-rata tan-NEET u fir-rata ta' riskju ta' faqar (AROP) 11 . L-Italja tibqa' b'livelli kritiċi fl-indikaturi relatati mas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, filwaqt li r-rata tal-qgħad globali qiegħda tonqos biss bil-mod meta mqabbla mal-medja tal-UE. Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni fl-indikaturi soċjali, b'mod partikolari r-rata AROP, tibqa' waħda ta' sfida. Fil-Portugall ir-rati tal-qgħad globali u fost iż-żgħażagħ jibqgħu għoljin minkejja tnaqqis moderat. Kemm l-indikatur tar-riskju ta' faqar kif ukoll dak tal-inugwaljanza fid-dħul ukoll juru livelli għolja meta mqabbla mal-medja tal-UE, għalkemm qed jonqsu xi ftit. Fi Spanja, ir-rati tal-qgħad u tan-NEET komplew jitjiebu (minkejja li l-livelli jibqgħu problematiċi) u s-sitwazzjoni rigward il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar u l-inugwaljanzi tibqa' waħda ta' sfida. Ċipru rreġistra żviluppi favorevoli fir-rati tal-qgħad globali u fost iż-żgħażagħ, kif ukoll fir-rata tan-NEET, li lkoll naqsu minn livelli għoljin ħafna. Madankollu, it-tkabbir fid-dħul gross disponibbli tal-familji għadu negattiv għall-2015, u r-rata ta' riskju ta' faqar turi l-akbar żieda. Ir-Rumanija għadha tippreżenta sfidi kritiċi rigward ir-rata tan-NEETs, l-AROP u l-inugwaljanzi, b'dawn tal-aħħar juru żieda konsiderevoli. B'mod simili, il-Litwanja rreġistrat żieda qawwija kemm fl-AROP kif ukoll fl-inugwaljanzi fid-dħul. Il-Latvja wriet l-akbar żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ filwaqt li s-sitwazzjoni fil-pajjiż tibqa' stabbli f'dak li jikkonċerna r-rata ta' riskju ta' faqar u l-inugwaljanzi. Fil-Kroazja r-rati tal-qgħad ġenerali u fost iż-żgħażagħ huma għolja, minkejja li qed jonqsu b'rata mgħaġġla. Fil-Bulgarija, ir-rata għolja tan-NEET u l-inugwaljanza fid-dħul jibqgħu sfidi kritiċi.

    F'dak li jikkonċerna n-NEETS, is-sitwazzjoni hija meqjusa waħda “li teħtieġ attenzjoni” (minħabba żidiet f'salt jew livelli ogħla mill-medja) fil-Finlandja, Franza, l-Irlanda u s-Slovakkja. B’mod simili, flimkien mal-Italja, anke l-Finlandja, Franza u l-Awstrija juru tkabbir aktar baxx fil-GDHI meta mqabble mal-medja tal-UE. Finalment, żewġ pajjiżi oħra għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib ukoll f'dak li jikkonċerna l-AROP (il-Polonja) u l-inugwaljanza fid-dħul (l-Estonja).

    Fi tliet Stati Membri xi indikaturi juru deterjorament żgħir minkejja li minn livelli tajba. Fl-Awstrija u fl-Estonja r-rata tal-qgħad (kemm b’mod globali kif ukoll fost iż-żgħażagħ) żdiedet b'rata aktar mgħaġġla mill-medja tal-UE, minkejja li l-livell jibqa' baxx ħafna. Sitwazzjoni simili hija osservabbli għad-Danimarka f'dak li jikkonċerna l-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rata tan-NEET.

    Tabella 1: Sommarju tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali

    Nota: id-dejta trimestrali dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ mhix disponibbli għal RO; id-dejta tal-GDHI għal BE, BG, EE, IE, EL, HR, LU, MT, PL mhix disponibbli fis-26 ta’ Ottubru 2016; l-AROPE u d-dejta S80/S20 għal IE mhix disponibbli fis-26 ta’ Ottubru 2016.

    Kaxxa 1. Il-parametraġġ referenzjarju u s-segwitu tal-aħjar prattiki fis-suq tax-xogħol

    Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti enfasizza li għandu jitqiegħed fokus aktar b'saħħtu fuq l-impjiegi u l-prestazzjoni soċjali, billi enfasizza li l-isfidi huma spiss simili fost l-Istati Membri, għalkemm m'hemmx approċċ ta' universalità x'wieħed isegwi.

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2015 “Dwar passi lejn l-ikkompletar tal-UEM” 12 tipprevedi politika jew oqsma tematiċi li għandhom jiġu ttrattati b’mod progressiv permezz tal-parametraġġ referenzjarju u l-kontroeżami. Skont il-Komunikazzjoni, “(...) Il-kontroeżami għandu l-għan li jidentifika prestazzjoni insuffiċjenti u jappoġġa l-konverġenza lejn l-aqwa prestaturi fl-oqsma tas-swieq tax-xogħol, il-kompetittività, l-ambjent tan-negozju u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll ċerti aspetti tal-politika ta’ tassazzjoni. (...) L-indikaturi tal-parametraġġ referenzjarju jeħtieġ li jissodisfaw żewġ rekwiżiti. L-ewwel, jeħtieġ li jkunu relatati mill-qrib mal-lievi ta' politika, b’tali mod li jkunu jistgħu jwasslu għal implikazzjonijiet politiċi sinifikanti u reali. It-tieni, irid ikun hemm evidenza b’saħħitha u biżżejjed kunsens li huma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal għanijiet ta’ livell ogħla, bħalma huma l-impjiegi, it-tkabbir, il-kompetittività, l-inklużjoni soċjali u l-ġustizzja jew l-istabbiltà finanzjarja”.

    Il-parametraġġ referenjarju, meta kkumplimentat minn analiżi ekonomika usa’, jista' jinforma u jirrinforza r-riformi billi jappoġġja l-proċess tat-tagħlim reċiproku u l-konverġenza lejn l-aħjar prattiki implimentati b'suċċess fl-Istati Membri.

    Sa minn Marzu 2016, sar eżerċizzju pilota fuq il-parametraġġi referenjarji tal-benefiċċji tal-qgħad u tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol. Approċċ fi tliet stadji ġie żviluppat b'mod konġunt mal-Istati Membri, li jqis l-oqfsa eżistenti. Fl-ewwel stadju, jiġu kkunsidrati u diskussa l-isfidi ewlenin tal-qasam tal-politika u jiġi identifikat sett ta' indikaturi tar-riżultati ta' livell għoli relatati. Fit-tieni stadju, sett ta' ftit indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni jippermettu l-identifikazzjoni ta' dawk bi prestazzjoni tajba u dawk bi prestazzjoni dgħajfa. Fit-tielet stadju, jiġu identifikati l-lievi ewlenin tal-politika li jwasslu l-konverġenza 'l fuq.

    Fuq din il-bażi, fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad u tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, l-indikaturi ġew identifikati għall-ewwel żewġ stadji u taħt it-tielet stadju ġew identifikati erba' lievi tal-politika li jippermettu l-parametraġġi referenjarji: id-durata, il-livell u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-qgħad u prinċipju tal-politika ta' aċċess għal appoġġ bikri adattat għas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' individwi. Barra minn hekk, l-eżerċizzju tal-parametraġġi referenjarji tal-ħiliet ilu għaddej minn Settembru 2016.



    2.    RIFORMI FL-IMPJIEGI U SOĊJALI – PRESTAZZJONI U AZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

    Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-indikaturi ewlenin reċenti tal-impjiegi u soċjali u l-miżuri li ħadu l-Istati Membri f'oqsma ta' prijorità identifikati mil-linji gwida dwar l-impjiegi tal-UE, kif adottati mill-Kunsill fl-2015 13 u adottati mill-ġdid, mingħajr tibdil, fl-2016 14 . Għal kull linja gwida, qed jiġu ppreżentati l-iżviluppi reċenti f'għażla ta' indikaturi ewlenin, kif ukoll miżuri ta' politika meħuda mill-Istati Membri. It-taqsima tibni fuq il-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tal-Istati Membri tal-2016 u fuq sorsi tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk mhux speċifikat mod ieħor, il-miżuri ta' politika implimentati biss wara Ġunju 2015 qed jiġu ppreżentati fir-rapport. L-analiżi profonda tal-iżviluppi reċenti fis-suq tax-xogħol tinsab fir-rapport tal-2016 dwar l-Iżviluppi fis-Suq tax-Xogħol u fil-Pagi u fl-Analiżi tal-2016 tal-Iżviluppi fl-Impjiegi 15 u Soċjali fl-Ewropa 16 .

    2.1    2.4 Linja gwida 5: Nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol 

    Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 5 dwar l-impjiegi li tirrakkomanda lill-Istati Membri li joħolqu kundizzjonijiet li jippromwovu d-domanda għax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi. L-ewwel tippreżenta indikaturi dwar l-intraprenditorija, li hija prekundizzjoni ewlenija għall-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll sors ta' tkabbir fl-impjiegi fiha nnifisha (inkluż permezz tal-impjieg indipendenti). Imbagħad tħares lejn determinanti makroekonomiċi ewlenin tad-deċiżjonijiet għat-tfittix tal-ħaddiema, jiġifieri l-iżviluppi fil-pagi u fil-porzjon ta' taxxa. It-Taqsima 2.1.2 tirrapporta dwar miżuri ta' politika implimentati mill-Istati Membri f'dawn l-oqsma, inkluż sussidji mhux immirati għat-tfittix tal-ħaddiema (sussidji mmirati lejn gruppi żvantaġġjati speċifiċi huma ppreżentati fit-Taqsima 2.2.2).



    2.1.1    Indikaturi ewlenin

    Intrapriżi ġodda jirrappreżentaw sors sinifikanti ta' ħolqien ta' impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Fl-2014 17 , intrapriżi maħluqa ġodda kienu jammontaw għal aktar minn 4 % tal-impjiegi totali 18 fis-settur kummerċjali f'pajjiżi bħall-Polonja, il-Latvja, il-Portugall, il-Litwanja u s-Slovakkja. L-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) kienu jammontaw għal kważi 71 % tat-tkabbir globali fl-impjiegi 19 . Dawn iċ-ċifri jipprovdu idea tal-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi li jista' jinkiseb jekk jiġu indirizzati l-ostakoli għall-intraprenditorija u tkabbir sod 20 . Fl-2014, aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri rreġistraw żieda fin-numru ta' ditti ġodda maħluqa. Madankollu, hemm differenzi sinifikanti f'dak li jikkonċerna r-rata tat-twelid tad-ditti u d-daqs medju tagħhom (Grafika 7).

    Grafika 7: Rata tat-twelid u daqs medju fit-twelid tad-ditti, ekonomija tan-negozju, 2014

    Sors: Eurostat, demografija tan-negozju. Nota: l-ebda dejta ma hi disponibbli għal EL.

    L-impjieg indipendenti qiegħed jonqos b'mod globali, l-aktar minħabba d-dinamika settorjali, għalkemm mudelli differenti ħafna qed jiġu osservati fost il-pajjiżi. Ir-rata medja ta' impjieg indipendenti naqset fl-2015 minn 14,4 % għal 14,1 %, l-aktar rata baxxa sa mill-2008, hekk kif l-impjieg indipendenti waqa' b'0,4 % filwaqt li l-impjieg totali kiber b'1 % (ara t-Taqsima 1). Jekk teskludi s-settur primarju (l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd), li huwa affettwat minn tnaqqis strutturali, in-numru ta' persuni jaħdmu għal rashom waqa' biss b'0.1 % (minflok b'0.4 %) u baqa' 'l fuq mil-livell tal-2008. Minkejja dan, l-impjieg indipendenti żdied fl-2015 fi kważi nofs l-Istati Membri, bl-akbar żidiet f'termini assoluti jiġu rreġistrati fil-Polonja, Spanja u n-Netherlands. Is-sehem tan-nisa fl-impjieg indipendenti kompla jlaħħaq bil-mod, minn 31,8 % tat-total fl-2014 għal 32,2 % fl-2015 (kien 30,4 % fl-2008). In-nisa jirrappreżentaw 34,4 % tal-ħaddiema għal rashom mingħajr impjegati (impjegati awtonomi) u 43,9 % tal-impjegati awtonomi b'edukazzjoni terzjarja. Madankollu huma biss madwar 26 % tal-ħaddiema għal rashom kollha bl-impjegati.

    L-impjieg indipendenti minn persuni li twieldu barra mill-pajjiż qed jiżdied. Għalkemm 89 % tal-persuni kollha li jaħdmu għal rashom twieldu fl-Istat Membru li fih huma attivi, id-dinamika hija diversa ħafna. Fl-2015 ġie rreġistrat tnaqqis ta' 1 % fl-impjieg indipendenti għal dan il-grupp, kontra żidiet ta' 2,7 % u 4,7 % għal persuni li twieldu, rispettivament, fi Stati Membri oħra u barra mill-UE. B'mod partikolari żidiet kbar għall-grupp tal-aħħar (aktar minn 5 %) ġew irreġistrati fil-Lussemburgu, fl-Irlanda, f'Ċipru, fil-Belġju, fl-Awstrija, fir-Renju Unit u fl-Iżvezja.

    Fl-2015, it-tkabbir fil-paga medja aċċellera xi ftit fl-UE, filwaqt li baqa' moderat fiż-żona tal-euro. Il-kumpens nominali għal kull impjegat żdied bi 3,2 % fl-UE (meta mqabbel ma' 1,6 % fl-2014), filwaqt li baqa' ftit 'il fuq minn 1 % fiż-żona tal-euro (Grafika 8). Flimkien mal-inflazzjoni qrib iż-żero, dawk iż-żidiet nominali fil-pagi sarrfu kważi għalkollox f'żidiet reali. Din ix-xejra hija konsistenti ma' tnaqqis fil-qgħad kullimkien, għalkemm joħorġu mudelli differenti ħafna meta tħares lejn pajjiżi speċifiċi. Iż-żidiet fil-pagi kienu l-aktar mgħaġġla fil-Baltiċi (b'mod speċjali fil-Latvja) fejn sebqu t-tkabbir fil-produttività tax-xogħol. L-Iżvezja, ir-Rumanija, il-Polonja u l-Ungerija wkoll irreġistraw tkabbir relattivament għoli ta' kumpens (reali) għal kull impjegat, għalkemm (ħlief għall-Ungerija) aktar allinjat mill-qrib mal-produttività. Min-naħa l-oħra, il-Greċja, Ċipru, il-Portugall u l-Kroazja wrew tnaqqis f'termini nominali, għalkemm aktar limitat milli fi snin preċedenti. Iż-żidiet fil-pagi f'pajjiżi fiż-żona tal-euro kellhom tendenza li jkunu aktar baxxi milli f'ekonomiji mhux fiż-żona tal-euro.

    Grafika 8: Pagi, produttività u inflazzjoni - tibdil 2014/15

    Sors: Eurostat. Nota: it-tkabbir fil-valur miżjud għal kull ħaddiem mhuwiex irrapportat għal IE (23,1 %).

    Il-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol jibqa' ġeneralment stabbli fl-Ewropa, b'differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri. Meta jitqiesu l-ħaddiema waħedhom li jaqilgħu l-paga medja (Grafika 9), il-porzjon ta' taxxa 21 jvarja bejn anqas minn 30 % fl-Irlanda u f'Malta, u kważi 50 % fil-Belġju, fl-Ungerija, fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fi Franza u fl-Italja. Varjazzjoni simili tista' tiġi osservata għal ħaddiema bi dħul aktar baxx (iddefiniti bħala dawk li jaqilgħu 67 % tal-paga medja), minkejja li joħorġu mudelli differenti għall-pajjiżi f'dak li jikkonċerna l-progressività tar-rati tat-taxxa. Bejn l-2014 u l-2015 il-porzjon medju ta' taxxa baqa' ġeneralment stabbli, minkejja li numru ta' Stati Membri naqqsu l-inċidenza tiegħu fuq l-ispejjeż tax-xogħol (Spanja, il-Greċja u l-Estonja, kif ukoll Franza fejn jikkonċerna l-ħaddiema bi dħul baxx, b'madwar 1 pp). Żieda sinifikanti seħħet minflok fil-Portugall (dan il-pajjiż irreġistra l-ogħla żieda fil-porzjon ta' taxxa fuq id-dħul medju fis-snin reċenti).

    Grafika 9: Porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol, il-livell fl-2015 u l-bidla 2014/15

    Sors: Bażi ta' dejta tat-taxxa u l-benefiċċji, OECD/KE. Nota: id-dejta hija għal familji b'paga waħda (mingħajr tfal). L-ebda dejta għall-2015 ma hija disponibbli għall-pajjiżi mmarkati b'*.

    2.1.1    Rispons ta' politika

    Diversi Stati Membri rrikorrew għal sussidji fuq l-impjiegi sabiex jappoġġjaw l-impjiegi u l-ħolqien tal-impjiegi. Ħafna mill-miżuri f'dan il-qasam huma mmirati lejn gruppi speċifiċi li qed jiffaċċjaw problemi ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol (eż. iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-qiegħda fit-tul, ir-refuġjati, eċċ.). Dawn spiss jinvolvu l-għoti ta' inċentivi finanzjarji (jew tnaqqis fit-taxxa/kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) lill-impjegaturi talli jfittxu ħaddiema li jaqgħu fil-kategoriji fil-mira. Matul il-perjodu ta' referenza (mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem; ara d-dikjarazzjoni introduttorja tat-Taqsima 2), is-sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema mmirati ġew introdotti mill-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, Franza, Ċipru, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, is-Slovenja u s-Slovakkja (aktar dettalji jinsabu fit-Taqsima 2.2 tar-rapport li titratta l-gruppi fil-mira speċifiċi). Madankollu, xi pajjiżi introduċew ukoll (jew qed jippjanaw biex jintroduċu) sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema mhux immirati, jiġifieri mingħajr kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà speċifiċi, normalment bil-għan li jippromwovu l-impjieg indefinit. Pereżempju, Franza introduċiet primjum ta' EUR 4 000 mogħti fuq sentejn (2) għat-tfittix minn SME (sa 249 impjegat) ta' impjegati li jitħallsu sa 1,3 darbiet il-paga minima, b'kuntratt indefinit jew tal-anqas għal 6 xhur. Fl-Italja l-inċentivi għat-tfittix tal-ħaddiema b'kuntratt indefinit introdotti fl-2015 bl-Att dwar l-Impjiegi nżammu fl-2016, imma b'ammonti mnaqqsa u għal sentejn biss (pjuttost milli tlieta). Il-Portugall qed jiddiskuti mas-sħab soċjali miżuri potenzjali biex joħloq inċentivi għall-kumpaniji biex ifittxu ħaddiema b'kuntratti permanenti, bħal tibdil fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jiskoraġġixxi l-abbuż minn kuntratti temporanji u/jew inċentivi finanzjarji lil kumpaniji li jittrasformaw il-kuntratti temporanji f'oħrajn permanenti. Il-Finlandja qed tippjana biex tintroduċi l-possibbiltà li jintuża l-benefiċċju tal-qgħad bħala sussidju tal-paga, biex ikun aktar attraenti għall-impjegaturi li jfittxu li jimpjegaw persuna qiegħda.

    Xi Stati Membri qed jieħdu azzjoni biex jippromwovu l-intraprenditorija u n-negozji ġodda, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ. Xi pajjiżi implimentaw miżuri li jappoġġjaw il-ħolqien ta' intrapriżi soċjali. B'mod partikolari, l-Ungerija introduċiet taħriġ u appoġġ finanzjarju għall-intraprendituri żgħażagħ, bħala parti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u għall-intrapriżi soċjali (inkluż permezz ta' sussidji tal-paga temporanji relatati mal-impjieg għal ħaddiema żvantaġġjati). Il-Latvja qed tiżviluppa qafas regolatorju ġdid għall-intraprenditorija soċjali u introduċiet appoġġ għan-negozji soċjali, immirat biex iżid l-opportunitajiet ta' impjieg għal gruppi żvantaġġjati. Il-Belġju u l-Irlanda introduċew inċentivi fiskali għall-ħaddiema għal rashom. Fi ħdan proposta mmirata biex tuża l-benefiċċji tal-qgħad għall-finijiet tal-attivazzjoni tal-persuni li qed ifittxu impjieg, il-Finlandja qed tippjana biex tipprovdi negozji ġodda b'għotjiet (anke għaż-żgħażagħ li jaħdmu bħala intraprendituri part-time) u sussidji tal-paga, b'mod speċjali fid-dawl tat-tfittix tal-ewwel impjegat tagħhom. Il-Greċja qed timplimenta programmi ta' appoġġ għan-negozji l-ġodda u għall-impjieg indipendenti minn gradwati b'edukazzjoni terzjarja.

    L-irkupru kontinwu fl-impjiegi fl-2015 u fl-2016 kien appoġġjat f'diversi Stati Membri b'miżuri li jnaqqsu l-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol, li spiss jimmiraw lejn dawk bl-anqas dħul. Ir-riformi fit-taxxa kienu jiffukaw fuq it-tassazzjoni personali tad-dħul mix-xogħol, bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-akkwist ta' ħaddiema bi dħul baxx, sabiex jiġu rinfurzati l-inċentivi biex wieħed jaħdem filwaqt li jiġi indirizzat il-faqar fost dawk li jaħdmu. Miżuri li jnaqqsu t-taxxa fuq id-dħul personali, permezz ta' tnaqqis fir-rata tat-taxxa jew tibdil fil-krediti tat-taxxa u/jew fil-kategoriji tat-taxxa, ġew implimentati mill-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, in-Netherlands, l-Awstrija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Fil-Belġju, tnaqqis fir-rata tat-taxxa kien ikkombinat ma' żieda fil-livell massimu tal-ispejjeż fiskalment deduċibbli. L-Estonja adottat sistema ta' rifużjonijiet fiskali mmirati biex jindirizzaw il-faqar fost dawk li jaħdmu, kif ukoll żieda fil-konċessjoni fiskali. Fl-Irlanda, il-Baġit tal-2016 introduċa estensjoni tal-krediti tat-taxxa fuq id-dħul, u tnaqqis fil-Universal Social Charge (aktar tnaqqis qed jitħabbar għall-2017). Fin-Netherlands, pjan ta' tnaqqis fit-taxxa li jiswa EUR 5 biljun għandu l-għan li jżid il-paga li jieħdud-dar il-ħaddiema, permezz ta' tnaqqis fil-kategoriji tat-taxxa u żieda fil-krediti tat-taxxa. Id-Danimarka u l-Litwanja qed jippjanaw riformi mmirati biex inaqqsu u/jew jemendaw it-tassazzjoni fuq id-dħul personali.

    F'numru limitat ta' Stati Membri, tnaqqis fil-porzjon ta' taxxa nkiseb permezz ta' tnaqqis globali jew immirat fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Dawn il-miżuri ġew adottati pereżempju mill-Belġju, l-Estonja, Franza u r-Renju Unit. Fil-Belġju, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi gradwalment se jonqsu bejn l-2016 u l-2019, biex parzjalment jispiċċaw b'mod gradwali s-sussidji tal-paga eżistenti. Tnaqqis speċifiku għall-SMEs u l-persuni li jaħdmu għal rashom se jitwessa'. Fi Franza tnaqqis ta' 1,8 pp ġie applikat minn April 2016 fuq il-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegaturi (tal-familja) fuq pagi li huma bejn 1,6 u 3,5 tal-paga minima. Franza qed tippjana wkoll li żżid il-kreditu tat-taxxa għall-kompetittività u l-impjiegi (CICE), li attwalment jammonta għal 6 % tal-pagi ta' kumpanija limitat għal pagi sa 2.5 tal-paga minima. Fil-Finlandja, il-ftehim ta' kompetittività ffirmat mis-sħab soċjali f'Marzu 2016 għandu l-għan li jnaqqas 5 % ta' darba tal-ispejjeż tax-xogħol (stimi reċenti jivvalutaw dan it-tnaqqis għal madwar 3 %), li għandu jinkiseb permezz ta' ċaqliq fil-kontribuzzjonijiet soċjali mill-impjegaturi għall-impjegati, flimkien ma' xi miżuri addizzjonali (inkluż żieda fis-sigħat tax-xogħol, ara Taqsima 2.3).

    F'konformità max-xejriet tas-snin reċenti, diversi Stati Membri qed jimmodernizzaw is-sistemi tal-iffissar tal-pagi tagħhom, bil-għan li jagħmlu l-pagi aktar reattivi għall-iżviluppi fil-produttività. Il-Finlandja żiedet il-possibbiltà tan-negozjar kollettiv fil-livell tal-kumpanija, hekk kif il-ftehimiet kollettivi settorjali jistgħu jinkludu “klawżola ta' kriżi”, li tiddetermina meta jkun possibbli li ssir devjazzjoni mill-ftehimiet kollettivi dwar kwistjonijiet bħall-pagi u l-ħinijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, l-impjegaturi kollha, inkluż dawk li mhumiex membri ta' konfederazzjoni tal-impjegaturi se jkunu jistgħu jilħqu ftehim lokalment, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv (ara wkoll it-Taqsima 2.3 tar-rapport dwar id-djalogu soċjali, li tikkonċerna wkoll l-attentati ta' Franza biex tissimplifikah fil-livell tal-kumpaniji). L-Irlanda stabbilixxiet mill-ġdid il-qafas tal-iffissar tal-pagi settorjali tagħha, li minnu aspetti importanti ġew iġġudikati bħala mhux kostituzzjonali mill-Qorti Suprema fl-2013, billi ġew previsti regoli ġodda għall-estensjoni tal-ftehimiet kollettivi għall-ħaddiema kollha f'settur. Barra minn hekk, illeġiżlat definizzjoni aktar preċiża tat-terminu negozjar kollettiv, sabiex tiċċara l-kundizzjonijiet li taħthom il-Qorti tax-Xogħol għandha s-setgħat issolvi tilwim kollettiv dwar ix-xogħol f'każijiet fejn l-arranġamenti tan-negozjar kollettiv ma jkunux fis-seħħ f'kumpanija. Fil-Belġju, il-Ministru Federali tal-Ekonomija u x-Xogħol ippreżenta proposta leġiżlattiva biex jirriforma l-Liġi tal-Kompetittività tal-1996, biex tiġi diskussa mas-sħab soċjali, bil-għan li jkun hemm qafas ta' negozjar kollettiv ġdid fis-seħħ sal-aħħar tal-2016. 

    Xi Stati Membri ħadu passi biex jirriformaw l-oqfsa tal-paga minima tagħhom, bil-għan li jtejbu t-trasparenza u/jew il-prevedibbiltà tal-aġġustamenti fiha. Pereżempju fl-2015 l-Irlanda ħolqot Kummissjoni dwar il-Pagi Baxxi, li tirrappreżenta impjegati, impjegaturi u esperti indipendenti, bil-għan li tagħmel rakkomandazzjonijiet annwali lill-gvern dwar ir-rata tal-paga minima nazzjonali u materji relatati; wara r-rakkomandazzjoni ta' din il-Kummissjoni stabbilita ġdida, il-paga minima statutorja żdiedet minn Jannar 2016. Fil-Bulgarija, il-gvern qed jippjana biex jistabbilixxi lejn l-aħħar tal-2016 il-kriterji għall-mekkaniżmu tal-iffissar tal-paga minima, li jikkunsidra l-iżviluppi fil-produttività (u xi kultant anke l-iżviluppi fil-faqar). Xi pajjiżi oħra estendew il-kopertura jew l-adegwatezza tal-paga minima. B'mod partikolari, f'Lulju 2016 il-Polonja introduċiet paga minima għal kuntratti b'mandat ta' dritt ċivili u għal persuni li jaħdmu għal rashom, li se tidħol fis-seħħ fl-2017. Fir-Renju Unit, “Paga li Tiggarantixxi l-Għajxien” (NLW) nazzjonali ġdida, li rriżultat f'żieda sostanzjali fil-Paga Minima Nazzjonali (NMW) għall-ħaddiema fl-età ta' 25 sena jew aktar, ġiet introdotta f'April 2016. Il-Gvern tar-Renju Unit jistenna li l-NLW tilħaq 60 % tal-introjtu medju sal-2020. Fis-Slovenja, f'Novembru 2015 il-Parlament għadda abbozz ta' liġi li jiddefinixxi mill-ġdid il-paga minima billi jeskludi l-allowances għax-xogħol ta' bil-lejl, ix-xogħol tal-Ħadd u x-xogħol fil-btajjel pubbliċi (li l-ammont tagħhom għandu jiġi ddeterminat fil-ftehimiet kollettivi).

    2.2    2.4 Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista ta' ħaddiema, ħiliet u kompetenzi

    Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 6 dwar l-impjiegi li tirrakkomanda lill-Istati Membri li joħolqu kundizzjonijiet li jippromwovu l-provvista ta' ħaddiema, ħiliet u kompetenzi. L-ewwel tippreżenta l-indikaturi dwar l-impatt tas-sistema edukattiva u tat-taħriġ fuq l-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol (profiċjenza fil-ħiliet bażiċi, parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, u tranżizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol għal tipi differenti ta' kurrikuli) qabel tanalizza r-riżultati tas-suq tax-xogħol għal diversi gruppi żvantaġġjati fir-rigward tar-riżultati tas-suq tax-xogħol (eż. żgħażagħ, ħaddiema anzjani, persuni li ġejjin minn familji migranti, nisa u l-qiegħda fit-tul). It-Taqsima 2.2.2 tirrapporta dwar miżuri ta' politika minn Stati Membri f'dawn l-oqsma, inkluż sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema (immirati) u miżuri mmirati lejn dawk il-gruppi żvantaġġjati inkluż ukoll persuni b'diżabilità.

    2.2.1    Indikaturi ewlenin

    L-indikaturi tal-kisbiet edukattivi komplew jiżdiedu fl-2015. Fuq ix-xejra tad-deċennju li għadda, ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola naqset fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, bi tnaqqis medju ta' 0,2 pp fl-2015 għal 11,0 %. Madankollu, livelli qrib l-20 % għadhom qed jiġu rreġistrati minn Spanja, Malta u r-Rumanija, u sitt Stati Membri oħra qed jaqbżu l-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 ta' 10 %. Ir-rati tat-tluq bikri mill-iskola huma ogħla għall-istudenti Roma u għal dawk li ġejjin minn familji migranti, b'mod partikolari studenti mwielda barra l-pajjiż. Il-kisba tal-edukazzjoni terzjarja fost dawk fl-età ta' bejn 30-34 ukoll qiegħda tiżdied b'mod konsistenti u sinifikanti. Ir-rata bħalissa hija ta' 38,7 %, żieda ta' 0,8 pp fl-2015 biss, bi 17-il Stat Membru jaqbżu l-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 ta' 40 %.

    Ir-rati fil-kisba tal-edukazzjoni terzjarja huma ogħla b'mod sinifikanti fost in-nisa u aktar baxxi għall-istudenti li ġejjin minn familji migranti. Madankollu, l-iżbilanċi bejn is-sessi f'ċerti oqsma ta' studju huma persistenti, hekk kif l-irġiel huma l-minoranza tal-gradwati fis-saħħa u fl-edukazzjoni, filwaqt li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fix-xjenzi u fl-istudji tal-inġinerija. L-isfond tal-ġenituri għadu jaffettwa l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja 22 . L-influssi reċenti ta' numru kbir ta' applikanti għall-ażil żgħażagħ se jkun jeħtieġ azzjoni biex dawn jiġu offruti bidu tajjeb fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex titrawwem l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetajiet Ewropej u fis-swieq tax-xogħol 23 .

    Minkejja f'din iż-żieda, jeżistu disparitajiet kbar fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom f'dak li jikkonċerna l-akkwist ta' ħiliet bażiċi, bħal-litteriżmu, in-numeriżmu u x-xjenza (Grafika 10). Skont l-istħarriġ tal-kompetenzi bażiċi tal-Programm tal-OECD tal-2012 għall-Valutazzjoni tal-Istudenti Internazzjonali (PISA), 22.1 % tal-istudenti Ewropej ta' 15-il sena kellhom prestazzjoni baxxa fil-matematika, 17.8 % fil-qari, u 16.6 % fix-xjenza. L-iżvantaġġ soċjoekonomiku, il-bżonnijiet edukattivi speċjali u l-isfond ta' migrazzjoni 24 huma l-aktar fatturi sinifikanti assoċjati mal-kisba baxxa fil-ħiliet bażiċi. L-iskejjel b'aktar studenti soċjoekonomikament żvantaġġjati għandhom tendenza li jkollhom riżorsi relattivament ta' kwalità aktar baxxa. Madankollu, l-evidenza mill-PISA tissuġġerixxi li l-allokazzjoni tar-riżorsi tinfluwenza wkoll il-prestazzjoni tas-sistema edukattiva sħiħa, u l-ekwità fl-edukazzjoni b'mod partikolari: il-prestazzjoni fil-matematika fost il-pajjiżi hija ogħla fejn ir-riżorsi huma allokati b'mod aktar ekwu fost l-iskejjel 25 , bl-ekonomiji bi prestazzjoni għolja jkollhom tendenza li jallokaw ir-riżorsi b'mod aktar ekwu bejn l-iskejjel kollha, irrispettivament mill-profil soċjo-ekonomiku tagħhom.

    Grafika 10: Il-proporzjon ta' adulti li għandhom prestazzjoni baxxa fil-ħiliet bażiċi


    Sors: Il-Ħiliet Jgħoddu, OECD Publishing, 2016

    L-Ewropa għandha wkoll numru kbir ħafna ta' adulti mingħajr il-livell minimu ta' ħiliet meħtieġa biex jipparteċipaw b'suċċess fil-ħajja soċjali u ekonomika. Dan huwa parzjalment ir-riżultat tat-tluq bikri mill-iskola u n-nuqqas ta' suċċess f'età żgħira, kif ukoll tal-obsolexxenza tal-ħiliet aktar tard fil-ħajja u l-parteċipazzjoni baxxa fit-tagħlim fost l-adulti. Mill-Istħarriġ dwar il-Ħiliet tal-Adulti (PIAAC) tal-OECD tal-2012 ħareġ li fl-Italja, fi Spanja u fil-Greċja terz jew aktar tal-adulti fl-età tax-xogħol juru livelli baxxi ta' profiċjenza fil-ħiliet tal-litteriżmu u/jew in-numeriżmu. Il-kisba edukattiva hija l-aktar bassara b'saħħitha tal-ħiliet: 51 % tal-adulti li għandhom ħiliet fil-litteriżmu u fin-numeriżmu baxxi ħafna ma kisbux kwalifika sekondarja ogħla. L-adulti li huma nieqsa mil-livell minimu ta' ħiliet min-naħa l-oħra jiffaċċjaw sfidi fl-impjieg: f'kull Stat Membru uniku tal-UE, ir-rati ta' impjieg ta' adulti bi kwalifiki baxxi huma aktar baxxi b'mod sinifikanti (u r-rati tal-qgħad huma ogħla) meta mqabbla ma' adulti bi kwalifiki medji jew bi kwalifiki għolja.

    Ir-rata medja tal-UE ta' parteċipazzjoni adulta fit-tagħlim kienet ta' 10,7 % fl-2014 u ma żdiditx fl-2015, minkejja varjetà ta' bżonnijiet kbira u li qed tevolvi b'rata mgħaġġla. B'mod partikolari, dawk li telqu mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ inizjali mingħajr livell adegwat tal-ħiliet bażiċi jeħtieġu l-opportunitajiet biex jiksbuhom aktar tard fil-ħajja. It-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid jiżguraw li l-ħiliet jibqgħu rilevanti u aġġornati. Meta mqabbla mal-2010, ir-rati ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti fil-fatt waqgħu fi 12-il Stat Membru u baqgħu stabbli f'oħrajn, ħlief fil-Lussemburgu, fi Franza u fl-Ungerija (Grafika 11), b’żidiet sinifikanti fl-aħħar żewġ każijiet. Barra minn hekk, l-adulti bi kwalifiki baxxi huma inqas possibbli bin-nofs li jipparteċipaw fi kwalunkwe tagħlim meta mqabbla mal-popolazzjoni inġenerali, u d-distakk kompla jiżdied bejn l-2012 u l-2015. 

    Grafika 11: Parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja fl-UE 28


    Sors: Eurostat (LFS). Kodiċi tad-dejta online: tesem250. Nota: L-indikatur jiġbor ir-rata ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ formali u mhux formali (l-aħħar erba' ġimgħat) ta' persuni fl-età ta' bejn 25 u 64 sena.

    Ir-rilevanza tal-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol hija kruċjali biex trawwem il-kapaċità tan-nies li jsibu impjieg u jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tkabbir ekonomiku. Bħala medja fl-UE, ir-rata ta' impjieg ta' gradwati reċenti minn edukazzjoni għolja hija ta' 81,9 % filwaqt li għal dawk li kisbu edukazzjoni sekondarja għolja r-rata hija ta' 70,8 %. Id-disparità hija akbar fl-Istati Membri b'rati ta' impjieg globali fost iż-żgħażagħ aktar baxxi (Grafika 12).

    L-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) effettiv jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjonijiet għas-suq tax-xogħol billi jrawwem ħiliet speċifiċi għall-impjieg u trasversali. Il-gradwati reċenti bi kwalifiki ETV f'livell sekondarju għoli u livell postsekondarju mhux terzjarju kellhom tranżizzjoni aktar bla xkiel mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol u rati ta' impjieg ogħla minn gradwati minn perkorsi ta' edukazzjoni ġenerali b'livelli ta' kisba komparabbli (Grafika 13).

    Grafika 12. Rata ta’ impjieg ta’ gradwati reċenti mill-edukazzjoni sekondarja u terzjarja (2015)

    Sors: Eurostat (LFS). Nota: ir-rata ta' impjieg tal-gradwati b'edukazzjoni ogħla (ISCED 5-8) u b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3-4) fl-età ta' bejn 20-34 li ggradwaw 1 sa 3 snin qabel is-sena ta' referenza u li attwalment mhumiex irreġistrati fi kwalunkwe edukazzjoni jew taħriġ formali jew mhux formali ieħor.

    Madankollu, minkejja l-effetti pożittivi tagħha, l-ETV inizjali għadha mhix daqshekk attraenti daqs il-perkorsi ta' edukazzjoni ġenerali, bir-reġistrazzjoni medja tibqa' stabbli matul dawn l-aħħar 10 snin. Fil-livell tal-UE, is-sehem tal-istudenti tal-ETV inizjali fil-popolazzjoni totali ta' studenti tas-sekondarja għolja huwa 48 % u s-sehem tal-istudenti kollha fi programm vokazzjonali f'edukazzjoni sekondarja għolja, postsekondarja mhux terzjarja u terzjarja ta' ċiklu qasir (ISCED 3-5) jammonta għal 39 %. Programm formali tal-ETV jattiraw ukoll studenti maturi: 36,6 % tal-istudenti tal-ETV fl-UE kellhom 20 sena jew aktar, jiġifieri lil hinn mill-età tipika għall-edukazzjoni sekondarja, b'ħafna minnhom aktarx li reġgħu lura għall-ETV wara li għamlu waqfa fil-perkors tal-edukazzjoni tagħhom. Dan il-grupp jammonta għal sew aktar minn nofs l-istudenti kollha tal-ETV fid-Danimarka, l-Irlanda, Spanja u l-Finlandja.

    B'mod globali, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ naqset mill-ogħla livell ta' kważi 24 % fl-2013 għal 20,3 % fl-2015, imma xorta għadha kważi 4,4 pp ogħla milli kienet fl-2008. Fl-ewwel nofs tal-2016, xi Stati Membri xorta rreġistraw livelli qrib jew ogħla minn 40 % (l-Italja, Spanja, il-Greċja) mingħajr tnaqqis sinifikanti, għalkemm Stati Membri oħra affettwati b'mod qawwi rreġistraw titjib sinifikanti (b'mod partikolari Ċipru u l-Kroazja). Il-varjazzjoni fil-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn l-Istati Membri jibqa' għoli, għalkemm qed jonqos matul iż-żmien (ara l-Grafika 14, fejn il-linja djagonali turi korrelazzjoni negattiva bejn il-varjazzjonijiet u l-livelli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ).

    Grafika 13: Rati ta' impjieg għal kurrikuli (post)sekondarji differenti (2015).

    Sors: Eurostat (LFS, 2015). L-indikatur ikejjel ir-rati ta' impjieg ta' persuni fl-età ta' bejn l-20 u l-34 sena li temmew l-edukazzjoni minn 1-3 snin qabel l-istħarriġ b'diploma minn edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (ISCED 4), mill-persuni fl-istess grupp ta' età li attwalment mhuma rreġistrati fl-ebda edukazzjoni jew taħriġ formali jew mhux formali ulterjuri. Waqfiet fis-serje taż-żmien għal LU u HU, id-dejta mhix affidabbli għal gradwati fl-edukazzjoni ġenerali f'CZ, EE, HR, AT u SI; u għal gradwati tal-ETV f'LU.

    Grafika 14: rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24) u tibdil annwali, kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

    Sors: Eurostat, LFS (DĠ EMPL kalkoli). Perjodu: Livelli tal-ewwel nofs tal-2016 u tibdil annwali rigward l-ewwel nofs tal-2015. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja tal-UE mhux ponderata. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

    Minbarra l-persuni qiegħda, sehem stabbli ta' żgħażagħ fl-età ta' bejn 15-24 huma inattivi u mhux fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. Bħala total fl-UE, fl-2015, 6.6 miljun persuna fl-età ta' bejn 15-24 la kienu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET). Dan jammonta għal 12,0 % tal-popolazzjoni f’dik il-klassi ta’ età, 'il fuq mill-10,9 % fl-2008 imma 'l isfel mill-ogħla livell ta' 13,2 % fl-2012. Kif jista' jiġi osservat fil-Grafika 15, rati ta' NEET għolja qrib jew 'il fuq mill-20 % għadhom qed jiġu rreġistrati f'numru ta' pajjiżi (il-Kroazja, il-Bulgarija, l-Italja u r-Rumanija, b'dan tal-aħħar anke juri żieda sostanzjali fl-2015). Ir-rati tan-NEET irreġistraw ukoll żidiet sinifikanti fid-Danimarka, fil-Finlandja, fi Franza u fis-Slovakkja. Nofs in-NEETs kienu inattivi, b'varjazzjonijiet sostanzjali fost l-Istati Membri imma sehem stabbli fil-livell tal-UE (Grafika 16). Fost in-NEETs nisa, l-inattività hija aktar frekwenti mill-qgħad, filwaqt li jiġri l-oppost fost l-irġiel.

    Grafika 15: rata tan-NEET (15-24) u tibdil annwali, kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali



    Sors: Eurostat, LFS (DĠ EMPL kalkoli). Waqfa fis-serje fi FR u ES. Perjodu: Livelli tal-2015 u tibdil annwali rigward l-2014. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja tal-UE mhux ponderata. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.



    Grafika 16: Profil tan-NEETs (fl-età ta' bejn 15-24 sena), 2015 (%)


    Sors: Eurostat [edat_lfse_20]

    Għad hemm ukoll potenzjal kbir għal żieda fir-rata ta' impjieg ta' ħaddiema anzjani, minkejja tkabbir sostanzjali fir-rati ta' impjieg tagħhom matul dan l-aħħar deċennju f'ħafna pajjiżi u l-fatt li l-ħaddiema anzjani ssuperaw il-kriżi relattivament aħjar minn gruppi ta' età oħrajn. L-iżviluppi demografiċi jagħmlu t-tixjiħ attiv anke aktar meħtieġ. Fl-2015, ir-rata ta' impjieg għal ħaddiema anzjani (55-64) kienet tvarja bejn 34,3 % fil-Greċja għal 74,5 % fl-Iżvezja, bil-medja tal-UE tkun ta' 53,3 % u livelli taħt l-40 % f'erba' pajjiżi. Ir-rata ta' impjieg tan-nisa fl-età ta' bejn 55-64 qed tlaħħaq bil-mod, imma tibqa' aktar baxxa fil-livell ta' 46,9 % fl-2015. Id-disparità bejn is-sessi tul il-ħajja tax-xogħol hija sinifikanti wkoll, bin-nisa jipparteċipaw bħala medja 5,1 snin anqas fis-suq tax-xogħol mill-irġiel (32,7 kontra 37,8 snin fl-2014) (Grafika 17). Din id-disparità medja taħbi varjazzjoni sostanzjali bejn l-Istati Membri u tirrelata għal fatturi multipli, inkluż  ostakoli bħal aċċess insuffiċjenti għas-servizzi tal-kura u etajiet tal-pensjoni aktar baxxi għan-nisa milli għall-irġiel (ara hawn taħt għal analiżi dettaljata).



    Grafika 17: Durata medja tal-ħajja tax-xogħol, 2014

    Sors: Eurostat, LFS

    Id-dejta turi wkoll disparitajiet kbar fl-attività u fl-impjieg għal persuni b'diżabilità 26 . Barra minn hekk, in-numru tagħhom, iddeterminat mit-tixjiħ, huwa mistenni jiżdied minn 80 miljun għal 120 miljun sal-2020 fl-UE. Fl-2014, id-disparità fl-attività (grupp ta' età bejn 20-64) bejn persuni b'diżabilità u mingħajr diżabilità fl-UE kienet tammonta għal 21,1 pp (60,6 % kontra 81,7 %), u d-disparità fl-impjieg għal 23,8 pp (48,7 % kontra 72,5 %). B'mod partikolari, fil-Litwanja, fl-Irlanda u f'Malta d-disparità fl-impjieg kienet qrib l-40 pp u fi 12-il pajjiż ogħla minn 30 pp. Ir-rata ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità bbażata fuq id-dejta tal-UE-SILC 2014 hija taħt it-30 % fil-Greċja, fl-Irlanda, f'Malta u fil-Kroazja. Persuni b'diżabilità normalment joħorġu mis-suq tax-xogħol qabel, u għalhekk ir-rata ta' impjieg tkun baxxa ħafna fl-età ta' bejn 55-64 fil-livell ta' 34,5 %.

    Il-popolazzjoni li twieldet barra mill-UE ukoll tirreġistra attività u rati ta' impjieg aktar baxxi mill-medja, b'disparità fl-attività ta' 4,2 pp bħala medja meta mqabbla mal-popolazzjoni nattiva (klassi tal-età bejn 20-64), imma tilħaq aktar minn 10 pp f'seba' Stati Membri (Grafika 18). Din id-disparità fl-inattività hija anke ogħla għan-nisa. Ukoll, ir-rata ta' impjieg ta' dawk li twieldu barra mill-UE hija bħala medja 10,4 pp aktar baxxa minn dik tal-persuni nattivi, imma din id-disparità tilħaq madwar l-20 pp fi tliet Stati Membri, u aktar minn 15-il pp f'erbgħa oħra, filwaqt li għal darb'oħra tidher disparità aktar qawwija fejn huma kkonċernati n-nisa. Bħala medja n-nisa li jitwieldu barra mill-UE għandhom rata ta' impjieg 13,5 pp aktar baxxa min-nisa nattivi. L-isfidi spiss jippersistu bit-tieni ġenerazzjoni: persuni (fl-età ta’ bejn 25-54) li twieldu fl-UE minn ġenituri li ma tweldux fl-UE għandhom rata ta’ impjieg 5,7 pp aktar baxxa u rata ta’ attività aktar baxxa bi 3,7 pp minn dawk li twieldu minn tal-anqas ġenitur wieħed imwieled nattiv.

    Grafika 18: Rata ta' impjieg skont il-pajjiż tat-twelid, etajiet bejn 20-64, 2015 u tibdil mill-2008

    Sors: Eurostat; Għal DE m'hemmx analiżi għal dawk li twieldu barra mill-UE, imma jekk wieħed iħares lejn id-disparità bejn ċittadini nattivi u ċittadini ta' pajjiżi terzi, din tilħaq it-22.6 pp.

    Ir-riżultati tas-suq tax-xogħol tal-immigranti huma influwenzati minn ħafna kawżi. Lil hinn mill-fatturi ta' spjega tradizzjonali bħall-età, is-sess, il-livell edukattiv, jew l-esperjenza professjonali, dawn ir-riżultati huma ddeterminati wkoll mill-fatturi speċifiċi tal-profiċjenza fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti u mit-trasferibbiltà tal-ħiliet u l-edukazzjoni akkwistati barra l-pajjiż. Jekk l-immigrazzjoni rriżultatx minn riunifikazzjoni tal-familja, migrazzjoni ekonomika jew umanitarja wkoll għandu rwol, parzjalment għaliex jimpatta fuq il-karatteristiċi preċedenti imma wkoll għaliex jimplika kapaċitajiet differenti għal miżuri ta' integrazzjoni u ħtiġijiet għal dawn il-miżuri. Madankollu, anke meta jitqiesu dawn id-differenzi, jibqa' disparità fil-probabbiltà li jkunu impjegati 27 . Parti minn din tista' tiġi relatata ma' prattiki ta' diskriminazzjoni jew nuqqas ta' rikonoxximent ta' kwalifiki imma wkoll karatteristiċi mhux osservati oħra bħar-reġjun ta' oriġini, li jista' pereżempju jimpatta fuq ir-rwoli tas-sessi u għalhekk fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Dawn l-isfidi jistgħu jsiru aktar evidenti fid-dawl tal-influss bla preċedent ta' applikanti għall-ażil, bi kważi 1,8 miljun applikazzjoni għall-ażil jiġu ppreżentati fl-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016 biss 28 .

    Fl-Istati Membri kollha, ir-rati ta' impjieg tan-nisa huma aktar baxxi minn dawk għall-irġiel, b'varjazzjonijiet kbar madwar l-UE. Fl-2015, ir-rata ta' impjieg tal-UE għall-irġiel (fl-età ta' bejn 20-64) kienet ta' 75,9 % filwaqt li laħqet biss l-64,3 % għan-nisa (Grafika x), minkejja l-fatt li n-nisa qed ikunu dejjem aktar kwalifikati u anke jgħaddu lill-irġiel f'termini ta' kisba edukattiva. Fl-2015, 43,4 % tan-nisa (bejn 30-34 sena) kellhom edukazzjoni terzjarja meta mqabbel mal-34 % tal-irġiel. Ir-rata ta' impjieg tan-nisa ta' 60 % jew aktar baxxa, flimkien ma' disparità għolja bejn is-sessi fl-impjieg tinsab fi tmien Stati Membri, li l-biċċa l-kbira tagħhom qed jiffaċċjaw tixjiħ demografiku estrem 29 (Grafika 19). Din id-disparità fl-impjieg bejn l-irġiel u n-nisa (15-64) tinħass b'mod partikolari fost ir-refuġjati (17 pp) u l-migranti (19 pp).

    Grafika 19:    Ir-rata ta' impjieg tal-popolazzjoni fl-età ta' bejn 20-64 u l-perċentwal tal-ħaddiema part-time skont is-sess fl-2015

    Sors: Eurostat, LFS. Nota: Sehem tal-ħaddiema part-time mill-popolazzjoni attiva totali f'kull grupp ta' sess. Il-pajjiżi huma ordinati b'valuri jiżdiedu ta' rata ta' impjieg tan-nisa.

    Id-disparitajiet bejn is-sessi fl-impjieg huma partikolarment akuti għall-ġenituri, bin-nisa xorta aktar probabbli mill-irġiel li jassumu r-responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal. Bħala medja, ir-rata ta' impjieg tan-nisa b'wild żgħir hija 8 pp aktar baxxa mir-rata ta' impjieg ta' nisa mingħajr wild żgħir, u f'xi pajjiżi din id-differenza hija aktar minn 30 pp (ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija). Fl-Istati Membri kollha tal-UE, għall-kuntrarju, il-missirijiet huma aktar probabbli li jkunu impjegati mill-irġiel mingħajr tfal. Ir-rati ta' impjieg tal-ommijiet għandhom tendenza jkunu ogħla minn dawk tan-nisa li m'għandomx tfal f'pajjiżi fejn hemm fis-seħħ miżuri ta' bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol iddisinjati tajjeb u li jinqasmu b'mod ġust (notevolment fl-Iżvezja u fid-Danimarka). Id-disparità fir-rata ta' impjieg hija partikolarment b'saħħitha għal ommijiet b'ħiliet baxxi kif ukoll għal ġenituri waħedhom 30 .

    In-nisa għandhom tendenza wkoll li jassumu aktar responsabbiltajiet ta' kura fit-tul, u jiffaċċjaw diżinċentivi finanzjarji qawwija meta jidħlu fis-suq tax-xogħol jew ikunu jridu jaħdmu aktar. Għalhekk huma aktar probabbli li jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol jew jieqfu jaħdmu kompletament. Aktar minn 25 % tal-popolazzjoni femminili inattiva (20-64) fl-2015 kienet inattiva minħabba responsabbiltajiet tal-familja (inkluż il-kura tat-tfal u ta' adulti inkapaċitati) fl-Ungerija, fl-Irlanda, fis-Slovakkja, fl-Estonja, fir-Repubblika Ċeka u fir-Renju Unit. Barra minn hekk, f'xi sistemi ta' benefiċċju fiskali, it-trasferimenti ta' flus u l-appoġġ relatat mat-taxxa jdgħajfu l-inċentivi finanzjarji biex wieħed jaħdem għat-tieni sors ta' dħul, u dan ifixkel il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-ispejjeż għolja għall-indukrar tat-tfal jistgħu jkunu diżinċentiv ieħor biex il-persuna li taqla' t-tieni sors ta' dħul f'koppja bi dħul doppju tibda taħdem jew terġa' lura għax-xogħol. Dan huwa b'mod partikolari l-każ fir-Renju Unit u fl-Irlanda fejn l-ispejjeż relatati mal-indukrar tat-tfal li bħala medja jirrappreżentaw aktar minn 23 % tad-dħul nett tal-familja. Għall-UE kollha, huma biss 28 % tat-tfal fl-età ta' bejn 0-3 snin li ġew indukrati f'servizzi ta' kura formali fl-2014 u 83 % tat-tfal fl-età ta' bejn 3 snin u l-età tal-iskola obbligatorja. Konsegwentement, ir-rati ta' impjieg aktar baxxi għan-nisa jikkombinaw ma' sehem għoli ta' impjieg part-time: 31,9 % tan-nisa f’impjieg meta mqabbel ma’ biss 8,3 % tal-irġiel. Dan jgħodd anke aktar għall-ġenituri, b'40,5 % tal-ommijiet jaħdmu part-time kontra 5,7 % tal-missirijiet.



    Grafika 20: Differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fl-2008 u fl-2014

    Sors: Eurostat. Nota: iċ-ċifri juru d-differenza bejn il-qligħ medju gross fis-siegħa tal-irġiel u tan-nisa bħala perċentwal tal-qligħ medju gross fis-siegħa tal-irġiel - għall-impjegati mħallsa, mingħajr aġġustament għall-karatteristiċi personali jew tal-impjieg. Sors: Eurostat; Industrija, kostruzzjoni u servizzi (għajr l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, is-sigurtà soċjali obbligatorja). L-ebda dejta ma hi disponibbli għall-Greċja u għall-Irlanda fl-2014.

    Minbarra rati ta' impjieg ewkwivalenti għall-full-time baxxi, in-nisa jsofru wkoll minn differenza sinifikanti bejn il-pagi. Dan kien jammonta għal 16,6 % fl-2014 fl-UE, b'varjazzjonijiet kbar fost l-Istati Membri (ara l-Grafika 20) 31 . Hemm diversi raġunijiet potenzjali wara d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, bħal differenzi fl-esperjenza tax-xogħol, fil-ħin tax-xogħol, fit-tip ta' impjieg jew fis-settur tal-impjieg. Għall-UE kollha s-segregazzjoni 32 tas-suq tax-xogħol hija relattivament għolja, u tilħaq il-25,3 % għas-segregazzjoni okkupazzjonali u 18,3 % għas-segregazzjoni settorjali 33 . In-nisa għandhom tendenza li jaħdmu f'setturi li huma relattivament anqas imħallsa tajjeb 34 , huma anqas irrappreżentati f'pożizzjonijiet maniġerjali, u huma aktar irrappreżentati mill-irġiel fix-xogħol part-time, li huwa mħallas anqas tajjeb minn impjiegi full-time għal kull siegħa ta' xogħol. Jeżistu differenzi bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa favur l-irġiel fi kważi l-okkupazzjonijiet kollha 35 . Barra minn hekk, fatturi mhux osservabbli oħra bħad-diskriminazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Il-paga aktar baxxa tan-nisa, il-ħin tax-xogħol iqsar u t-tul iqsar tal-karriera għandhom impatt negattiv fuq il-qligħ globali tagħhom u fuq l-intitolamenti għall-pensjoni 36 . 

    Il-qgħad fit-tul naqas f'ħafna mill-Istati Membri bejn l-2014 u l-2015, imma għadu sfida sinifikanti, b'aktar minn 10,3 miljun (Q1 2016) Ewropew ifittxu impjieg għal aktar minn sena, inkluż 6,5 miljuni għal aktar minn sentejn. Bħala sehem mill-popolazzjoni attiva, il-qgħad fit-tul żdied fl-2015 fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Kroazja, fil-Finlandja, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fir-Rumanija, u fl-Iżvezja, filwaqt li naqas, xi kultant b'mod sinifikanti, f'ħafna mill-Istati Membri li ġew affettwati b'mod qawwi (Grafika 21). Madankollu, xorta għadu jaqbeż l-10 % fil-Greċja, fi Spanja u fil-Kroazja, u aktar minn 5 % fis-Slovakkja, fil-Portugall, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Bulgarija u fl-Irlanda. Hekk kif tiżdied id-durata tal-qgħad, il-konnessjoni għas-suq tax-xogħol teħżien, b'waqgħa qawwija fil-probabbiltà ta' impjieg mill-ġdid f'impjiegi stabbli, u żieda fir-riskju tal-inattività, minħabba l-impjegabbiltà li tkun qed tonqos u l-akkumulazzjoni ta' ostakoli għall-parteċipazzjoni.

    Grafika 21: Rati tal-qgħad fit-tul (% tal-popolazzjoni attiva), 2014 u 2015

    Sors: Eurostat, LFS

    Hemm varjazzjoni kbira fost l-Istati Membri fis-suċċess tal-għajnuna għall-qiegħda fit-tul biex isibu impjieg. Il-kwalità tal-forniment ta' servizz lill-qiegħda fit-tul tibqa' kruċjali biex tiżgura l-integrazzjoni effettiva tagħhom fis-suq tax-xogħol, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol.

    2.2.2    Rispons ta' politika

    Il-politiki li jittrattaw il-profiċjenza baxxa fil-ħiliet bażiċi rċevew attenzjoni speċjali fi Stati Membri bħal Ċipru, l-Ungerija, u l-Iżvezja u huma indirizzati mill-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Garanzija ta' Ħiliet. Spiss l-Istati Membri indirizzaw din l-isfida billi tejbu s-sistemi tal-ETV tagħhom. Fl-Iżvezja, madankollu, inizjattiva reċenti kienet immirata lejn intervent bikri, li timmira lejn l-ewwel snin tal-iskola (jiġifieri l-klassi preprimarja u l-1-3 grad), b'fokus partikolari fuq il-ħiliet bażiċi. Fl-Ungerija u fis-Slovakkja, objettiv speċifiku kien it-titjib tal-ħiliet diġitali. F'Ċipru l-objettiv kien li titjieb il-parteċipazzjoni u li l-ETV jiġu adattati għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol.

    L-isforzi biex tiġi promossa l-edukazzjoni inklużiva kienu wkoll fuq quddiem tal-aġenda, bl-objettiv primarju li jiġi eliminat id-distakk fl-edukazzjoni ta' dawk li qed jitgħallmu u li huma żvantaġġjati (inkluż dawk li qed jitgħallmu bi bżonnijiet edukattivi speċjali, migranti u Roma). Matul l-aħħar sena ġew introdotti inizjattivi biex jagħmlu l-edukazzjoni aktar inklużiva fir-Repubblika Ċeka, fil-Greċja, fil-Polonja, fil-Portugall, u fis-Slovakkja. Il-miżuri kienu mmirati primarjament biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni ewlenija minn gruppi usa' ta' dawk li qed jitgħallmu (b'mod speċjali mill-gruppi żvantaġġjati) u minn età aktar bikrija. L-Ungerija baxxiet l-età tal-bidu obbligatorja għall-edukazzjoni tat-tfal u l-kura minn ħames snin għal tliet snin; ir-Repubblika Ċeka adottat leġiżlazzjoni biex tbaxxiha minn sitt snin għal ħames snin minn Settembru 2017 'il quddiem. Il-Greċja introduċiet Żoni ta' Prijorità Edukattivi, jiġifieri klassijiet ta' akkoljenza, tagħlim rimedjali u strutturi ta' akkoljenza għall-edukazzjoni tal-migranti fl-iskejjel primarji. Il-Portugall żied in-numru ta' boroż ta' studju għall-istudenti minn sfond ekonomikament vulnerabbli u qed iżid ukoll il-provvista pubblika għall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Is-Slovakkja ressqet inizjattiva relatata mal-prevenzjoni ta' tqegħid ħażin ta' tfal fi skejjel speċjali biss abbażi tal-isfond soċjoekonomiku żvantaġġjat tagħhom. Fil-Belġju (fil-Komunità Fjamminga) kull wild, inkluż dawk bi bżonnijiet speċjali, issa għandhom id-dritt li jirreġistraw fi skola ewlenija, sakemm dan huwa possibbli b'adattamenti raġonevoli.

    Diversi Stati Membri jenfasizzaw miżuri ta' sostenn għall-għalliema, il-ħarrieġa, il-mexxejja tal-iskejjel u persunal edukattiv ieħor. Dan huwa l-każ fil-Belġju (fejn ittieħdu l-ewwel miżuri fil-komunità kemm Fjamminga kif ukoll dik Franċiża), fir-Repubblika Ċeka, fil-Kroazja, f'Ċipru, fil-Latvja, fir-Rumanija, fis-Slovakkja u fl-Iżvezja.

    L-Istati Membri qed jagħmlu sforzi biex iżidu l-kisba tal-edukazzjoni terzjarja u l-impjegabbiltà ta' gradwati b'edukazzjoni għolja. Il-miżuri jinkludu l-attrazzjoni aħjar ta' gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli, l-iżvilupp ta' rotot ċari li jippermettu l-avvanz mill-edukazzjoni vokazzjonali u tipi oħra ta' edukazzjoni għall-edukazzjoni għolja, kif ukoll it-tnaqqis fir-rati ta' studenti li ma jibqgħux jistudjaw. Fl-Iżvezja, il-Gvern se jiffinanzja madwar 14 600 post ta' studju ġdid fl-edukazzjoni ogħla sal-2019 biex ikompli jagħti spinta lill-parteċipazzjoni. Ir-Repubblika Ċeka u l-Portugall żiedu l-boroż ta' studju u l-appoġġ lil persuni minn sfond ekonomiku vulnerabbli. It-titjib fir-rilevanza tal-edukazzjoni għolja qed iseħħ permezz ta' żieda fl-użu tal-projezzjonijiet tal-ħiliet u tad-dejta dwar l-impjieg tal-gradwati, l-involviment ta' impjegaturi fid-disinn tal-kurrikulu, l-iżvilupp ta' varjetà akbar ta' modi ta' studju (part-time, mill-bogħod, eċċ.) u l-iżvilupp ulterjuri tal-edukazzjoni vokazzjonali għolja u l-edukazzjoni professjonali għolja. Spanja qed tiżviluppa aktar is-sistema tal-intraċċar tal-gradwati tagħha biex tkejjel l-impjegabbiltà tal-programmi ta' studju. Fil-Belġju qed jiġu segwiti miżuri mmirati biex iżidu l-impjegabbiltà, b'mod partikolari b'titjib fir-rotot ta' progressjoni permezz ta' programmi ta' ċiklu qasir (il-Komunità Fjamminga) u programmi ta' edukazzjoni doppja jew ibbażata fuq ix-xogħol fil-livell ta' baċellerat (il-Federazzjoni Wallonja-Brussell).

    Ir-riformi fil-politika dwar it-tagħlim tal-adulti twettqu biex jiżguraw li l-provvista tal-edukazzjoni u t-taħriġ jissodisfaw il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol. Reċentement tressqu inizjattivi f'dan il-qasam f'Ċipru, fl-Ungerija, fil-Litwanja, fir-Rumanija u fl-Iżvezja, li normalment jiffukaw fuq ħiliet bażiċi jew ikollhom l-għan li jżommu l-ħiliet aġġornati u jipprevjenu l-irtirar bikri. Bħala eżempju, fl-Iżvezja id-“dritt għall-edukazzjoni tal-adulti” fil-livell sekondarju għoli ġie adottat bħala parti mill-baġit tal-2016. Mill-2017, l-adulti kollha se jkollhom id-dritt li jikkomplementaw l-istudji preċedenti tagħhom u jiksbu kwalifika sekondarja għolja li tagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla u ttejjeb l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-Ungerija għandha l-għan li tiżviluppa l-kompetenzi diġitali ta' 200 000 persuna żvantaġġjata. Il-Litwanja tat attenzjoni lill-kundizzjonijiet għat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-adulti mhux formali u tat-taħriġ kontinwu. Permezz tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-investiment sostnut fl-akkwist tal-ħiliet u fl-allinjament aħjar tal-ħiliet mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol biex jiġi promoss il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità.

    Ittieħdu wkoll miżuri li jippromwovu għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti u ta' kwalità għolja matul it-tagħlim tul il-ħajja, li jiffukaw fuq ir-riżultati tat-tagħlim għall-impjegabbiltà, l-innovazzjoni, iċ-ċittadinanza attiva u/jew il-benesseri fl-Irlanda, fi Spanja, fi Franza, fil-Kroazja, fil-Polonja u fir-Renju Unit.

    L-Istati Membri komplew itejbu t-trasparenza tal-ħiliet u l-kwalifiki. Il-Polonja, il-Kroazja u l-Finlandja tejbu l-oqfsa tal-kwalifiki nazzjonali tagħhom. L-Iżvezja għamlet referenzjar tal-qafas tal-kwalifiki nazzjonali tagħha għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki. L-Awstrija u l-Iżvezja ffukaw fuq il-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki ta' migranti li waslu reċentement.

    Fir-rigward tal-impjieg taż-żgħażagħ, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ kienet katalist favur il-bidla. L-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ nazzjonali tal-Istati Membri jinkludu żewġ tipi ta' azzjonijiet: (1) miżuri li jaħdmu malajr biex jiġi pprovdut appoġġ imfassal apposta għaż-żgħażagħ NEETs kollha u (2) riformi strutturali fuq żmien medju u fit-tul biex titjieb il-kapaċità istituzzjonali u jiġi żgurat approċċ integrat għall-għoti tas-servizz. F'termini ta' kopertura, fl-UE kollha, 41,9 % tan-NEETs kollha fl-età ta' bejn 15-24 kienu rreġistrati fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-2015, 'il fuq minn 40,4 % fl-2014. L-implimentazzjoni fuq skala sħiħa għadha reċenti f'numru ta' Stati Membri, hekk kif ħafna miżuri kienu jeħtieġu riformi sostanzjali u sħubiji wiesgħa.

    L-investiment f'attivitajiet ta' outreach immirati lejn iż-żgħażagħ li mhumiex irreġistrati mal-PES kien prijorità importanti f'ħafna Stati Membri. Żewġ terzi tal-PES bħalissa jinsabu involuti f'xogħol ta' outreach fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-YG. Fl-Iżvezja, l-istrateġija “It-triqat 'il quddiem – strateġija għan-NEETs” tiffoka fuq il-motivazzjoni taż-żgħażagħ li għandhom aktar minn 15-il sena biex jibdew jew jerġgħu lura lejn l-edukazzjoni u jlestu l-iskola sekondarja għolja, jew biex jaħdmu (din tal-aħħar meta rilevanti u biss għal dawk fl-età ta' bejn 20-25). Il-koordinatur nazzjonali għan-NEETs għandu l-għan li jiżgura kollaborazzjoni aħjar bejn l-aġenziji tal-gvern, il-muniċipalitajiet, il-kunsilli tal-kontei u l-organizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjoni għaż-żgħażagħ li jaħdmu, sabiex jiġu promossi l-ftehimiet lokali bejn il-muniċipalitajiet u l-PES, u l-implimentazzjoni tagħhom. Fil-Kroazja, iċ-ċentri tas-CISOK (ċentru ta' gwida tal-karriera tul il-ħajja) stabbiliti madwar il-pajjiż qegħdin dejjem iżjed jipprovdu għajnuna fit-tfittix ta' impjieg, gwida għall-karriera u outreach għan-NEETs. Fil-Latvja, il-proġett ta' outreach “Kun af u Agħmel” għandu l-għan li jinvolvi lin-NEETs fl-edukazzjoni u jiżviluppa l-ħiliet tagħhom.

    Punti uniċi ta' servizz ġew stabbiliti wkoll biex itejbu l-aċċessibbiltà u l-outreach. Dawn iġibu flimkien diversi servizzi relatati maż-żgħażagħ taħt saqaf wieħed, billi jipprovdu firxa wiesgħa ta' servizzi b'mod flessibbli u aċċessibbli. Fl-2015, il-Finlandja nediet ċentri ta' gwida b'punt uniku ta' servizz għaż-żgħażagħ. Dawn jinsabu f'35 muniċipalità sa issa, jipprovdu appoġġ faċilment aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta' 30, inkluż pariri u gwida personali, appoġġ fl-immaniġġjar tal-ħajja, l-ippjanar tal-karriera, il-ħiliet soċjali, kif ukoll l-edukazzjoni u l-appoġġ fl-impjieg.

    F'ħafna Stati Membri, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ għenet b'mod aktar ġenerali biex tkisser is-sajlos f'oqsma tal-politika u tibni sħubiji vijabbli. Il-koordinazzjoni bejn is-setturi tal-politika tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ żdiedet. Fl-Italja, l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ wasslet għall-ħolqien ta' sistema ta' informatika komuni li tintegra l-bażijiet ta' dejta tal-Ministeri tax-Xogħol u tal-Edukazzjoni u għat-tnedija ta' inizjattivi ddedikati għall-promozzjoni tal-ALMPs u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-iskejjel. Fil-Litwanja, il-proġett “Skopri Lilek Innifsek” implimentat fil-muniċipalitajiet kollha għall-perjodu 2015-2018, jinvolvi sħubija transsettorjali tal-uffiċċji lokali tal-PES, il-pulizija, is-servizzi għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-ħaddiema soċjali u ċ-ċentri lokali taż-żgħażagħ biex jiġu appoġġjati n-NEETs fil-kisba ta' ħiliet personali, soċjali u professjonali.

    Barra minn hekk, ħafna mill-Istati Membri użaw is-sussidji tal-pagi u r-reklutaġġ immirati, f'ħafna minnhom bl-appoġġ mill-finanzjament tal-UE, l-aktar notevoli l-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Sa mill-2015, fil-Kroazja, l-emenda fil-Liġi dwar il-Kontribuzzjonijiet tippermetti lill-impjegaturi li joffru liż-żgħażagħ taħt l-età ta' 30 sena kuntratt ta' impjieg li jkunu eżenti mill-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa u kontribuzzjonijiet tal-impjieg għal perjodu ta' 5 snin. L-Estonja nediet “L-Ewwel Impjieg Tiegħi” fl-2015 li jipprovdi sussidju tal-paga għal sena u kopertura tal-ispejjeż tat-taħriġ matul perjodu ta' sentejn. Fil-Litwanja, l-impjegaturi li jfittxu ħaddiema żgħażagħ irreġistrati mal-PES jistgħu jirċievu rimborż ta' 50 % tal-paga grossa għal perjodu sa 6 xhur. Il-prijorità tingħata lil kategoriji bħaż-żgħażagħ qiegħda fit-tul, jew il-ġenituri żgħażagħ b'żewġt itfal. Sanzjonijiet jiġu applikati fuq impjegaturi li jkeċċu ħaddiema sussidjati fi żmien sitt xhur wara l-perjodu tas-sussidju. Fl-2015, il-miżura kienet tinvolvi 28 % tal-parteċipanti kollha tal-ALMP fl-età ta' bejn 16-29. F'Ċipru, skemi ġodda joffru kollokament f'impjieg għall-gradwati qiegħda li għandhom anqas minn 25 sena b'edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, sekondarja għolja u postsekondarja sa sentejn, li għandhom esperjenza tax-xogħol limitata, b'allowance għat-taħriġ ta' EUR 125 fil-ġimgħa għal massimu ta' 6 xhur. Il-gradwati tal-edukazzjoni terzjarja li għandhom anqas minn 35 sena huma eliġibbli wkoll. Fi Franza, iż-żgħażagħ li għandhom anqas minn 28 sena u li gawdew minn borża ta' studju jistgħu japplikaw, fi żmien 4 xhur mill-gradwazzjoni tagħhom mill-edukazzjoni terzjarja jew sekondarja vokazzjonali, għal “sussidju għat-tfittix tal-ewwel impjieg” li jvarja minn EUR 200 sa EUR 300 fix-xahar. Il-miżura hija mistennija li jibbenefikaw minnha 126 000 żagħżugħ u żagħżugħa. Barra minn hekk, primjum ta' EUR 4 400 jingħata matul l-ewwel sena lil kumpaniji b'anqas minn 10 impjegati li jilqgħu apprendist fl-età ta' bejn 16 u 18-il sena. L-awtoritajiet Rumeni wkoll bħalissa qed jaħdmu fuq tibdil fil-leġiżlazzjoni tal-impjiegi biex jipprovdu taħlita ta' miżuri ta' attivazzjoni aktar ġenerużi mfassla apposta għal gruppi l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol (inkluż sussidji għall-intraprenditorija u l-impjieg, inċentivi għall-apprendistati u t-traineeships).

    Żdiedu l-isforzi speċifiċi biex jiġu appoġġjati r-riformi fl-apprendistati u r-regolamentazzjoni aħjar tat-traineeships. Dawn ir-riformi għenu biex jallinjaw aħjar il-ħiliet taż-żgħażagħ mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u jsaħħu l-involviment tal-komunità kummerċjali. Nofs l-Istati Membri tal-UE wettqu – jew qed jirrapportaw pjanijiet biex iwettqu – tibdil legali biex jallinjaw il-qafas nazzjonali tagħhom mal-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships tal-2013. Fl-Istati Membri li diġà adattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom (il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Litwanja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja) ħafna mir-riformi jikkonsistu fil-limitazzjoni tad-durata tat-traineeships għal sitt xhur (fil-Bulgarija għal 12-il xahar), jiċċaraw il-kundizzjonijiet għal traineeships itwal u jassenjaw mentors biex jipprovdu gwida u jissorveljaw il-progress matul it-traineeship.



    Kaxxa 2. Użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

    B'baġit ta' EUR 86.4 biljun għall-2014-2020, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin tal-UE biex jindirizza l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs), b'regolamenti li jipprovdu għall-possibbiltà ta' riprogrammazzjoni għall-allinjament mal-isfidi emerġenti.

    Waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta' politika għall-FSE 2014-20 hija l-impjieg taż-żgħażagħ indirizzata kemm permezz tal-fond innifsu kif ukoll tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Taħt il-FSE, EUR 6.3 biljun huma direttament iddedikati għal azzjonijiet tal-impjieg għaż-żgħażagħ, filwaqt li ż-żgħażagħ huma wkoll grupp ewlieni fil-mira taħt miżuri ta’ edukazzjoni, tagħlim tul il-ħajja u inklużjoni soċjali. Barra minn hekk, il-baġit tal-YEI jammonta għal EUR 6.4 biljun bħala total (magħmul minn EUR 3.2 biljun ta' riżorsi tal-YEI b'allokazzjoni korrispondenti tal-FSE ta' EUR 3.2 biljun). Il-YEI, li għaliha attwalment huma eliġibbli 20 Stat Membru, hija speċifikament immirata lejn żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) billi tiffoka fuq reġjuni tal-UE li kienu qed jiffaċċjaw l-ogħla rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-2012. Biex tiġi żgurata reazzjoni malajr għal din l-isfida ta' politika importanti, ir-riżorsi tal-YEI ġew ikkonċentrati fil-bidu fil-baġit tal-UE biex jintefqu matul l-ewwel nofs taċ-ċiklu finanzjarju. Barra minn hekk, fl-2015 il-Kummissjoni rrilaxxat prefinanzjament miżjud għall-YEI li jiswa madwar EUR 1 biljun, biex jiżgura mobilizzazzjoni aktar malajr għall-miżuri tal-impjieg taż-żgħażagħ u t-taħriġ fuq il-post. Iż-żieda kellha impatt pożittiv għal nofs l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni li jibbenefikaw mill-YEI, li setgħu jimpenjaw aktar fondi u/jew iniedu aktar proġetti 37 .

    Madankollu, b’mod globali l-2014 u l-2015 kienu mmarkati, kemm għall-FSE kif ukoll għall-YEI, b'bidu relattivament kajman ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri, b'dikjarazzjoni baxxa ta' nefqa ċċertifikata eliġibbli li tindika rata baxxa ta' assorbiment. Madankollu, dan m'għandux jiġi interpretat bħala sinjal ta' nuqqas ta' azzjonijiet u implimentazzjoni fuq il-post. L-Istati Membri ltaqgħu ma' dewmien fis-sistemi tad-deżinjazzjoni ta’ awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-monitoraġġ, li ħalla impatt fuq il-veloċità tal-ipproċessar tagħhom ta’ talbiet għan-nefqa lill-Kummissjoni Ewropea.

    Diġà, id-dejta turi li, sa mit-tnedija tal-programmi operazzjonali, aktar minn 2 miljun parteċipant ibbenefikaw mill-appoġġ tal-FSE u 1,4 miljun NEET żagħżugħ u żagħżugħa gawdew mill-interventi appoġġjati mill-YEI - notevolment kollokamenti f'impjieg, apprendistati, traineeships, miżuri ta' impjieg indipendenti u edukazzjoni u taħriġ kontinwi. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri l-YEI titqies bħala mekkaniżmu ewlieni jew lieva li permezz tiegħu titħaddem ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ (2013). Għalkemm il-progress fl-implimentazzjoni jvarja bejn Stati Membri, xi proġetti diġà għandhom impatt sinifikanti fuq il-post.

    Kważi l-Istati Membri kollha ħadu azzjoni biex itejbu l-kwalità, il-provvista, jew l-attrazzjoni tal-apprendistati, fl-ispirtu tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati mnedija f'Lulju 2013. Ir-riforma fl-apprendistat Daniż, li għaddiet fl-2013 imma ġiet implimentata minn nofs l-2015 'il quddiem, għandha l-għan li toffri lill-apprendisti l-opportunità li jiksbu kwalifika sekondarja għolja ġenerali li tiftħilhom l-aċċess għal edukazzjoni ogħla. Fi Franza, il-kuntratti ta' apprendistat issa jippermettu l-kisba ta' 85 kwalifika professjonali approvati mill-Ministeru tax-Xogħol (minflok mill-Ministeru tal-Edukazzjoni), sakemm il-persuna jkollha kwalifika ta' ISCED 3 jew tkun ġiet identifikata bħala persuna li waqfet mill-iskola qabel iż-żmien. Fl-Awstrija, ir-Riforma tal-Att dwar it-Taħriġ Vokazzjonali fl-2015 saħħet l-immaniġġjar tal-kwalità fis-sistema tat-taħriġ tal-apprendistat. Offerti ta' taħriġ ġodda, bħal kurrikuli standardizzati għal kwalifiki tad-dħul b'limitu baxx u kwalifiki parzjali, ġew żviluppati għal żgħażagħ żvantaġġjati. Riformi fil-qasam tal-apprendistati huma ppjanati wkoll fl-Irlanda u fis-Slovenja. Fl-Irlanda, il-Kunsill tal-apprendistati (imniedi fl-aħħar tal-2014) għandu l-kompitu li jimmappja s-setturi ekonomiċi fejn l-espansjoni tal-apprendistati tista' tagħmel differenza reali kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-impjegati. Wara sejħa għal proposti li għalqet fil-31 ta' Marzu 2015, ingħażlu għadd ta' Apprendistati ġodda mfassla apposta biex jiġu żviluppati u jitnedew biex b’hekk jissodisfaw il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol. L-ewwel apprendistat ġdid, fil-Prattika tal-Assigurazzjoni, tnieda f'nofs Settembru 2016. Fis-Slovenja, l-Att dwar l-Apprendistati li għaddej minn konsultazzjoni pubblika għandu l-għan li jiddefinixxi qafas globali għall-apprendistati (inkluż l-eliġibbiltà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali, l-obbligi reċiproċi).

    Inizjattivi ta' politika differenti ttieħdu biex jippromwovu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema anzjani. Xi Stati Membri ffukaw fuq l-għoti ta' aċċess għat-tagħlim tal-adulti, bħar-Rumanija bl-adozzjoni ta' Strateġija Nazzjonali dwar it-Tagħlim tul il-Ħajja, bil-fokus prinċipali fuq żieda fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja ta' persuni li normalment mhumiex rappreżentati biżżejjed u huma żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol. Xi Stati Membri oħra introduċew pjanijiet ta' attivazzjoni speċifiċi u servizzi għall-impjiegi individwalizzati, inkluż gwida għall-karriera. Fl-2016, il-Lussemburgu beda l-implimentazzjoni tal-programm ta' kollokament ta' professjonalizzazzjoni notevolment maħsub għall-persuni li qed ifittxu impjieg li għandhom tal-anqas 45 sena. F'każijiet oħra l-Istati Membri kienu favur l-adattament ta' postijiet tax-xogħol u ħeġġew it-tixjiħ attiv fuq ix-xogħol. Dan kien objettiv tal-Istrateġija tal-Latvja għal Tixjiħ Attiv għal Ħajja tax-Xogħol Itwal u Aħjar, li tinvolvi valutazzjoni tal-ħiliet u tas-saħħa, l-iżvilupp ta' pjan individwali fil-livell tal-intrapriża (inklż. aġġustament għall-post tax-xogħol, forom flessibbli tax-xogħol, miżuri ta' titjib fis-saħħa, eċċ.) u taħriġ.

    Żieda fl-inċentivi għall-impjieg ta' ħaddiema anzjani (eż. bonusijiet) u tneħħija ta' diżinċentivi fi strutturi ta' benefiċċju tat-taxxa jinsabu għaddejjin f'diversi Stati Membri. Il-Belġju, il-Ġermanja u l-Awstrija varaw inizjattivi biex iżidu l-inċentivi għall-impjieg ta' ħaddiema anzjani. Il-Ġermanja qed tippjana biex tintroduċi kundizzjonijiet aktar flessibbli biex in-nies ikomplu jaħdmu sa u lil hinn mill-età ġenerali tal-irtirar billi tipprovdi qafas aħjar li jikkombina l-qligħ mix-xogħol mal-qligħ mill-pensjoni. Fil-Belġju żewġ reġjuni (Wallonja u Brussell) adottaw riformi biex itejbu l-iskemi tal-inċentiv tal-impjieg trasferit għal ħaddiema anzjani.

    Skemi speċifiċi u strateġiji għat-tagħlim tul il-ħajja għandhom l-għan li jappoġġjaw persuni b'diżabilità jew persuni żvantaġġjati oħra biex jiksbu u jżommu impjieg bil-ħlas fis-suq miftuħ. Eżempji konkreti ċari ta' dawn il-miżuri jistgħu jidhru f'Ċipru (sussidji għall-impjegaturi li jfittxu ħaddiema b'diżabilità), fil-Lussemburgu (kollokamenti f'impjiegi temporanji b'opportunità għal pożizzjoni permanenti), f'Malta (kwoti tal-impjiegi) u fin-Netherlands (ħolqien ta' impjiegi mmirati lejn persuni b'diżabilità). L-Istrateġija Nazzjonali reċenti dwar it-Tagħlim tul il-Ħajja fir-Rumanija stabbilixxiet objettiv għal żieda fil-parteċipazzjoni ta' gruppi żvantaġġjati, inkluż persuni b'diżabilità.

    Fil-kuntest ta' influss bla preċedent ta' applikanti għall-ażil, l-Istati Membri żiedu wkoll il-fokus fuq l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni li ġejjin minn familji migranti. L-iżgurar ta' intervent bikri għal dawk li jkunu għadhom kif waslu, li jinvolvi l-partijiet interessati bħall-impjegaturi u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, kien l-objettiv ta' diversi inizjattivi. L-Iżvezja ddisinjat miżuri bikrija għall-perjodu tal-applikazzjoni għall-ażil, b'mod partikolari l-introduzzjoni tal-lingwa u informazzjoni soċjetali. Meta dawk li jkunu għadhom kif waslu jingħataw permess ta' residenza, huma jkollhom aċċess għal programm ta' introduzzjoni, b'rotot rapidi mmirati lejn professjonijiet fir-riskju ta' nuqqasijiet. Barra minn hekk, 200 aġenzija fis-settur pubbliku ngħataw il-kompitu li joffru traineeships lil dawk li jkunu għadhom kif waslu matul il-perjodu 2016-2018. Il-kumpaniji wkoll għandhom rwol proattiv; dawk li joffru tal-anqas 100 impjieg jew traineeship lil dawk li jkunu għadhom kif waslu ġew raggruppati f'dak hekk imsejjaħ “Klabb tal-Mija”, b'pakketti ta' miżuri mfassla apposta mill-PES. Il-Programm ta' Integrazzjoni aġġornat tal-Gvern Finlandiż għall-2016-2019 ukoll isegwi l-objettiv ta' tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-immigranti, pereżempju, fl-istudji jew fil-ħajja tax-xogħol, permezz ta' kooperazzjoni inizjali effettiva bejn l-awtoritajiet u l-partijiet interessati. Fuq l-istess linja, imma jirriflettu struttura federali, il-Länder Ġermaniż adotta diversi programmi, pjanijiet u ftehimiet skont il-bżonnijiet tagħhom (eż. ftehim ta' “Integrazzjoni permezz ta' Taħriġ u Xogħol” konkluż bejn il-gvern Bavarjan, il-komunità kummerċjali Bavarjana u s-servizzi tal-impjiegi). Fl-Awstrija, il-gvern federali stabbilixxa f'Settembru 2015 “fond għall-integrazzjoni” ta' EUR 75 miljun biex jiffinanzja miżuri ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għar-refuġjati, b'EUR 40 miljun addizzjonali fis-sena allokati għall-2016 u l-2017 fil-Baġit Federali. F'dan l-isfond, proġett pilota twettaq mill-PES, li għandu l-għan li jidentifika bżonnijiet individwali u rekwiżiti ta' taħriġ, filwaqt li jipprovdi wkoll informazzjoni ġenerali dwar it-tfittix ta' impjiegi u s-sistema edukattiva, u dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-impjegati u tal-impjegaturi fl-Awstrija.

    Ġew iddisinjati wkoll miżuri ta' attivazzjoni speċifiċi permezz ta' tisħiħ mill-ġdid immirat lejn il-benefiċċji u s-servizzi soċjali. Fid-Danimarka, l-allowance għall-integrazzjoni introdotta f'Settembru 2015 ħadet post l-assistenza edukattiva jew soċjali sabiex jiżdiedu l-inċentivi għax-xogħol għall-immigranti. Ukoll, ir-refuġjati issa huma meqjusa kapaċi jaħdmu malli jaslu, bil-programm tal-integrazzjoni tas-settur pubbliku li se jkun qed jiffoka fuq miżuri relatati mal-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-lingwa Daniża u se jkun aktar orjentat lejn is-suq tax-xogħol, u ċ-ċentri tal-impjiegi se jsaħħu s-servizzi tagħhom lill-kumpaniji. Barra minn hekk, skema ta' bonus fi flus se tiġi introdotta għall-kumpaniji privati li jimpjegaw ir-refuġjati f'impjieg mhux sussisdjat ordinarju.

    Lil hinn minn miżuri mmirati l-aktar lejn l-integrazzjoni ta' dawk li jkunu għadhom kemm waslu, diversi Stati Membri għamlu sforzi biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni, permezz ta' biċċiet ta' leġiżlazzjoni ġodda jew emendati, jew l-iżvilupp ta' proġetti speċifiċi. Fil-Finlandja, l-Att dwar in-Nondiskriminazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2015 jespandi d-dmir tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u jipprevjeni d-diskriminazzjoni. Id-dmir japplika għall-fornituri tat-taħriġ u l-edukazzjoni kif ukoll għall-istituzzjonijiet edukattivi u l-impjegaturi, b'dan jaffettwa b'mod partikolari l-ħajja tax-xogħol fis-settur privat. Fil-Belġju, kummissjoni ġdida ta' esperti ġiet stabbilita bid-Digriet Irjali tat-18 ta' Novembru 2015, li tiġbor fiha rappreżentanti tal-ġudikatura, tal-professjonijiet legali, tat-trejdjunjins u tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi bil-għan li kull ħames snin tiġi evalwata l-applikazzjoni u l-effikaċja tal-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni.  Spanja żviluppat proġetti innovattivi fil-qafas tal-Istrateġija Nazzjonali kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza: proġett imsejjaħ FRIDA ġie żviluppat tul l-2015 bil-għan li jħarreġ u jqajjem kuxjenza fost il-komunità edukattiva. Programmi simili se jkunu qed jiġu varati fil-qasam tal-Ġustizzja u s-Saħħa.

    L-għoti ta' liv bi ħlas tal-maternità/tal-ġenituri għandu tendenza li jagħti spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jgħin lin-nisa jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-ħajja tal-familja. Id-distribuzzjoni bilanċjata tal-liv bi ħlas bejn in-nisa u l-irġiel wriet li hija partikolarment ta' benefiċċju biex tagħti spinta lill-impjieg tan-nisa wara li jkollhom it-tfal. Fil-perjodu reċenti numru ta' Stati Membri (inkluż il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta u l-Portugall) ħadu inizjattivi biex itejbu d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-liv bi ħlas tal-ġenituri. Bħala eżempju, il-Ġermanja għamlet flessibbli r-regoli dwar il-liv tal-ġenituri billi qed tippermetti liv ta' 24 xahar meta l-wild ikun fl-età ta' bejn tlieta u tmien snin, u tħallih jinqasam fi tliet blokki. Barra minn hekk, l-użu bbilanċjat tal-intitolamenti tal-liv bejn in-nisa u l-irġiel wara t-twelid tal-wild (inkluż l-użu ta' arranġamenti tal-liv mill-missirijiet) wera li għandu effetti pożittivi f'termini ta' distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet tad-dar u ta' kura u tejjeb ir-riżultati tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż ir-ritorn aktar malajr tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Biex timxi f'din id-direzzjoni, l-Irlanda reċentement introduċiet liv bi ħlas tal-paternità ta' ġimgħatejn u l-Portugall estenda l-liv tal-paternità għal 25 jum ta' xogħol (li qabel kienu 20 jum), bi 15 minnhom ikunu obbligatorji (qabel kienu 10). Ir-Repubblika Ċeka wkoll emendat l-arranġamenti tal-liv tal-ġenituri u l-benefiċċji biex tinkoraġġixxi l-involviment tal-missirijiet fl-indukrar tat-tfal u tinkoraġġixxi lill-ommijiet li jixtiequ jerġgħu lura għax-xogħol aktar qabel.

    L-Istati Membri introduċew ukoll miżuri fl-oqsma tal-indukrar tat-tfal u l-kura fit-tul biex jitneħħew l-ostakoli għall-impjieg għal dawk li jieħdu ħsieb il-familji, b'mod speċjali n-nisa. Pereżempju, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat inizjattivi biex ittejjeb l-edukazzjoni preprimarja u biex issaħħaħ l-appoġġ għat-tfal bi bżonnijiet speċjali. Ir-Repubblika Ċeka qed tippjana wkoll biex fl-2017 tadotta għajnuna finanzjarja u liv għal persuni li informalment jieħdu ħsieb dipendenti tal-familja. Stati Membri oħra (inkluż il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Irlanda, is-Slovakkja, il-Lussemburgu, u r-Renju Unit) reċentement ħadu passi biex itejbu l-affordabbiltà tal-indukrar tat-tfal. Is-Slovakkja qed tippjana biex sal-aħħar tal-2016 iżżid l-allowance għal dawk li jieħdu ħsieb persuni li għandhom diżabilità severa, u biex iżżid il-perjodu tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni kkreditati lill-persuni li jindukraw. Xi Stati Membri għandhom il-ħsieb ukoll li jindirizzaw diżinċentivi finanzjarji għax-xogħol li jirriżultaw mis-sistemi tal-benefiċċji tat-taxxa tagħhom. Pereżempju, l-Awstrija u r-Renju Unit nedew inizjattivi biex jespandu t-trattament fiskali favorevoli tal-benefiċċji tat-tfal u tal-ispejjeż għall-indukrar tat-tfal.

    Arranġamenti flessibbli ta' xogħol, bħat-telexogħol, il-ħin flessibbli u t-tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, ukoll ġew użati biex jistimulaw l-impjieg tan-nisa. Fil-Portugall l-impjegati b'responsabbiltajiet ta' ġenituri ġew intitolati għal xogħol part-time jew arranġamenti ta' xogħol flessibbli, bħat-telexogħol. Il-Ġermanja reċentement introduċiet l-allowance tal-ġenituri “plus”, li jippermetti lill-ġenituri jieħdu l-liv tal-ġenituri tagħhom fuq bażi part-time u jagħti inċentivi lill-ġenituri biex it-tnejn jagħmlu użu mil-liv part-time tagħhom. Ir-Repubblika Ċeka wkoll qed tippjana biex tippermetti lill-impjegati b'responsabbiltajiet ta' ġenituri li jkollhom forom flessibbli ta' intitolamenti (fil-każ ta' tfal fl-età ta' 3 snin jew anqas). It-telexogħol huwa possibbli fuq deċiżjoni tal-impjegatur.

    Il-qiegħda fit-tul spiss jiffaċċjaw kombinazzjoni tal-ostakoli msemmija hawn fuq; ħafna Stati Membri qed jirrinfurzaw l-appoġġ għalihom, b'xi kultant, bħala l-ewwel pass, miżuri li jżidu r-rati ta' reġistrazzjoni mas-servizzi għall-impjiegi, li bħala medja kienet ta' 71 % fl-UE fl-2015. Ir-Rumanija pereżempju introduċiet fil-ħarifa tal-2016 timijiet integrati li jiġbru flimkien is-servizzi soċjali, il-medjaturi tas-saħħa u edukattivi, immirati lejn l-outreach u r-reġistrazzjoni tal-inattivi u l-qiegħda fit-tul f'żoni rurali u f'komunitajiet żvantaġġjati.

    Numru ta' pajjiżi qed jirrinfurzaw l-individwalizzazzjoni tal-appoġġ ipprovdut lill-qiegħda fit-tul, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tiffoka fuq ftehimiet ta' integrazzjoni tal-impjiegi li jfasslu apposta l-appoġġ għall-bżonnijiet individwali bi drittijiet u obbligi ċari kemm għall-qiegħda kif ukoll għall-korpi ta' appoġġ. Fi Franza, l-appoġġ ipprovdut mis-servizz pubbliku tal-impjiegi sar aktar individwalizzat b'valutazzjoni tal-kompetenza rinfurzata, hekk kif il-persunal qed jiġi riallokat lejn konsulenza intensifikata, li timmira li tilħaq 460 000 klient fir-riskju ta' qgħad fit-tul sal-2017. Fi Spanja, il-Portafoll Komuni tas-Servizzi tal-Impjiegi mill-2015 qed jipprevedi l-istabbiliment ta' itinerarji tal-impjiegi individwalizzati u ftehimiet ta' impjieg personali, li huma vinkolanti għal dawk li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad. Barra minn hekk, Programm li jappoġġja l-qiegħda fit-tul ġie introdott fl-2016 biex isaħħaħ il-kapaċità tal-PES bil-għan li jipprovdi appoġġ individwalizzat. Fl-2016 iċ-ċentri tal-impjiegi Daniżi bdew “Pjan ta' Kuntatt” li huwa bbażat fuq kuntatt intensifikat fl-ewwel sitt xhur tal-qgħad u wara 16-il xahar ta' qgħad. Il-persuna qiegħda fit-tul hija involuta b'mod attiv fl-ippjanar tal-laqgħat u l-konsulenti tal-impjiegi huma mħarrġa biex jużaw għodod ta' awtonomizzazzjoni u għodod motivazzjonali. Il-Finlandja qed tippjana wkoll intervista wiċċ imb wiċċ mal-qiegħda fit-tul kull 3 xhur mill-2017.

    Numru ta' pajjiżi għaldaqstant esternalizzaw is-servizzi tal-impjiegi għall-qiegħda fit-tul. Malta introduċiet Inizjattiva ta' Programm ta' Ħidma li jesternalizza t-tfassil ta' profili, it-taħriġ u l-kollokamenti f'impjieg għal klijenti qiegħda fit-tul fl-età ta' bejn 25-56. F'Awwissu 2015 il-Latvja nediet programm nazzjonali tal-FSE (EUR 40 miljun) li jinvolvi lill-NGOs bħala fornituri ta' servizz għal konsultazzjonijiet individwali u fi grupp, konsultazzjonijiet dwar il-karriera, verifiki tas-saħħa, gwida, programmi motivazzjonali, programmi għat-trattament tal-vizzji.

    L-għoti ta' taħriġ għall-qiegħda fit-tul ġie rinfurzat ukoll f'numru ta' pajjiżi. Franza nediet fl-2016 pjan ta' EUR 1 biljun għall-finanzjament ta' 500 000 taħriġ addizzjonali għall-persuni li qed ifittxu impjieg, li minnhom 300 000 huma prijoritizzati għall-persuni qiegħda fit-tul li qed ifittxu impjieg u dawk bi kwalifiki baxxi f'setturi bi prospetti reġjonali pożittivi dwar ix-xogħol u l-ekonomija. L-Iżvezja qed issaħħaħ il-komponent tat-taħriġ tal-garanzija tal-attivazzjoni tagħha b'żieda fil-possibbiltajiet ta' taħriġ għax-xogħol, korsijiet speċifiċi għall-vokazzjoni f'professjonijiet fejn hemm nuqqas fi skejjel għolja tal-folk għal perjodu sa 24 xahar u l-possibbiltà għal-LTU li jistudjaw filwaqt li jibqgħu jirċievu l-benefiċċji ta' “appoġġ għall-attività” għal sena.

    It-tfassil apposta skont il-bżonnijiet individwali spiss kien jeħtieġ koordinazzjoni aħjar tas-servizzi bejn l-organizzazzjonijiet, u l-Istati Membri qablu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt għall-qiegħda fit-tul. L-iskambju ta' dejta u pjattaformi ta' interoperabbiltà huma kruċjali għall-għoti effettiv tas-servizzi. Is-Slovakkja qed tirrinfurza l-kapaċità tal-uffiċċji tax-xogħol integrati, tintegra l-konsulenza dwar l-impjiegi u l-għoti ta' benefiċċji soċjali u toħloq ċentri ta' attivazzjoni speċjalizzati għall-qiegħda fit-tul. L-Irlanda integrat l-appoġġ tad-dħul u s-servizzi tal-impjiegi fiċ-ċentri Intreo, iffukati fuq il-ġestjoni ta' każijiet individwali. Sabiex jitnaqqas l-ammont ta' każijiet u jiżdied l-ambitu għal appoġġ individwalizzat, il-programm “JobPath” esternalizza l-appoġġ ta' sena għall-qiegħda fit-tul, biex b'hekk qed jipprovdi sħab privati b'inċentivi finanzjarji biex jiksbu ħruġ sostenibbli mill-programm bi ħlasijiet li jsiru wara 13, 26, 39, 52 ġimgħa ta' impjieg tal-persuni li qed ifittxu impjieg. Filwaqt li xi pajjiżi huma avvanzati sew fit-twettiq ta' punt uniku ta' kuntatt, pajjiżi oħra qed jieħdu l-ewwel passi biex jikkoordinaw l-għoti tas-servizz bejn l-organizzazzjonijiet. Il-Bulgarija qed tippilota l-integrazzjoni tas-servizz billi toħloq, permezz ta' proġett iffinanzjat mill-FSE 65, ċentri ta' punt uniku ta' servizz li jintegraw il-konsulenza kemm mill-impjieg kif ukoll mis-servizzi soċjali.

    L-integrazzjoni b'suċċess teħtieġ ukoll sħubiji b'saħħithom mal-impjegaturi. Fir-Renju Unit u fin-Netherlands, timijiet speċjalizzati ta' impjegaturi jipprovdu punt uniku ta' kuntatt għall-impjegaturi, li regolarment jimmonitorja l-opportunitajiet ta' impjieg għall-qiegħda fit-tul u jiżviluppa għarfien speċifiku u relazzjonijiet mal-kumpaniji. Fil-Portugall, il-miżura tal-programm Reativar tintroduċi l-appoġġ għall-qiegħda fit-tul li għandhom aktar minn 31 sena billi jieħdu traineeships ta' sitt xhur f'istituzzjoni privata, permezz ta' għotja ta' kull xahar skont il-livell tal-kwalifika. L-istituzzjoni ta' promozzjoni tipprovdi ċertifikazzjoni fl-aħħar tat-traineeship. Il-PES (IEFP) tħallas bejn 65 % u 80 % tal-għotja, skont it-tip ta' istituzzjoni ta' promozzjoni u l-karatteristiċi tal-parteċipant. F'Ċipru, il-gvern introduċa sussidji ġodda tal-impjiegi mmirati lejn il-qiegħda fit-tul, filwaqt li l-Finlandja qed tħejji biex fl-2017 tniedi programmi ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u programmi ta' apprendistati mfassla apposta għall-qiegħda fit-tul. Is-Slovakkja tuża l-FSE biex tintroduċi xogħol b'tutela għall-qiegħda fit-tul li jikkombina s-sussidju tal-impjegatur ma' skema ta' mentoring ipprovduta mill-impjegatur.

    2.3    Linja gwida 7: Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol

    Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 7 dwar l-impjiegi li tirrakkomanda lill-Istati Membri li jsaħħu l-funzjonament tas-suq tax-xogħol. L-ewwel tippreżenta indikaturi dwar il-kopertura tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u miżuri ta' attivazzjoni li huma kruċjali biex iżidu t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol. Imbagħad tikkwantifika s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol permezz ta' tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tenfasizza t-tipi varji ta' spejjeż assoċjati mad-dixxiplina tal-protezzjoni. It-Taqsima 2.3.2 tirrapporta dwar miżuri ta' politika minn Stati Membri f'dawn l-oqsma, inkluż il-mobilità tax-xogħol u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali, li huwa importanti għal sens ta’ responsabbiltà għar-riformi u b’hekk għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

    2.3.1    Indikaturi ewlenin

    Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) huma parti interessata kruċjali biex jitlaqqgħu l-provvista u d-domanda, sakemm il-persuni li qed ifittxu impjieg huma rreġistrati, sabiex jingħataw l-aċċess għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol u appoġġ għat-tfittix ta' impjieg. Il-varjazzjonijiet fir-rati ta' reġistrazzjoni bejn il-pajjiżi (ara Grafika 22) huma minħabba diversi fatturi, inkluż il-kwalità u l-attrazzjoni tas-servizzi tal-PES, il-livell, id-durata u l-eliġibbiltà tal-benefiċċji tal-qgħad u soċjali, u l-obbligi u l-mekkaniżmi ta' sanzjonar marbuta ma' dawn il-benefiċċji.

    Grafika 22. Sehem tal-qiegħda fit-tul irreġistrati mas-servizzi għall-impjiegi, 2015

    Sors: Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol 2015. Id-dejta għal AT u IE mhix disponibbli.

    Kollox ma' kollox, l-użu tal-PES fit-tfittix ta' impjiegi jibqa' żbilanċjat madwar l-UE (Grafika 23), ukoll bir-riskju li f'xi Stati Membri l-aktar persuni li qed ifittxu impjieg li huma vulnerabbli jduru lejn xogħol mhux iddikjarat. L-effiċjenza tal-PES fil-ġbir tal-informazzjoni mill-impjegaturi dwar postijiet vakanti tax-xogħol tikkontribwixxi għal użu akbar tal-PES mill-persuni li qed ifittxu impjieg.

    Grafika 23 - L-użu tal-PES fit-tfittix ta' impjieg u sehem ta' persuni qiegħda li jfittxu impjieg, 2014

    Sors: Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol 2014

    Pajjiżi bl-aktar rati baxxi ta' qgħad fit-tul huma fost dawk fejn il-livell ta' parteċipazzjoni fl-ALMPs huwa l-ogħla. Għal diversi Stati Membri oħra, l-appoġġ ta' attivazzjoni ma jidhirx proporzjonat mal-isfida tal-qgħad li qed jiffaċċjaw.

    Grafika 24: Appoġġ għall-attivazzjoni (Parteċipanti f'LMP għal kull 100 persuna li tixtieq taħdem) u rati tal-qgħad fit-tul f'kull Stat Membru, 2014

    Sors: Eurostat, il-bażi ta' dejta tal-LMP (Nota: għal dejta tal-2009 dwar l-appoġġ għall-attivazzjoni għar-Renju Unit, dejta tal-2012 għal Ċipru u dejta tal-2013 għall-Greċja, l-Irlanda u Spanja)

    Madankollu, id-disinn, il-kopertura u l-immirar tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (ALMPs) kif ukoll il-mod kif jiġu implimentati jimpatta fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom. Il-qgħad jista' jkollu diversi kawżi, bħan-nuqqas globali ta' domanda għax-xogħol, spariġġ fil-ħiliet, leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tax-xogħol jew tassazzjoni fuq ix-xogħol, eċċ. (ara l-paragrafi korrispondenti ta' dan id-dokument). B'mod simmetriku, il-miżuri ta' attivazzjoni jistgħu jiffukaw fuq in-naħa tal-provvista (bħal sussidji għall-impjiegi), filwaqt li oħrajn huma mmirati lejn gruppi żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol jew jirrelataw mat-tfassil globali tas-suq tax-xogħol (eż. sistemi għat-tbassir ta' ħiliet), jew mad-disinn tal-benefiċċji soċjali, li hija r-raġuni għaliex il-miżuri ALMP huma riflessi – minkejja li sa punti differenti - taħt it-Taqsimiet 2.2, 2.3 u 2.4 tar-rispons ta' politika. ALMPs differenti jkunu xierqa għal tipi differenti ta' qiegħda u għal ċirkostanzi differenti, li jitlob tekniki effettivi għat-tfassil ta' profili u l-iżvilupp ta' kultura ta' evalwazzjoni. Pereżempju, l-inċentivi għat-tfittix tal-ħaddiema għal ditti jistgħu jkollhom telf deadweight relattivament kbir jew effetti ta' esklużjoni. L-effikaċja tal-ħolqien ta' impjiegi b'mod dirett fis-settur pubbliku wkoll spiss jista' juri li jkun dubjuż. B’mod ġenerali, l-ALMPs li huma parti minn skemi ta’ appoġġ individwalizzati u mmirati jidhru li huma aktar ta’ suċċess. L-ALMPs li jqassmu mill-ġdid l-inċentivi lil dawk barra mis-suq tax-xogħol għandhom tendenza li jkunu partikolarment effettivi matul l-irkupri.

    F'dan ir-rigward, is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol għadha sinifikanti f'ħafna Stati Membri. Dan jimplika li spiss “segmenti” differenti jeżistu flimkien fil-forza tax-xogħol: min-naħa waħda, ħaddiema kkaratterizzati minn relazzjonijiet ta' impjieg stabbli, protezzjoni kontra s-sensji, u aċċess sħiħ għall-protezzjoni soċjali; min-naħa l-oħra, kuntratti ta' impjieg mhux standard, bi protezzjoni limitata jew xejn kontra s-sensji, relazzjonijiet tal-impjieg mhux stabbli, u (spiss) aċċess limitat għall-protezzjoni soċjali. F'suq tax-xogħol segmentat, il-ħaddiema b'kuntratt fiss huma tipikament f'din il-kundizzjoni kontra r-rieda tagħhom, iwettqu kompiti li mhumiex temporanji fin-natura tagħhom, u hemm tranżizzjonijiet limitati għas-segment li huwa aktar protett tal-forza tax-xogħol; fil-prattika, il-kuntratti temporanji spiss jirrappreżentaw “truf li ma jwasslu mkien” aktar milli “mezzi ta' passaġġ”. Il-kombinazzjoni ta' sehem għoli ta' impjegati b'kuntratt fiss u rati ta' tranżizzjoni baxxi lejn impjieg permanenti tidher partikolarment inkwetanti f'pajjiżi bħall-Polonja, Spanja u Franza (Grafika 25).

    Grafika 25: Sehem tal-impjieg temporanju (2015) u rati ta' tranżizzjoni minn kuntratti temporanji għal kuntratti permanenti (2014-15)

    Sors: Eurostat, LFS u SILC. Id-dejta għar-rati ta’ tranżizzjoni mill-2014 għal DE, IE, EL, LT, MT, RO, UK.

    L-involviment tas-sħab soċjali fid-disinn u fl-implimentazzjoni ta' politiki u riformi rilevanti huwa żbilanċjat madwar l-UE, u dan jistħoqqlu l-attenzjoni. Filwaqt li l-Istati Membri kollha jiddisponu mill-korpi bejn żewġ jew tliet imsieħba biex jippermettu interazzjonijiet bejn is-sħab soċjali, u f'xi każijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-grad u l-impatt tal-involviment tas-sħab soċjali fil-politiki u fir-riformi jiddependu bis-saħħa fuq l-attitudni ġenerali tal-awtoritajiet pubbliċi lejhom, fuq ir-relazzjoni bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, fuq il-kapaċità ta' dawn l-organizzazzjonijiet u s-sustanza tal-kontribuzzjonijiet tagħhom. L-involviment tas-sħab soċjali fis-Semestru spiss jirrifletti l-involviment globali tagħhom fil-proċessi nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.3.2    Rispons ta' politika

    Istituzzjonijiet ewlenin biex isaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u jgħinu t-tlaqqigħ huma s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) tal-Istati Membri, li lkoll ħadu sehem fi żjarat ta' tagħlim referenzjarju biex jidentifikaw il-qawwiet u l-oqsma fejn irid isir titjib, billi jibnu fuq in-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (Netwerk tal-PES) 38 . Wara proċess ta' awtovalutazzjoni u evalwazzjoni bejn il-pari, ġew prodotti rapporti li jiddeskrivu prattiki tajba u oqsma għal titjib (AFIs). Kull PES se jiddeċiedi kif għandu jsegwi, u għandu jirrapporta lura dwar riformi mwettqa lill-Bord tan-Netwerk tal-PES 12-il xahar wara.

    Madankollu, il-PES tal-Istati Membri għadu jopera fi klima ta' riżorsi ristretti u għalhekk tkomplew l-isforzi biex jottimizzaw l-immirar tal-għoti tas-servizz. Diversi PES qed jiżviluppaw programmi ta' effiċjenza li huma maħsuba biex iżommu, u fejn possibbli, itejbu l-għoti ta' servizz filwaqt li jippermettu iżjed fokus fuq dawk l-aktar diffiċli biex jiġu mgħejjuna. Fl-Estonja l-gvern adotta l-Programm il-ġdid tal-Impjiegi għall-2016-2017, li daħal fis-seħħ f'Jannar 2016. Aktar minn 20 miżura attiva differenti dwar is-suq tax-xogħol huma disponibbli u għandhom l-għan li jipprovdu għajnuna skont il-bżonnijiet individwali tal-persuni li qed ifittxu impjieg. Fl-Ungerija, sistema ġdida ta' tfassil ta' profili ilha topera madwar il-pajjiż sa mill-2016 sabiex tipprovdi servizzi effiċjenti personalizzati lis-suq tax-xogħol, sussidji u programmi tas-suq tax-xogħol ibbażati fuq il-karatteristiċi individwali tal-klijent.

    L-iżvilupp ta' sistemi li jbassru l-ħiliet f'diversi Stati Membri jgħinu lis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jilħqu l-objettivi tagħhom. F'Malta, ġiet iddisinjata għodda tal-IT għall-impjegaturi u għal dawk li jfittxu impjieg. Din toħloq Suq tax-Xogħol Virtwali, li tlaqqa' t-tfittix ta' impjieg mal-postijiet vakanti attwali billi tqis il-ħiliet u l-kompetenzi. Din il-miżura hija maħsuba biex tikkontribwixxi għal servizz pubbliku tal-impjiegi aktar effiċjenti u se tkun qed tgħin ukoll fl-iżvilupp tal-politika permezz tal-informazzjoni dwar il-bżonnijiet ta' ħiliet. Fil-Latvja, ġie ddedikat ammont sinifikanti għal proġett li jikkonsisti f'titjib fit-tbassir tas-suq tax-xogħol fuq terminu qasir, li jinkludi l-għoti ta' informazzjoni dwar id-domanda għal ħiliet u professjonijiet speċifiċi u l-ħolqien ta' għodda faċli għall-utent li turi l-perspettiva tad-domanda u l-provvista fis-suq tax-xogħol.

    Għalhekk, il-PES qed isaħħu l-isforzi tagħhom biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-impjegaturi biex jinkoraġġixxu r-reklutaġġ min-numru ta' każijiet li jkollhom ta' persuni li qed ifittxu impjieg. Il-fokus biex tintlaħaq id-domanda tal-impjegaturi huwa komponent essenzjali tal-intervent tal-PES biex jgħin fil-kisba tal-bilanċ fis-suq tax-xogħol. Fil-Lussemburgu ġie konkluż ftehim bejn l-Union des entreprises luxembourgeoises (UEL), il-gvern u l-PES (ADEM) taħt il-programm “Entreprises, partenaires pour l'emploi”, sabiex jiġu reklutati 5 000 persuna jfittxu impjieg bejn l-2015 u l-2017. Dan il-programm għandu l-għan ta' kooperazzjoni mill-qrib biex jitwettqu azzjonijiet speċifiċi bħall-istabbiliment ta' skambju ta' informazzjoni, l-iżvilupp ta' sħubiji bejn l-ADEM u kumpaniji privati, l-iżvilupp ta' taħriġ immirat għall-persuni li qed ifittxu impjieg li jissodisfa r-rekwiżiti tal-kumpaniji. F'Marzu 2016, ġie stabbilit bord għall-impjiegi fi ħdan l-ADEM biex iżid l-opportunitajiet li jiltaqgħu l-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi. Fir-Rumanija, l-Istrateġija Istituzzjonali tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Impjiegi (NEA) għandha l-għan li tiżviluppa attivitajiet iddedikati għall-impjegaturi sabiex tiżdied ir-rata tal-okkupanza tal-postijiet vakanti.

    L-Istati Membri wkoll qed jiżviluppaw punti uniċi ta' servizz, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-qiegħda fit-tul. Fil-Portugall, is-servizzi pprovduti mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u mis-Servizzi Soċjali qed jinġabru flimkien. Fir-Rumanija, qed jiġi introdott l-approċċ tal-ġestjoni tal-każijiet, anke għas-servizzi soċjali, fil-kuntest tar-riforma tal-PES, bil-għan li tiżdied l-attivazzjoni u r-rabta bejn iż-żewġ tipi ta' servizzi. Timijiet integrati huma stabbiliti għall-komunitajiet żvantaġġjati. Il-Finlandja wkoll varat netwerk ta' servizzi multisettorjali konġunti soċjali u tal-impjiegi għall-qiegħda fit-tul, li ilu jaħdem sa mill-bidu tal-2016. Dan jippermetti approċċ integrat u personalizzat għall-attivazzjoni u l-appoġġ għall-ħaddiema li jirritornaw fis-suq tax-xogħol.

    Bl-istess objettiv li jiżviluppaw approċċi olistiċi u koerenti, xi Stati Membri ħadu passi wkoll biex itejbu l-governanza globali u l-konsistenza tal-ALMPs. Fl-Italja, l-Att dwar l-Impjiegi stabbilixxa aġenzija nazzjonali ġdida għal suq tax-xogħol attiv (ANPAL) biex tikkoordina netwerk wiesa' ta' istituzzjonijiet u aġenziji (eż. l-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, l-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni għal Korrimenti fl-Impjieg, servizzi tal-impjiegi, kmamar tal-kummerċ, skejjel) responsabbli mill-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol. Il-Ministeru tax-Xogħol u l-Politiki Soċjali huwa inkarigat mid-direzzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ANPAL. Huwa previst ukoll li digriet amministrattiv ieħor, ibbażat fuq ftehim bejn il-Gvern nazzjonali u r-Reġjuni, se jiddefinixxi linji gwida triennali u objettivi għall-ALMPs, u l-istandards għat-twettiq ta' servizzi madwar it-territorju nazzjonali. Ċipru wkoll bħalissa qiegħed jimplimenta sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-ALMPs tiegħu. Ir-“Rekwiżiti tal-Utent” u d-“Definizzjonijiet tal-Funzjoni” ġew finalizzati u s-sistema għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kontinwi tal-ALMPs hija mistennija tkun qed taħdem sal-aħħar tal-2016. Fil-Finlandja, il-gvern ippropona, f'April 2016, li jillaxka l-kunċett ta' offerta ta' impjieg aċċettabbli f'termini tat-tip ta' impjieg, post u paga offruta. Il-konsultazzjoni tinsab għaddejja. Fi Spanja l-Pjan Annwali dwar il-Politika tal-Impjiegi għall-2016, li jservi bħala qafas għall-koordinazzjoni u t-twettiq tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, huwa bbażat fuq sett olistiku ta' indikaturi li jkopru l-forniment kollu tas-servizzi.

    Għal ħafna Stati Membri, il-promozzjoni tal-effiċjenza tas-swieq tax-xogħol tfisser ukoll il-promozzjoni tal-mobilità ġeografika tax-xogħol fil-konfini tagħhom stess. Il-Portugall adotta programm imsejjaħ “Appoġġ għall-Mobilità Ġeografika fis-Suq tax-Xogħol”, li għandu l-għan li jinċentiva l-qiegħda jaċċettaw offerti ta' impjiegi mill-bogħod. Hemm żewġ kategoriji ta' appoġġ ibbażati fuq it-tul tal-kuntratt tax-xogħol: appoġġ għall-ivvjaġġar fil-każ ta' mobilità temporanja (kuntratt tax-xogħol ta' mill-anqas xahar f'distanza ta' mill-anqas 50 km mir-residenza tal-ħaddiem), jew appoġġ għat-trasferiment tar-residenza fil-każ ta' mobilità permanenti (kuntratt tax-xogħol ta' mill-anqas 12-il xahar f'distanza ta' mill-anqas 100 km), b'allowance ta' darba għat-trasferiment miżjud b'allowances fix-xahar għal perjodu massimu ta' sitt xhur. Fir-Repubblika Ċeka wkoll, l-appoġġ għall-mobilità reġjonali issa qed jingħata mill-Uffiċċju tax-Xogħol lill-persuni li qed ifittxu impjieg li jkunu ilhom irreġistrati għal aktar minn 5 xhur f'diversi reġjuni 39 , biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal impjieg ġdid barra mir-reġjun. Fil-Bulgarija, huwa ppjanat li tiġi aġġornata l-liġi dwar il-promozzjoni tal-impjiegi sabiex tipprovdi finanzjament għall-indukrar tat-tfal, il-kindergarten, l-ispejjeż tal-kiri u l-abbonament tal-internet lill-persuni qiegħda kollha li jibdew impjieg aktar minn 50 km 'il bogħod mill-post tar-residenza tagħhom. Ir-Rumanija qed tippjana wkoll biex tikkofinanzja skema nazzjonali li żżid il-mobilità interna, permezz ta' pakkett komprensiv. Dan jinkludi appoġġ għall-qiegħda rreġistrati li jibdew impjieg aktar minn 15-il km 'il bogħod mill-post tar-residenza tagħhom, kif ukoll allowance biex jissetiljaw fil-post għal dawk li jibdlu d-domiċilju tagħhom aktar minn 50 km 'il bogħod mill-post attwali tar-residenza tagħhom.

    Lil hinn mill-għoti ta' appoġġ, servizzi u informazzjoni ta' kwalità għall-promozzjoni tal-impjiegi, diversi Stati Membri ħadu azzjoni ulterjuri biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat, b'mod partikolari billi jsaħħu l-ispezzjonijiet tax-xogħol. Fl-Italja, digriet leġiżlattiv adottat f'Settembru 2015 irrazzjonalizza s-sistema tal-ispezzjonijiet tax-xogħol permezz tal-ħolqien ta' spettorat nazzjonali li jinkorpora tliet istituzzjonijiet li qabel kienu distinti u bidel il-mod kif jaħdmu l-ispezzjonijiet. Il-konvenzjoni bejn l-Aġenzija u l-Ministeru tax-Xogħol, li tiddefinixxi l-objettivi u l-attivitajiet tal-aġenzija, għadha trid tiġi adottata. F'Malta, l-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ ġie emendat f'Ġunju 2016 wara konsultazzjonijiet pubbliċi, b'aktar penali finanzjarji strinġenti imposti fuq l-impjieg irregolari, u bir-rinforz tal-kapaċità tal-ispettorat tax-xogħol (l-Unità għall-Konformità mal-Liġi) fis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi. F'Ċipru, il-Ministeru tax-Xogħol, l-Assistenza Soċjali u l-Assigurazzjoni Soċjali identifika l-komponenti ewlenin meħtieġa biex b'mod effiċjenti jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat. Se tiġi promossa reviżjoni tas-sistema tal-ispezzjonijiet tax-xogħol sabiex titjieb l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom. Il-Greċja wkoll għandha l-ħsieb li tadotta pjan ta' azzjoni integrat biex tiġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat u x-xogħol mhux iddikjarat kollu.

    Minkejja li ħafna Stati Membri diġà kienu ħadu passi dwar il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-impjiegi, xi wħud reċentement emendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar sensji individwali, jew qed jipprevedu li jagħmlu dan. Fi Franza, il-Liġi “El Khomri” dwar ix-xogħol li għadha kif ġiet adottata, timmodernizza d-djalogu soċjali u l-assigurazzjoni ta' rotot professjonali, għandha l-għan li tispeċifika aħjar iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġġustifikaw sensja individwali għal raġunijiet ekonomiċi. Dan jikkomplimenta l-lista attwalment eżistenti ta' ġustifikazzjonijiet (interruzzjoni tan-negozju, tibdil teknoloġiku, riorganizzazzjoni tal-kumpanija sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tagħha) billi jżid każijiet ta' anqas ordnijiet jew dħul għal numru ta' trimestri konsekuttivi (waqgħat relatati mas-sena preċedenti), telf fil-marġnijiet operattivi għal ċertu numru ta' xhur, jew tnaqqis sinifikanti fid-dħul fi flus. Il-liġi tippermetti wkoll ftehimiet kollettivi fil-livell tal-fergħa biex jistabbilixxu n-numru ta' trimestri wara liema tnaqqis fin-numru ta' ordnijiet, fil-marġnijiet operattivi, jew fid-dħul, ikun jikkostitwixxi sensja ekonomika individwali. Fin-nuqqas ta' ftehim bħal dan, tistabbilixxi numru ta' trimestri validi skont id-daqs tal-kumpanija. 

    Diversi Stati Membri ddedikaw attenzjoni partikolari għall-proċessi individwali ta' litigazzjoni fuq ix-xogħol. Fi Franza, saret ir-riforma fil-litigazzjoni individwali fuq ix-xogħol, bil-għan li taċċellera l-perjodu ta' żmien. Dan jirrinfurza r-rwol tal-fażi ta' konċiljazzjoni, u jippermettiha tkun iġġudikata fin-nuqqas ta' waħda mill-partijiet f'konfrontazzjoni. Barra minn hekk, il-proċess jista' jiġi aċċellerat billi xi każijiet jiġu orjentati quddiem qrati b'“format ridott” li jkollhom jiġġudikaw fi żmien massimu ta' 3 xhur, filwaqt li każijiet kumplessi issa jistgħu jitressqu direttament quddiem qorti ppreseduta minn imħallef professjonali b'kapaċità deċiżiva (départage). Fl-Irlanda, l-Att dwar ir-Relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, adottat f'Mejju 2015 u infurzat f'Ottubru, issimplifika l-korpi u l-proċeduri li jittrattaw l-aġġudikazzjoni ta' tilwim industrijali u s-soluzzjoni ta' ilmenti dwar ksur tal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi. Il-Kummissjoni l-ġdida għar-Relazzjonijiet fuq il-Post tax-Xogħol (WRC) se tieħu l-funzjonijiet tal-Awtorità Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Impjegati, il-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet tax-Xogħol (LRC), xi wħud mill-funzjonijiet tat-Tribunal tal-Appelli dwar l-Impjiegi (EAT) u l-funzjonijiet tad-Direttur tat-Tribunal għall-Ugwaljanza. Il-funzjonijiet tal-appell tal-EAT se jiġu ttrasferiti għall-Qorti tax-Xogħol. Dan ifisser li se jkun hemm punt uniku ta' dħul u rotta unika ta' appell, jiġifieri bord bi tmien membri magħmul minn chairperson, rappreżentanti mill-impjegaturi u l-impjegati u l-esperti. L-LRC, stabbilita fl-1990, u l-EAT, stabbilita fl-1967, se jiġu xolti.

    Ittieħdet azzjoni wkoll kontra s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari billi jiġi llimitat l-użu tal-kuntratti b'terminu fiss, u jiġu llimitati t-tipi ta' kuntratti tax-xogħol previsti fil-kodiċi tax-xogħol. Dan huwa b'mod partikolari l-każ fil-Polonja, bir-riforma fil-kodiċi tax-xogħol adottata f'Awwissu 2015, u infurzata fi Frar 2016. Riforma usa' tal-kodiċi tax-xogħol hija wkoll ippjanata; il-Kumitati għall-Kodifikazzjoni għat-tħejjija tal-Kodiċijiet tax-Xogħol il-ġodda ġew stabbiliti f'Settembru 2016. Fil-Litwanja, il-President għamlet veto fuq leġiżlazzjoni ġdida għall-kodiċi tax-xogħol f'Lulju 2016, u ntbagħtet lura lill-Parlament għal aktar diskussjoni. Jekk finalment tiġi adottata, tista' tidħol fis-seħħ f'Jannar 2017. L-għan huwa l-bilanċ fil-protezzjoni tal-impjiegi bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà, sabiex l-impjegaturi jiġu inkoraġġiti joħolqu aktar impjiegi (legali). Is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol hija ppjanata wkoll fil-Greċja, permezz tal-kodifikazzjoni f'Kodiċi tal-Liġi tax-Xogħol.

    Madankollu, f'xi każijiet ir-regolamentazzjoni tal-ħin tax-xogħol saret aktar flessibbli biex tippermetti kapaċitajiet addizzjonali għall-aġġustament ekonomiku mingħajr ma ssarraf f'segmentazzjoni addizzjonali. Fir-Repubblika Ċeka ġiet introdotta “kontribuzzjoni parzjali għall-qgħad”, fuq il-bażi tal-mudell Ġermaniż ta' “Kurzarbeit” (xogħol ta' żmien qasir). Taħt il-liġi l-ġdida, kumpaniji li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultà finanzjarja jew ikunu affettwati minn diżastri naturali għandhom is-setgħa li jnaqqsu s-salarji tal-impjegati li ma jistgħux jiġu assenjati biżżejjed xogħol, sa 30 %. Barra minn hekk, jistgħu japplikaw għal kontribuzzjoni mill-Istat sa 20 % tas-salarju tal-impjegat, imma din il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż 12,5 % tas-salarju medju fl-industrija, u ma tistax tingħata għal aktar minn sitt xhur (teżisti l-opportunità li terġa' ssir applikazzjoni għaliha). L-emendi fil-Kodiċi tax-Xogħol żiedu wkoll il-flessibbiltà tal-arranġamenti tax-xogħol, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskedar/l-intitolamenti tas-sigħat tax-xogħol u tal-liv, jew dispożizzjonijiet relatati mat-“telexogħol”, kif ukoll tisħiħ tal-għodod ta' rikonċiljazzjoni bħax-“xogħol mid-dar”. Fuq l-istess linja, il-Ministru tax-Xogħol Federali Belġjan ippropona lis-sħab soċjali li jirriforma l-liġijiet dwar is-suq tax-xogħol fir-rigward tal-ħin tax-xogħol (sigħat annwalizzati), xogħol ta' aġenzija b'durata illimitata, telexogħol okkażjonali u elementi oħra tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol li jinkludu kontijiet għal interruzzjoni fil-karriera jew donazzjonijiet ta' ġranet tal-liv. Fi France, dik hekk insejħa l-“liġi Macron” estendiet minn sentejn għal 5 snin it-tul massimu tal-ftehimiet biex jiġi assigurat l-impjieg (Accords de maintien de l'emploi), li jippermettu lill-kumpaniji li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaġġustaw il-ħin tax-xogħol u l-kumpens għax-xogħol (fil-limitu ta' 1.2 tal-paga minima fix-xahar). Ir-rifjuti individwali huma kawża reali u serja għas-sensja ekonomika, imma d-ditta għandha takkompanja t-tranżizzjoni personali notevolment permezz tat-taħriġ. Barra minn hekk, kumpaniji issa jistgħu jilħqu ftehimiet biex jippreservaw u jiżviluppaw l-impjieg (tip ġdid ta' ftehimiet li jħarsu aktar 'il quddiem, mhux biss bil-għan li “jassiguraw”) li jirriżultaw f'riorganizzazzjoni u tnaqqis fil-ħin tax-xogħol (imma mingħajr ma jitnaqqas id-dħul fix-xahar tal-impjegati).

    Xi kultant il-ħin tax-xogħol intuża wkoll bħala parametru biex itejjeb il-kostkompetittività, bħal fil-Finlandja, fejn dak hekk imsejjaħ “ftehim ta' kompetittività” jinkludi żieda fil-ħin tax-xogħol annwali b'24 siegħa, filwaqt li jitħalla f'idejn kull settur biex jiddeċiedi fil-ftehim kollettiv rilevanti jekk dan jintlaħaqx billi jitnaqqsu l-vaganzi jew billi jiżdiedu s-sigħat tax-xogħol. Fi Franza, wara l-adozzjoni reċenti tal-Liġi “El Khomri” dwar ix-xogħol, l-immodernizzar tad-djalogu soċjali u l-assigurazzjoni tar-rotot professjonali, il-ftehimiet b'maġġoranza fil-livell tal-kumpaniji issa se jkunu b'mod awtomatiku qed jistabbilixxu regoli li japplikaw għall-ħin tax-xogħol, għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għall-mistrieħ ta' kuljum, għall-vaganzi u għal-liv imħallas. Billi l-iskop tal-klawżoli ta’ immobbiltà fil-livell tal-fergħat ġie ristrett b’mod sostanzjali, il-ftehim fil-livell tal-kumpaniji jista' jkun aktar flessibbli milli fil-livell tal-fergħat fir-rigward ta’ ħafna aspetti addizzjonali tal-ħin tax-xogħol. Il-prinċipju notevolment japplika għar-rata tal-ħlas ta' bonus għal sigħat żejda, li tista' titnaqqas għal minimu ta' 10 % fil-każ ta' ftehim (25 % tapplika mingħajr ftehim).

    Billi jirrappreżentaw kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll in-naħa tad-domanda tas-swieq tax-xogħol, is-sħab soċjali jikkontribwixxu biex isaħħu l-funzjonament tagħhom permezz ta' involviment adegwat fir-riformi, u diversi Stati Membri jieħdu passi biex isaħħu r-rwol tagħhom. Il-Litwanja adottat fi Frar 2016 pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali, inkluż miżuri għall-bini ta' kapaċità, li għandhom jiġu implimentati sal-aħħar tal-2016. Fir-Rumanija tnediet konsultazzjoni pubblika f'Novembru 2015 dwar Strateġija Nazzjonali dwar id-djalogu soċjali biex jiġi ċċarat ir-rwol tas-sħab soċjali, tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni fil-qasam, tinbena kapaċità għas-sħab soċjali u jiżdied l-involviment tagħhom fil-politiki tal-impjiegi.

    Diversi Stati Membri rrevedew ir-rwol tas-sħab soċjali fl-iffissar tal-pagi u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aktar oqsma prominenti għall-azzjoni awtonoma tagħhom (ara wkoll it-Taqsima 2.1.2). Fi Franza, liġi li ġiet adottata f'Awwissu 2015 kellha l-għan li tissimplifika d-djalogu soċjali fil-livell tal-kumpaniji. Din irragruppat mill-ġdid it-temi ta' konsultazzjoni u negozjar obbligatorji, f'biss 3 konsultazzjonijiet obbligatorji fis-sena miflok 17, u fi 3 blokki ta' negozjar kollettiv minflok 12: il-paga u l-ħin tax-xogħol, il-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, l-impjiegi u l-ġestjoni tal-karrieri. Il-liġi tipprevedi li n-negozjar jista' jsir kull 3 snin (qafas ta' żmien massimu) minflok kull sena abbażi ta' ftehim b'maġġoranza. Din introduċiet ukoll il-kapaċità għall-kumpaniji li għandhom bejn 50 u 300 impjegat li jintegraw l-entitajiet obbligatorji ta' djalogu soċjali differenti tagħhom u b'mod simili għal kumpaniji li għandhom aktar minn 300 impjegat bil-kundizzjoni ta' ftehim b'maġġoranza. Fil-Finlandja ttieħed pass notevoli lejn tibdil fis-sistema tal-iffissar tal-pagi permezz ta' Ftehim tripartitiku dwar il-Kompetittività ffirmat mill-gvern u mis-sħab soċjali f'Marzu 2016 li kien fil-proċess li jiġi implimentat mill-ftehimiet kollettivi fit-tielet kwart tal-2016. Fl-2017, se jiġi ttestjat mudell ta' negozjar ġdid. Il-possibbiltajiet għan-negozjar kollettiv lokali se jiżdiedu skont it-termini stabbiliti mis-sħab soċjali fil-livell settorjali u mhux permezz ta' leġiżlazzjoni kif kien ippjanat qabel. Ir-rwol tar-rappreżentanti tal-unjin se jissaħħaħ u l-għan huwa li jitjiebu l-flussi tal-informazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol. Sa fejn huwa kkonċernat is-settur pubbliku, il-Kroazja għandha l-għan li tirrevedi s-sistema tas-salarju tagħha, inkluż billi tistabbilixxi proċess ta' koordinazzjoni aktar b'saħħtu għan-negozjati kollettivi billi taħtar awtorità ċentrali għaż-żamma tar-rekords, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta' ftehimiet kollettivi u negozjati, u billi tadotta linji gwida għall-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet.

    Barra minn hekk, ħafna Stati Membri bil-paga minima statutorja involvew lis-sħab soċjali, tal-anqas f'dak li jikkonċerna reviżjonijiet ewlenin (għall-aspetti makroekonomiċi tal-iffissar tal-paga minima, ara t-Taqsima 2.1). Fl-Estonja, is-sħab soċjali transindustrijali ddeċidew b'mod konġunt dwar paga minima permezz ta' ftehim bilaterali li jiġi implimentat b'digriet tal-gvern. Il-gvern Portugiż iddeċieda dwar żieda fil-paga minima wara negozjati mas-sħab soċjali li matulhom l-akbar konfederazzjoni tat-trejdunjins opponiet għat-tnaqqis propost fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-impjegaturi. Finalment il-gvern u s-sħab soċjali qablu dwar il-monitoraġġ kull tliet xhur tal-implimentazzjoni tal-ftehim. Min-naħa l-oħra, f'Lulju 2016 is-sħab soċjali Slovakki naqsu milli jaqblu dwar l-aġġustament fil-paga minima għall-2017.

    Is-sħab soċjali kienu involuti wkoll fit-tfassil tal-politika assoċjata ma' sfidi ġodda. Fid-Danimarka, il-gvern u s-sħab soċjali laħqu ftehim f'Marzu 2016 biex jiżguraw integrazzjoni aħjar fis-suq tax-xogħol tar-refuġjati u l-persuni riunifikati. Il-ftehim jipprovdi possibbiltajiet ġodda u aħjar għall-kumpaniji biex jimpjegaw refuġjati mingħajr kwalifiki u li jkollhom produttività baxxa li ma tikkorrispondix għall-pagi minimi stabbiliti min-negozjar kollettiv. Dan jinvolvi pereżempju l-introduzzjoni ta' skema ta' bonus fi flus għall-kumpaniji privati li jimpjegaw ir-refuġjati f'impjieg mhux sussisdjat ordinarju. Fis-Slovenja, wara diskussjonijiet mas-sħab soċjali, ġew adottati miżuri li jipprevjenu l-użu illegali ta' forom ta' xogħol atipiku.

    2.4    Linja gwida 8: Inrawmu l-inklużjoni soċjali, niġġieldu l-faqar u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs

    Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 8 dwar l-impjiegi li tirrakkomanda lill-Istati Membri li jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom, sabiex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-ewwel tippreżenta ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni soċjali fl-Istati Membri permezz ta' indikaturi ewlenin, inkluż id-dħul disponibbli, il-faqar u l-inklużjoni soċjali, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa. It-Taqsima 2.4.2 tirrapporta dwar miżuri ta' politika mill-Istati Membri fl-oqsma tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluż il-benefiċċji tal-qgħad, il-politiki dwar l-akkomodazzjoni, l-indukrar tat-tfal, il-kura fit-tul, il-kura tas-saħħa, il-pensjonijiet u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità.

    2.4.1    Indikaturi ewlenin

    Kważi l-Istati Membri kollha gawdew minn tkabbir fid-dħul tal-familji. Fl-2015, id-dħul gross disponibbli tal-unitajiet domestiċi (GDHI) żdied fl-Istati Membri kollha ħlief f’Ċipru (b’ 0,8 %) (Tabella 26). Bil-maqlub ta’ dan, l-ogħla żidiet kienu rreġistrati fid-Danimarka (b’7,3 %), fir-Rumanija (b’5,8 %) u fil-Latvja (b’5,4) 40 .

    Kien hemm differenzi dejjem jikbru fil-livell ta' inugwaljanzi fid-dħul bejn l-Istati Membri, kif imkejjel mill-indikatur S80/S20. Bejn l-2014 u l-2015 l-inugwaljanza, kif imkejla mill-proporzjon bejn id-dħul tal-20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla dħul u d-dħul tal-20 % bl-aktar dħul baxx, intensifikat fil-Litwanja (b'1,4 pp) segwita mir-Rumanija, il-Bulgarija, Spanja, Malta u r-Renju Unit (b'żidiet li kienu jinkludu bejn 0,1 u 0,3 pp). Tnaqqis żgħir kien irreġistrat fis-Slovakkja (b'0,4 pp), fl-Estonja u fil-Ġermanja (b'0,3 pp), f'Ċipru u fil-Portugall (b'0,2 pp). B'mod globali, l-ogħla inugwaljanzi fid-dħul jinsabu fir-Rumanija, fil-Litwanja, fil-Bulgarija u fi Spanja, fejn id-dħul ekwivalizzat medju tal-aktar 20 % sinjuri tal-popolazzjoni huwa madwar 7 darbiet aktar minn dak tal-ifqar 20 %. Kif muri fil-Grafika 27, xejra diverġenti fiċ-ċifri tal-inugwaljanzi kienet osservata fl-2015, hekk kif l-Istati Membri bl-ogħla livelli ta' inugwaljanza wkoll esperjenzaw l-akbar żidiet.

    Grafika 26: Tibdil fil-GDHI fl-2015, kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

    Sors: Eurostat, kontijiet nazzjonali (kalkoli tad-DĠ EMPL). Nota: id-dejta għal BE, BG, EE, IE, EL, HR, LU, MT, PL ma kinitx disponibbli fis-26 ta’ Ottubru 2016.

    Grafika 27: Inugwaljanza fid-dħul (kejl S80/S20), kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

    Sors: Eurostat, UE-SILC (DĠ EMPL kalkoli). Perjodu: Livell tal-2015 u tibdil 2014-2015.

    Nota: l-ebda dejta ma hi disponibbli għall-Irlanda (26 ta’ Ottubru 2016). L-assi huma ċċentrati fuq il-medja tal-UE mhux ponderata. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

    Ir-rata ta' riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali (AROPE) naqset fl-2015, b'varjazzjoni qawwija bejn l-Istati Membri. Fir-Rumanija u fil-Bulgarija r-rata AROPE kienet madwar 40 % filwaqt li fir-Repubblika Ċeka, fin-Netherlands, fil-Finlandja u fl-Iżvezja r-rata kienet taħt is-17 %. Filwaqt li xi Stati Membri bħall-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, Malta u r-Rumanija għamlu progress tajjeb biex inaqqsu n-numru ta' persuni fqar jew soċjalment esklużi fl-2015 (tnaqqis ta' bejn 3,6 pp fl-Ungerija u 1,4 pp f'Malta), il-Bulgarija, Ċipru u l-Litwanja esperjenzaw żidiet sostanzjali matul is-sena (il-Litwanja b'2 pp, il-Bulgarija b'1,2 pp, u Ċipru b'1,5 pp). Raġuni waħda għad-disparità fir-rati tal-faqar u l-esklużjoni soċjali madwar l-UE hija l-impatt żbilanċjat tal-kriżi ekonomika u l-mod kif is-suq tax-xogħol u s-sistemi soċjali wieġbu għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, kif ukoll il-pakketti ta' konsolidazzjoni fiskali implimentati fil-maġġoranza tal-Istati Membri.

    Il-faqar monetarju żdied bi ftit għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol. Tnax-il Stat Membru esperjenzaw rati ta' riskju ta' faqar li qed jiżdiedu fil-grupp ta' età ta' bejn 18-64 bejn l-2014 u l-2015. Ir-rata AROP żdiedet b'mod notevoli f'Ċipru (bi 2.5 pp), fil-Litwanja (b'1.9 pp), u fil-Polonja (b'0.9 pp). Fost l-Istati Membri li rreġistraw tnaqqis, wieħed jista' jsemmi b'mod partikolari l-Estonja (b'1.5 pp) u l-Greċja (b'1 pp). Madankollu, fil-Greċja t-titjib fir-rata tal-faqar għandu jitqies flimkien ma' tnaqqis notevoli fil-limiti tal-faqar li jirriflettu d-deterjorament fil-prestazzjoni ekonomika globali. L-ogħla rati tal-faqar għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (qrib jew ogħla minn 20 %) ġew irreġistrati fir-Rumanija, fi Spanja, fil-Greċja u fl-Italja. Kif jidher mill-Grafika 28, id-diverġenza fir-rati tal-faqar madwar l-Istati Membri twaqqfet fl-2015, imma wkoll ma hemm l-ebda evidenza ta' konverġenza.

    Grafika 28: Rati ta' riskju ta' faqar fl-età tax-xogħol (18-64), kif irrapportat fit-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali

    Sors: Eurostat, UE-SILC (DĠ EMPL kalkoli). Perjodu: Livell tal-2015 u tibdil 2014-2015.

    Nota: l-ebda dejta ma hi disponibbli għall-Irlanda (26 ta’ Ottubru 2016). L-assi huma ċċentrati fuq il-medja tal-UE mhux ponderata. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

    Is-sehem tal-persuni jgħixu f'familji mingħajr impjieg naqas. Flimkien mat-titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, sbatax-il Stat Membru kellhom tnaqqis fl-2015 meta mqabbel mal-2014, bl-akbar tnaqqis fl-Ungerija (bi 3,4 pp), fil-Latvja (b'1,8 pp) u fi Spanja (b'1,7 pp). L-ogħla sehem ta' persuni jgħixu f'familji mingħajr impjieg kien fil-Greċja (16,8 %) u fi Spanja (15,4 %), filwaqt li l-aktar baxx kien fl-Estonja (6,6 %), fl-Iżvezja (5,8 %) u fil-Lussemburgu (5,7 %). Fuq perjodu ta' żmien itwal, disa' Stati Membri rreġistraw żieda fis-sehem tal-persuni li jgħixu f'familji mingħajr impjieg bejn l-2015 u l-2012, bl-akbar żidiet jiġu osservati f'Ċipru (b'1.2 pp), fir-Rumania (b'1.5 pp), u fil-Finlandja (b'0.8 pp).

    Id-deprivazzjoni materjali estrema naqset aktar fl-2015. Dan kien prinċipalment minħabba tnaqqis qawwi fl-Ungerija (b'4.6 pp), fil-Latvja (bi 2.8 pp), fir-Rumanija (bi 2.3 pp) kif ukoll fil-Polonja (bi 2.3 pp). Madankollu, id-deprivazzjoni materjali estrema żdiedet ukoll f'numru ta' pajjiżi, notevolment fil-Bulgarija (b'1,1 pp) u fil-Greċja (b'0,7 pp), imma wkoll fid-Danimarka (b'0,5 pp) u fil-Lussemburgu (b'0,6 pp). Il-livelli globali tad-deprivazzjoni materjali estrema varjaw ħafna bejn l-Istati Membri notevolment minħabba d-differenzi fl-istandards tal-għajxien u fl-effikaċja tal-politiki soċjali, minn 34,2 % fil-Bulgarija għal dak daqstant baxx ta' 2 % fil-Lussemburgu u 0,7 % fl-Iżvezja.

    Il-faqar jew l-esklużjoni soċjali fost it-tfal u ż-żgħażagħ naqsu bi ftit imma għadhom għoljin. Ir-rata AROPE għaż-żgħażagħ (18-24) fl-2015 niżlet b'mod notevoli fis-Slovenja (bi 3,4 pp), fl-Ungerija (bi 3,8 pp), fid-Danimarka (bi 2,6 pp) u fil-Portugall (bi 2,9 pp). Madankollu, żdiedet fil-Bulgarija (b'4,4 pp), fi Spanja (bi 3,1 pp), f'Ċipru (bi 2,2 pp), fin-Netherlands (bi 2,4 pp), u fil-Finlandja (bi 2,4 pp). L-ogħla rati ta' faqar jew esklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ kienu fil-Greċja (aktar minn 50 %), imma wkoll fir-Rumanija, fid-Danimarka u fil-Bulgarija (aktar minn 40 %). Ir-rata AROPE għat-tfal ukoll naqset bi ftit b'mod globali (ara t-Taqsima 1.2) imma tibqa' għolja f'numru ta' pajjiżi, bħala konsegwenza tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol kif ukoll minħabba n-numru dejjem jikber ta' familji mingħajr impjieg u ta' persuni li jgħixu bi dħul baxx. Tmien Stati Membri rreġistraw żieda fir-rata AROPE għat-tfal, b'mod partikolari l-Litwanja u Ċipru (b'madwar 4 pp). Ħames Stati Membri rreġistraw tnaqqis sostanzjali, b'mod partikolari l-Ungerija (b'5.7 pp), il-Lussemburgu (bi 3.4 pp), il-Latvja (b'4 pp), Malta (bi 3.1 pp) u r-Rumanija (bi 3.7 pp). Livelli allarmanti ta' AROPE fost it-tfal ġew osservati fir-Rumanija (madwar 50 %), fil-Bulgarija, u fl-Ungerija (aktar minn 40 %). Fil-Greċja, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Portugall, il-Latvja, u l-Litwanja r-rata tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għat-tfal kienet ta' aktar minn 30 %.

    Persuni b'diżabilità, ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-qiegħda huma partikolarment affettwati mill-faqar jew l-esklużjoni soċjali. Fl-2014, ir-rata AROPE tal-persuni b'diżabilità wriet l-ogħla livelli fil-Bulgarija (52,6 %), fil-Latvja (43,2 %), fir-Rumanija (42,3 %) u fil-Litwanja (40,9 %). Id-disparità bejn ir-rata AROPE tal-persuni b'diżabilità u dik tal-popolazzjoni sħiħa telgħet għal 17,8 pp fil-Belġju, 18,3 pp fil-Latvja u 18,5 pp fil-Litwanja. Meta nħarsu lejn is-sitwazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, fl-2014 id-disparità bejn ir-rata AROPE tagħhom u dik taċ-ċittadini tal-pajjiż ospitanti laħqet aktar minn 53 pp fil-Belġju, aktar minn 35 pp fil-Greċja, fi Spanja u fl-Iżvezja u aktar minn 30 pp fil-Finlandja, fi Franza u fis-Slovenja. Ir-rata AROPE fost il-qiegħda varjat bejn saħansitra 84.7 % fil-Ġermanja u aktar minn 70 % fir-Rumanija, fil-Bulgarija, fl-Ungerija, fil-Litwanja, fir-Renju Unit, fin-Netherlands u fil-Greċja għal madwar 50 % fi Franza u fl-Iżvezja.

    Minkejja stabbilizzazzjoni globali fl-2015, il-livelli u l-iżviluppi fil-faqar fost dawk li jaħdmu kienu pjuttost imħallta bejn l-Istati Membri, b’dan jirrifletti karatteristiċi differenti tas-suq tax-xogħol. Ir-rata ta' riskju ta' faqar relatat max-xogħol varjat bil-kbir madwar l-UE, minn 3,5 % fil-Finlandja u 4 % fir-Repubblika Ċeka għal 13,2 % fi Spanja, 13,4 % fil-Greċja u 18,6 % fir-Rumanija. Din żdiedet b'mod notevoli fl-Ungerija (bi 2,6 pp), fil-Litwanja (b'1,8 pp), f'Ċipru (b'1,4 pp), u fil-Latvja (b'1,1 pp). Min-naħa l-oħra, l-aktar tnaqqis qawwi kien fil-Bulgarija u fl-Estonja (b'1.5 pp), li qabel kienu esperjenzaw żieda.

    F’diversi Stati Membri, l-aċċess għall-kura tas-saħħa jibqa’ diffiċli għal parti sinifikanti mill-popolazzjoni u b’mod partikolari l-familji bi dħul baxx. Il-proporzjon tal-popolazzjoni tal-UE li qed jiffaċċja bżonnijiet mhux issodisfati għal eżami mediku minħabba spejjeż wisq għalja, jew ħin ta’ stennija jew distanza tal-ivvjaġġar twal wisq, żdied xi ftit sa mill-2011 skont l-indikatur korrispondenti bbażat fuq l-istħarriġ, b’żidiet qawwija fil-Greċja, fl-Estonja, fl-Irlanda u fil-Portugall. Is-sehem tal-popolazzjoni impattat qabeż is-6 % fl-2014 fil-Latvja, fl-Estonja, fil-Greċja, fir-Rumanija, fil-Polonja u fl-Italja (l-aktar minħabba l-ispejjeż fil-Latvja, fil-Greċja, fir-Rumanija u fl-Italja, u minħabba l-ħinijiet ta’ stennija fl-Estonja u fil-Polonja). Madankollu, tnaqqis notevoli ġie rreġistrat fil-Latvja kif ukoll fi Stati Membri oħra bi bżonnijiet mhux issodisfati relattivament għolja, bħar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Kroazja. B’mod globali, għalkemm iż-żieda reċenti ta’ bżonnijiet mhux issodisfati tirriżulta mill-komponent tal-ħin ta’ stennija (ara l-Grafika 29), l-ispejjeż jibqgħu l-ostakolu prinċipali. Bħala medja fl-UE, 6,4 % tal-persuni li kienu jgħixu f'familji bi dħul baxx (il-kwintil tal-qiegħ) fl-2014 irrapportaw bżonn mhux issodisfat għall-kura tas-saħħa, kontra 1,5 % ta' dawk li jgħixu f'familji aktar sinjuri (il-kwintil ta’ fuq) u din id-disparità kwintili tal-introjtu kibret sa mill-2011. Dan jista’ jitqies fl-isfond ta’ sehem sostanzjali tan-“nefqa mill-but” fin-nefqa totali 41 fuq is-saħħa f’numru ta’ pajjiżi (Grafika 30).

    Grafika 29: Bżonnijiet mhux issodisfati awtorapportati għal eżami mediku, 2011 u 2014

    Sors: Eurostat, UE-SILC.

    Grafika 30: Nefqa medika mill-but bħala % tan-nefqa attwali fuq is-saħħa, 2013

    Sors: Dejta dwar is-saħħa tal-Eurostat, tal-OECD u tad-WHO u kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. Ara Kummissjoni Ewropea (2016), Rapport Konġunt dwar is-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa u tal-Kura fit-Tul u s-Sostenibbiltà Fiskali, Ottubru 2016.

    2.4.2    Rispons ta' politika

    Numru ta' Stati Membri daħħlu fis-seħħ riformi ta' politika mmirati biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-kopertura u l-adegwatezza tal-benefiċċji soċjali u r-rabta tagħhom mal-attivazzjoni, f'konformità mal-prinċipji tal-Inklużjoni Attiva. L-Estonja żiedet l-allowance tal-qgħad b'10 %. Barra minn hekk, introduċiet proċedura ġdida biex tivvaluta l-kapaċità għax-xogħol u sett usa' ta' miżuri ta' attivazzjoni li jgħinu lin-nies jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. L-Italja estendiet il-kopertura u d-durata tal-assigurazzjoni tal-qgħad u rrevediet il-modalitajiet tal-attivazzjoni u tal-kundizzjonalità. Il-benefiċċji tal-qgħad issa huma aktar inklużivi, għandhom kopertura usa' u jdumu aktar. L-iskema tal-assistenza għall-qgħad oriġinarjament temporanja issa saret waħda permanenti. Barra minn hekk, l-allokazzjoni tal-benefiċċji issa hija kondizzjonali għall-iffirmar ta' kuntratt ta' “inklużjoni attiva”. L-Italja wkoll estendiet għat-territorju nazzjonali miżura kontra l-faqar imsejħa SIA (Appoġġ għall-Inklużjoni Soċjali) li tikkombina l-appoġġ ekonomiku u l-programmi ta' attivazzjoni bħala parti minn Pjan Nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Franza żiedet l-ammont tad-dħul minimu għall-persuni li ma jaħdmux bi 2 % f'Settembru 2015. Għaqqdet ukoll żewġ skemi ta' appoġġ tal-paga f'bonus uniku bil-għan li tirrinfurza l-komponent tal-attivazzjoni u żżid l-użu tiegħu mill-familji fil-qiegħ tal-iskala tal-pagi. Il-Kroazja żiedet l-ammont tal-benefiċċju tad-dħul minimu ggarantit għall-persuni waħedhom li mhumiex kapaċi jaħdmu u għall-familji b'ġenitur wieħed bi 15 %. Id-Danimarka żiedet l-inċentivi għall-qiegħda biex jibdew jaħdmu, anke jekk biss għal perjodi qosra. Malta qed tintroduċi diversi miżuri li jinkludu t-tnaqqis ftit ftit b'mod gradwali tal-benefiċċji għal dawk li jidħlu fl-impjieg, kif ukoll benefiċċji relatati max-xogħol. Fis-Slovakkja, it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali fl-2015 għen biex irażżan il-kostijiet lavorattivi u pprovda inċentivi għal dawk li jaqilgħu paga baxxa biex jaħdmu.

    Stat Membri oħra kellhom l-għan li jiżguraw l-inklużjoni soċjali ta' dawk li ma jistgħux jaħdmu. Il-Greċja adottat l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Inklużjoni Soċjali biex tindirizza l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Ir-Rumanija għandha l-ħsieb li tiżviluppa timijiet ta' intervent integrat għall-komunitajiet marġinalizzati u timplimenta pakkett olistiku ta' miżuri kontra l-faqar.

    Diversi Stati Membri ħadu passi biex jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi soċjali ta' kwalità. Il-Bulgarija qed tippilota ċ-Ċentri għall-Impjiegi u l-Għajnuna Soċjali li huma mudell ġdid ta' servizzi tal-impjiegi u soċjali integrati. Il-Kroazja tinsab fil-proċess li tistabbilixxi punti uniċi ta' servizz li huma maħsuba biex iservu bħala l-punt amministrattiv uniku għall-għoti tas-servizzi soċjali.

    Numru ta' Stati Membri wettqu riformi fl-għoti ta' akkomodazzjoni, bil-għan li jitjiebu r-riżultati tal-akkomodazzjoni ta' persuni żvantaġġjati u tiġi promossa l-mobilità tax-xogħol. Ir-Repubblika Ċeka introduċiet liġi ġdida biex tiffaċilita l-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali minn gruppi żvantaġġjati. Spanja adottat strateġija komprensiva għall-problema ta' persuni mingħajr dar għall-2015-2020, li tinkludi miri konkreti li jipprevjenu u jnaqqsu l-problema ta' persuni mingħajr dar u jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali ta' evizzjonijiet. Il-miri tal-politika dwar l-akkomodazzjoni dehru wkoll bħala parti mill-istrateġiji integrati ta' politika soċjali u dwar il-faqar. Fil-pakkett nazzjonali tagħha kontra l-faqar, ir-Rumanija nediet sett ta' miżuri biex tipprovdi xibka ta' sikurezza għall-ifqar persuni, li jsegwu approċċ uniku u koordinat. Dawn il-miżuri huma previsti li jinkludu għotjiet biex issir rinnovazzjoni ta' akkomodazzjoni f'kundizzjoni kritika. Il-pjan ta' appoġġ għall-familja integrali ġdid ta' Spanja għandu l-għan li jkopri inizjattivi dwar l-akkomodazzjoni wkoll. Biex titjieb l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, l-Irlanda introduċiet f'Lulju 2016 il-Ħlas ta' Assistenza għall-Akkomodazzjoni (HAP), li huwa forma ta' appoġġ għall-akkomodazzjoni soċjali għal persuni li għandhom bżonn ta' akkomodazzjoni fit-tul. In-Netherlands ippreżentat pakkett biex tikkontrolla ż-żidiet fil-kera u biex ittejjeb b'mod globali t-tranżizzjoni mill-akkomodazzjoni soċjali għall-kiri privat għal persuni li għandhom dħul ogħla mil-limitu applikabbli għall-akkomodazzjoni soċjali.

    Ħafna Stati Membri ħadu passi wkoll biex isaħħu l-provvista ta' indukrar tat-tfal affordabbli, aċċessibbli u ta' kwalità. Il-Portugall ħabbar li se jkun qed idaħħal fis-seħħ fl-2019 garanzija ta' edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal minn 3 snin. B'mod simili, f’April 2015 ir-Repubblika Ċeka introduċiet sena obbligatorja ta' edukazzjoni preprimarja. F'Settembru 2015 il-parteċipazzjoni fl-Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal saret obbligatorja fl-Ungerija u, mill-2016, l-edukazzjoni preprimarja se tkun obbligatorja għat-tfal kollha ta' 6 snin fil-Litwanja. L-Att dwar l-Indukrar tat-Tfal li għadda f'Marzu 2016 fir-Renju Unit se jipprovdi għal 15-il siegħa addizzjonali ta' indukrar tat-tfal mingħajr ħlas għal tfal fl-età ta' 3 snin u 4 snin ta' ġenituri li jaħdmu fl-Ingilterra, b'żieda mal-għoti universali eżistenti ta' 15-il siegħa ta' indukrar tat-tfal mingħajr ħlas. Ir-Rumanija għaddiet liġi biex ittejjeb l-aċċess tat-tfal minn familji żvantaġġjati għall-edukazzjoni preprimarja permezz tal-għoti ta' kupuni soċjali għall-kindergarten.

    Riformi importanti fil-kura tas-saħħa biex jinkoraġġixxu l-għoti ta' u l-aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa primarja effettivi, biex jissimplifikaw u jżidu s-sostenibbiltà ta' kura speċjalizzata u tal-isptar, u biex itejbu l-aċċess għal mediċini affordabbli użati b'mod kosteffikaċi ġew implimentati fl-Istati Membri tal-UE. L-indirizzar tal-frammentazzjoni fis-servizzi u r-riorganizzazzjoni tal-ftehimiet ta' governanza huma oqsma oħra ta' sforzi ta' politika importanti biex itejbu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, flimkien mal-iżgurar ta' forza tax-xogħol adegwata bħala prekundizzjoni għal sistema tas-saħħa li taħdem tajjeb. Ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja u l-Latvja għamlu sforzi biex itejbu t-trasparenza tal-proċeduri u d-disponibbiltà tal-informazzjoni, kif ukoll biex isaħħu d-drittijiet tal-pazjenti u l-għażla ta' fornituri tal-kura tas-saħħa u biex inaqqsu ż-żmien ta' stennija għas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Il-Bulgarija, il-Ġermanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja qed jimplimentaw riformi fil-kura tal-isptar, inkluż bir-rabta tal-finanzjament tal-isptar mar-riżultati, l-iżvilupp ta' kura għal pazjenti ta' barra u r-reviżjoni tal-arranġamenti ta' akkwist sabiex tiġi żgurata kosteffikaċja aħjar. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, u l-Portugall stabbilixxew miżuri għat-tnaqqis kemm tal-ispiża tal-mediċini kif ukoll tal-provvisti mediċi permezz ta' ċentralizzazzjoni tas-sistema tal-akkwist tagħhom jew permezz taż-żieda fl-użu ta' mediċini ġeneriċi. Biex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa minħabba t-tixjiħ tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-isfidi biex jiġu reklutati jew biex jinżammu l-ħaddiema, l-Estonja u l-Latvja adottaw miżuri biex joffru żidiet fil-pagi u appoġġ għall-iżvilupp professjonali u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar sabiex iżidu l-appell tas-settur tal-kura tas-saħħa.

    Xprunati mit-tixjiħ tal-popolazzjoni tagħhom, xi Stati Membri qed jieħdu passi biex itejbu l-effiċjenza, il-kwalità u l-aċċess għas-servizzi tal-kura fit-tul, filwaqt li jżommu l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Qed tingħata attenzzjoni biex il-persuni jibqgħu jsostnu lilhom infushom għall-itwal żmien possibbli, b’mod partikolari permezz ta’ servizzi bbażati fil-komunità, kura fid-dar u prevenzjoni. L-Istati Membri qed jindirizzaw ukoll il-frammentazzjoni tas-servizzi u l-finanzjament. Pereżempju, is-Slovenja qed tirrinfurza l-Att dwar il-Kura fit-Tul tagħha biex issaħħaħ l-integrazzjoni tal-kura u l-introduzzjoni ta' metodu ġdid għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-kura fit-tul. Il-Ġermanja għaddiet riforma fl-assigurazzjoni tal-kura fit-tul li tinkludi bidla fundamentali fid-definizzjoni ta' “fil-bżonn ta' kura” u se tiġi implimentata mill-2017. Il-Lussemburgu ppropona riforma ġdida tal-assigurazzjoni tal-kura fit-tul li għandha tissimplifika l-proċeduri u tiggarantixxi aktar flessibbiltà u fokus aħjar fuq il-bżonnijiet individwali permezz ta’ lista ġdida ta’ kategoriji ta’ dipendenza u ta’ appoġġ. Ukoll miżuri mmirati biex itejbu l-appoġġ lill-persuni li informalment jieħdu ħsieb pazjenti, diskussi hawn fuq fit-Taqsima 2.2.2, jirrappreżentaw element importanti addizzjonali tal-isforzi għar-riformi fis-sistemi tal-kura fit-tul.

    Ir-riformi tal-pensjonijiet adottati mill-Istati Membri fl-2015-2016 jirriflettu rikonoxximent dejjem jikber tal-bżonn li r-riformi li jsaħħu s-sostenibbiltà jkunu akkompanjati minn miżuri ta’ sostenn biex tiġi ssalvagwardjata l-adegwatezza tal-pensjonijiet. L-ispinta prinċipali tar-riformi sa mill-kriżi finanzjarja ffukat fuq it-trażżin tal-ispejjeż marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni permezz ta’ etajiet akbar tal-pensjoni, kundizzjonijiet ta’ aċċess aktar ristretti u kalkolu rivedut tal-benefiċċji. B’riżultat ta’ dan, fl-2015 il-projezzjonijiet tan-nefqa bassru għall-ewwel darba tnaqqis fit-tul fin-nefqa fuq il-pensjonijiet fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (b’0,2 pp tal-PDG bħala medja bejn l-2013 u l-2060). Wieħed jista’ josserva wkoll li l-adegwatezza hija dejjem aktar dipendenti fuq karrieri twal u stabbli li jwasslu għal pensjoni sħiħa, jew alternattivament fuq tfaddil supplimentari u garanziji minimi.

    F’dan il-kuntest, l-aħħar riformi adottati mill-Istati Membri jippreżentaw stampa aktar diversa, li tvarja minn żidiet addizzjonali fl-età tal-pensjoni f’dawk il-pajjiżi fejn is-sostenibbiltà għadha ta’ sfida, għal miżuri li jsostnu l-adegwatezza bħal garanziji minimi u indiċjar aktar favorevoli. Il-Belġju adotta pakkett komprensiv ta' riformi, inkluż żieda fl-età tal-pensjoni, rekwiżiti għal karriera itwal u aċċess aktar ristrett għall-irtirar bikri. Fil-Finlandja sistema ta’ pensjonijiet ġdida se tidħol fis-seħħ fl-2017. Ir-riforma tal-pensjonijiet se torbot l-età tal-pensjoni mal-istennija tal-għomor u għandha l-għan li tinkoraġġixxi karrieri tax-xogħol itwal. Aktar Stati Membri (il-Kroazja, is-Slovenja) fasslu pakketti ta' riformi li għadhom qed jiġu ffinalizzati u lleġiżlati. Ir-regoli tal-irtirar flessibbli mmirati biex jiffaċilitaw ħajjiet tax-xogħol itwal qed isiru aktar mifruxa, wara li ġew adottati fin-Netherlands, fl-Awstrija u fis-Slovenja. Diversi Stati Membri fittxew li jtejbu l-protezzjoni tal-pensjonanti bi dħul baxx permezz tal-introduzzjoni jew ta' żieda fil-pensjonijiet minimi (ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja) u/jew benefiċċji addizzjonali mmirati (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Iżvezja). Il-Latvja għadha kif aġġustat ir-regoli dwar id-dovuti tal-pensjoni biex tipproteġi l-intitolamenti matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, filwaqt li l-Litwanja rrevediet ir-regoli tal-indiċjar u l-Portugall reġa' beda l-indiċjar tal-pensjonijiet baxxi u medji. B'kuntrast, il-Greċja ffriżat il-pensjonijiet li jitħallsu u rrevediet ir-regoli tal-kalkolu biex ittejjeb is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet. Fir-rigward tal-pensjonijiet supplimentari, il-Belġju u Franza ħadu miżuri biex itejbu s-sostenibbiltà ta' skemi ta' pensjonijiet supplimentari, filwaqt li xi Stati Membri (id-Danimarka, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja) fasslu pjanijiet biex jirriformaw l-għoti tal-pensjonijiet supplimentari, għalkemm dawn għadhom iridu jiġu ffinalizzati u lleġiżlati. Ir-Repubblika Ċeka kkompletat ir-retroattività tal-pilastru tal-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat.

    Sa fejn huma kkonċernati l-persuni b'diżabilità, diversi Stati Membri ħadu miżuri biex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-Estonja daħħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016 kwoti għall-impjieg fl-amministrazzjoni pubblika u objettiv li timpjega 1 000 persuna b'diżabilità fis-settur pubbliku sal-2020. L-Irlanda adottat Strateġija Komprensiva dwar l-Impjiegi għall-Persuni b'Diżabilità 2015 – 2024 li tistabbilixxi fost l-oħrajn li l-mira tal-impjiegi ta' 3 % għal persuni b'diżabilità fis-settur pubbliku għandha tiżdied b'mod progressiv għal 6 % sal-2024. Barra minn hekk il-gvern beda jiffinanzja servizz ta' appoġġ għall-impjegaturi mmexxi minn pari u linja telefonika għall-għajnuna dwar id-diżabilità.

    L-Istati Membri daħħlu fis-seħħ ukoll miżuri mmirati li jappoġġjaw l-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn il-miżuri tinsab fit-Taqsima 2.2.2.

    Anness 1: Tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali bil-medji tal-UE bħala punti ta’ referenza

    Sors: Eurostat, UE LFS, Kontijiet nazzjonali, u UE-SILC (kalkoli DĠ EMPL).

    Għal kull indikatur (ħlief għat-tkabbir reali f’GHDI kif inhu rrappreżentat bħala valur monetarju) it-tliet kolonni jirreferu għal i) il-varjazzjoni minn sena għal sena f’termini assoluti; ii) id-differenza mir-rati medji tal-UE (jew żona tal-ewro) fl-istess sena; iii) il-varjazzjoni minn sena għal sena għall-pajjiż relattiv għal-varjazzjoni minn sena għal sena fil-livelli tal-UE jew taż-ŻE (li jindikaw jekk is-sitwazzjoni tal-pajjiż hijiex tiddeterjora/titjieb b’aktar ħeffa mill-bqija tal-UE/ŻE skont id-dinamika tad-diverġenza/tal-konverġenza soċjoekonomika). S1 tfisser l-ewwel semestru u huwa bbażat fuq dejta trimestrali aġġustata skont l-istaġun. Pawsiet fis-serje tan-NEET series għal ES (2014), FR (2014), HU (2015) u LU (2015). Pawsiet fl-AROP u fis-serje S80S20 għal EE (2014) u UK (2015). Iċ-ċifri AROP u S80S20 għall-NL huma proviżjonali.

    Fis-26 ta’ Ottubru 2016, il-marki għas-sinifikat statistiku tat-tibdil u d-differenza għall-medja tal-UE tal-indikaturi AROP u S80/S20 kienu għadhom mhumiex disponibbli.

    Anness 2 Tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali bil-medji taż-Żona tal-Euro bħala punti ta’ referenza

     

    Sors: Eurostat, UE LFS, Kontijiet nazzjonali, u UE-SILC (kalkoli DĠ EMPL). Ara l-Anness 1 għad-dettalji.

    Anness 3 Tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali b’valuri assoluti fi tliet snin konsekuttivi

     

    Sors: Eurostat, UE LFS, Kontijiet nazzjonali, u UE-SILC (kalkoli DĠ EMPL). Ara l-Anness 1 għad-dettalji.



    Anness 4 Nota metodoloġika dwar l-identifikazzjoni ta’ xejriet u livelli fit-tabella ta’ valutazzjoni

    F’nofs l-2015, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ddiskutew modi kif itejbu l-analiżi, il-qari u l-interpretazzjoni tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali fid-dawl tal-verżjoni li jmiss tal-JER u b’mod partikolari, il-kwistjoni tal-iżvilupp ta’ metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fuq il-bażi tat-tabella ta’ valutazzjoni. Ġie maqbul li l-metodoloġija li għandha tiġi applikata għandha tkun kapaċi tipprovdi, għal kull indikatur, kejl tal-qagħda relattiva ta’ kull Stat Membru, skont il-valur tal-indikatur tiegħu (punteġġ), fid-distribuzzjoni tal-valuri tal-indikatur (punteġġi) tal-UE. Il-metodoloġija għandha tiġi applikata kemm għal-livelli tas-sena (livelli) kif ukoll għat-tibdil fuq sena (tibdil) biex b’hekk tippermetti valutazzjoni olistika tal-prestazzjoni tal-Istati Membri.

    Biex jinkiseb dan il-għan jista’ jiġi applikat approċċ użat komunement u sempliċi. Dan jinvolvi l-analiżi, għal kull indikatur, tad-distribuzzjoni tal-livelli u t-tibdil, rispettivament, u jinkixfu l-osservazzjonijiet (il-punteġġi tal-Istati Membri) li jiddevjaw b’mod sinifikanti mix-xejra komuni - jiġifieri, f’termini ta’ statistika, jinkixfu l-“anomaliji (outliers)” tad-distribuzzjoni tal-punteġġi tal-UE għal dak l-indikatur.

    Sabiex jiġi applikat dan l-approċċ, qabel titkompla l-analiżi jkun opportun li għal kull indikatur, il-punteġġi tal-Istati Membri jiġu kkonvertiti f’punteġġi standard (magħrufa wkoll bħala punteġġi-z), li għandhom il-vantaġġ li jipprovdu mod kif metriċi differenti jsiru ekwivalenti, u b’hekk jippermettu li l-istess metrika tiġi applikata għall-indikaturi kollha.

    Dan jinkiseb billi l-valuri mhux ipproċessati kemm tal-livelli kif ukoll tat-tibdil jiġu standardizzati, għal kull indikatur, skont il-formula:

    Dan l-approċċ jippermetti li għal kull Stat Membru l-valur mhux ipproċessat tal-indikatur tiegħu jiġi espress f’termini ta’ kemm devjazzjonijiet standard jiddevja mill-medja. Imbagħad il-prestazzjoni ta’ kull Stat Membru tkun tista’ tiġi vvalutata u kklassifikata fuq il-bażi tal-punteġġi-z li jirriżultaw kontra sett ta’ valuri ta’ limitu predefiniti, li jistgħu jiġu stabbiliti bħala multipli ta’ devjazzjoni standard. Għandu jiġi nnutat li metodoloġija komparabbli diġà ġiet maqbula u użata fil-passat fil-kuntest tal-Qafas ta’ Valutazzjoni LIME 42 .

    L-aktar kwistjonijiet importanti f’dan l-approċċ huma marbuta mal-iffissar tal-punti ta’ limitu. Billi ma tista’ ssir l-ebda suppożizzjoni parametrika dwar id-distribuzzjoni tal-valuri mhux ipproċessati osservati għall-indikaturi 43 tal-impjieg, huwa komuni li tintuża r-“rule of thumb” biex jintgħażlu l-valuri ta’ limitu. Skont l-analiżi tal-indikaturi ewlenin użati fit-tabella ta’ valutazzjoni, u meta jitqies li aktar ma jkunu baxxi l-indikaturi tal-qgħad, tan-NEET u tal-esklużjoni soċjali (bl-eċċezzjoni tal-GDHI) aktar tkun aħjar il-prestazzjoni, ġie maqbul li jiġi kkunsidrat 44 :

    1.Kwalunkwe punteġġ taħt -1 bħala prestazzjoni tajba ħafna

    2.Kwalunkwe punteġġ bejn -1 u -0,5 bħala prestazzjoni tajba

    3.Kwalunkwe punteġġ bejn -0,5 u 0,5 bħala prestazzjoni newtrali

    4.Kwalunkwe punteġġ bejn 0,5 u 1 bħala prestazzjoni ħażina

    5.Kwalnukwe punteġġ ogħla minn 1 bħala prestazzjoni ħażina ħafna 45

    Il-metodoloġija preżenti ssuġġerita hija li tiġi evalwata l-prestazzjoni għall-indikaturi kollha għal kull Stat Membru kemm għal-livelli kif ukoll għat-tibdil. Ir-riżultat ta’ dan l-istadju għandu għalhekk ikun, għal kull wieħed mill-indikaturi, l-evalwazzjoni tal-punteġġi tal-Istati Membri kemm għal-livelli kif ukoll għat-tibdil skont il-ħames kriterji, kif muri fit-Tabella 1:

    Tabella 1: Suġġeriment għal valuri ta’ limitu għall-punteġġi-z

     

    valuri ta’ limitu għall-punteġġi-z

    -1.0

    - 0.5

    0

    0.5

    1.0

    (anqas minn)

    (anqas minn)

    (bejn)

    (ogħla minn)

    (ogħla minn)

    Valutazzjoni

    Livelli

    Baxx Ħafna

    Baxx

    Bħall-Medja

    Għoli

    Għoli Ħafna

     

     

    Tibdil

    Ferm aktar baxx mill-medja

    Aktar baxx mill-medja

    Bħall-Medja

    Ogħla mill-medja

    Ferm ogħla mill-medja



    Permezz tal-kombinazzjoni tal-evalwazzjoni tal-livelli u tat-tibdil huwa possibbli li tiġi kklassifikata l-prestazzjoni globali ta’ pajjiż skont kull indikatur f’waħda minn dawn is-seba’ kategoriji li ġejjin. L-għoti tal-kuluri huwa rifless fil-Figuri 1, 14, 15, 27 u 28.

    Bl-aqwa prestazzjoni

    b’punteġġ ta’ anqas minn -1,0 f’livelli u anqas minn 1,0 f’tibdil

    Stati Membri b’livelli ferm aħjar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni titjieb jew ma tmurx għall-agħar ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Aħjar mill-medja

    b’punteġġ ta’ bejn -1,0 u -0,5 f’livelli u anqas minn 1 f’tibdil jew b’punteġġ ta’ bejn -0,5 u 0,5 f’livelli u anqas minn -1,0 f’tibdil

    Stati Membri b’livelli aħjar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni titjieb jew ma tmurx għall-agħar ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Tajba imma jridu jiġu mmonitorjati

    b’punteġġ ta’ anqas minn -0,5 f’livelli u aktar minn 1 f’tibdil, u jippreżenta tibdil ogħla minn żero 46

    Stati Membri b’livelli aħjar jew ferm aħjar mill-medja tal-UE imma bis-sitwazzjoni sejra għall-agħar ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Bħall-medja / newtrali

    b’punteġġ ta’ bejn -0,5 u 0,5 f’livelli u bejn -1,0 u 1,0 f’tibdil

    Stati Membri b’livelli bħall-medja u bis-sitwazzjoni la titjieb u lanqas tmur għall-agħar ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Dgħajfa imma qed jitjiebu

    b’punteġġ ta’ aktar minn 0,5 f’livelli u anqas minn -1,0 f’tibdil

    Stati Membri b’livelli agħar jew ferm agħar mill-medja tal-UE imma bis-sitwazzjoni titjieb ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Jeħtieġu attenzjoni

    b’punteġġ ta’ bejn 0,5 u 1,0 f’livelli u aktar minn -1,0 f’tibdil jew b’punteġġ ta’ bejn -0,5 u 0,5 f’livelli u aktar minn 1,0 f’tibdil

    Din il-kategorija tiġbor fiha żewġ każijiet differenti: i) Stati Membri b’livelli agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni sejra għall-agħar jew ma titjiebx malajr biżżejjed; ii) Stati Membri b’livelli konformi mal-medja tal-UE imma bis-sitwazzjoni sejra għall-agħar ferm aktar malajr mill-medja tal-UE

    Sitwazzjonijiet kritiċi

    b’punteġġ ta’ aktar minn 1,0 f’livelli u aktar minn -1,0 f’tibdil

    Stati Membri b’livelli ferm agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni sejra għall-agħar jew ma titjiebx malajr biżżejjed

    Fil-każ tad-dħul gross disponibbli tal-familji (GDHI), li huwa ppreżentat biss fit-tibdil, intużat din il-klassifikazzjoni li ġejja (ara Grafika 26).

    Bl-aqwa prestazzjoni

    b’punteġġ ta’ aktar minn 1,0 fit-tibdil

    Stati Membri b’tibdil ferm ogħla mill-medja tal-UE

    Aħjar mill-medja

    b’punteġġ bejn 1,0 u 0,5 fit-tibdil

    Stati Membri b’tibdil ogħla mill-medja tal-UE

    Bħall-medja / newtrali

    b’punteġġ bejn -0,5 u 0,5 fit-tibdil

    Stati Membri b’tibdil bħall-medja

    Jeħtieġu attenzjoni

    b’punteġġ bejn -0,5 u -1,0 fit-tibdil

    Stati Membri b’tibdil aktar baxx mill-medja tal-UE

    Sitwazzjonijiet kritiċi

    b’punteġġ ta’ anqas minn -1,0 fit-tibdil, u jippreżenta tibdil negattiv fil-GDHI 47

    Stati Membri b’tibdil ferm aktar baxx mill-medja tal-UE

    Tabella sommarja tal-punti ta’ limitu

    Baxx ħafna

    Baxx

    Bħall-Medja

    Għoli

    Għoli ħafna

    UR

    Livelli

    anqas minn 4,4 %

    anqas minn 6,6 %

    bejn 6,6 % u 11,1 %

    aktar minn 11,1 %

    aktar minn 13,4 %

    Tibdil

    anqas minn -1,9 pp

    anqas minn -1,4 pp

    bejn -1,4 pp u -0,6 pp

    aktar minn -0,6 pp

    aktar minn -0,2 pp

    YUR

    Livelli

    anqas minn 9,7 %

    anqas minn 15,0 %

    bejn 15,0 % u 25,6 %

    aktar minn 25,6 %

    aktar minn 31,0 %

    Tibdil

    anqas minn -5,2 pp

    anqas minn -3,7 pp

    bejn -3,7 pp u -0,8 pp

    aktar minn -0,8 pp

    aktar minn 0,7 pp

    NEET

    Livelli

    anqas minn 7,3 %

    anqas minn 9,5 %

    bejn 9,5 % u 13,9 %

    aktar minn 13,9 %

    aktar minn 16,1 %

    Tibdil

    anqas minn -1,3 pp

    anqas minn -0,9 pp

    bejn -0,9 pp u -0,1 pp

    aktar minn -0,1 pp

    aktar minn 0,3 pp

    GHDI

    Tibdil

    anqas minn 0,7 %

    anqas minn 1,7 %

    bejn 1,7 % u 3,6 %

    aktar minn 3,6 %

    aktar minn 4,6 %

    AROP (18-64)

    Livelli

    anqas minn 12,6 %

    anqas minn 14,4 %

    bejn 14,4 % u 18,0 %

    aktar minn 18,0 %

    aktar minn 19,8 %

    Tibdil

    anqas minn -0,8 pp

    anqas minn -0,4 pp

    bejn -0,4 pp u 0,4 pp

    aktar minn 0,4 pp

    aktar minn 0,8 pp

    Proporzjon S80-S20

    Livelli

    anqas minn 3,7

    anqas minn 4,4

    bejn 4,4 % u 5,8

    aktar minn 5,8

    aktar minn 6,4

    Tibdil

    anqas minn -0,3

    anqas minn -0,1

    bejn -0,1 u 0,3

    aktar minn 0,3

    aktar minn 0,4



    Anness 5: Sommarju ġenerali tax-“xejriet soċjali li jeħtieġu attenzjoni” u l-għadd ta’ Stati Membri b’deterjorament jew titjib kif identifikati mill-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi 2016 (EPM) bidla 2015-2014



    Anness 6: Sommarju ġenerali tax-“xejriet soċjali li jeħtieġu attenzjoni” u l-għadd ta’ Stati Membri b’deterjorament jew titjib kif identifikati mill-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali 2016; bidla 2014-2013

    Nota: Għall-indikaturi bbażati fuq l-EU-SILC, il-bidliet ġeneralment jirreferu għall-2012-2013 għad-dħul u l-intensità tax-xogħol tal-unitajiet domestiċi, u għall-2013-2014 għall-SMD u l-ħtieġa mhux milħuqa għall-kura medika. Il-bidliet fid-dħul gross disponibbli għall-unitajiet domestiċi jirreferu għall-2013-2014. L-indikaturi bbażati fuq l-LFS (ir-rata LTU, dawk li jħallu l-iskola qabel iż-żmien, il-porzjon ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, NEETS (15-24), ER (55-64)) jirreferu għall-perjodu aktar reċenti 2014-2015. Fil-verżjoni finali tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi se jkun disponibbli aġġornament b’dejta aktar reċenti.

    (1)

    COM(2016) 377 finali.

    (2)

    F’Settembru 2016, ir-rata tal-qgħad ta’ kull xahar fl-UE kienet 8,5 % u 10 % fiż-żona tal-euro.

    (3)

    Fil-mument tal-kitba (Ottubru 2016) iċ-ċifri medji stmati għall-2015 huma disponibbli mill-Eurostat. Se jiġi pprovdut aġġornament fil-verżjoni riveduta tad-dokument, wara diskussjoni mal-Istati Membri fil-Kumitat tal-Impjiegi.

    (4)

    In-numru medju ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali fl-UE fl-2008 huwa bbażat fuq stima mill-Eurostat, għaliex iċ-ċifri għall-Kroazja huma disponibbli biss mill-2010 ’il quddiem.

    (5)

    Ara l-Analiżi tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2016, Kapitolu 2, li jmiss.

    (6)

     Il-koeffiċjent Gini huwa indikatur bil-valur bejn 0 u 1. Valuri aktar baxxi jindikaw ugwaljanza ogħla. Fi kliem ieħor valur ta' 0 jindika li kulħadd għandu l-istess dħul, valur ta' 1 jindika li persuna waħda għandha d-dħul kollu. Nota: Sabiex jitqies l-impatt tad-differenzi fid-daqs u l-kompożizzjoni tal-familji, id-dħul totali disponibbli tal-familji jiġi “ekwivalizzat”.

    (7)

    Ara OECD (2015). Fiha flimkien – Għaliex inqas inugwaljanza hija ta' benefiċċju għal kulħadd. Pariġi: OECD.

    (8)

    Il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi (MPI) u l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (MPPS) huma abbozzati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u, rispettivament, mill-Kumitati tal-EMCO u tal-SPC. Dawn jiġu adottati mill-Kunsill EPSCO.

    (9)

    Rapport tal-2017 dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR)

    (10)

    COM(2015) 600 finali;

    (11)

    Dawn tal-aħħar, madankollu, jistgħu jiġu affettwati minn waqgħa fil-limitu tal-faqar.

    (12)

    COM(2015) 600 finali;

    (13)

    Il-linji gwida ġew riflessi bis-sħiħ għall-ewwel darba fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tal-2016.

    (14)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, 13 ta' Ottubru 2016.

    (15)

    Il-Kummissjoni Ewropea (2016). L-Iżviluppi fis-Suq tax-Xogħol u fil-Pagi fl-Ewropa. Analiżi annwali 2016 Lussemburgu: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Ottubru 2016

    (16)

    Għadu mhux disponibbli.

    (17)

    L-aħħar sena li tagħha hija disponibbli d-dejta.

    (18)

    Dan huwa n-numru ta' persuni impjegati fost l-intrapriżi li twieldu ġodda fl-2014 diviż bin-numru totali ta' persuni impjegati fost l-istokk ta' intrapriżi attivi fl-istess sena.

    (19)

    Kummissjoni Ewropea (2015), Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015, Novembru 2015.

    (20)

    Skedi informattivi tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) jipprovdu analiżi dettaljata fuq il-livell tal-pajjiż ta' statistika u politiki dwar l-SMEs, u jistgħu jiġu kkonsultati fuq: http://ec.europa.eu/growth/smes/business-friendly-environment/performance-review_en

    (21)

    Il-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol huwa magħmul minn taxxi fuq id-dħul personali flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-impjegaturi u mill-impjegati. Il-kontribuzzjonijiet għal skemi tal-pensjoni okkupazzjonali u privati, kif ukoll ħelsien mit-taxxa mmirat, mhumiex inklużi fil-kalkolu.

    (22)

    Kummissjoni Ewropea, Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2016

    (23)

     Għal analiżi dettaljata ara l-kapitolu tal-Analiżi tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2016 li jmiss dwar l-Integrazzjoni tar-Refuġjati u d-Dokument ta' Ħidma tal-KE-OECD dwar “How are refugees faring on the labour market in Europe? (Kif sejrin ir-refuġjati fis-suq tax-xogħol fl-Ewropa?) ”, Settembru 2016.

    (24)

    L-evidenza turi li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-persuni li ġejjin minn familji migranti jibqgħu żvantaġġjati b'mod konsiderevoli anke wara l-aġġustament għall-isfond soċjoekonomiku, u li fost l-istudenti mwielda barra mill-pajjiż dawk li jaslu bħala tfal żgħar ikollhom riżultati aħjar minn dawk li jaslu aktar tard. Ara OECD-UE (2015), Settling In – Indicators of Immigrant Integration 2015, u OECD (2014), International Migration Outlook 2014, OECD Publishing.

    (25)

    OECD (2014), Fokus fuq PISA, 2014/10 (Ottubru) http://www.oecd.org/pisa/pisaproducts/pisainfocus/pisa-in-focus-n44-(eng)-final.pdf.

    (26)

    Il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tiddefinixxi diżabilità bħala "kunċett li jevolvi" li jirriżulta mill-"interazzjoni bejn persuni b’indebolimenti u ostakoli attitudinali u ambjentali li jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ oħrajn". Dawn l-indebolimenti jistgħu jkunu ħfief sa severi, fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji – preżenti mit-twelid jew akkwistati tul il-ħajja (inkluż fl-impjieg) u b’mod partikolari relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni. Ara:

    (27)

    Ara European Commission (2016), "Mobility and Migration in the EU: Opportunities and Challenges" fil- 2015 Employment and Social Developments in Europe Review

    (28)

    Għal analiżi dettaljata ara l-kapitolu tal-Employment and Social Developments in Europe (Analiżi tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa) tal-2016 li jmiss dwar l-Integrazzjoni tar-Refuġjati u d-Dokument ta' Ħidma tal-KE-OECD dwar “How are refugees faring on the labour market in Europe? (Kif sejrin ir-refuġjati fis-suq tax-xogħol fl-Ewropa?) ”, Settembru 2016.

    (29) Skont il-projezzjoni tal-popolazzjoni, il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol se tonqos f'maġġoranza ta' Stati Membri, u b'mod speċjali fil-Litwanja, il-Latvja, il-Bulgarija, is-Slovakkja, il-Greċja, il-Portugall, il-Polonja, l-Estonja, ir-Rumanija, il-Ġermanja, il-Kroazja u l-Ungerija, ara Kummissjoni Ewropea (2015), Rapport dwar it-tixjiħ, http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2015/pdf/ee3_en.pdf
    (30)

    Ara Kummissjoni Ewropea (2016) L-effiċjenza u l-effikaċja ta' sistemi tal-protezzjoni soċjali tul il-ħajja, kapitolu 3.2. fl-Analiżi tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2015.

    (31)

    Din hija d-“differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa mhux aġġustata”, għaliex ma tqisx il-fatturi kollha li jimpattaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, bħad-differenzi fl-edukazzjoni, fl-esperjenza fis-suq tax-xogħol, fis-sigħat maħduma, fit-tip ta' impjieg, eċċ.

    (32)

    Is-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol tirreferi għad-distribuzzjoni tan-nisa f'impjiegi u setturi differenti meta mqabbla mal-irġiel.

    (33)

    Iż-żewġ perċentwali jirriflettu l-proporzjon tal-popolazzjoni li taħdem li jkollu bżonn jibdel l-okkupazzjoni/settur sabiex iġib distribuzzjoni ekwa tal-irġiel u n-nisa bejn okkupazzjonijiet jew setturi. L-indiċi jvarja bejn 0 (l-ebda segregazzjoni) u 50 (segregazzjoni kompleta).

    (34)

    http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/annual_reports/2016_annual_report_2015_web_en.pdf

    (35)

    http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/documents/150119_segregation_report_web_en.pdf

    (36)

    Fl-2014, in-nisa rċevew pensjoni li bħala medja hija 40 % aktar baxxa mill-pensjoni tal-irġiel u, f'xi pajjiżi, terz tan-nisa anzjani m'għandhom l-ebda pensjoni. Għal din ir-raġuni, in-nisa huma f'riskju ferm akbar ta' faqar mill-irġiel fl-anzjanità; bħala medja 15,7 % tan-nisa 65+ huma f’riskju ta’ faqar meta mqabbla ma’ 11,3 % tal-irġiel. Is-Slovenja, l-Iżvezja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja għandhom diskrepanzi fil-pensjonijiet bejn is-sessi ta' 10 pp jew aktar bejn in-nisa u l-irġiel fl-età avvanzata.

    (37)

    Studju tal-Kummissjoni, L-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ – Rapport finali lid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2016).

    (38)

    Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES),  http://csdle.lex.unict.it/Archive/LW/EU%20social%20law/ EU%20legislation%20in%20force/Decisions/20140529-115645_14_573_COPE_enpdf.pdf   

    (39)

    Usti, South Moravia, Olomouc, Moravia u Karlovy Vary.

    (40)

    Fis-26 ta’ Ottubru 2016 (id-data limitu għat-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u soċjali), id-dejta tal-GDHI kienet nieqsa għal disa’ Stati Membri.

    (41)

    In-nefqa mill-but hija s-somma ta’ kopagament lil diversi fondi tal-assigurazzjoni preżenti fis-sistema tal-kura tas-saħħa u ta’ pagamenti over-the-counter (u pagamenti diretti oħra) għal prodotti u servizzi mixtrija minn unitajiet domestiċi

    privati bħala l-pagatur dirett u finali.

    (42)

    Il-Kummissjoni Ewropea (2008), “The LIME Assessment Framework (LAF): A methodological tool to compare, in the context of the Lisbon Strategy, the performance of EU Member States in terms of GDP and in terms of twenty policy areas affecting growth”, European Economy Occasional Papers n. 41/2008.

    (43)

    Twettqu kemm testijiet tan-normalità kif ukoll tad-distribuzzjoni forma-T li rriżultaw fir-rifjut ta’ kwalunkwe ipoteżi distribuzzjonali.

    (44)

    L-iffissar differenti ta’ punti ta’ limitu ġie diskuss internament fil-grupp ta’ ħidma. Din il-proposta tirrifletti r-riżultati ta’ dan il-proċess.

    (45)

    Fil-każ ta’ normalità, il-punti ta’ limitu magħżula jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għal 15 %, 30 %, 50 %, 70 % u 85 % tad-distribuzzjoni kumulattiva.

    (46)

    Il-kundizzjoni tal-aħħar tipprevjeni Stat Membru milli jippreżenta livell "baxx" jew "baxx ħafna" li jiġi identifikat bħala "li sejjer għall-agħar" meta juri tibdil "ferm ogħla mill-medja", imma xorta qed jonqos.

    (47)

    Il-kundizzjoni tal-aħħar tipprevjeni Stat Membru milli jippreżenta GDHI qed jiżdied li jiġi identifikat bħala "sitwazzjoni kritika".

    Na vrh