Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG0930(01)

    Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Anna”

    ĠU C 322, 30.9.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 322/4


    Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Anna”

    (2015/C 322/05)

    Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjonijiet għal prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Anna” fil-Provinċja ta’ Śląskie:

    Isem

    Sistema ta’ kooordinati 2000

    X

    Y

    Anna

    5 541 593,09

    6 529 826,33

    5 541 616,30

    6 528 058,14

    5 542 439,36

    6 528 167,79

    5 545 400,94

    6 529 132,85

    5 545 238,45

    6 529 554,46

    5 545 178,53

    6 529 990,02

    5 545 327,78

    6 530 629,40

    5 545 627,31

    6 531 542,86

    5 545 132,83

    6 531 518,62

    5 545 089,82

    6 530 922,15

    5 543 168,20

    6 530 181,79

    5 542 696,62

    6 530 130,33

    5 541 593,09

    6 529 826,33

    L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

    Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12: 00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-applikazzjonijiet rċevuti se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    It-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %),

    (b)

    Il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %),

    (c)

    It-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

    It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Anna” hija:

    1.

    Għall-prospettar ta’ metan mis-saffi tal-faħam:

    —   Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 2 000,00 fis-sena,

    —   Għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena,

    —   Għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena;

    2.

    l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam:

    —   Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 4 000,00 fis-sena,

    —   Għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena,

    —   Għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena;

    3.

    Għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam:

    —   Waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 6 000,00 fis-sena,

    —   Għas-sitt, is-seba’ u t-tmien sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena,

    —   Għad-disa’ sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena.

    Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika miktuba fuq ir-riżultat tal-proċedura.

    L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.

    L-awtorità tal-liċenzjar se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet relevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

    Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, l-operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.

    L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

    Ministerstwo Środowiska

    Departament Geologii i Koncesji Geologicznych (Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi)

    ul. Wawelska 52/54

    00-922 Warszawa

    POLSKA/POLAND

    L-informazzjoni tista’ tinkiseb mis-:

    sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl

    Departament Geologii i Koncesji Geologicznych (Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi)

    Ministerstwo Środowiska (il-Ministeru tal-Ambjent)

    ul. Wawelska 52/54

    00-922 Warszawa

    POLSKA/POLAND

    Tel. +48 223692449

    Faks +48 223692460

    Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

    Approvat minn:

    Sławomir M. BRODZIŃSKI

    Ġeoloġista Kap tal-Istat


    Top