This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016BP0302
European Parliament resolution of 6 July 2016 on the Council position on Draft amending budget No 2/2016 of the European Union for the financial year 2016: Entering the surplus of the financial year 2015 (09586/2016 — C8-0225/2016 — 2016/2051(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015 (09586/2016 – C8-0225/2016 – 2016/2051(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015 (09586/2016 – C8-0225/2016 – 2016/2051(BUD))
ĠU C 101, 16.3.2018, p. 179–180
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/179 |
P8_TA(2016)0302
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2: surplus mill-2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015 (09586/2016 – C8-0225/2016 – 2016/2051(BUD))
(2018/C 101/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2016, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2016 (COM(2016)0227), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016, adottata mill-Kunsill fis-17 ta' Ġunju 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (09586/2016 – C8-0225/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0212/2016), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2016 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2015, li jammonta għal EUR 1 349 miljun; |
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 980 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 187 miljun u differenza ta' rata tal-kambju li tammonta għal EUR 182 miljun; |
C. |
billi mil-lat tal-introjtu, iż-żewġ komponenti ewlenin huma l-interessi fuq pagamenti tard u multi (EUR 180 miljun) kif ukoll eżitu pożittiv fuq ir-riżorsi proprji (EUR 1 071 miljun), li minnhom huwa mnaqqas eżitu negattiv fuq is-surplus, il-bilanċi u l-aġġustamenti (-EUR 537 miljun); |
D. |
billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni għat-Taqsima III hija relattivament baxxa b'EUR 78 miljun għall-2015 u b'EUR 14-il miljun għar-riporti tal-2014, filwaqt li tammonta għal EUR 94 miljun għall-istituzzjonijiet l-oħra; |
E. |
billi r-rata għolja ta' implimentazzjoni fit-Taqsima III tissottolinja l-pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament li xorta tirrappreżenta sfida ewlenija fl-2015 u li mistennija terġa' titfaċċa fl-aħħar snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali; |
1. |
Jinnota l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016, kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2015, għal ammont ta' EUR 1 349 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju; |
2. |
Josserva li fl-2016 l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 349 miljun; Iħeġġeġ, għall-darba oħra, lill-Istati Membri biex jużaw l-opportunità ta' din ir-refużjoni biex jonoraw il-wegħdiet tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u li jagħtu daqs l-Unjoni f'termini ta' kontribuzzjoni għaż-żewġ Fondi Fiduċjarji ddedikati tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li fir-Rebbiegħa 2016 l-Istati Membri kkontribwew biss EUR 82 miljun għall-Fond Fiduċjarju għall-Afrika u EUR 69 miljun għall-Fond Fiduċjarju Madad għall-kriżi Sirjana, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni ammontaw għal EUR 1,8 biljun u għal aktar minn EUR 500 miljun rispettivament; |
3. |
Jinsisti li, minflok aġġustament tal-ING, il-baġit tal-Unjoni għandu jkun jista' jerġa' juża kwalunkwe surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet jew minn multi imposti fuq kumpaniji għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu, speċjalment fil-kuntest ta' nuqqas ta' pagamenti; jistenna li din il-kwistjoni tiġi riżolta bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP; |
4. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.