EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0569

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta ta' REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

COM/2015/0569 final - 2011/901B (COD)

Brussell, 12.11.2015

COM(2015) 569 final

2011/0901/B(COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew
għall-pożizzjoni tal-Kunsill

dwar il-proposta ta'
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea



2011/0901/B (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew

għall-pożizzjoni tal-Kunsill

dwar il-proposta ta'
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL


li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea



1.Introduzzjoni

L-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha hawn taħt dwar l-emendi proposti mill-Parlament.

2.Sfond

Id-data ta' trażmissjoni tat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:    28  ta'  Marzu  2011

Id-data tal-Opinjoni tal-Kummissjoni:    30  ta'  Settembru  2011

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari:    15  ta'  April  2014

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari:    23 ta' Ġunju 2015

Id-data tal-emendi tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari:    28 ta' Ottubru 2015

3.L-għan tal-proposta

It-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-għan li tirrimedja għall-akkumulu ta' kawżi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea billi żżid in-numru ta' mħallfin. Fil-bidu l-Qorti talbet 12-il imħallef addizzjonali. Sussegwentement, b'kont meħud tal-aggravament tas-sitwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġeriet b'mod informali li jiżdied progressivament in-numru ta' mħallfin, fi tliet stadji, biex jilħaq 56 imħallef fl-2019 (żewġ imħallfin għal kull Stat Membru), filwaqt li l-karigi tal-imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu integrati fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari abbażi ta' dan.

4.Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew

Fit-tieni qari, il-Parlament Ewropew adotta test konsolidat li fih għadd ta' emendi għat-test tal-pożizzjoni adottata mill-Kunsill fl-ewwel qari. Dan it-test huwa r-riżultat tan-negozjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi kollha li vvota għalihom il-Parlament Ewropew.

Top