IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.8.2016
COM(2016) 499 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
fuq l-użu ta' aġenti kuntrattwali fl-2014
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016DC0499
REPORT FROM THE COMMISSION on the use of contract staff in 2014
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI fuq l-użu ta' aġenti kuntrattwali fl-2014
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI fuq l-użu ta' aġenti kuntrattwali fl-2014
COM/2016/0499 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.8.2016
COM(2016) 499 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
fuq l-użu ta' aġenti kuntrattwali fl-2014
WERREJ
1.Introduzzjoni
2.L-evoluzzjoni fin-numru ta' aġenti kuntrattwali fi ħdan il-Kummissjoni mill-2004
3.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont il-ġeneru u l-grupp ta’ funzjonijiet
4.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità
5.qsim tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont is-servizz
5.1Qsim skont il-ġeneru u skont id-DĠ
5.2Qsim skont it-tip ta' kuntratt
5.2.1.Aġenti kuntrattwali 3a
5.2.2.Aġenti kuntrattwali awżiljarji 3b
6.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji
6.1.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn
6.1.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-istituzzjonijiet l-oħrajn
6.1.2.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet l-oħrajn
6.2.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-aġenziji
6.2.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-aġenziji
6.2.2.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji
1.Introduzzjoni
Dan ir-rapport jissodisfa l-obbligu statutorju li jirriżulta mill-Artikolu 79(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (minn issa 'l qudddiem CEOS - Conditions of Employment of Other Servants) li jipprevedi li "l-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport kull sena dwar l-użu tal-aġenti kuntrattwali inkluż in-numru ta' aġenti, il-livell u t-tip ta' pożizzjonijiet, il-bilanċ ġeografiku u r-riżorsi baġitarji għal kull grupp ta' funzjoni." Huwa jagħti stampa dettaljata tal-aġenti kuntrattwali (minn hawn 'il quddiem l-AK) impjegati fil-31 ta' Diċembru 2013.
Id-dejta baġitarja (li tintbagħat kull sena lill-Awtorità baġitarja mal-abbozz tal-baġit – id-Dokument ta' Ħidma, Parti II u III) tinkludi l-AK preżenti meta ġie ppreżentat l-abbozz tal-baġit (inklużi l-AK irreklutati permezz tad-dħul allokat), jiġifieri: rendikont fl-1 ta' April tas-sena N-1 (fejn "N" hija s-sena tal-abbozz tal-baġit), l-implimentazzjoni tal-baġit fis-sena N-2 u t-talbiet għall-approprjazzjonijiet bi stima bħala ekwivalenti għal impjegati full-time għas-sena N. Dan jispjega għalhekk id-differenzi li jistgħu jirriżultaw min-numru ta' AK bejn id-diversi sorsi ta' dejta.
Dan ir-rapport jinkludi dejta dwar l-Istituzzjonijiet Ewropej (inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fis-seħħ mill-1/1/2011) u l-Aġenziji kollha skont l-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-dejta għall-Kummissjoni hija aktar dettaljata u tinkludi l-persunal iffinanzjat mil-linji operazzjonali u ta' riċerka, l-uffiċċji amministrattivi, id-delegazzjonijiet, ir-rappreżentanzi u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC - Joint Research Centre).
L-Artikolu 80 tas-CEOS jistabbilixxi rabta bejn kull grupp ta' funzjoni (minn hawn 'il quddiem FG - Function Group) u l-kompiti li jistgħu jitwettqu minn AK:
Grupp tal-funzjonijiet |
Gradi |
Kompiti |
IV |
13 sa 18 |
Kompiti amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u kompiti tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta' aġenti temporanji. |
III |
8 sa 12 |
Kompiti eżekuttivi, ta' abbozzar, ta' kontabbiltà u kompiti tekniċi ekwivalenti oħrajn, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew aġenti temporanji. |
II |
4 sa 7 |
Kompiti klerikali u segretarjali, il-ġestjoni ta' uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta' aġenti temporanji. |
I |
1 sa 3 |
Kompiti manwali u ta' appoġġ amministrattiv, imwettqa taħt il-kontroll ta' uffiċjali jew ta' aġenti. |
Il-kategorija tal-aġenti kuntrattwali nħolqot fl-2004 bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-AK taw kontribut siewi għall-ħidma tal-Istituzzjonijiet billi wettqu, b'inqas spejjeż, attivitajiet ta' appoġġ amministrattiv u billi pprovdew ħiliet li mhumiex dejjem disponibbli fl-Istituzzjoni.
Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, għall-funzjonijiet li jikkorrispondu għall-FG I, li mill-2004 issostitwixxa l-Kategorija D tal-uffiċjali. Għalhekk, bl-eċċezzjoni tal-Parlament, ma ġiet organizzata l-ebda kompetizzjoni, wara li tneħħiet din il-Kategorija għall-kompiti ta' messaġġiera u ta' xufiera u kompiti oħrajn li tipikament huma tal-livell FG I.
2.L-evoluzzjoni fin-numru ta' aġenti kuntrattwali fi ħdan il-Kummissjoni mill-2004
Fl-aħħar tal-2014, l-għadd totali ta' AK għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha huwa ta' madwar 11 000. Madwar 58 % ta' dawn l-aġenti huma impjegati mill-Kummissjoni, meta mqabbla ma' 60% fl-2012. F'kuntest fejn il-persunal ta' AK tal-Kummissjoni baqa' relattivament stabbli sal-2013 qabel ma żdied fl-2014, dan it-tnaqqis relattiv ta' AK impjegati mill-Kumissjoni huwa dovut għaż-żieda ta' AK fl-istituzzjoniet u l-aġenziji l-oħrajn.
Id-distribuzzjoni fid-dettall skont l-istituzzjonijiet u l-aġenziji hija analizzata aktar tard f'dan ir-rapport.
L-evoluzzjoni tal-persunal mill-2004 fi ħdan il-Kummissjoni kienet kif ġej 1 :
Tabella Nru 1
Iż-żieda fl-għadd tal-AK fil-Kummissjoni, li tilħaq preżentement madwar 6 400 persuna fl-2014, hija dovuta għas-sostituzzjoni progressiva tal-aġenti awżiljarji (li kienu qrib it-3 000 fl-2003) mill-AK awżiljarji (l-Artikolu 3b tas-CEOS), permezz tas-sostituzzjoni tal-Kategorija D preċedenti tal-uffiċjali b’AK (l-Artikolu 3a tas-CEOS), kif ukoll għall-konverżjoni ta' postijiet ta' uffiċjali permanenti f'approprjazzjonijiet għall-AK fl-uffiċċji amministrattivi. Barra minn hekk, l-ingaġġar ta' aġenti kuntrattwali sar biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni temporanja ta' persunal statutorju, kif previst fl-Artikolu 3b tas-CEOS.
L-għadd ta' AK żdied kull sena sal-2009, qabel ma naqas bi ftit fl-2010. Dan it-tnaqqis huwa dovut b’mod partikolari għall-istennija tar-riżultati tas-selezzjonijiet il-ġodda CAST 2010.
Fl-2011, għalkemm iċ-ċifri tal-Kummissjoni dehru jindikaw stabbiltà, dan huwa fil-fatt riżultat ta’ żewġ effetti kuntrarji. Min-naħa, il-ħolqien tas-SEAE wassal għat-trasferiment ta' 277 aġent kuntrattwali mill-persunal tal-Kummissjoni (li kienu jaħdmu għad-Direttorat Ġenerali RELEX fid-delegazzjonijiet u fis-sede) għas-SEAE, u min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni impjegat 275 AK bejn l-2010 u l-2011. Mingħajr it-tluq tal-aġenti lejn is-SEAE, l-evoluzzjoni bejn l-2010 u l-2011 kienet tkun ta’ + 4,6 %, jiġifieri kienet tkun daqs ir-rata medja taż-żieda stabbilita bejn l-2008 u l-2009.
Fl-2012 u fl-2013, l-għadd ta' AK naqas ftit (minn -1 % u -2 % rispettivament), u dan huwa dovut b'mod partikolari għall-kuntest ġenerali tat-tnaqqis ta' persunal u l-istennija għad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal f'Jannar 2014.
Il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta' interess (SEI) għal aġenti kuntrattwali skont l-Artikolu 3b f'Settembru 2013 ippermetta li jiġu proposti kandidati ġodda għad-Direttorati ġenerali (iktar 'il quddiem id-DG) 2 . Fir-rigward taż-żmien ta' selezzjoni u reklutaġġ, l-impatt reali ta' din is-SEI se jkun l-aktar viżibbli mill-2014.
Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda ppermetta l-prolongazzjoni tal-perjodu ta' ingaġġar tal-AK 3b sa sitt snin. Numru ta' aġenti kuntrattwali li jkunu diġà għamlu tliet (3) snin fis-servizz u komplew jaħdmu fil-Kummissjoni bħala intermedjarji setgħu b'hekk jiġu ingaġġati mill-ġdid għal perjodu kuntrattwali ġdid, b'mod li jippermetti lill-Kummissjoni li tibbenefika minn aġenti kuntrattwali diġà mħarġa u operazzjonali minnufih, filwaqt li jiġi mnaqqas in-numru ta' intermedjarji. 3
3.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont il-ġeneru u l-grupp ta’ funzjonijiet
Qsim skont il-FG tal-aġenti kuntrattwali hija kif indikat fit-tabella li ġejja.
Qsim skont is-sess maskili jew femminili u skont il-grupp ta' funzjoni fl-2014 4
Tabella Nru 2
Fil-31 ta' Diċembru 2011, kien hemm 6 440 AK fis-servizz tal-Kummissjoni. Il-FG l-aktar rappreżentat jibqa' il-livell FG II, b'madwar 40% tal-persunal fl-2014, li jirriżulta f'żieda meta mqabbel mas-snin preċedenti. Dawn l-aġenti jwettqu kompiti tas-segretarjat jew kompiti oħra simili, kif ukoll pereżempju kompiti tal-kura tat-tfal. L-aktar rappreżentati wara dan il-grupp huma l-AK tal-FG IV u l-FG III.
Il-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa huwa ġeneralment stabbli: in-nisa rrappreżentaw 62,8 % tal-għadd totali ta' AK fl-2013, meta mqabbla ma' 63,4 % fl-2014.
Wieħed jikkonstata li, fil-FG IV, l-ekwilibru rġiel-nisa huwa kważi milħuq għas-sena 2014. Id-distribuzzjoni skont il-ġeneru fil-FG l-oħrajn għadha l-istess mill-2011. Hemm proporzjon ħafna ogħla ta' nisa milli rġiel fil-FG II (83,5 % fl-2014) u, sa ċertu punt, anki fil-FG III (59,8 % fl-2014). Min-naħa l-oħra, il-preżenza tal-irġiel hija predominanti fil-FG I (63,5 % ta' rġiel fl-2014).
Din is-sitwazzjoni tirrifletti li għad hemm distribuzzjoni "tradizzjonali" tat-tipi ta' funzjonijiet imwettqa: il-funzjonijiet tas-segretarjat jew tal-kura tat-tfal jaqgħu taħt il-FG II, filwaqt li l-FG I prinċipalment jaħdmu bħala messaġġiera jew xufier.
4.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità
Iċ-ċittadini tal-UE l-aktar rappreżentati fost l-AK huma, b'ordni dekrexxenti: il-Belġjani, it-Taljani, il-Franċiżi, l-Ispanjoli u r-Rumeni, segwiti mill-Pollakki u l-Griegi. Din ir-rappreżentazzjoni hija identika għall-ewwel erba’ nazzjonalitajiet sa mill-2005. Ir-Renju Unit u l-Ġermanja, bħall-Polonja u n-Netherlands, għandhom rappreżentanza puttost dgħajfa meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Belġju u l-Italja għandhom rappreżentanza għolja meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom.
Ta' min wieħed jinnota li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, 59 aġent kuntrattwali Kroat huma impjegati mal-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2014.
Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità u skont il-ġeneru fl-2014 5
Tabella Nru 3:
Id-distribuzzjoni tal-AK skont in-nazzjonalità hija influwenzata minn kombinament ta' diversi fatturi, partikolarment il-post fejn ikunu jinsabu l-Istituzzjonijiet Ewropej u t-tul tal-kuntratti proposti.
Billi l-parti l-kbira tar-reklutaġġi jsiru għal terminu limitat, il-kandidati magħżula għandhom tendenza li jaċċettaw offerta ta' reklutaġġ aktar faċilment jekk ikunu residenti jew jgħixu viċin ta' post fejn tinsab l-istituzzjoni li toffrilhom kuntratt. Għall-kuntrarju, huwa x'imdaqqiet diffiċli għal kandidat li għandu familja sabiex jitlaq mill-pajjiż ta' oriġini tiegħu sabiex jissettilja fejn l-istituzzjoni għandha s-sede tagħha għal perjodu relattivament qasir.
L-AK huma fil-fatt reklutati mal-Kummissjoni abbażi tal-artikolu 3b tas-CEOS, jiġifieri għal duratura inizjali ta' sena b'tiġdid ta' sentejn. Mid-dħul fis-seħħ tal-istatut il-ġdid fl-2014, id-duratura ta' dawn il-kuntratti hija issa stabbilita għal massimu ta' sitt snin.
Dan il-fattur ta' qrubija ġeografika huwa rifless ukoll fil-kompożizzjoni tal-listi tal-kandidati, li l-Kumissjoni tiddependi fuqhom. Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar li ma hemm l-ebda kwota għal kull nazzjonalità: ir-reklutaġġi jsiru fuq il-bażi tal-profil meħtieġ, tal-ħiliet u tal-għarfien tal-lingwi tal-kandidati.
L-istess tendenza marbuta mal-post tar-residenza toħroġ mit-tabella dwar id-distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji l-oħrajn.
Distribuzzjoni tal-AK skont il-ġeneru u l-grupp ta' funzjoni 6
Dawn it-tabelli jippermettu li ssir analiżi tad-distribuzzjoni skont il-FG, in-nazzjonalità u l-ġeneru. Fl-2014 u l-istess bħas-snin preċedenti, l-Istati Membri kollha għandhom ċittadini fil-FG IV u fil-FG II. Madankollu, fl-2014, mhemmx Lussemburgiżi fil-FG III u mhemmx Awstrijaċi fil-FG I.
Tabella Nru 4:
FGIV |
FGIII |
FGII |
FGI |
5.qsim tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont is-servizz
Fit-taqsima iktar 'l isfel, id-dejta dwar l-AK ġiet ikklassifikata skont id-DĠ. Ta' min wieħed jinnota xi differenzi bejn id-DĠ, li partikolarment huma dovuti għat-tip ta' missjonijiet li jiġu assenjati lilhom. Pereżempju, id-DĠ DEVCO jimpjega l-aktar il-FG IV, responsabbli mill-għajnuna u l-kooperazzjoni internazzjonali jew maniġers ta' programmi kemm fid-delegazzjonijiet kif ukoll fis-sede, filwaqt li l-OIB jimpjega l-aktar assistenti amministrattivi jew indukraturi tat-tfal li jaqgħu taħt il-FG II.
Barra minn dan, l-approprjazzjonijiet allokati għall-politika ta' sostituzzjoni tal-persunal assenti jippermettu li tinżamm kontinwità fis-servizz u li s-sitwazzjoni ma tkunx daqstant sodisfaċenti mingħajr dawn is-sostituzzjonijiet temporanji.
5.1Qsim skont il-ġeneru u skont id-DĠ 7
Tabella Nru 5
5.2Qsim skont it-tip ta' kuntratt 8
5.2.1.Aġenti kuntrattwali 3a
Tabella Nru 6:
5.2.2.Aġenti kuntrattwali awżiljarji 3b
Tabella Nru 7
6.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji
L-għadd totali ta' AK fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji żdied għal 4 624 fl-2014, meta mqabbel ma' 4179 fl-2013. Dan jirrapreżenta żieda ta' 10,6% bejn l-2013 u l-2014.
Tabella Nru 8
Evoluzzjoni tad-distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali
fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji mill-2010
9
* il-ħolqien tas-SEAE fl-1 ta' Jannar 2011 u t-trasferiment ta' 313 AK mill-Kummissjoni lejn is-SEAE f'din id-data jispjega l-parti l-kbira taż-żieda qawwija tal-għadd ta' AK bejn l-2010 u l-2011. Tista' ssib aktar dettalji fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-użu tal-aġenti kuntrattwali fl-2011
6.1.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 10
L-għadd ta' AK fl-istituzzjonijiet l-oħrajn żdied bi 17,7 % bejn l-2013 u l-2014. Din iż-żieda, fil-parti l-kbira tagħha, hija dovuta għal għadd akbar ta' AK fil-Parlament Ewropew bejn l-2013 u l-2014 (minn 874 AK għal 1210 AK), li tirrappreżenta żieda ta' 38,4 % għal din l-istituzzjoni. Din iż-żieda tan-numru ta' AK tal-Parlament Ewropew fl-2014 hija dovuta għad-deċiżjoni li tiġi internalizzata s-sigurtà u l-ingaġġar ta' AK fil-FGI sabiex din il-missjoni tiġi assigurata.
Tabella Nru 9
Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn fl-2014
6.1.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 11
Tabella nru 10
6.1.2.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 12
Tabella Nru 11
6.2.Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-aġenziji
L-għadd ta' AK fl-aġenziji qed jiżdied b'rata kostanti u regolari. B'hekk, l-għadd totali ta' AK fl-aġenziji qabeż minn 1 933 fl-2010, għal 2 214 fl-2011, għal 2 408 fl-2012, 2 522 fl-2013 u 2582 fl-2014.
Abbażi tal-klassifikar stabbilit mid-DĠ BUDG, l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli tiġbor l-aġenziji fi tliet kategoriji: l-aġenziji deċentralizzati, l-intrapriżi komuni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, u l-aġenziji eżekuttivi.
Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali fl-aġenziji 13
Tabella Nru 12
Ħamsa u erbgħin fil-mija (45%) tal-AK huma ingaġġati mill-aġenziji eżekuttivi u 48% mill-aġenziji deċentralizzati. Il-kumplament (sebgħa fil-mija) huwa ingaġġat mill-intrapriżi komuni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.
Iż-żieda tan-numru ta' aġenti kuntrattwali bejn l-2010 u l-2014 tirrifletti ż-żieda tan-numru ta' aġenziji u l-funzjonijiet tagħhom.
Diversi intrapriżi komuni ġodda ġew ifformati wkoll fl-2014: 1) ECSEL (Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea) li tieħu l-attivitajiet tal-intrapriżi komuni ARTEMIS u ENIAC, 2) BBI (Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika) u 3) S2R (Shift2Rail).
6.2.1.Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-aġenziji
It-tqassim skont il-FG huwa relattivament omoġenu għat-tliet kategoriji ta' aġenziji u jibqa' stabbli sa mill-2012.
Distribuzzjoni skont il-grupp ta' funzjoni fl-aġenziji fl-2014 14
Tabella Nru 13
Tabella Nru 14
6.2.2.Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji
F'termini ta' distribuzzjoni ġeografika, ta' min wieħed jinnota li l-post fejn tkun tinsab l-aġenzija għandu rwol ewlieni fir-rigward tan-nazzjonalità tal-AK.
B'hekk, id-distribuzzjoni ġeografika fl-aġenziji eżekuttivi, li jkunu jinsabu fuq l-istess siti tal-Kummissjoni, tirrifletti l-istess tendenzi ta' din tal-aħħar fejn in-nazzjonalitajiet l-aktar rappreżentati huma l-Belġjani, it-Taljani, il-Franċiżi u l-Ispanjoli.
Bl-istess mod, il-post fejn ikunu jinsabu l-aġenziji u l-impriżi konġunti l-oħrajn huwa rifless fil-qasma skont in-nazzjonalità tal-AK tagħhom.
Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji fl-2014 15
Tabella Nru 15
Tabella Nru 16