This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XC0627(01)
Summary of Commission Decision of 12 May 2015 relating to a proceeding under Article 101 of the Treaty on the Functioning of the European Union (Case AT.39964 — Air France/KLM/Alitalia/Delta) (notified under document number C(2015) 3125)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2015 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39964 — Air France/KLM/Alitalia/Delta) (notifikat bid-dokument C(2015)3125)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2015 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39964 — Air France/KLM/Alitalia/Delta) (notifikat bid-dokument C(2015)3125)
ĠU C 212, 27.6.2015, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/5 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-12 ta’ Mejju 2015
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(Il-Każ AT.39964 — Air France/KLM/Alitalia/Delta)
(notifikat bid-dokument C(2015)3125)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2015/C 212/05)
Fit-12 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni marbuta ma’ proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, filwaqt li tqis l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
Introduzzjoni
(1) |
Din id-Deċiżjoni tagħmel legalment vinkolanti l-impenji offruti minn Société Air France (“AF”), Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (“KLM”), Alitalia Società Aerea Italiana SpA (“AZ”) u Delta Air Lines Inc. (“Delta”) (konġuntement “il-Partijiet”) skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (“ir-Regolament 1/2003”) fi proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Din id-deċiżjoni tirrigwarda l-ftehimiet konklużi bejn il-Partijiet rigward il-ħolqien ta’ impriża konġunta għall-qsim tal-profitt/telf, u jissejħu bħala l-Ftehim ta’ Impriża Konġunta Transatlantika (“il-Ftehim ta’ TAJV”), li jkopri fost l-oħrajn is-servizzi kollha tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri operati mill-Partijiet fir-rotot ta’ bejn l-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq (“ir-rotot Transatlantiċi”). |
Proċedura
(2) |
Fit-23 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti ta’ antitrust bil-għan li tittieħed deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament 1/2003. Fl-26 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni adottat il-valutazzjoni preliminari (“il-Valutazzjoni Preliminari”), li esponiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fis-suq primjum ta’ Pariġi - New York, fis-swieq primjum u mhux primjum ta’ Amsterdam - New York, kif ukoll fis-swieq primjum u mhux primjum ta’ Ruma - New York, (“ir-Rotot Inkwistjoni”) (2). |
(3) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2014, il-Partijiet ipproponew impenji sabiex jindirizzaw it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni. Fit-23 ta’ Ottubru 2014 il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament 1/2003, li ta sommarju tal-każ u tal-impenji proposti, u li stieden lil partijiet terzi interessati sabiex jagħtu l-osservazzjonijjet tagħhom (“l-Avviż dwar l-Ittestjar tas-Suq”). Wara li waslu l-kummenti mingħand partijiet terzi, fl-4 ta’ Mejju 2015 il-Partijiet ippreżentaw il-verżjoni ffirmata tal-impenji finali. |
(4) |
Fit-28 ta’ April 2015, kien ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u tal-Pożizzjonijiet Dominanti, u ta opinjoni pożittiva. Fit-30 ta’ April 2015 l-Uffiċjal tas-Seduta ppreżenta r-rapport finali tiegħu. |
It-tħassib muri fil-valutazzjoni preliminari
Il-valutazzjoni skont l-Artikolu 101(1) u 101(3) t-Trattat.
(5) |
Il-Valutazzjoni Preliminari tal-26 ta’ Settembru 2014 esponiet it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni li l-Partijiet setgħu rrestrinġew il-kompetizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-passiġġieri primjum fuq ir-rotta ta’ Pariġi - New York, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-passiġġieri primjum u mhux primjum fuq ir-rotot ta’ Amsterdam - New York u Ruma - New York, kemm bil-għan kif ukoll bl-effett, permezz tal-kooperazzjoni tagħhom skont il-Ftehim ta’ TAJV. |
(6) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-Ftehim ta’ TAJV għandu għan antikompetittiv billi jagħti lok għal kooperazzjoni estensiva bejn il-Partijiet fuq il-parametri ewlenin tal-kompetizzjoni tal-linji tal-ajru, inklużi l-prezz, il-kapaċità, l-iskedi u l-kwalitajiet tas-servizz. F’impriża konġunta għall-qsim tal-profitt/telf li tapplika l-prinċipju ta’ newtralità fir-rigward tal-ajruplan użat, l-inċentivi individwali tal-Partijiet fir-rotot Transatlantiċi huma sostitwiti mill-interess u l-benefiċċju komuni tal-impriża konġunta u tal-Partijiet kollha f’daqqa. |
(7) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll b’mod provviżorju li l-Ftehim ta’ TAJV għandu l-effett li jirrestrinġi sostanzjalment il-kompetizzjoni għal (i) passiġġieri primjum fuq ir-rotta ta’ Pariġi - New York, u (ii) passiġġieri primjum u mhux primjum fuq ir-rotot ta’ Amsterdam - New York u Ruma - New York rispettivament. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-kompetizzjoni li eżistiet bejn il-Partijiet rispettivi dwar ir-Rotot Inkwistjoni qabel ma tispiċċa l-kooperazzjoni tagħhom mhux probabbli li tiġi sostitwita minn kompetizzjoni ta’ linji tal-ajru oħra, minħabba l-ostakli sostanzjali għad-dħul u l-espansjoni. |
(8) |
Għaldaqstant, fil-fehma preliminari tal-Kummissjoni, il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet skont il-Ftehim ta’ TAJV tikser l-Artikolu 101(1) tat-Trattat f’dak li għandu x’jaqsam mal-passiġġieri primjum fuq ir-rotta ta’ Pariġi - New York, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-passiġġieri primjum u mhux primjum fuq ir-rotot ta’ Amsterdam - New York u Ruma - New York. |
(9) |
Il-Partijiet ma taw l-ebda argument rigward iż-żieda fl-effiċjenza marbuta mar-Rotot Inkwistjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma hemm l-ebda effiċjenza li tikkumpensa r-restrizzjoni sostanzjali tal-kompetizzjoni li probabbilment tirriżulta mill-Ftehim ta’ TAJV dwar ir-Rotot Inkwistjoni. |
Impenji inizjali u finali
(10) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2014, il-Partijiet offrew li jieħdu impenji sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni stipulat fil-Valutazzjoni Preliminari. Il-Partijet offrew:
|
(11) |
Il-Partijiet joffru wkoll li fiduċjarju jkollu r-responsabbiltà li jimmonitorja t-twettiq tal-impenji. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-linja tal-ajru li tkun qed tapplika u l-Partijiet rigward l-impenji, il-Partijiet joffru proċess għas-soluzzjoni tat-tilwim li fil-qafas tiegħu tribunal tal-arbitraġġ ikollu l-aħħar kelma dwar il-kwistjoni. |
(12) |
B’reazzjoni għall-kummenti li waslu għand il-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż dwar l-Ittestjar tas-Suq, il-Partijiet ppreżentaw il-verżjoni ffirmata tal-impenji finali fl-4 ta’ Mejju 2015. Ħlief għal xi kjarifiki, dawn l-impenji riveduti huma differenti mill-impenji offruti inizjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn marbut mal-ftehim pro rata speċjali. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-impenn ġie estiż biex ikopri t-traffiku li għandu l-oriġini/d-destinazzjoni vera tiegħu fil-Libanu u l-Iżrael, flimkien mat-traffiku li għandu l-oriġini/d-destinazzjoni tiegħu fl-Ewropa jew l-Amerika ta’ Fuq/il-Karibew/l-Amerika Ċentrali. Barra minn hekk, ġiet inkluża kjarifika fejn l-impenn marbut mal-ftehim pro rata speċjali, li jinkludi li kompetitur jkollu d-dritt li jagħżel sa għoxrin (20) rotta preċedenti/suċċessiva li tkun operata mill-Partijiet, tinkludi wkoll rotot preċedenti/suċċessivi li huma kkummerċjalizzati mill-Partijiet u operati minn ċerti sussidjarji tal-Partijiet (jiġifieri KLM Cityhopper, Alitalia CityLiner, titjiriet operati minn HOP li jkunu mikrija bl-ekwipaġġ minn AF, u titjiriet konnessi kkummerċjalizzati taħt id-ditta Delta Connection). |
Valutazzjoni u proporzjonalità tal-impenji proposti
(13) |
L-impenji fil-forma finali tagħhom huma biżżejjed biex jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha mingħajr ma jkunu sproporzjonati. Dawn jiffaċilitaw id-dħul jew it-tkabbir fuq ir-Rotot Inkwistjoni billi jnaqqsu l-ostakli għad-dħul jew għat-tkabbir, kif ukoll billi jsaħħu s-servizzi tal-kompetituri billi jingħatalhom aċċess għat-traffiku tal-konnessjonijiet kif ukoll il-possibilità li jiġu konklużi ftehimiet għall-kombinabbiltà tan-nollijiet u ftehimiet ta’ kooperazzjoni fuq il-programmi għal dawk li jtiru ta’ spiss. |
(14) |
Għar-rotot ta’ Amsterdam - New York u Ruma - New York, il-Kummissjoni tqis li l-ikkombinar tal-impenji li jinvolvu s-slotts fuq naħa, flimkien mal-kombinabbiltà tan-nollijiet, il-ftehimiet pro rata speċjali u l-programmi għal dawk li jtiru ta’ spiss fuq in-naħa l-oħra, huma adegwati u suffiċjenti sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fil-Valutazzjoni Preliminari. B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet marbutin mal-impenji li jinvolvu s-slotts jagħmluhom biżżejjed effettivi u attraenti għall-kompetituri sabiex effettivament jittieħdu, filwaqt li l-impenji l-oħra għandhom jippermettu lill-kompetituri sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tas-servizzi l-ġodda tagħhom. Rigward ir-rotta Pariġi - New York, il-Kummissjoni tosserva li l-kompetituri joperaw aktar frekwenzi għal kull jum milli mill-Partijiet kollha f’daqqa, u li l-kompetituri, reċentement setgħu jżidu frekwenzi fuq ir-rotta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-impenji marbutin mal-ftehim għall-kombinabbiltà tan-nollijiet, il-ftehim pro rata speċjali u l-programmi għal dawk li jtiru ta’ spiss offruti mill-Partijiet, kemm għall-kompetituri eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda, huma adegwati u suffiċjenti biex jindirizzaw it-tħassib tagħha dwar din ir-rotta. |
Konklużjoni
(15) |
Id-Deċiżjoni tagħmel l-impenji proposti mill-impriżi kkonċernati legalment vinkolanti għalihom. |
(16) |
Fid-dawl tal-impenji finali offruti mill-Partijiet, il-Kummissjoni tqis li mhix aktar iġġustifikata azzjoni min-naħa tagħha Id-deċiżjoni torbot għall-perjodu ta’ 10 snin mid-data tal-adozzjoni tagħha. |
(2) Is-suq primjum jinkludi passiġġieri li jixtru biljetti tal-ewwel klassi, tal-business class u tal-klassi ekonomika li jkunu flessibbli, filwaqt li s-suq mhux primjum jinkludi passiġġieri li jixtru biljetti ristretti tal-klassi ekonomika.
(3) Ftehim għall-kombinabbiltà tan-nollijiet jippermetti lill-kompetitur (jew lill-aġenti tal-ivvjaġġar) sabiex joffri vjaġġ lura lil grupp ta’ passiġġieri li jkun kopert b’impenn, u għalhekk ikun servizz bla waqfien li f’direzzjoni jingħata minn waħda mill-Partijiet, u fid-direzzjoni l-oħra mill-kompetitur.
(4) Ftehimiet pro rata speċjali jippermettu lil-linji tal-ajru kompetituri eliġibbli sabiex jakkwistaw kundizzjonijiet favorevoli mill-Partijiet ħalli jġorru passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjiriet konnessi operati mill-Partijiet fuq rotot fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq (u pajjiżi speċifiċi oħra), sabiex isostnu s-servizzi transatlantiċi tal-kompetitur stess fuq ir-Rotta Inkwistjoni relevanti, billi passiġġieri bħala dawn jiġu ttrasferiti fuq it-titjiriet transatlantiċi tal-kompetitur.