Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0439

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015

    COM/2016/0439 final

    Brussell, 5.7.2016

    COM(2016) 439 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2015

    {SWD(2016) 220 final}


    Werrej

    1.Introduzzjoni

    2.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2015

    2.1.Flussi finanzjarji tal-Fond

    2.2.Tranżazzjonijiet sinifikanti

    2.3.Tranżazzjoni sinifikanti wara d-data tar-rapportar

    2.4.Preżentazzjoni tal-kontijiet

    2.4.1.Bażi tal-preparazzjoni

    2.4.2.Dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati għall-Fond il-Ħamis, 31 ta' Diċembru 2015

    3.Pagamenti lill-Fond jew minnu

    3.1.Bażi ġuridika għall-pagamenti lill-Fond mill-baġit ġenerali

    3.2.Pagamenti lill-baġit ġenerali jew minnu matul is-sena finanzjarja

    3.2.1.Proviżjonament tal-Fond

    3.2.2.Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond

    3.2.3.Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji

    3.2.4.Dħul u nfiq minn attivitajiet operattivi

    4.L-obbligazzjonijiet tal-Fond

    4.1.Inadempjenzi fil-pagament

    4.2.Rimunerazzjoni tal-BEI

    1.Introduzzjoni

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 (verżjoni kodifikata) ("ir-Regolament") 1 stabbilixxa Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni ("il-Fond") biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Unjoni fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarji ta’ self maħruġ jew garantit mill-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) skont ftehim iffirmat bejn il-Komunità u l-BEI datat il-25 ta' Novembru 1994 u sussegwentement emendat fit-23 ta' Settembru 1996, fit-8 ta' Mejju 2002, fil-25 ta' Frar 2008 u fid-9 ta' Novembru 2010 ("il-Ftehim").

    L-Artikolu 8 tar-Regolament jitlob lill-Kummissjoni tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu għal kull sena finanzjarja sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

    Dan ir-rapport flimkien mad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) jipprovdi din l-informazzjoni. Huwa bbażat fuq dejta li waslet mill-BEI, b'konformità mal-ftehim.

    2.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2015

    Il-qagħda finanzjarja tal-Fond hija s-somma tal-flussi finanzjarji kollha minn mindu twaqqaf il-Fond fl-1994.

    2.1.Flussi finanzjarji tal-Fond

    Il-Fond kien jammonta għal total ta' EUR 2,343,091,110.14 (ara l-Anness tal-SWD: Dikjarazzjonijiet Finanzjarji tal-Fond ta' Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2015, kif mogħtija mill-BEI). Dan huwa l-ammont tal-flussi minn mindu ġie stabbilit il-Fond:

    Fond ta’ Garanzija

    Ammont fil-31.12.2015

    Ammont fil-31.12.2014

    Bidla 2014-2015

    kontribuzzjonijiet tal-baġit lill-Fond

    4,000,358,104.00

    3,743,236,312.00

    257,121,792.00

    riżultati netti suċċessivi ta' kull sena

    940,394,573.31

    908,051,618.54

    32,342,954.77

    irkupri ta' pagamenti li saru mill-Fond tal-inadempjenzi

    578,854,353.78

    578,854,353.78

    -

    varjazzjoni f’kontijiet oħra pagabbli

    23,101,194.04

    23,084,839.03

    16,355.01

    tariffi miġbura fuq irkupru tard (fl-2002)

    5,090,662.91

    5,090,662.91

    -

    sejħiet ta’ garanzija mħallsa

    -705,104,452.97

    -644,939,881.42

    -60,164,571.55

    rimborżi suċċessivi għall-baġit (inkluż rimborżi eċċezzjonali għall-baġit minħabba l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda)

    -2,531,726,712.72

    -2,531,726,712.72

    -

    aġġustament tal-evalwazzjoni tal-portafoll skont l-evalwazzjoni tal-IFRS

    32,123,387.79

    56,101,855.45

    -23,978,467.66

    Valur tal-kontabilità tal-Fond (Assi totali)

    2,343,091,110.14

    2,137,753,047.57

    205,338,062.57

    Il-valur tal-kontabilità tal-Fond żdied b’madwar EUR 205 miljun fl-2015. Dan jiġi spjegat kif ġej:

    B'żieda

    Fil-kontribuzzjoni mill-baġit (ammont ta’ proviżjonament) ta’ EUR 257 miljuni biex jiġi aġġustat il-Fond għall-ammont fil-mira ta’ 9%

    Id-dħul nett fuq l-operazzjonijiet finanzjarji li ammontaw għal EUR 32 miljun

    Bi tnaqqis

    Fl-Intervent tal-Fond biex ikopri l-inadempjenzi fil-pagament mis-Sirja għal ammont totali ta’ EUR 60 miljun.

    L-istima tal-portafoll żdiedet b' EUR 24 miljun minħabba l-ipprezzar skont il-valur fis-suq.

    2.2.Tranżazzjonijiet sinifikanti

    (1)Minn Novembru 2011, il-BEI qed jiffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. B’konsegwenza ta’ dan, u f’konformità mal-ftehim ta' garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 29 sejħa fuq il-Fond ta’ Garanzija tal-UE sal-31 ta' Diċembru 2015 għal ammont totali ta’ EUR 225,1 miljun (ara l-punt 4.1 Inadempjenza fil-pagamenti).

    (2)Fi Frar 2015, il-kontribuzzjoni mill-baġit lill-Fond kienet ikkalkulata b’segwitu tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5 tar-Regolament:

    L-Artikolu 3 tar-Regolament 2 jistabbilixxi ammont fil-mira għall-Fond ta’ 9% tat-total tal-obbligazzjonjiet tal-kapital pendenti li jirriżultaw minn kull operazzjoni, flimkien ma' kwalunkwe mgħax dovut mhux imħallas.

    Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, l-ammont li jrid jiġi trasferit mill-baġit għall-Fond fis-sena n + 1 huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena n - 1, ikkalkulat fil-bidu tas-sena n.

    Biex il-Fond jiġi aġġustat għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti, ammont ta’ EUR 257,1 miljun iddaħħal fil-baġit tal-2016 għall-proviżjonament tal-Fond. Fil-31.12.2014, l-ammont fil-mira kien ta' EUR 2,371,8 miljuni li jikkorrispondi għal 9 % tat-total ta' operazzjonijiet ta' garanzija pendenti (EUR 26,353.2 miljun). Id-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-assi netti tal-Fond ta' EUR 2,114.7 miljun fil-31.12.2014 kienet ugwali għal EUR 257,1 miljun.

    Dan l-ammont intalab għall-proviżjonament tal-Fond fl-2016 u ġie approvat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew bħala parti mill-approvazzjoni tal-baġit tal-2016 f’Novembru tal-2015. Sussegwentement ġie rikonoxxut bħala riċevibbli tal-Fond mill-baġit.

    (3)Fi Frar tal-2015 l-ammont ta’ EUR 144,4 miljun ġie trasferit mill-baġit għall-Fond li jikkorrispondi għal ammont ta’ proviżjonament għall-2014 (ara d-dettallji fil-paragrafu 3.2.1 proviżjonament tal-Fond).

    2.3.Tranżazzjoni sinifikanti wara d-data tar-rapportar

    Fi Frar 2016 ammont ta' EUR 257,1 miljun ġie trasferit mill-baġit għall-Fond li jikkorrispondi għall-proviżjonament għall-2016.

    2.4.Preżentazzjoni tal-kontijiet

    2.4.1.Bażi tal-preparazzjoni

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond (kif ukoll id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati) tħejjew skont ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari “Ir-Regola tal-Kontabilità 11 – Strumenti finanzjarji” kif spjegat fl-SWD.

    2.4.2.Dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati għall-Fond il-Ħamis, 31 ta' Diċembru 2015

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati tal-Fond jitħejjew biex jiġu inklużi l-operazzjonijiet tal-kontijiet li ma jkunux inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond imħejjija mill-BEI (ara l-SWD), li timplika differenza bejn il-valur totali tal-assi tal-Fond fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI (EUR 2,343,091,110.14) u l-valur tal-assi totali fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati tal-Fond (EUR 2 107 985 583). Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati jinkludu kwalunkwe arretrati dovuti flimkien mal-imgħax akkumulat fuq pagament tardiv (imwaqqaf kompletament mill-31.12.2015) u dovuti kontabilistiċi oħrajn 3 sakemm isiru r-rimborżi sħaħ tal-ammonti dovuti lill-Fond. Għaldaqstant, se jkun hemm sett sħiħ ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-Fond fl-aħħar tas-sena li jridu jiġu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-UE. L-assi kurrenti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji prekonsolidati jinkludu wkoll riċevibbli temporanji mal-BEI ta' EUR 22,016,265 għal sejħiet ta' garanzija li għadhom mhux imħallsa flimkien ma' ammonti relatati, fejn il-BEI jibqa' kreditur tas-Sirja sakemm titħallas is-sejħa. L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu wkoll ammont pagabbli lill-BEI ta' EUR 22,763,789 għal sejħiet ta' garanzija li għadhom mhux imħallsa flimkien ma' ammonti relatati.

    Fond ta’ Garanzija: Karta tal-bilanċ prekonsolidata

    Il-karta tal-bilanċ prekonsolidata hija t-tħejjija tal-karta tal-bilanċ għall-konsolidazzjoni tagħha fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-UE. L-entrati ewlenin huma spjegati fin-noti dwar il-karta tal-bilanċ.



    Karta tal-bilanċ — Assi

    Il-31 ta' Diċembru 2015

    Il-31 ta' Diċembru 2014

    ASSI MHUX KURRENTI

    1,614,233,483

    1,499,128,901

    Assi finanzjarji

    1,614,233,483

    1,499,128,901

    ASSI KURRENTI

    493,752,100

    517,361,813

    Assi finanzjarji

    387,792,573

    346,281,423

    Riċevibbli

    22,016,264

    23,147,185

    Flus kontanti u l-ekwivalenti ta’ flus kontanti

    83,943,262

    147,933,205

    ASSI TOTALI

    2,107,985,583

    2,016,490,714

    Karta tal-bilanċ — Obbligazzjonijiet

    Il-31 ta' Diċembru 2015

    Il-31 ta' Diċembru 2014

    RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI

    2,082,760,780

    1,991,699,974

    Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

    1,211,509,598

    1,067,100,081

    Riżerva ta’ valur ġust

    32,123,388

    56,101,855

    Qligħ imfaddal

    839,127,794

    868,498,038

    OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI

    -

    -

    OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

    25,224,803

    24,790,740

    Ammonti pagabbli

    25,224,803

    24,790,740

    RIŻORSI TOTALI TAL-KONTRIBUTURI + OBBLIGAZZJONIJIET

    2,107,985,583

    2,016,490,714


    Noti għall-karta tal-bilanċ:

    "Riċevibbli kurrenti" tinkludi ammonti ta’ self li ssejħu iżda għadhom ma tħallsux (pagament f’Jannar - Marzu 2016), flimkien ma’ ammonti relatati.

    Id-differenza fil-"Qligħ imfaddal" fl-ekwità meta mqabbla mal-qagħda finanzjarja tal-Fond ippreżentata fl-SWD hija spjegata permezz ta’ rimborżi suċċessivi ta' sejħiet u penali għall-Fond.

    “Kontijiet pagabbli” jinkludu sejħiet għal garanziji mhux imħallsa fid-data tal-karta tal-bilanċ flimkien mal-ammonti relatati, l-akkumulazzjoni tat-tariffi għall-irkupru dovuti lill-BEI, il-kummissjoni għall-ġestjoni tal-BEI u t-tariffi tal-awditjar.

    Fond ta’ Garanzija: Kont tar-riżultat ekonomiku prekonsolidat

    Hekk kif isir għall-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku prekonsolidat jitħejja biex ikun inkluż fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-UE.

    2015

    2014

    Dħul minn attivitajiet operatorji

    477,789

    263,355

    Nefqa minn attivitajiet operatorji

    (1,591,683)

    (1,516,968)

    RIŻULTAT MINN ATTIVITAJIET OPERATORJI

    (1,113,894)

    (1,253,614)

    Dħul finanzjarju

    40,109,123

    35,209,330

    Spejjeż finanzjarji

    (68,365,473)

    (149,238,663)

    RIŻULTATI FINANZJARJI

    (28,256,350)

    (114,029,333)

    RIŻULTAT EKONOMIKU TAS-SENA

    (29,370,244)

    (115,282,947)

    Noti mal-kont tal-eżitu ekonomiku:

    "Spejjeż finanzjarji" jikkonsistu f’telf minn indeboliment fuq self surrogat, relatat mal-inadempjenzi fil-pagament (ara t-taqsima 4.1)

    3.Pagamenti lill-Fond jew minnu

    Din it-taqsima tispjega l-flussi finanzjarji lejn il-Fond jew 'il barra minnu.

    3.1.Bażi ġuridika għall-pagamenti lill-Fond mill-baġit ġenerali

    Ir-Regolament jiżgura użu aktar effiċjenti tar-riżorsi baġitarji permezz tal-proviżjonament tal-Fond fuq il-bażi tal-ammonti osservati ta' self garantit pendenti. Hekk kif l-ammont ta' obbligazzjonijiet pendenti jiżdied, il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE meħtieġa biex jinżamm l-ammont fil-mira għall-Fond jiżdied ukoll.

    L-ammont fil-mira huwa dak ta’ 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet kapitali pendenti tal-Komunitajiet li jkun ġej minn kull operazzjoni, miżjud minn interess dovut mhux imħallas, inklużi t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet koperti (self tal-BEI, tal-MFA u tal-Euratom) barra mill-UE. Id-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond se tirriżulta fi proviżjonament mill-intestatura tal-baġit 01.03.06 "Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija" lill-Fond jew permezz ta’ pagament mill-Fond lill-baġit fil-każ ta’ bilanċ pożittiv.

    3.2.Pagamenti lill-baġit ġenerali jew minnu matul is-sena finanzjarja

    3.2.1.Proviżjonament tal-Fond

    Abbażi tal-operazzjonijiet garantiti pendenti ta' EUR 23,609.2 miljun mill-31.12.2012, ammont ta' EUR 144,4 miljun, iddaħħal fl-intestatura tal-baġit 01.03.06 "Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija" fid-dikjarazzjoni tan-nefqa fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2015. Dan l-ammont tħallas fi tranżazzjoni waħda mill-Baġit għall-Fond fi Frar 2015.

    3.2.2.Imgħax mill-investiment tal-assi likwidi tal-Fond

    Politika ta’ investiment

    L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skont il-prinċipji ta’ ġestjoni stipulati fl-Anness tal-Ftehim, kif emendat 4 . Għaldaqstant, 20% tal-Fond irid jiġi investit f'investimenti għal perjodu qasir (sa sena). Dawn l-investimenti jinkludu titoli b'rata varjabbli, irrispettivament mid-dati tal-maturità tagħhom, u titoli b'rati fissi b'massimu ta' sena għad-data tal-maturità, irrispettivament mill-perjodu ta' maturità inizjali tagħhom. Biex jinżamm ekwilibriju bejn l-istrumenti varji li jipprovdu l-likwidità meħtieġa, jinżamm minimu ta' EUR 100 miljun fi strumenti tas-suq tal-flus, partikolarment f'depożiti bankarji.

    Sa 80% tal-Fond jista' jitqiegħed f'portafoll ta' bonds b'maturità li jifdal ta' mhux iktar minn 10 snin u 6 xhur mid-data tal-pagament. Id-dewmien medju tal-kollokamenti tal-assi kollha tal-Fond ma jistax jaqbeż il-5 snin. L-investimenti f'bonds għandhom jirrispettaw xi kriterji speċifiċi bħal-likwidità, il-kwalità kreditizja, l-eliġibilità tal-kontropartijiet u l-limiti ta’ konċentrazzjoni. Sabiex tiġi żgurata diversifikazzjoni tajba tar-riskju, l-ammont totali investit fil-bonds għal kull emittent ma jridx jaqbeż l-10% tal-ammont nominali totali tal-portafoll.

    Prestazzjoni

    Matul is-sena 2015, il-kundizzjonijiet makroekonomiċi u l-ambjent ta' politika monetarja akkomodanti ħafna wasslu fi tnaqqis fir-rati tal-imgħax li ta' sikwit kienu negattivi

    Il-Fond ta redditu assolut ta’ +0,47% tul l-2015, bi prestazzjoni aqwa mill-punt ta' riferiment b' 0,9 bps. Il-punt ta’ riferiment tal-Fond huwa taħlita magħmula l-aktar minn indiċijiet iBoxx (b’mod partikolari indiċijiet EUR tas-Sovrani taż-Żona Euro u EUR Kollateralizzati Koperti) u Euribid għall-iskopertura ta' terminu qasir. 

    Il-Prestazzjoni pożittiva tal-Fond fl-2015 ġiet spjegata l-aktar mit-tnaqqis tal-parti l-qasira tal-kurvi tar-rendiment (ara t-taqsima 1.4.2 "Prestazzjoni" tal-SWD għal aktar dettalji li seħħew matul is-sena).

    3.2.3.Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji

    Fl-2015, id-dħul fuq l-imgħax minn flus kontanti u ekwivalenti, fuq it-titoli ammonta għal EUR 40 109 123, imqassam kif ġej:

    Deskrizzjoni:

    2015

    2014

    Dħul mill-imgħax fuq flus u ekwivalenti ta' flus

    17,621

    267,136

    Imgħaxijiet fuq depożiti għal perjodu qasir

    6,496

    263,229

    Imgħax fuq kontijiet bankarji kurrenti

    11,125

    3,907

    Dħul mill-imgħax fuq assi tal-AFS

    24,226,548

    29,274,967

    Imgħax - Portafoll Disponibbli Għall-Bejgħ

    29,814,016

    30,590,691

    Skont tal-primjum

    (5,587,468)

    (1,315,724)

    Dħul minn attivitajiet ta’ self ta’ titoli

    115,810

    99,651

    Qligħ realizzat mill-bejgħ ta’ assi finanzjarji

    9,176,574

    1,162,567

    Imgħax akkumulat fuq self surrogat

    6,572,571

    4,405,009

    Imgħax minn investiment finanzjarju tal-assi likwidi tal-Fond

    40,109,123

    35,209,330



    3.2.4.Dħul u nfiq minn attivitajiet operattivi

    L-ispejjeż tal-operazzjonijiet finanzjarji ammontaw għal EUR -1,113,894, li jinkludu t-tariffi ta' ġestjoni tal-BEI għal EUR 861,228, tariffi finanzjarji oħrajn (l-aktar tariffi tal-kustodja) għal EUR 190,955, it-tariffi esterni tal-awditjar għal EUR 39,500, telf mill-kambju mhux realizzat fuq Self surrogat għal EUR 477,789 u t-tariffi akkumulati ta' rkupru EUR 500,000 (l-ammont massimu miftiehem).

    4.L-obbligazzjonijiet tal-Fond

    L-obbligazzjonijiet tal-Fond jikkorrispondu għall-impenji kollha finanzjarji dovuti mill-Fond.

    4.1.Inadempjenzi fil-pagament

    Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija wara inadempjenzi fil-pagament

    Fid-dawl tad-deterjorament tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill Affarijiet Barranin, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu ħadu xi deċiżjonijiet fl-2011 favur il-pajjiż. B’mod partikolari, huma pprojbixxew żborzi mill-BEI b’rabta ma’ ftehimiet ta’ self eżistenti kif ukoll huma sospiżi kuntratti ta’ assistenza teknika tal-BEI għal proġetti sovrani fis-Sirja. Il-miżuri restrittivi ġew suċċessivament minquxa fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012, kif emendat.

    Bħala konsegwenza, mhi awtorizzata l-ebda operazzjoni ta’ finanzjament ġdid mill-BEI minn Mejju 2011 u l-iżborżamenti kollha li għaddejjin bħalissa u s-servizzi ta’ assistenza teknika lir-Repubblika Għarbija tas-Sirja ġew sospiżi minn Novembru 2011 sa ma jingħata avviż ieħor.

    Filwaqt li fis-snin reċenti s-Sirja kienet ħallset kompletament u fil-ħin is-self lill-Bank, minn Novembru 2011, il-BEI qed jiffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. B’konsegwenza ta’ dan, u f’konformità mal-ftehim ta' garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 29 sejħa lill-UE dwar il-Fond ta’ Garanzija sal-31 ta' Diċembru 2015 għal ammont totali ta’ EUR 225,1 miljun. Il-pagament tal-aħħar 3 sejħiet (EUR 22,1 miljun) huwa dovut fl-ewwel trimestru tal-2016.

    Avvenimenti wara d-data tar-rappurtar

    Sa Frar 2016, saret sejħa addizzjonali għal inadempjenzi fil-pagament fis-Sirja għal ammont totali ta’ EUR 7.8 miljun.

    4.2.Rimunerazzjoni tal-BEI

    Ir-rimunerazzjoni tal-BEI hija komposta mit-tariffi ta' ġestjoni u t-tariffi tal-irkupru. It-tariffi ta' ġestjoni jkompru l-ġestjoni tal-Fond. It-tariffi ta' rkupru jkopru l-isforzi ta' rkupru tal-BEI rigward talbiet wara inadempjenzi koperti mill-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI barra mill-Unjoni.



    It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim iffirmat fit-8 ta' Mejju 2002 jistipula li r-rimunerazzjoni tal-Bank trid tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni ta’ rati ta' tariffi annwali digressivi għal kull saff tal-assi tal-Fond. Din ir-rimunerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-medja annwali tal-assi tal-Fond.

    Ir-rimunerazzjoni tal-Bank għall-2012 ġiet stabbilita għal EUR 861,228 u ddaħħlet fil-kont tar-riżultat ekonomiku u bħala dovuti (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ.

    It-tariffi ta' rkupru dovuti mill-BEI huma kkalkulati fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Rkupru ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Bank f'Lulju 2014. Fi tmiem l-2015 l-ammont akkumulat tat-tariffi rkuprati kien ta' EUR 1,560,285.

    (1) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10; ir-Regolament ikkodifika u ħassar ir-Regolament (KE Euratom) Nru 2728/94 tal-31 t'Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni.
    (2) Ir-Regolament jistipula li l-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni koperti mill-Fond jibqgħu koperti mill-garanzija tal-UE wara d-data tal-adeżjoni. Madankollu, minn dik id-data ma jibqgħux azzjonijiet esterni tal-UE u jkunu koperti direttament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mhux aktar mill-Fond.
    (3) Dovuti kontabilistiċi oħrajn jinkludu differenzi fir-rata tal-kambju, u tariffi ta' rkupru dovuti lill-BEI.
    (4) Kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 1 tat-23 ta’ Settembru 1996, il-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-8 ta’ Mejju 2002, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-25 ta’ Frar 2008 u l-Ftehim Supplimentari Nru 4 tad-9 ta’ Novembru 2010.
    Top