EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0306

P8_TA(2016)0306 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD)) P8_TC1-COD(2015)0313 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

ĠU C 101, 16.3.2018, p. 223–223 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/223


P8_TA(2016)0306

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 101/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0667),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li b'mod konformi magħhom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0404/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0215/2016),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


P8_TC1-COD(2015)0313

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1625.)


Top