Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0550

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali tal-programm ISA

    COM/2016/0550 final

    Brussell, 1.9.2016

    COM(2016) 550 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali tal-programm ISA

    {SWD(2016) 279 final}


    Werrej

    1. Introduzzjoni    

    2. L-interoperabbiltà bħala l-faċilitatur tal-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku    

    3. Sfond    

    4. Metodoloġija    

    5. Kwistjonijiet ta’ evalwazzjoni u mistoqsijiet    

    6. Konklużjonijiet    

    Il-Kisba tal-Objettivi tal-Programm    

    6.1.    Rilevanza    

    6.2.    Effiċjenza    

    6.3.    Effettività    

    6.4.    Utilità    

    6.5.    Sostenibbiltà    

    6.6.    Koerenza    

    6.7.    Koordinazzjoni    

    7. Konklużjonijiet tal-Evalwazzjoni Finali    

    8. Rakkomandazzjonijiet    

    8.1.    Komunikazzjoni mal-amministrazzjonijiet pubbliċi u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-interoperabbiltà    

    8.2.    It-titjib tal-approċċ olistiku u perspettiva trażversali tal-interoperabbiltà    

    8.3.    Il-kooperazzjoni ma’ linji ta’ politika u inizjattivi oħra tal-UE    

    9. Il-passi li jmiss    


    1. Introduzzjoni

    Fuq deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Deċiżjoni ISA), 1 il-programm ta’ sitt snin dwar is-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA) tnieda fl-1 ta’ Jannar 2010 bħala t-tkomplija tal-programm dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi elettroniċi tal-gvern panEwropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lin-negozji u liċ-ċittadini (IDABC) 2 . Ġie implimentat mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    Kif jissemma fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ISA, l-objettiv tal-programm ISA kien li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transfruntiera u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejniethom (inklużi l-korpi li jwettqu funzjonijiet pubbliċi f’isimhom), bl-għan li tagħti lok għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u tal-attivitajiet tal-UE 3 . 

    Dan ir-Rapport jippreżenta r-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni finali tal-programm 4 , li twettqet f’konformità mal-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni ISA. Skont din id-dispożizzjoni, l-evalwazzjoni finali kellha tiġi kkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2015. L-evalwazzjoni finali twettqet mill-Kummissjoni minn Diċembru 2014 sa Frar 2016 meta l-abbozz tar-rapport tal-Kummissjoni ġie aċċettat mill-grupp ta’ tmexxija. Madankollu, il-bidliet reċenti fil-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni rriżultaw f’dewmien sinifikanti biex tintlaħaq l-iskadenza prevista fil-bażi ġuridika.

    Matul l-evalwazzjoni finali, il-Kummissjoni kienet megħjuna minn tim ta’ esperti indipendenti minn kumpanija ta’ konsulenza (it-tim tal-evalwazzjoni finali). Rappreżentanti tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni wettqu sorveljanza tal-evalwazzjoni finali permezz ta’ grupp ta’ tmexxija tal-Kummissjoni 5 .

    2. L-interoperabbiltà bħala l-faċilitatur tal-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku

    Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020 6 . L-istħarriġiet annwali dwar it-tkabbir ippubblikati mill-Kummissjoni mill-2011 sal-2015 7 juru li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u hija, għalhekk, kruċjali biex tinċentivizza l-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir.

    Kif jissemma fl-istħarriġ annwali tagħha dwar it-tkabbir tal-2013, 8 il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizz online u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej huma fatturi importanti għat-tkabbir u għaż-żieda fl-effiċjenza. L-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet hija faċilitatur ewlieni li jagħti lok għall-kisba ta’ servizzi diġitali aktar effiċjenti u effettivi.

    L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (ADE) 9 tiddeskrivi kif l-interoperabbiltà hija essenzjali biex tgħin sabiex il-potenzjal soċjali u ekonomiku tal-ICT ikun kbir kemm jista’ jkun u b’riżultat ta’ dan, l-ADE tista’ tirnexxi biss jekk l-interoperabbiltà tkun garantita. Il-pilastru dedikat tagħha dwar “l-interoperabbiltà u l-istandards” ħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi relatati mal-interoperabbiltà, 10 b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-impenji stipulati fid-dikjarazzjonijiet ministerjali ta’ Granada u ta’ Malmö inkluża l-adozzjoni tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (QEI) 11 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Fl-24 u fil-25 ta’ Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet 12 u saħaq li l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha titkompla, permezz tal-implimentazzjoni rapida tas-servizzi li jiddependu fuq l-interoperabbiltà għal tħaddim effettiv, bħal gvern elettroniku, is-saħħa elettronika, il-fatturazzjoni elettronika u l-akkwist elettroniku. Dan se jwassal għal aktar servizzi diġitali ta’ kwalità aħjar għaċ-ċittadini u għall-intrapriżi madwar l-Ewropa, għal iffrankar tal-ispejjeż u għal effiċjenza, trasparenza u kwalità tas-servizz akbar fis-settur pubbliku.

    Madankollu, l-isforzi mill-Istati Membri ta’ sikwit isiru fuq livell nazzjonali mingħajr ma jkun segwit approċċ Ewropew komuni, u dan jikkomprometti l-interoperabbiltà fuq livell Ewropew u d-disponibbiltà tas-servizz pubbliċi diġitali transfruntiera. Għaldaqstant, hemm riskju għoli li jinħolqu ostakli elettroniċi ġodda (“ostakli elettroniċi”) li jimpedixxu liċ-ċittadini u lin-negozji milli jużaw is-servizzi pubbliċi f’pajjiżi li mhumiex tagħhom u ma jħallux lis-suq intern jaħdem bla intoppi.

    3. Sfond

    Il-programm ISA ġie stabbilit billi kompla fuq il-progress miksub mill-programmi predeċessuri tiegħu (IDA U IDABC). Kif evidenzjat fid-Deċiżjoni ISA3, l-objettiv ewlieni tal-programm ISA kien li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej bl-għan li jingħata lok għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u tal-attivitajiet tal-UE. L-objettiv intermedju kien li jiffaċilita l-interazzjoni transfruntiera u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawk l-amministrazzjonijiet.

    Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, jiffaċilita l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni ISA, u jipprovdi “soluzzjonijiet komuni u kondiviżi li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà”, 13 il-programm kien jinvolvi t-tnedija ta’ studji, ta’ proġetti u ta’ miżuri li jiġu magħhom, permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi, biex jingħata appoġġ lil:

    l-operazzjoni u t-titjib tas-servizzi komuni eżistenti, u t-twaqqif ta’ servizzi ġodda;

    it-titjib tal-għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti u t-twaqqif ta’ oħrajn ġodda;

    it-twaqqif u t-titjib ta’ oqfsa komuni li jappoġġjaw l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali; u

    il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-UE (id-Deċiżjoni ISA, l-Artikolu 3).

    Kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ISA, “servizzi komuni” huma applikazzjonijiet u infrastrutturi operazzjonali ta’ natura ġenerika, li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f’oqsma ta’ politika. “Għodod ġeneriċi” huma pjattaformi ta’ referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, komponenti komuni u elementi bażiċi simili li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f’oqsma ta’ politika. “Oqfsa komuni” huma strateġiji, speċifikazzjonijiet, metodoloġiji, linji gwida u dokumenti u approċċi simili.

    Il-programm ISA huwa eżegwit permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni (Deċiżjoni ISA, l-Artikolu 9) abbażi ta’ programm ta’ ħidma gradwali, li jiġi rivedut minn tal-anqas darba fis-sena u jinkludi azzjonijiet għal finanzjament li jirrigwardaw saff wieħed jew aktar ta’ interoperabbiltà (teknika, semantika, organizzazzjonali u ġuridika) 14 . Il-programmi ta’ ħidma annwali huma stabbiliti b’segwitu għal sejħiet annwali għal proposti lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-Istati Membri, appoġġjati mill-Kumitat ISA u adottati mill-Kummissjoni qabel ma jidħlu fis-seħħ. L-azzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu ffinanzjati huma elenkati fil-programm ta’ ħidma gradwali.

    4. Metodoloġija

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA kienet ibbażata fuq dejta kwantitattiva u kwalitattiva miġbura b’mod differenti (riċerka bbażata fuq dokumentazzjoni, stħarriġ online, intervisti, rikjesti bil-miktub għal informazzjoni addizzjonali u studji tal-każijiet), li kienet tinvolvi firxa wiesgħa ta’ rappreżentanti minn servizzi tal-Istati Membri u tal-UE, u għadd limitat ta’ partijiet ikkonċernati mis-soċjetà ċivili u minn organizzazzjonijiet privati li l-programm kellu interazzjoni magħhom.

    5. Kwistjonijiet ta’ evalwazzjoni u mistoqsijiet

    L-evalwazzjoni finali użat l-istess ġabra ta’ kriterji bħall-evalwazzjoni interim, 15 li sservi bħala parametru ta’ referenza għar-riżultati. Ir-riżultati, l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni finali huma bbażati fuq firxa wiesgħa ta’ dejta, li jikkostitwixxu l-prova konkreta meħtieġa biex tkun ivverifikata l-validità tal-loġika ta’ intervent tal-programm u l-kisba tal-objettivi tiegħu. Iffokat fuq dawn is-seba’ kriterji ewlenin li ġejjin:

    rilevanza — sa liema punt l-objettiv(i) tal-programm kien/u pertinenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet li jevolvu fuq livelli nazzjonali u tal-UE?

    effiċjenza — id-diversi inputs kemm ġew ikkonvertiti b’mod ekonomiku f’outputs, u b’liema impatti f’termini tal-aqwa użu possibbli tar-riżorsi? Liema aspetti tal-programm kienu l-aktar (in)effiċjenti, l-aktar f’termini ta’ riżorsi mobilizzati?

    effettività — sa liema punt ir-riżultati u l-impatti tal-programm kisbu l-objettivi tiegħu? Hemm aspetti li kienu aktar jew anqas effettivi minn oħrajn u, jekk dan huwa l-każ, liema tagħlimiet jistgħu jinsiltu minn dan?

    utilità — ir-riżultati u l-impatti attwali u antiċipati tal-programm kif ipparagunaw mal-ħtiġijiet tan-negozji li kienu maħsuba jindirizzaw? X’miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb l-utilità tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-programm li jmiss?

    sostenibbiltà — sal-liema punt hija garantita s-sostenibbiltà finanzjarja, teknika u operazzjonali tas-soluzzjonijiet żviluppati, kif miżmuma u operati permezz tal-programm?

    koerenza — sal-liema punt l-azzjonijiet tal-ISA kienu jifformaw parti minn approċċ “olistiku” (f’termini ta’ koerenza bejniethom u ma’ linji ta’ politika u inizjattivi oħra tal-UE)? Is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-programm u ma’ attivitajiet oħra tal-UE, kemm inkisbu b’mod tajjeb?

    koordinazzjoni — sa liema punt l-attivitajiet li jinvolvu lill-Istati Membri, inklużi dawk tal-Kumitat ISA, ġew ikkoordinati biex ikun aċċertat l-involviment tal-partijiet ikkonċernati? Sa liema punt l-attivitajiet ġew ikkoordinati jew allinjati mal-ħtiġijiet ta’ partijiet ikkonċernati oħra li magħhom il-Kummissjoni suppost li kellha tinteraġixxi fil-qafas tal-ISA?

    6. Konklużjonijiet

    Il-Kisba tal-Objettivi tal-Programm

    Mill-evalwazzjoni finali rriżulta li l-programm ISA kien effettiv fil-kisba tal-objettivi tiegħu u fit-twassil ta’ soluzzjoni operazzjonali biex “jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej permezz tal-iffaċilitar tal-interazzjoni transfruntiera u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn tali amministrazzjonijiet, [….] li tagħti lok għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u tal-attivitajiet Komunitarji”.3 Dan huwa partikolarment minnu għall-oqfsa komuni, is-servizzi komuni u l-għodod ġeneriċi riutilizzabbli u għall-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni ġdida tal-UE. Kumplessivament, ir-riżultati u l-impatti miksuba u antiċipati tal-programm ISA jindirizzaw fil-biċċa l-kbira l-ħtiġijiet tan-negozji li kienu intiżi li jindirizzaw minkejja li xi azzjonijiet għandhom aktar utilità minn oħrajn.

    L-evalwazzjoni identifikat għadd ta’ oqsma ewlenin li fihom il-bidliet fil-programm suċċessur ISA² għandhom il-potenzjal, kollha f’daqqa, li jkunu aktar rilevanti għall-ħtiġijiet attwali dwar l-interoperabbiltà u li jtejbu l-utilità tiegħu. Tikkonferma wkoll li l-programm ISA kkontribwixxa għal kondiviżjoni u għall-użu mill-ġdid, permezz tat-twaqqif ta’ oqfsa komuni. Fl-aħħar nett, il-programm ISA kellu l-opportunità li jirrevedi l-linji gwida dwar “ir-Regolamentazzjoni Aħjar” 16 biex jiżgura li l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tkun tassew parti mill-proċess ta’ Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea.

    Il-konklużjonijiet kumplessivi jinsabu miġbura fil-qosor hawn taħt:

    1.1.Rilevanza

    L-objettiv tal-programm ISA (“li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej permezz tal-iffaċilitar tal-interazzjoni transfruntiera u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn tali amministrazzjonijiet”), għadu pertinenti li jissodisfa l-ħtiġijiet li jevolvu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-EU. Dan intwera permezz tal-evalwazzjoni finali tal-programm dwar l-impatt tar-riżultati tal-ISA iżda wkoll mill-aġendi politiċi tal-Istati Membri li jindikaw biċ-ċar il-ħtieġa għal-twassil effiċjenti u effettiv tas-servizzi pubbliċi diġitali.12 Barra minn hekk, il-QEI (il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà) ġie żviluppat, implimentat u sar monitoraġġ tiegħu mill-programm ISA. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tal-QEI juru kif l-interoperabbiltà għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u għandhom l-għan li:

    a)jippromwovu u jappoġġjaw it-twassil tas-servizzi pubbliċi Ewropej billi jrawwmu l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali;

    b)jiggwidaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi f’ħidmiethom biex jipprovdu s-servizzi lin-negozji u liċ-ċittadini; u

    c)jikkomplimentaw u jorbtu flimkien id-diversi oqfsa nazzjonali għall-interoperabbiltà (NIFs,) fil-livell Ewropew.

    Il-QEI jipprovdi komprensjoni komuni dwar l-interoperabbiltà fl-Unjoni, li hija rikonoxxuta mill-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali (SUD) li tinkludi azzjoni partikolari dwar l-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi (azzjoni 15: adozzjoni ta’ pjan prijoritarju tal-istandards tal-ICT u l-estensjoni tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi).

    Ir-reviżjoni tal-QEI li tinsab għaddejja bħalissa tkompli fuq il-ħidma li twettqet matul is-snin li għaddew mill-Osservatorju tal-Oqfsa Nazzjonali għall-Interoperabbiltà (NIFO, National Interoperability Framework Observatory), 17 li jagħmel monitoraġġ u jappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu fl-Istati Membri.

    Il-programm ISA jikkontribwixxi għal azzjonijiet oħra tas-Suq Uniku Diġitali li fihom l-interoperabbiltà taġixxi bħala faċilitatur sottostanti 18 . L-objettivi tal-programm huma allinjati sew mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għal Gvern Elettroniku għall-2010 – 2015, li kemm wieħed kif ukoll l-ieħor jidentifikaw l-interoperabbiltà bħala kundizzjoni għal suċċess. Minn barra dan, il-programm huwa allinjat sew mas-CEF, li għandha l-għan li tiżviluppa l-kollegament u l-interoperabbiltà tas-servizzi diġitali Ewropej, billi uħud mill-elementi bażiċi tagħha 19 (pereż. kunsinna elettronika, traduzzjoni, fatturazzjoni elettronika) jiddependu fuq ir-riżultati tal-ISA 20 . Is-CEF tista’ tipprovdi appoġġ operazzjonali għal soluzzjonijiet żviluppati u mmaturati fl-ambitu tal-programm ISA.

    Il-programm ISA kkontribwixxa attivament għal għadd ta’ linji ta’ politika tal-UE bħas-Suq Intern, 21 l-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Ewropa (INSPIRE), 22 l-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE), 23 il-Portal pan-Ewropew għad-Dejta Miftuħa, 24 u d-dritt tal-kompetizzjoni, 25 li bbenefikaw mill-appoġġ tiegħu fl-għamla ta’ azzjonijiet iddedikati u soluzzjonijiet kondiviżi 26 . Dawn il-linji ta’ politika identifikaw miri u objettivi li jiddependu fuq l-interoperabbiltà għall-implimentazzjoni tagħhom.

    Il-ħtiġijiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, bħall-immodernizzar tat-twassil tas-servizz pubbliku, it-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u s-servizzi tal-Kummissjoni, l-allinjament organizzazzjonali fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u aktar użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet, identifikati fil-waqt tal-ISA2 ex-ante 27 u fl-evalwazzjonijiet interim tal-ISA, 28 għadhom hemmhekk. L-iffaċilitar tat-twassil tas-servizzi transfruntiera u transsettorjali b’mod uniformi u effiċjenti f’termini ta’ riżorsi jirrikjedi aktar użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet eżistenti ta’ interoperabbiltà u aktar kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u bejniethom u l-Kummissjoni. Sforzi komuni jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda rduppjar tal-isforzi 29 .

    1.2.Effiċjenza

    Kumplessivament, il-programm ISA jista’ jiġi kkunsidrat bħala li kien effiċjenti. L-ewwel nett, instab li mill-evidenza li rriżultat mill-azzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni 30 ilu kkunsidrat li jinsab “fit-triq it-tajba”’ tul il-perjodu 2010–2015, b’dewmien medju ta’ anqas minn 5 % 31 . It-tieni nett, il-baġit totali eżegwit għall-programmi ta’ ħidma 2010–2014 ammontaw għal EUR128,2 miljun, madwar 2 % anqas bħala medja mill-baġit kumulattiv allokat għall-perjodu 32 . Minħabba dawn il-konklużjonijiet, il-programm jista’ jitqies effiċjenti f’termini baġitarji.30

    Apparti minn hekk, 90 % ta’ dawk mistħarrġa fost ir-rappreżentati tal-Istat u l-uffiċjali tal-Kummissjoni minn servizzi rilevanti stqarrew li l-programm ta l-frott tiegħu saż-żmien stipulat u fl-ambitu tal-kamp ta’ applikazzjoni oriġinali tiegħu 33 . Kif issemma fl-evalwazzjoni finali tal-ISA, il-parti l-kbira ta’ dawn il-partijiet ikkonċernati ħassewhom kompletament jew b’xi mod jew ieħor involuti fir-reviżjonijiet annwali tal-programm 34 .

    Il-proċedura għall-ammissjoni ta’ proposti għal azzjonijiet ġodda u l-proċess ta’ żblukkar tal-fondi jistgħu jitqiesu bħala effiċjenti 35 . L-effiċjenza f’termini tal-allokazzjoni tar-riżorsi umani hija kkonfermata bil-fatt li l-allokazzjoni attwali kienet minn dejjem anqas minn dik prevista fil-proposta leġiżlattiva oriġinali tal-ISA.

    1.3.Effettività

    Il-programm ISA wassal soluzzjonijiet operazzjonali, jiġifieri oqfsa komuni, għodod ġeneriċi riutilizzabbli u servizzi komuni li jgħinu biex jinkiseb l-objettiv tal-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Kumplessivament, il-maġġorparti ta’ dawk intervistati u ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ online ħassew li s-soluzzjonijiet ISA kollha jiffaċilitaw l-interoperabbiltà bejn dawk l-amministrazzjonijiet 36 .

    It-twaqqif ta’ oqfsa komuni bħal QEI, appoġġja wkoll il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet permezz tar-rakkomandazzjonijiet dedikati tiegħu 37 . Qafas ta’ kondiviżjoni u ta’ użu mill-ġdid beda jiġi żviluppat fl-ambitu tal-ISA u bħalissa qiegħed jiġi ffinalizzat fl-ambitu tal-programm ISA2.

    Il-programm beda l-ħidma fuq l-ewwel żewġ saffi tal-interoperabbiltà, is-saffi tal-interoperabbiltà organizzazzjonali u ġuridika, li huma setturi b’impatt potenzjali kbir fuq l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri u jeħtieġ li jkunu żviluppati u kkonsolidati aktar.

    Il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-UE, bħall-impatt relatat mal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-ICT ġodda jew l-adattament ta’ dawk eżistenti ġiet inkluża fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, fl-ambitu tal-Linji Gwida dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar.16 Il-programm ISA ħa pass ulterjuri billi ppromwova tali valutazzjonijiet u appoġġja lid-Direttorati Ġenerali u lis-servizzi li wettquhom.

    L-isforz investit mill-programm fil-qasam tal-interoperabbiltà semantika kif ukoll fl-iżvilupp ta’ rabtiet aktar qawwijin ma’ organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni rrappreżenta kontribut importanti għal żieda fl-interoperabbiltà transsettorjali.

    Minkejja li l-programmi u l-utenti tar-riżultati tal-ISA jerġgħu jużaw l-oqfsa komuni, is-servizzi komuni u l-għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti, jenħtieġ li l-programm jippromwovi aktar l-użu mill-ġdid tagħhom kif indikat mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni intervistati 38 .

    1.4.Utilità

    Ir-riżultati u l-impatti miksuba u antiċipati tal-programm ISA jindirizzaw fil-biċċa l-kbira l-ħtiġijiet tan-negozji identifikati 39 . Dan wassal għall-produzzjoni ta’ 23 soluzzjoni li tpoġġew għad-dispożizzjoni bla ħlas fuq is-sit web tiegħu 40 jew ġew provduti bħala servizzi kondiviżi. Dawn is-soluzzjonijiet ivarjaw minn sistemi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika tal-UE bħas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), għal speċifikazzjonijiet komuni bħall-Profil ta’ Applikazzjoni tal-Katalogu tad-Dejta (DCAT-AP) li jintuża fil-Portal Pan-Ewropew tad-Dejta Miftuħa. Mit-23 soluzzjoni, 15 jintużaw mill-Istati Membri kollha jew minn uħud minnhom, 14 jintużaw minn diversi servizzi tal-Kummissjoni, u ħamsa jintużaw minn għadd ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Is-suċċess jispikka aktar billi l-Istati Membri mhumiex obbligati li jerġgħu jużaw is-soluzzjonijiet.

    Il-metodu żviluppat għall-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE inkluż fl-Istrumenti tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar qiegħed jerġa’ jintuża b’mod wiesa’ fil-kuntest tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt.16 

    Azzjonijiet oħra taw prova tal-utilità tagħhom permezz tal-użu mifrux tagħhom kif tindika l-istatistika miġbura mill-azzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni 41 .

    Rappreżentanti tal-Istati Membri u uffiċjali tal-Kummissjoni identifikaw dawn l-erba’ benefiċċji ewlenin għall-Istati Membri tal-programm ISA: 42  

    1)l-użu ta’ soluzzjonijiet ISA 43 ; 

    2)l-eżistenza tal-programm innifsu fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni tal-importanza tal-interoperabbiltà u taż-żamma tagħha fuq l-aġenda 44 ; 

    3)ir-referenzi prodotti appoġġjati mill-NIFO, bħall-QEI; u

    4)s-servizzi provduti, bħan-network sTESTA u l-pjattaforma CIRCABC.

    L-evalwazzjoni finali tenfasizza l-livell baxx ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-programm fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin li ġew intervistati u mistħarrġa, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-uffiċjali tal-Kummissjoni 45 . Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-miżuri addizzjonali ssuġġeriti mill-persuni li ġew intervistati u dawk li wieġbu għall-istħarriġ jinsabu jew fis-seħħ jew inkella qegħdin jiġu żviluppati jew imwessgħin 46 . 

    Il-kontribut tal-programm għal linji ta’ politika u inizjattivi oħra tal-UE u għall-immodernizzar tas-settur pubbliku fl-Ewropa, tejjeb l-utilità tiegħu.30 Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-użu attwali (inkluż l-għadd ta’ utenti) ta’ kull soluzzjoni ISA jitkejjel sistematikament u li l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet ikunu promossi.

    1.5.Sostenibbiltà

    Mill-evalwazzjoni finali rriżulta li s-soluzzjonijiet żviluppati, kif miżmuma u operati fl-ambitu tal-programm, kienu sostenibbli mill-perspettiva finanzjarja, teknika u operazzjonali.

    Is-sostenibbiltà teknika u operazzjonali ta’ soluzzjoni ISA hija vvalutata indirettament permezz tal-operazzjoni u tal-użu tagħha, kif imkejla fl-ambitu tal-azzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

    F’termini finanzjarji, is-sostenibbiltà hija ggarantita primarjament mill-programm ta’ tkomplija ISA² jew inizjattiva u programm oħra tal-UE, pereżempju s-CEF. F’ċerti każijiet, opzjonijiet ta’ finanzjament bħall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-ħlas għall-użu jistgħu jkunu previsti bħala mod biex tkun iggarantita s-sostenibbiltà finanzjarja fuq terminu twil.

    Is-sostenibbiltà organizzazzjonali hija wkoll fundamentali għas-sostenibbiltà kumplessiva. Jenħtieġ li tkun ippjanata sistematikament governanza fuq terminu twil tas-soluzzjonijiet u tas-servizzi sabiex il-kontinwità tagħhom tkun żgurata 47 . Ta’ min jinnota li informazzjoni dwar il-governanza tas-soluzzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal-programm tintalab dejjem bħala parti mill-proċess annwali ta’ applikazzjoni.

    1.6.Koerenza

    Mill-evalwazzjoni finali rriżulta li l-azzjonijiet tal-programm ISA jikkontribwixxu għal approċċ olistiku. Dan l-approċċ olistiku, ippreżentat lill-Kumitat ISA f’Jannar 2013, 48 jagħraf li l-interoperabbiltà ġenwina fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi tirrikjedi ħidma dwar diversi aspetti: objettivi strateġiċi, oqfsa u linji gwida arkitettoniċi, żvilupp ta’ speċifikazzjonijiet u l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u d-disseminazzjoni tas-soluzzjonijiet. Minn barra dan, il-monitoraġġ u l-immappjar tax-xenarju tal-interoperabbiltà u s-sensibilizzazzjoni huma kkunsidrati bħala faċilitaturi importanti tal-interoperabbiltà. Approċċ olistiku jippermetti li jiġu identifikati x-xquq u li jitnedew attivitajiet u proġetti rilevanti sabiex jindirizzawhom.

    Dan l-approċċ olistiku mhuwiex evidenti għall-partijiet ikkonċernati tal-ISA, 49 li huma aktar familjari mal-azzjonijiet individwali milli mal-programm innifsu. Sensibilizzazzjoni baxxa tas-sinerġiji tal-programm ġiet ukoll ikkonfermata fost il-persuni intervistati u fost dawk li wieġbu għall-istħarriġ, minkejja li l-evalwazzjoni finali indikat titjib mill-evalwazzjoni interim.

    Il-partijiet ikkonċernati semmew biss azzjoni waħda tal-ISA (EUSurvey) 50 ferm aktar minn oħrajn fl-intervisti u fid-diversi stħarriġ online bħala li mhijiex koerenti mal-objettivi tal-programm.36 

    Il-koerenza ssaħħet matul il-programm permezz ta’ għadd konsiderevoli ta’ sinerġiji li feġġew bejn l-azzjonijiet tiegħu u linji ta’ politika u inizjattivi oħra tal-UE li fihom l-interoperabbiltà hija faċilitatur ewlieni għall-implimentazzjoni tagħhom. Dak li ntwera u ġie indirizzat biċ-ċar matul il-programm kien il-bżonn li tittieħed azzjoni orizzontali sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà bejn is-setturi ta’ politika. Din id-dimensjoni orizzontali tinsab nieqsa fl-implimentazzjonijiet speċifiċi għas-setturi. Il-programm ISA ħoloq sinerġiji ma’ oqsma bħas-suq intern, id-dritt tal-kompetizzjoni, INSPIRE, CISE, il-Portal Pan-Ewropew tad-Dejta Miftuħa, u reċentement, is-CEF, li sa ċertu punt, jibni fuq ir-riżultati tal-programm.

    Approċċ trażversali għall-interoperabbiltà jġib benefiċċji tanġibbli li ma hemmx mod ieħor kif jistgħu jinkisbu f’approċċi u setturi speċifiċi għas-settur. L-oqsma tal-akkwist pubbliku, l-informazzjoni tas-settur pubbliku, l-istandardizzazzjoni tal-ICT, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, u t-tassazzjoni jibbenefikaw minn allinjament eqreb mas-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà transsettorjali fil-livell tal-UE u l-kooperazzjoni possibbli li tirriżulta.

    Fl-aħħar stadji tal-programm ISA, ġew żviluppati sinerġiji mas-servizzi tal-Kummissjoni inkarigati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Taħt l-objettiv tematiku 11, li għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-FSIE jista’ jkun ta’ appoġġ għall-isforzi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex itejbu l-interoperabbiltà bħala mezz biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom 51 . Kooperazzjoni eqreb fl-ambitu tal-programm ISA2 tista’ ġġib riżultati ta’ benefiċċju reċiproku għall-implimentazzjoni tal-programm u tal-FSIE fl-Istati Membri. Minn barra dan, l-involviment attiv tad-DĠ DIGIT fil-Grupp ta’ bejn is-Servizzi dwar l-Innovazzjoni u l-Kwalità tal-Amministrazzjoni Pubblika 52 li tnieda dan l-aħħar jiżgura kooperazzjoni bejn il-programm u l-FSIE.

    Sforzi fl-ambitu tal-programm u mid-DĠ DIGIT waslu għal rabtiet eqreb mat-tmexxija tat-Teknoloġija tal-Informatika tal-Kummissjoni.

    1.7.Koordinazzjoni

    Matul l-implimentazzjoni tal-programm, ġiet stabbilita koordinazzjoni tajba tal-attivitajiet formali mal-Istati Membri u mas-servizzi tal-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni ISA (l-Artikoli 12 u 14). Żewġ terzi tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u aktar minn nofs l-uffiċjali tal-Kummissjoni qablu kompletament jew b’xi mod jew ieħor li l-interazzjoni bejn l-ISA u l-partijiet ikkonċernati tiegħu kienet effettiva biex tiżgura skambju konsistenti ta’ informazzjoni, fehmiet u tal-aqwa prattiċi 53 .

    Minn barra dan, ġiet stabbilita koordinazzjoni tajba tal-attivitajiet mal-partijiet ikkonċernati lil hinn mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-ambitu tal-programm sabiex ikun żgurat l-involviment tagħhom, meta xieraq. Dawn jinkludu, meta xieraq u rilevanti, organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni, akkademiċi, organizzazzjonijiet tas-settur privat u pajjiżi mhux tal-UE, pereżempju l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Awstralja.

    L-evalwazzjoni finali rrikonoxxiet l-isforzi kollettivi li ġew investiti fil-koordinazzjoni fil-livell tal-UE b’riżultati pożittivi li dwarhom ma hemm l-ebda dubju 54 . Il-Grupp ta’ bejn is-Servizzi dwar l-Innovazzjoni u l-Kwalità tal-Amministrazzjoni Pubblika se jkun fundamentali sabiex titjieb il-koordinazzjoni tal-inizjattivi kollha fuq il-livell tal-UE li jikkontribwixxu għall-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Ewropa.

    L-evalwazzjoni kkonkludiet li hemm lok għar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat ISA, fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u fil-Grupp ta’ Ħidma biex jikkoordinaw aħjar flimkien mal-kollegi nazzjonali tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà biex jikkontribwixxu għas-suċċess tal-programm ta’ tkomplija 55 .

    Il-programm jipprovdi ħarsa ġenerali tajba tal-iżviluppi tal-interoperabbiltà fil-livell nazzjonali billi jikkonsolida l-ġabriet tal-iskedi informattivi tal-NIFO u tal-gvernijiet elettroniċi tal-Istati Membri f’post wieħed fil-pjattaforma Joinup 56 . 

    Il-biċċa l-kbira tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-uffiċjali tal-Kummissjoni qablu kompletament jew b’xi mod jew ieħor li l-pjattaformi elettroniċi użati mill-ISA biex iwasslu interazzjoni konsistenti bejn il-partijiet ikkonċernati u mal-Kummissjoni (pereż. Joinup, id-dashboard u s-sit web tal-ISA) kienu adegwati. Madankollu, kien hemm nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati dwar ir-riżultati miksuba fil-livell nazzjonali (pereż. l-użu mill-ġdid tal-programm) 57 .

    7. Konklużjonijiet tal-Evalwazzjoni Finali

    L-evalwazzjoni finali kienet fil-biċċa l-kbira pożittiva, filwaqt li kkonkludiet li l-programm ISA kien allinjat mal-prijoritajiet tal-linji ta’ politika tal-Unjoni u mal-ħtiġijiet tal-Istati Membri 58 . Minnha rriżulta li kien implimentat b’mod effiċjenti u koerenti, filwaqt li kiseb riżultati li jintużaw mill-ġdid kemm mis-servizzi tal-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri. Il-programm ISA kien effettiv fil-kisba tal-objettivi tiegħu u fit-twassil ta’ soluzzjonijiet operazzjonali li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, inkluża l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE. Kumplessivament, ir-riżultati u l-impatti miksuba u antiċipati tal-programm ISA jindirizzaw fil-biċċa l-kbira l-ħtiġijiet tan-negozji li kienu intiżi li jindirizzaw u kkoordina sew l-attivitajiet tiegħu mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiżgura l-involviment tagħhom.

    Mill-konklużjonijiet irriżulta li hemm ħtieġa li tinxteħet attenzjoni fuq it-titjib tal-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ISA u li jiġu indirizzati ħtiġijiet ġodda li jevolvu. Apparti minn hekk, hemm il-ħtieġa li l-koordinazzjoni tal-inizjattivi fil-livell tal-UE tiġi żviluppata aktar, b’mod partikolari fost id-Direttorati Ġenerali, fil-qafas tal-“Grupp ta’ bejn is-Servizzi dwar l-Innovazzjoni u l-Kwalità tal-Amministrazzjoni Pubblika”, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata aktar koerenza ma’ inizjattivi oħra nazzjonali u tal-UE u koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

    L-approċċ strateġiku kumplessiv li adotta l-programm sa mill-2013 juri li jeżisti approċċ olistiku koerenti fil-qafas tal-programm ISA. Inkisbu sinerġiji fost l-azzjonijiet tal-programm u ma’ attivitajiet oħra tal-UE iżda għad hemm lok għal aktar sinerġiji.

    8. Rakkomandazzjonijiet

    Huwa importanti li jiġi nnutat li d-Deċiżjoni ISA kkonċentrat l-attivitajiet tal-programm fuq il-kisba tal-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dan x’aktarx li kellu impatt fuq il-livelli ta’ utilità, sensibilizzazzjoni u użu mill-ġdid għaliex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ma inkludiex ir-rabtiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi man-negozji u maċ-ċittadini. Madankollu, f’xi każijiet, il-programm estenda l-bażi tiegħu tal-partijiet ikkonċernati b’mod pragmatiku biex jinvolvi lin-negozji u liċ-ċittadini fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet interoperabbli u fforma perspettiva ferm aktar olistika milli seta’ jkun possibbli b’xi mod ieħor.

    Il-ħtieġa, fil-fażi tal-iżvilupp tas-soluzzjonijiet interoperabbli, li tiġi kkunsidrata r-rabta bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi minn naħa, u, min-naħa l-oħra, iċ-ċittadini u n-negozji u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, issir kulma jmur aktar evidenti, billi dawn tal-aħħar huma l-utenti aħħarin tas-servizzi kollha tal-amministrazzjoni pubblika 59 . Id-Deċiżjoni ISA ma ppreveditx azzjoni sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tal-utenti aħħarin, iżda l-esperjenza permezz tal-implimentazzjoni tal-programm u permezz tal-konsultazzjoni mas-“sidien” tal-azzjonijiet u mal-Istati Membri wriet biċ-ċar li dan kien neċessarju. Din il-limitazzjoni hija indirizzata fir-rakkomandazzjoni sabiex ikun estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm il-ġdid ISA² għan-negozji u għaċ-ċittadini.

    Mill-evalwazzjoni rriżulta li jenħtieġ li l-programm ISA² jiżviluppa approċċ ta’ “każ kummerċjali” aktar sistematiku, li jservi wkoll biex jenfasizza aktar ir-rwol tal-interoperabbiltà fil-produzzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali 60 . Minn barra dan, sabiex tkun żgurata l-effikaċja sħiħa tal-programm ISA², jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tirrispetta l-miri tagħha li jirrigwardaw il-persunal, 61 l-aktar minħabba li l-allokazzjoni attwali tar-riżorsi umani minn dejjem kienet anqas minn dik li oriġinarjament kienet prevista fil-programm.

    Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim, il-programm indirizza kemm suppost dik dwar it-titjib tal-interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-preżenza f’avvenimenti kbar, u għamel progress konsistenti fl-indirizzar tal-bqija. Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-oqsma li ġejjin jirrikjedu sforzi bla heda fl-ambitu tal-programm il-ġdid ISA²:

    il-komunikazzjoni mal-amministrazzjonijiet pubbliċi u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-interoperabbiltà;

    it-titjib tal-approċċ olistiku u l-perspettiva orizzontali trażversali tal-interoperabbiltà; u

    l-kooperazzjoni ma’ linji ta’politika u inizjattivi oħra tal-UE.

    Apparti minn hekk, it-tim tal-evalwazzjoni finali jqis li tnejn mill-11-il rakkomandazzjoni mill-evalwazzjoni finali tal-programm IDABC għadhom applikabbli għall-programm ISA; dawn huma: 62

    jenħtieġ li jiġi prodott dokument komuni ta’ “promozzjoni”, li jiffoka fuq l-allinjamenti tal-linji ta’ politika u fuq is-sinerġiji bejn il-programmi u l-inizjattivi tal-Unjoni. (ir-rakkomandazzjoni 5 tal-IDABC); u

    jenħtieġ li l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà finanzjarja u operazzjonali tal-proġetti ssir b’tali mod li tkun aktar viżibbli u spjegata b’mod aħjar lill-partijiet ikkonċernati esterni. (ir-rakkomandazzjoni 8 tal-IDABC)

    Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin jinsabu hawn taħt:

    1.8.Komunikazzjoni mal-amministrazzjonijiet pubbliċi u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-interoperabbiltà

    Bejn l-2010 u l-2015, madwar żewġ terzi tal-avvenimenti li l-programm ISA organizza u kellu flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, u 63 % (25) mill-40 avveniment organizzati mill-Istati Membri li fihom il-programm ISA pparteċipa, seħħew wara l-2013, jiġifieri wara l-evalwazzjoni interim. Il-programm żied il-preżenza tiegħu fil-konferenzi u f’avvenimenti oħra; minn fost aktar minn 60 avveniment li kien involut fihom, tliet kwarti seħħew wara l-evalwazzjoni interim 63 . 

    Jenħtieġ li l-programm ISA² jaġġorna u jimplimenta strateġija ta’ komunikazzjoni, b’attenzjoni fuq l-involviment immirat, inkluż flimkien mal-partijiet ikkonċentrati speċifiċi għas-settur. Dan jindirizza l-lakuna persistenti bejn il-prestazzjoni attwali tal-programm u l-perċezzjoni tagħha tal-partijiet ikkonċernati 64 .

    1.9.It-titjib tal-approċċ olistiku u perspettiva trażversali tal-interoperabbiltà

    Jenħtieġ li l-approċċ olistiku li ttieħed sa mill-2013 jitkompla fil-programm ISA², billi l-interoperabbiltà ġuridika u organizzazzjonali għadhom fil-bidu tagħhom. L-Arkitettura ta’ Referenza tal-Interoperabbiltà Ewropea (EIRA, European Interoperability Reference Architecture) 65 u l-Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (EICart, European Interoperability Cartography), 66 li jixhdu bil-miktub is-servizzi u l-għodod eżistenti, se jkunu strumentali fl-appoġġ mogħti lil dan l-approċċ olistiku billi jgħinu fl-identifikar u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet eżistenti u jindikaw b’enfasi fejn ikun hemm nuqqas ta’ faċilitaturi tal-interoperabbiltà 67 . L-EIRA u l-ElCart għandhom rwol fundamentali fid-disseminazzjoni tar-riżultati u fl-identifikazzjoni aħjar tal-ħtiġijiet. Jagħtu lok għal aktar sensibilizzazzjoni, għal koordinazzjoni mtejba u għall-feġġien ta’ sinerġiji akbar.

    Issa li l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE ġiet inkluża fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt, jenħtieġ li l-programm ISA² ikompli jaqdi r-rwol li għalih kien maħsub u jagħmel użu mill-għarfien espert tiegħu sabiex dan l-eżerċizzju jingħata promozzjoni u d-Direttorati Ġenerali u s-servizzi li qegħdin iwettqu tali valutazzjonijiet jingħataw appoġġ 68 . 

    Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-programm ISA² jiżviluppa approċċ aktar sistematiku għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-użu tas-servizzi komuni u tal-għodda ġenerika, iżda wkoll tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-oqfsa komuni 69 .

    1.10.Il-kooperazzjoni ma’ linji ta’ politika u inizjattivi oħra tal-UE

    Għadhom għaddejjin l-isforzi sabiex il-programm ISA/ISA² jiġi allinjat ma’ linji ta’ politika rilevanti oħra tal-UE, fuq il-passi tas-CEF, li jsegwi fuq ir-riżultati tiegħu. Barra dan, mill 2016 ’il quddiem, jenħtieġ li jitqies il-QEI rrivedut meta jkunu implimentati s-soluzzjonijiet f’appoġġ għal linji ta’ politika oħra tal-UE.

    Jenħtieġ li l-programm ISA² jibbaża fuq it-titjib evidenti fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet marbuta mal-interoperabbiltà u mal-gvern elettroniku fil-Kummissjoni, li sar grazzi għall-programm ISA mill-evalwazzjoni interim ’il quddiem 70 . Dan jinkludi l-kooperazzjoni li tinsab għaddejja bejn id-DĠ CNECT dwar is-CEF u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Gvern Elettroniku l-ġdid tal-2016-2020. Barra minn hekk, hemm pjanijiet għal kooperazzjoni mad-DĠ EMPL u mad-DĠ REGIO biex ikunu identifikati azzjonijiet ISA/ISA2 eżistenti jew ġodda li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-objettivi tematiċi 2 tal-FSIE, (“it-titjib tal-aċċess għall-ICT, u l-użu u l-kwalità tagħha”), u 11 (“it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti”). Dan apparti l-ħidma dwar l-evalwazzjoni tal-programmi operazzjonali nazzjonali u dwar l-identifikar tal-kundizzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-programm ISA wera potenzjal qawwi għal kooperazzjoni akbar flimkien, fost l-oħrajn, mad-DĠ HOME, mad-DĠ JUST, mad-DĠ MARE, mad-DĠ FISMA, mad-DĠ GROW u mal-JRC.

    Fl-evalwazzjoni finali, il-Grupp il-ġdid ta’ bejn is-Servizzi dwar l-Innovazzjoni u l-Kwalità tal-Amministrazzjoni Pubblika jidher bħala l-ixprun ewlieni biex tinkiseb kooperazzjoni u koerenza konsistenti fost il-linji ta’ politika u l-inizjattivi tal-UE li jikkontribwixxi għall-immodernizzar tas-settur pubbliku 71 .

    9. Il-passi li jmiss

    Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ tkomplija ISA², il-Kummissjoni se tikkonċentra kemm jista’ jkun fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu aktar ’il fuq, se tanalizzahom sabiex tivvalida u tindirizza l-kwistjonijiet li jitqajmu f’kooperazzjoni mill-qrib, kull fejn ikun xieraq, mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, inklużi n-negozji u ċ-ċittadini.

    (1)

      Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA), ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

    (2)

      Id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC), ĠU L 144, 30.4.2004, (ara ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25 ).

    (3)

    L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni ISA

    (4)

    L-Evalwazzjoni Finali tal-programm ISA, hija disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/isa/library/official-documents/index_en.htm

    (5)

    Magħmul minn uffiċjali mid-DĠ Informatika (DIGIT), id-DĠ għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (GROW), id-DĠ għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (TAXUD), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u s-Segretarjat Ġenerali.

    (6)

     Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (COM(2010) 2020 finali, 3.3.2010, p. 12).

    (7)

      http://ec.europa.eu/europe2020/index_mt.htm  

    (8)

    Stħarriġ annwali dwar it-tkabbir 2013 tal-Kummissjoni, COM(2012) 750 final, 28.11.2012, p. 13.

    (9)

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni (KUMM(2010) 245 finali/2), p. 5

    (10)

      http://daeimplementation.eu/dae_actions.php?action_n=26&id_country=1  

    (11)

    Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej”, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni (KUMM(2010) 744 finali, Anness 1).

    (12)

      http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-169-2013-INIT/mt/pdf  

    (13)

    l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ISA.

    (14)

    Ara l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (QEI) għas-servizzi pubbliċi Ewropej (KUMM(2010) 744 finali, Anness 2), p. 21.

    (15)

    Evalwazzjoni interim tal-programm ISA, 2012,

    http://ec.europa.eu/isa/documents/interim_evaluation_of_the_isa_programme.pdf  

    (16)

     Linji gwida dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD(2015) 111 final);    
    Linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatt (COM(2015) 215 final) (SWD(2015) 110 final), p. 18.

    (17)

    L-NIFO, li żviluppa taħt il-programm IDABC, jappoġġja l-implimentazzjoni tal-QEI fil-livell tal-Istati Membri, permezz tat-traspożizzjoni tal-QEI f’oqfsa nazzjonali għall-interoperabbiltà. http://ec.europa.eu/isa/actions/04-accompanying-measures/4-2-3action_en.htm  

    (18)

    Xi eżempji huma l-kontribuzzjonijiet tagħha għall-interkonnessjoni tar-reġistri tan-negozji, għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss” (SUD azzjoni 16) permezz tal-attivitajiet tagħha fil-qasam tar-reġistri bażi u għall-objettiv tal-“portal uniku diġitali”, permezz tal-ħidma dwar is-semantika u l-katalogu tas-servizzi.

    (19)

      https://joinup.ec.europa.eu/community/cef/og_page/catalogue-building-blocks

    (20)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, tabella 10: “Allinjament tal-programm ISA mas-CEF”, p. 54

    (21)

     Naħdmu flimkien sabiex noħolqu tkabbir ġdid” – L-Att dwar is-Suq Uniku: Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni (KUMM(2011) 206 finali), p. 10.

    (22)

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire).

    (23)

    Pjan Direzzjonali li jistabbilixxi Ambjent Komuni Għall-Iskambju ta’ Informazzjoni għas-sorveljanza tad-dominju marittimu tal-UE, Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew (KUMM(2010) 584 finali), , p. 3

    (24)

     Dejta miftuħa: Mezz għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-governanza trasparenti, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni (KUMM(2011) 882 finali), p. 11.

    (25)

     Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2012, rapport tal-Kummissjoni (COM(2013) 257 final), p. 12.

    (26)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, tabella 21: “Livell ta’ adozzjoni tas-soluzzjonijiet ISA mis-servizzi tal-Kummissjoni”, p. 131.

    (27)

    Dokument li jakkumpanja l-proposta ta’ Deċiżjoni ISA2 (COM(2014) 367 final).

    (28)

    Evalwazzjoni interim tal-programm ISA, 2012, p. 172

    http://ec.europa.eu/isa/documents/interim_evaluation_of_the_isa_programme.pdf

    (29)

     L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Pertinenza tal-objettivi tal-ISA sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE”, p. 45

    (30)

      http://ec.europa.eu/isa/dashboard/isadashboard  

    (31)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “L-effiċjenza tal-programm ISA”: % ta’ dewmien, p. 82.

    (32)

    L-Evalwazzjoni Finali tal-programm ISA, “    Allokazzjoni u eżekuzzjoni tal-baġit” p. 67.

    (33)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 4”, p. 86.

    (34)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Proċess ta’ reviżjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-ISA”, p. 59.

    (35)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji”, p. 66.

    (36)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 6”, p. 111.

    (37)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “It-twaqqif u t-titjib tal-oqfsa komuni”, p. 94.

    (38)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjonijiet 7 u 8”, p. 112 u 140.

    (39)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, tabella 18, “L-utilità ġġib il-punti fil-livell ta’ azzjoni”, p. 116

    (40)

      http://ec.europa.eu/isa/ready-to-use-solutions/index_en.htm  

    (41)

    L-Evalwazzjoni Finali tal-programm ISA,     “L-iffaċilitar tal-interazzjoni effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej”, p. 88 u 89.

    (42)

    Evalwazzjoni finali tal-programm ISA, Riżultati ewlenin tal-ISA perċepiti, p. 88.

    (43)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA,     “Perċezzjonijiet ġenerali dwar il-benefiċċji miġjuba mill-programm”, p. 113 u 114.

    (44)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, illustrazzjoni 37, “Il-livelli ta’ qbil ta’ min wieġeb dwar is-sensibilizzazzjoni tal-programm ISA”, p. 171

    (45)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 9”, p. 141.

    (46)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Koerenza”, p. 17.

    (47)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 10”, p. 148.

    (48)

    Laqgħa tal-Kumitat ISA, it-23 ta’ Jannar 2013 – preżentazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-programm ISA.

    (49)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 11”, p. 165.

    (50)

    EUSurvey hija applikazzjoni b’sors miftuħ, bla ħlas, u b’bażi fuq il-web li tagħmilha aktar faċli kemm biex dawk li wieġbu jagħtu tweġiba għall-konsultazzjonijiet kif ukoll biex dawk li l-istħarriġ janalizzaw ir-riżultati.

    (51)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Koordinazzjoni interna fil-Kummissjoni Ewropea”, p. 167.

    (52)

     Il-Grupp ta’ bejn is-Servizzi dwar l-Innovazzjoni u l-Kwalità tal-Amministrazzjoni Pubblika (Ares (2015) 4431139, 20.10.2015).

    (53)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Il-punt sa liema l-interazzjoni bejn l-ISA u l-partijiet ikkonċernati tiegħu kienet effettiva”, p. 172.

    (54)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Koordinazzjoni interna fil-Kummissjoni Ewropea”, p. 167

    (55)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 13”, p. 187.

    (56)

      https://joinup.ec.europa.eu/community/nifo/home

    (57)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “L-użu mill-ġdid mill-ISA tar-riżultati miksuba minn inizjattivi oħra tal-UE”, p. 163.

    (58)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjonijiet 1, 2 u 3”, p. 56, 57 u 58.

    (59)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Kunsiderazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Istati Membri fit-twaqqif tas-soluzzjonijiet ISA”, p. 184.

    (60)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Ir-rakkomandazzjoni 5”, p. 200.

    (61)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Ir-rakkomandazzjoni 6”, p. 201.

    (62)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Rakkomandazzjonijiet minn evalwazzjonijiet preċedenti”, p. 190.

    (63)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Konklużjoni 14 u l-punt sa liema l-programm ISA ssensibilizza dwar is-soluzzjonijiet ISA”, p. 188.

    (64)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, “Ir-rakkomandazzjoni 4”, p. 199, u “Prestazzjoni pperċepita tal-programm ISA”, p. 83.

    (65)

    L- EIRA hija arkitettura ta’ referenza għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli bejn il-fruntieri u s-setturi.

    (66)

    L-għodda ElCart hija għodda li tista’ tintuża biex tiddeskrivi u tikkataloga l-Elementi Bażiċi għas-Soluzzjonijiet (SBBs, Solution Building Blocks) tal-arkitetturi tal-intrapriżi f’konformità mal-EIRA.

    (67)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, ir-rakkomandazzjoni 8 minn 9, p. 202.

    (68)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, Ir-rakkomandazzjoni 3 minn 9, p. 198.

    (69)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, ir-rakkomandazzjoni 9 minn 9, p. 202.

    (70)

    L-evalwazzjoni finali tal-programm ISA, ir-rakkomandazzjoni 7 minn 9, p. 201.

    (71)

      L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014 (COM(2013) 800 final); ara ĠU C 214, 8.7.2014, p. 46-54.

    Top