Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0578

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL ID-9 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA IS-SENA FINANZJARJA 2015

    COM/2016/0578 final

    Brussell, 14.9.2016

    COM(2016) 578 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    ID-9 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA

    IS-SENA FINANZJARJA 2015

    {SWD(2016) 293 final}


    WERREJ

    1.IL-PROĊEDURA TAL-BAĠIT…….

    2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET

    3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2015

    4.IL-KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2015

    5.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT

    6.ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA

    Anness 1

    Anness 2

    Anness 3

    Anness 4-I

    Anness 4-II

    Anness 5

    Anness 6

    Il-proċedura baġitarja għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2015

    Il-parti tal-baġit tal-FAEG fil-baġit tal-UE mill-2009 sal-2015

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2015

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2015. Id-dħul assenjat. C4

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2015. Id-dħul assenjat. C5

    L-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG skont l-artikolu u skont l-Istat Membru – Is-sena finanzjarja 2015

    L-evoluzzjoni tal-analiżi tan-nefqa tal-FAEG fis-snin finanzjarji mill-2009 sal-2015

    Nota: Ma’ dan ir-rapport qed jiġi mehmuż Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit web Europa tad-DĠ Agrikoltura (http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_en.htm).

     

    1.IL-PROĊEDURA TAL-BAĠIT 1

    1.1.L-Abbozz tal-Baġit Inizjali tal-2015 u l-Ittra Emendatorja 1/2015

    Il-Kummissjoni adottat l-Abbozz tal-Baġit inizjali tal-2015 u pproponietu lill-Awtorità Baġitarja fl-24 ta’ Ġunju 2014. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 ammontaw għal EUR 43 903,8 miljun.

    Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit inizjali tal-2015 fit-2 ta’ Settembru 2014, filwaqt li naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG bi EUR 48,5 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-22 Ottubru 2014, filwaqt li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impennn għall-FAEG b’EUR 41 miljun.

    Fil-15 ta’ Ottubru 2014 il-Kummissjoni adottat l-Ittra Emendatorja (AL) Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit tal-2015, filwaqt li naqqset l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba għall-FAEG b’EUR 448 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit inizjali.

    1.2.L-Adozzjoni tal-Baġit tal-2015

    Fis-27 ta’ Novembru 2014 il-Kummissjoni ppreżentat Abbozz tal-Baġit ġdid tal-2015, fejn talbet l-ammont ta' EUR 43 455,8 miljun bħala approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG . Wara l-preżentazzjoni ta’ dan l-Abbozz tal-Baġit ġdid għall-2015, fit-8 ta’ Diċembru 2014 sar trilogu intensiv bejn it-3 partijiet (il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew). Il-Kunsill qabel mal-pakkett ta’ kompromess fit-12 ta’ Diċembru 2014. Il-baġit tal-2015 finalment ġie adottat mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2014. L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit għall-FAEG kien ta' EUR 43 455,8 miljun u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tiegħu ammontaw għal EUR 43 447,6 miljun.

    Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tirriżulta mill-fatt li, għal ċerti miżuri li jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri għandhom x’jaqsmu l-aktar mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, mal-istrateġija tal-politiki u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura.

    B’mod speċifiku, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG ivvutati għall-qasam ta’ politika 05 li jammontaw għal EUR 43 455,8 miljun, EUR 2 400,7 miljun kienu previsti għall-miżuri tas-suq fil-Kapitolu 05 02, EUR 40 908,6 miljun għall-għajnuniet diretti fil-Kapitolu 05 03, EUR 87.3 miljun għall-awditjar tan-nefqa agrikola fil-Kapitolu 05 07, u EUR 50,9 miljun għall-istrateġija u l-koordinazzjoni ta’ politika fil-Kapitolu 05 08.

    Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness 1.

    Sussegwentement, matul is-sena finanzjarja 2015, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-Artikoli 05 08 06 (it-tisħiħ tal-għarfien pubbliku tal-politika agrikola komuni) u 05 08 09 (FAEG – assistenza teknika operattiva) tnaqqsu b’EUR 0,1 miljun u EUR 0,8 miljun rispettivament permezz tal-Baġit Emendatorju 7.

    1.3.Id-dħul allokat għall-FAEG 2

    Skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni 3 , id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huwa indikat bħala dħul allokat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża biex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. F’każ li xi parti minn dan id-dħul ma tintużax, din tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja ta’ wara.

    Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit għall-2015, saret stima ta’ dan id-dħul għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja 2015, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2014 għall-2015. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 1 768,6 miljun, u tqieset meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit għall-2015. B’mod speċifiku:

    Id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet kien stmat għal EUR 868,6 miljun u EUR 165 miljun rispettivament, filwaqt li d-dħul mill-imposta fuq il-ħalib kien stmat għal EUR 405 miljun. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li mistenni jinġabar matul is-sena baġitarja 2015 kien stmat għal EUR 1 438,6 miljun.

    Ġie stmat li d-dħul assenjat li mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2014 għall-2015 kien stmat għal EUR 330 miljun.

    Fil-baġit tal-2015, dan id-dħul li oriġinarjament kien stmat għal EUR 1 768,6 miljun ġie allokat għal sitt skemi b’dan il-mod:

    EUR 362,4 għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex inklużi l-miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għall-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet,

    EUR 106,9 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għal dawk li mhumiex membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi taħt miżuri oħra għas-settur tal-frott u l-ħxejjex,

    EUR 0,9 miljun għall-miżuri ta’ ħżin għat-trab tal-ħalib xkumat fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 2,9 miljun għall-miżuri ta’ ħżin għall-butir u l-krema fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 50,5 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħalib u għall-ħżin privat għal ġobon taħt miżuri oħra għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 1 245 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku (l-għajnuniet diretti).

    Għall-iskemi msemmija qabel, is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvutati mill-Awtorità Baġitarja u d-dħul assenjat imsemmi hawn fuq jikkorrispondu għal stima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’:

    EUR 903,9 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex inklużi l-miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għall-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet,

    EUR 107,6 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għal dawk li mhumiex membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi taħt miżuri oħra għas-settur tal-frott u l-ħxejjex,

    EUR 50,6 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħalib u għall-ħżin privat għal ġobon taħt miżuri oħra għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 29 587 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku (l-għajnuniet diretti).

    Għandu jiġi nnutat li l-Awtorità Baġitarja ma vvutat għall-ebda approprjazzjonijiet għall-miżuri ta’ ħżin għat-trab tal-ħalib xkumat u għall-butir u l-krema fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

    1.4.Il-parti tal-baġit tal-FAEG fil-baġit totali tal-UE

    Il-parti finali tal-baġit tal-FAEG (approprjazzjonijiet ta’ impenn) fil-baġit totali tal-UE għal kull sena tal-perjodu 2009-2015 tidher fl-Anness 2.

    2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 

    2.1.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet 

    2.1.1.Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2015 

    F’Euro

    It-taqsima tan-nefqa tal-

    baġit (1)

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Approprjazzjonijiet ta’ pagament

    It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2)

    Previżjonijiet

    1 Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom

    43 455 780 762

    43 447 624 585

    1 Deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni

    868 600 000

    1a. Approprjazzjonijiet b’ġestjoni kondiviża

    43 388 597 789

    43 388 597 789

    2. Irregolaritajiet

    165 000 000

    1b. Approprjazzjonijiet b’ġestjoni diretta

    67 182 973

    59 026 796

    3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib

    405 000 000

    2. Baġit Emendatorju

    -900 000

    -900 000

    Previżjoni totali ta’ AR

    1 438 600 000

    3. Trasferimenti lejn/mill-FAEG matul is-sena

    -107 268

    4. Approprjazzjonijiet finali tal-FAEG, li minnhom

    43 454 880 762

    43 446 617 317

    4a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża

    43 388 791 789

    43 388 791 789

    4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta

    66 088 973

    57 825 528

    (1)    L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit tal-2015 wara li tnaqqas id-dħul allokat li mistenni jinġabar fl-2015, kif ukoll id-dħul li ġie riportat mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

    (2)    AR: Dħul assenjat li għandu jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.) 4 , iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fil-kummenti baġitarji.

    2.1.2.Eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2015

    F’Euro

    Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

    Ġestjoni kondiviża (1)

    44 883 460 321,82

    44 883 460 321,82

    Nefqa b’ġestjoni diretta

    64 654 779,75

    56 154 302,09

    TOTAL

    44 948 115 101,57

    44 939 614 623,91

    (1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti minbarra d-dħul assenjat ta’ EUR 1 631 635 502,23 (ara l-punt 5 u l-Anness 4-I) li waslu għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 251 824 819,59.

    Għas-sena finanzjarja 2015, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw kien jammonta għal EUR 44 948 115 101,57 filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien jammonta għal EUR 44 939 614 623,91.

    2.1.3.L-eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvutati – In-nefqa ta’ ġestjoni diretta li għamlet il-Kummissjoni 

    F’Euro

    Nefqa taħt ġestjoni diretta

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Diżimpenji

    Approprjazzjonijiet ta’ pagament

    Riport għall-2016 (2)

    Approprjazzjonijiet (C1) (1)

    66 088 973,00

    -

    57 825 528,22

    -

    Eżekuzzjoni (C1)

    64 654 779,75

    -

    41 675 092,27

    13 821 274,51

    Approprjazzjonijiet ikkanċellati

    1 434 193,25

    -

    2 329 161,44

    -

    (1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti lejn “ ġestjoni kondiviża” għal ammont totali ta’ EUR 194 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, trasferiment “’il barra” tal-FAEG ta’ EUR -107 267,78 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u Baġit Emendatorju ta’ EUR - 900 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

    (2) L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss jiġu riportati għall-2016.

    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għan-nefqa taħt ġestjoni diretta fil-baġit tal-2015 kienu EUR 66,1 miljun. Fl-2015 ġie impenjat ammont ta’ EUR 64,7 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 1,4 miljun, ġie kkanċellat.

    Il-parti l-kbira tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni diretta tal-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati.

    Ir-riport awtomatiku għall-2016, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 13,8 miljun.

    2.2.Il-pagamenti ta’ kull xahar 

    2.2.1.Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża

    2.2.1.1.Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment għan-nefqa

    L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiddikjara li “il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri matul ix-xahar ta’ referenza”. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih tkun saret in-nefqa.

    Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret, u jkunu disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri 5 . L-aġġornament tan-nefqa u tad-dħul li jsir kull xahar fil-kotba huwa suġġett għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifiki tal-Kummissjoni skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontabilità tal-kontijiet.

    Il-pagamenti li jkunu saru mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2014 sal-15 ta’ Ottubru 2015 huma koperti mis-sistema ta’ pagamenti ta’ kull xahar.

    Għas-sena finanzjarja 2015, l-ammont nett totali tal-pagamenti ta’ kull xahar imwettqa, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni u korrezzjonijiet oħra, kien EUR 43 251 824 819,59.

    2.2.1.2.Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2015

    Għas-sena finanzjarja 2015, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra minn hekk, f’Diċembru 2015 ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali dwar pagamenti ta’ kull xahar, li taġġusta dawk li ngħataw diġà għan-nefqa totali li saret matul is-sena.

    3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2015

    3.1.L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG

    L-implimentazzjoni tal-baġit kienet tammonta għal EUR 44 948,1 miljun. Din in-nefqa kienet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit u bl-użu tad-dħul allokat għall-qasam tal-politika numru 05-L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, li kien magħmul mill-ammont kollu ta’ EUR 341,3 miljun riportat mill-2014 u minn parti mid-dħul allokat miġbur fl-2015, li kien jammonta għal EUR 735,2 miljun minn total ta’ EUR 1 631,6 miljun.

    Fil-qasam tal-politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għall-miżuri tas-suq kienet tammonta għal EUR 2 666,9 miljun, u għall-għajnuniet diretti għal
    EUR 42 168 miljun. In-nefqa mġarrba għal ċerti miżuri tas-suq u għajnuniet diretti qabżet l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, u kienet parzjalment koperta bi trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn partiti oħra tal-baġit, u parzjalment mid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG.

    Għal dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok irreferi għall-Anness 3.

    L-Anness 5 jippreżenta rendikont tan-nefqa għall-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-artikolu u skont l-Istat Membru.

    4.IL-KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2015

    Hawn taħt qed jingħata kumment fil-qosor dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG tal-2015, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul allokat disponibbli fl-2015 għall-iktar oqsma importanti, ibbażati fuq id-dettalji mogħtija fl-Annessi 3, 4-I u 4-II.

    4.1.Il-Kapitolu 05 02: L-interventi fis-swieq agrikoli

    4.1.1.Daħla

    Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit tal-2015 kienu jammontaw għal EUR 2 666,9 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 2 343 miljun u minn dħul assenjat li jammonta għal EUR 323,8 miljun. Dan id-dħul allokat intuża biex ikopri n-nefqa mġarrba fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (NB: għad-dettalji, ara l-punti 4.1.3 u 4.1.6). Approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 54,9 miljun ġew ittrasferiti għal partijiet oħra tal-baġit tal-FAEG. Il-bilanċ li kien għad fadal mid-dħul allokat miġbur fl-2015 kien jammonta għal EUR 199,8 miljun, u dan ġie riportat għall-2016. Fil-każ ta’ partiti li għalihom il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet baġitarji, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta billi saru trasferimenti minn partiti oħra tal-baġit. Bl-istess mod, għall-miżuri tas-suq fejn intużaw anqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw minn dan ġew ittrasferiti għal partiti oħra tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.

    4.1.2.Żejt taż-żebbuġa 

    Is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 2 miljun kienet dovuta għan-nefqa ftit aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-programmi ta’ ħidma 2014/2015 inklużi fil-miżuri tat-titjib tal-kwalità tagħhom meta mqabbla man-nefqa prevista fil-baġit tal-2015 għal dawn il-programmi.

    4.1.3.Frott u ħxejjex 

    Il-baġit tal-2015 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 305,5 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha ta’ dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvutat approprjazzjonijiet ta’ EUR 836,2 miljun għal dan minħabba li qieset id-dħul stmat allokat lil dan is-settur li kien jammonta għal EUR 469,3 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2015 kienet tammonta għal EUR 1 118,6 miljun. L-iskemi kollha ffinanzjati minn dan l-artikolu ġew implimentati f’livell li kien anqas milli mistenni meta mqabbel mal-ħtiġijiet totali stmati fil-baġit tal-2015. Il-bilanċ ta’ EUR 147 miljun tad-dħul allokat li ma ntużax ġie riportat għas-sena baġitarja tal-2016 biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ dik is-sena (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.1.4.Prodotti tas-settur tal-vitikultura

    Is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 63,2 miljun meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit tal-2015 fir-rigward ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-komponenti ta’ promozzjoni u ta’ investiment tal-programmi tal-inbid nazzjonali tagħhom meta mqabbla mal-limiti massimi tal-baġit rispettivi tagħhom previsti fil-baġit tal-2015 għal dawn il-programmi.

    1.1.1.Promozzjoni

    Fir-rigward tal-pagamenti ta’ miżuri tal-promozzjoni mill-Istati Membri, l-eżekuzzjoni żejda ta’ EUR 2,3 miljuni meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit tal-2015 kienet dovuta għan-nefqa ogħla mġarrba minn xi Stati Membri għall-programmi ta’ promozzjoni tagħhom li huma approvati mill-Kummissjoni meta mqabbla man-nefqa prevista fil-baġit tal-2015 għal dawn il-programmi.

    Fir-rigward tal-pagamenti diretti li saru mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni wettqet approprjazzjonijiet ta’ madwar EUR 1,2 miljun li kienu kważi ugwali għall-ammont previst fil-baġit tal-2015 għal dawn il-pagamenti.

    4.1.6.Ħalib u prodotti tal-ħalib

    Il-baġit tal-2015 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ EUR 131,4 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha ta’ dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvutat approprjazzjonijiet ta’ EUR 77,1 miljun għal dan minħabba li qieset id-dħul stmat allokat lil dan l-artikolu tal-baġit, li kien jammonta għal EUR 54,3 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2015 kienet ta’ EUR 119,6 miljun. L-iskemi kollha ffinanzjati minn dan l-artikolu ġew implimentati f’livell li kien anqas milli mistenni meta mqabbel mal-ħtiġijiet totali stmati fil-baġit tal-2015. Il-bilanċ ta’ EUR 52.7 miljun tad-dħul allokat li ma ntużax ġie riportat għas-sena baġitarja tal-2016 biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ dik is-sena (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.1.7.Il-laħam tal-majjal, il-bajd u l-pollam, it-trobbija tan-naħal u prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali

    Il-baġit tal-2015 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ EUR 40,8 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha ta’ dan is-settur. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2015 kienet tammonta għal EUR 44,2 miljun u kienet iffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvutati ta’ EUR 40.8 miljun kif ukoll mit-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 3,4 miljun minn oqsma oħra tal-baġit tal-2015 (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.2.Il-Kapitolu 05 03: L-għajnuniet diretti

    Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit kienu jammontaw għal EUR 42 168 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit li kienu jammontaw għal EUR 40 561,4 miljun u minn dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 752,7 miljun. Dan tal-aħħar intuża biex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament uniku (NB: għad-dettalji, ara l-punt 4.2.1). L-approprjazzjonijiet ivvutati li ma ntużawx kienu jammontaw għal EUR 347,2 miljun kif turi d-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ivvutati ta EUR 40 561,4 miljun użati għar-rimborż lill-Istati Membri u l-approprjazzjonijiet ivvutati inizjali ta’ EUR 40 908,6 miljun inklużi fil-baġit tal-2015. Dawn l-approprjazzjonijiet ivvutati li ma ntużawx ġew imsaħħa bi trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvutati li kienu jammontaw għal EUR 85,8 miljun minn partijiet oħra tal-baġit tal-FAEG, u b’hekk, ippermettew ir-rikostituzzjoni tal-ammont mhux użat tar-riżerva għall-kriżijiet ta’ EUR 433 miljun, li kien stabbilit mid-dixxiplina finanzjarja proposta fl-2015, u li ġie trasferit għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex, l-ammont tad-dixxiplina finanzjarja applikata b’mod effettiv ta’ EUR 409,8 miljun, ikun jista’ jiġi riportat fl-2016 għar-rimborż tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati. Il-bilanċ li kien għad fadal mid-dħul allokat miġbur fl-2015 kien ta’ EUR 696,6 miljun, u dan ġie riportat għall-2015. Fil-każ ta’ partiti li għalihom il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta billi saru trasferimenti tal-approprjazzjonijiet ivvutati minn partiti oħra tal-baġit jew ta’ dħul assenjat. Bl-istess mod, għall-għajnuniet diretti, fejn intużaw anqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw minn dan ġew ittrasferiti għal partiti oħra tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.

    4.2.1.L-Artikolu 05 03 01: L-għajnuniet diretti diżakkoppjati

    L-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma l-iskema ta’ pagament uniku (SPU), l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE) u l-appoġġ speċifiku diżakkoppjat skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. L-iskemi ta’ għajnuna kollha li jidħlu f’dan l-artikolu jitħallsu b’mod indipendenti mill-produzzjoni iżda b’ċerti kundizzjonijiet, pereżempju l-fatt li titħares il-kundizzjonalità. Il-ħtiġijiet baġitarji tal-2015 għal għajnuniet diretti diżakkoppjati kienu jammontaw għal EUR 38 642 miljun li għalihom l-Awtorità Baġitarja vvutat approprjazzjonijiet li kienu jammontaw għal EUR 37 397 miljun wara li tqies id-dħul assenjat għal dan is-settur li kien jammonta għal EUR 1 245 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-iskemi kollha li jidħlu f’dan l-artikolu kienet ta’ EUR 38 293,5 miljun u b’hekk qabżet l-approprjazzjonijiet ta’ EUR 37 397 miljun ivvutati għall-2015 b’EUR 896,5 miljun. Dan l-aħħar ammont tan-nefqa ddikjarata kien kopert parzjalment bit-trasferimenti minn partiti oħra tal-baġit li kienu jammontaw għal EUR 143,8 miljun u parzjalment bid-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 752,7 miljun. (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.2.2.L-Artikolu 05 03 02: Għajnuniet diretti oħra

    L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkopru n-nefqa għal għajnuniet diretti oħra li għalihom l-Istati Membri għażlu li jżommu ċertu rabta bejn il-pagament ta’ dawn l-għajnuniet u l-produzzjoni għal għadd ta’ setturi, b’kundizzjonijiet iddefiniti sewwa u b’limiti ċari, sabiex ma tiġix abbandunata din il-produzzjoni. Tlettax-il skema huma ffinanzjati permezz ta’ dan l-artikolu.

    Għal dawn l-iskemi, il-Kummissjoni kienet stmat li kien se jkun hemm bżonn ta’ approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 3 078,4 miljun fl-2015. L-Istati Membri nefqu EUR 3 020,5 miljun għalihom (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.2.3.L-Artikolu 05 03 09: Ir-rimborż tal-għajnuniet diretti b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja

    L-Awtorità Baġitarja ma allokat l-ebda approprjazzjoni għal dan l-artikolu. Dan l-artikolu ġie stabbilit għall-ewwel darba fis-sena baġitarja tal-2014 biex jiffaċilita l-ġbir ta’ approprjazzjonijiet ivvutati mhux impenjati li jinvolvu biss is-sena baġitarja tal-2014 supplimentati mill-approprjazzjonijiet tar-riżerva mhux użata għal kriżijiet sabiex jiġu riportati għas-sena baġitarja li jmiss tal-2015 u jiffinanzjaw ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja applikata għall-għajnuniet diretti fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2014 6 .

    Mill-ammont ta’ EUR 868,2 miljun, li jikkorrispondi għad-dixxiplina finanzjarja applikata matul is-sena finanzjarja tal-2014, li ġie riportat għall-baġit tal-2015 għal rimborż, l-Istati Membri ħallsu lura EUR 854 miljun. Id-differenza ta’ EUR 14,2 miljun terġa' tmur lura fil-baġit tal-2015 biex tiġi rritornata lill-Istati Membri permezz tal-ewwel Baġit Emendatorju tas-sena baġitarja ta’ wara (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt; ara wkoll il-punt 4.2.4 hawn taħt).

    4.2.4.L-Artikolu 05 03 10: Ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu

    L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa għall-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġu ffaċċjati l-kriżijiet il-kbar li jolqtu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Ir-riżerva għandha tiġi stabbilita billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-għajnuniet diretti permezz tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Din ir-riżerva ma tistax taqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 400 miljun (fi prezzijiet tal-2011). Għas-sena baġitarja tal-2015, l-ammont ekwivalenti tar-riżerva għall-kriżijiet fi prezzijiet attwali kien ta’ EUR 433 miljun. Ir-riżerva ma ntużatx fis-sena finanzjarja tal-2015.

    Għas-sena tat-talba tal-2015, id-dixxiplina finanzjarja ġiet ikkalkulata esklussivament għall-kostituzzjoni tar-riżerva tal-kriżi ta’ EUR 433 miljun. Madankollu, sa tmiem is-sena finanzjarja, approprjazzjonijiet ivvutati mhux impenjati li jikkorrispondu għall-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja applikata effettivament għas-sena tat-talba tal-2015 (filwaqt li jitqies l-ammont mhux użat tar-riżerva) ġew ittrasferiti għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 biex jiġi riportat għas-sena finanzjarja li jmiss u, b’dan il-mod, jiffinanzja r-rimborż ta’ dixxiplina finanzjarja imposta fuq il-bdiewa fis-sena kalendarja tal-2015.

    4.3.Il-Kapitolu 05 07: L-awditjar tan-nefqa agrikola

    4.3.1.L-Artikolu 05 07 01: Il-kontroll tan-nefqa agrikola

    Dan l-artikolu jinvolvi l-miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontroll fuq il-post u biex jittejbu s-sistemi ta’ verifika sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet b’dannu għall-baġit tal-Unjoni. Huwa jinkludi wkoll in-nefqa li tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġu ffinanzjati ċerti korrezzjonijiet li jista’ jkun hemm bżonn favur l-Istati Membri, li jkunu marbutin mal-kontabbiltà u mal-konformità (NB: id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jagħti aktar dettalji dwar dan il-punt).

    4.3.2.L-Artikolu 05 07 02: Is-soluzzjoni ta’ tilwim

    L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa li għaliha l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ġustizzja, fosthom l-ispejjeż tal-ħlas tat-talbiet għad-danni u l-imgħax. Fis-27 ta’ Settembru 2012, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qatgħet is-sentenza fil-Każijiet Magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10 (is-sentenza fil-każ ta’ Jülich-II). Il-baġit tal-2015 ippreveda approprjazzjonijiet ta’ EUR 60,5 miljun għall-pagament tal-imgħax kumpensatorju lill-operaturi skont din is-sentenza. Madankollu, l-Istati Membri ġarrbu u ddikjaraw nefqa li tammonta għal madwar EUR 1,7 miljun għal dawn il-pagamenti. Għalhekk, l-approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 58,8 miljun ġew ittrasferiti għal partiti oħra tal-baġit tal-2015 sabiex jiffinanzjaw il-ħtiġijiet ta’ dawn il-partiti.

    5.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT 

    5.1.Id-dħul allokat għall-FAEG

    Id-dħul allokat li ġie riportat fir-realtà mill-2014 għall-2015 ammonta għal EUR 341,3 miljun, u dan intuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena baġitarja tal-2015, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju. Kif ippreżentat fl-Anness 4-II, dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 280,6 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għal miżuri oħra (miżuri eċċezzjonali temporanji) fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, ta’ EUR 11 miljun għal miżuri ta’ ħżin għat-trab xkumat u butir kif ukoll għall-miżuri oħra (miżuri eċċezzjonali temporanji) fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u ta’ EUR 49,7 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku.

    F’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul allokat miġbur fl-2015, l-Anness 4-I juri li dan id-dħul kien jammonta għal EUR 1 631,6 miljun, u li dan kien ġej mill-affarijiet li ġejjin:

    Il-korrezzjonijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, li kienu jammontaw għal EUR 1 066,6 miljun;

    Id-dħul mill-irregolaritajiet, li kien jammonta għal EUR 155,5 miljun.

    Il-ġbir tal-imposti fuq il-ħalib, li kien jammonta għal EUR 409,6 miljun.

    Id-dħul assenjat miġbur fl-2015 intuża biex ikopri n-nefqa mġarrba għall-miżuri li ġejjin:

    EUR 30,7 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għal dawk li mhumiex membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi taħt miżuri oħra għas-settur tal-frott u l-ħxejjex,

    EUR 0,2 miljun u EUR 0,9 miljun għall-miżuri ta’ ħżin għat-trab tal-ħalib xkumat u tal-butir u l-krema korrispondenti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 0,5 miljun għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħalib u għall-ħżin privat għal ġobon taħt miżuri oħra għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    EUR 703 miljun ġew assenjati għall-iskema ta’ pagament uniku (għajnuniet diretti).

    Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2015, li jammonta għal EUR 896,4 miljun, ġie riportat awtomatikament fil-baġit tal-2016 sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.

    Għad-dettalji tista’ tara l-Annessi 4-I u 4-II.

    6.ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA 

    In-nefqa totali tal-FAEG tammonta għal EUR 44 948,1 miljun. Minn hawn ’il quddiem, din in-nefqa hija mqassma skont il-kategoriji ewlenin tar-rappurtar, flimkien mal-perċentwali li dawn jirrappreżentaw fin-nefqa totali tal-FAEG għall-2015:

    Il-ħżin

    In-nefqa għall-ħżin tammonta għal EUR 18,4 miljun, jiġifieri 0,04 % tan-nefqa totali. Dan l-ammont jirrappreżenta l-aktar in-nefqa mġarrba għall-ħżin privat tal-butir.

    Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

    In-nefqa għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni kienet tammonta għal EUR 0,3 miljun, jiġifieri għal 0,001 % tan-nefqa totali, u kellha x’taqsam l-aktar mal-ħlas tal-bilanċi pendenti għall-esportazzjonijiet taċ-ċereali u tat-tjur li saru fl-imgħoddi.

    Miżuri oħra tas-suq

    Minbarra l-ħżin u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, in-nefqa għall-miżuri l-oħra tas-suq ammontat għal EUR 2 698 miljun, jiġifieri għal 6 % tal-ammont totali għas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa li hija marbuta b’mod ewlieni maż-żejt taż-żebbuġa, mal-frott u l-ħaxix, mal-inbid, mal-pjanti tessili, mal-POSEI, mal-miżuri ta’ promozzjoni, mal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u mat-trobbija tan-naħal. Din in-nefqa tinkorpora ammonti żgħar oħra u tinkludi l-korrezzjonijiet li ġejjin mill-approvazzjoni tal-kontijiet u mis-soluzzjoni tat-tilwim.

    L-għajnuniet diretti

    In-nefqa għall-għajnuniet diretti ammontat għal EUR 42 168 miljun, jiġifieri ta’ 93.8 % mill-ammont totali.

    In-nefqa b’ġestjoni diretta

    Din in-nefqa kienet tammonta għal EUR 64,7 miljun (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn), jiġifieri ta’ 0,1 % mill-ammont totali, u tħallset direttament mill-Kummissjoni. Din kienet tkopri l-aktar in-nefqa marbuta mal-kontabilità tal-azjendi agrikoli, l-istħarriġ dwar l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, l-informazzjoni dwar il-PAK, l-għajnuna teknika, eċċ.

    L-Iżvilupp rurali taħt l-ex-Garanzija tal-FAEG

    Ma tista’ ssir l-ebda approprjazzjoni oħra ta’ impenn għal dawn il-programmi. L-Istati Membri issa qed jagħlqu dawn il-programmi u qed jirkupraw ammonti li ma tħallsux meta suppost. L-ammont finali nett irkuprat f’dan l-artikolu jammonta għal madwar EUR 1,3 miljun.

    L-evoluzzjoni tal-analiżi tan-nefqa tal-FAEG skont it-tip għall-perjodu mill-2009 sal-2015 hija mogħtija fl-Anness 6.

    (1)  Din il-proċedura hija ppreżentata f’Anness 1.
    (2) Dawn l-ammonti mhumiex miktuba fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG), li jsemmu “p.m.” (“pour mémoire”), iżda l-ammont previst jissemma fir-rimarki tal-baġit għal dan l-artikolu.
    (3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
    (4) p.m.: "pour mémoire".
    (5) Dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta’ kull xahar jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tat-12 tax-xahar N+1.
    (6)  Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament Finanzjarju, jiġifieri r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u, skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom jirrimborżaw lir-riċevituri finali li huma suġġetti, fis-sena finanzjarja li lejha jkunu ġew riportati l-approprjazzjonijiet, għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 26(1) sa (4) tiegħu.
    Top

    Brussell, 14.9.2016

    COM(2016) 578 final

    ANNESSI

    tar-

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    ID-9 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA

    IS-SENA FINANZJARJA 2015

    {SWD(2016) 293 final}



     
     
     
     
     

    Top