Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0399

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (09878/1/2016 – C8-0358/2016 – 2013/0226(COD))

    ĠU C 215, 19.6.2018, p. 271–271 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/271


    P8_TA(2016)0399

    Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (setgħat iddelegati u implimentattivi) ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (09878/1/2016 – C8-0358/2016 – 2013/0226(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2018/C 215/54)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09878/1/2016 – C8-0358/2016),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0484),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0298/2016),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0180.


    Top