EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0365

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja.

COM/2015/0365 final - 2015/0160 (COD)

Brussell, 17.7.2015

COM(2015) 365 final

2015/0160(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja.


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-kriżi finanzjarja wasslet għal rati negattivi persistenti ta’ tkabbir fil-Greċja u għal problemi serji ta’ likwidità u nuqqas ta’ fondi pubbliċi disponibbli għal investimenti tassew meħtieġa biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, bħala miżura eċċezzjonali u minħabba s-sitwazzjoni unika li din ħolqot fil-Greċja, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Bidu ġdid għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi fil-Greċja” qed tipproponi tliet elementi li jiżguraw li l-finanzjament tal-UE disponibbli mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), jintuża b'mod effettiv għall-investimenti fuq il-post u jilħaq lill-benefiċjarji malajr kemm jista’ jkun. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid il-livell ta’ prefinanzjament inizjali tal-finanzjament disponibbli għall-perjodu 2014-2020 għal programmi tal-politika ta’ koeżjoni taħt il-Mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-programmi appoġġati mill-FEMS biex tingħata spinta immedjata lill-investiment. Barra minn hekk, sabiex jittejjeb l-użu effettiv tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni disponibbli għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet taħt il-programmi adottati għall-perjodu 2007-2013, qed tipproponi li jiżdiedu r-rati massimi ta’ kofinanzjament u li jiżdied il-limitu massimu għall-pagament għal programmi fi tmiem il-perjodu ta’ programmar.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Huwa propost li jiġi introdott paragrafu addizzjonali fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jipprovdi għal prefinanzjament inizjali addizzjonali għal programmi operazzjonali tal-politika ta’ koeżjoni għall-2014-2020 taħt il-Mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għal programmi ffinanzjati mill-FEMS fil-Greċja. Huwa propost ukoll li jiżdiedu tliet paragrafi addizzjonali fl-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jippermettu li l-limitu għat-total kumulattiv ta’ prefinanzjament u pagamenti interim ikun ta' 100% u biex ir-rata ta’ kofinanzjament għal programmi operazzjonali 2007-2013 għall-objettivi ta’ Konverġenza u ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi fil-Greċja tiżdied għal 100%.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma kienx hemm konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013. Il-proposta tikkonsisti f’antiċipazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u hija newtrali għall-finijiet tal-baġit għall-perjodu 2014-2020.

It-tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jibqa' l-istess.

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali meħtieġa biex ikopru l-konsegwenza immedjata ta’ żieda fir-rati ta' kofinanzjament għall-2007-2013 u t-tneħħija tal-limitu massimu għall-pagamenti huma ta’ EUR 500 miljun fl-2015 u EUR 500 miljun għall-prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2015.

Dawn l-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali jistgħu potenzjalment jiġu koperti minn approprjazzjonijiet ta' pagament imbassra għall-pagamenti interim għall-programmi 2014-2020 skont il-progress tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti interim fl-2015. Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti tista’ tiġi affettwata mid-dewmien fin-nomina tal-awtoritajiet tal-programm mill-Istati Membri, li hija kundizzjoni għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal pagamenti interim. Il-Kummissjoni se tissorvelja s-sitwazzjoni u tagħmel il-proposti xierqa jekk ikun hemm bżonn.

Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ EUR 500 miljun għall-2016, madankollu, ma ġiex previst fl-abbozz tal-baġit 2016. U lanqas l-impatt fl-2016 taż-żieda tar-rati massimi ta’ kofinanzjament u tal-limitu massimu għal pagamenti għall-programmi 2007-2013. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni x'aktarx tipproponi li tkopri l-ħtiġijiet ta’ pagamenti addizzjonali permezz ta’ ittra ta’ emenda tal-abbozz tal-baġit għall-2016 filwaqt li jitqiesu l-previżjonijiet riveduti tal-Istati Membri, l-adozzjoni li għaddejja bħalissa tal-programmi u l-istat attwali tan-nomina tal-awtoritajiet tal-programm.

L-impatt stmat fuq l-2017 se jiġi inkluż fil-proċedura tal-baġit li jmiss.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-proposta tinkludi arranġamenti ta’ rappurtar dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri eċċezzjonali.

2015/0160 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)Il-Greċja ġiet affettwata mill-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja b’mod uniku. Il-kriżi wasslet għal rati negattivi persistenti ta’ tkabbir tal-PDG fil-Greċja matul numru ta’ snin, li kkawżaw nuqqas serju ta’ likwidità u nuqqas ta’ fondi pubbliċi disponibbli għall-investiment pubbliku meħtieġ biex jitrawwem irkupru sostenibbli. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

(2)Huwa vitali li n-nuqqas ta’ likwidità u ta’ fondi pubbliċi fil-Greċja ma jxekklux l-investiment taħt programmi appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (‘il-Fondi’) u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ('FEMS').

(3)Sabiex jiġi żgurat li l-Greċja jkollha biżżejjed mezzi finanzjarji biex tibda l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 appoġġati mill-Fondi u l-FEMS fl-2015 u fl-2016, huwa xieraq li jiżdied il-livell tal-prefinanzjament inizjali mħallas għall-programmi operazzjonali tagħha skont il-Mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għall-programmi appoġġati mill-FEMS permezz tal-pagament ta’ ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali f’dawk is-snin.

(4)Sabiex jiġi żgurat li l-ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali jintuża b'mod effettiv u jilħaq lill-benefiċjarji tal-Fondi u tal-FEMS malajr kemm jista’ jkun sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-investimenti ppjanati u jiġu rimborsati malajr wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ pagament tagħhom, l-ammont ta’ prefinanzjament addizzjonali għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni jekk ma jkunx segwit minn livell adegwat ta’ applikazzjonijiet għall-pagament sottomessi lill-Kummissjoni sa ċerta data ta’ skadenza.

(5)Sabiex jittejjeb l-użu effettiv tal-fondi disponibbli għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet taħt programmi operazzjonali għall-objettivi ta’ Konverġenza u ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi appoġġati mill-Fondi adottati għall-perjodu 2007-2013 fil-Greċja, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għandhom jiżdiedu u l-limitu massimu ta' pagamenti għal programmi fi tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar għandu jiżdied. Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod effettiv għall-finanzjament ta’ investimenti fuq il-post, għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu ta’ rappurtar.

(6)Minħabba l-urġenza tal-appoġġ meħtieġ, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(7)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)    Fl-Artikolu 134, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.    Minbarra l-pagamenti previsti fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali ta’ 3.5% tal-ammont ta’ appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu kollu ta’ programmar għandu jitħallas għall-programmi operazzjonali fil-Greċja kull sena fl-2015 u fl-2016.

Il-prefinanzjament inizjali addizzjonali ma għandux japplika għal programmi taħt il-mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u lanqas għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ.

Jekk, sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-ammont totali ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas fuq il-bażi ta’ dan il-paragrafu fl-2015 u fl-2016 għall-programm operazzjonali mill-Fond, fejn applikabbli, mhuwiex kopert minn applikazzjonijiet ta' pagament mibgħuta mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għal dak il-programm, il-Greċja għandha tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont totali ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali għal dak il-Fond imħallas għal dak il-programm. Dawk il-pagamenti lura m’għandhomx jikkostitwixxu korrezzjoni finanzjarja u m’għandhomx inaqqsu l-appoġġ mill-Fondi jew l-FEMS għall-programm operazzjonali. Il-pagamenti lura għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont il-punt (c) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju."

(2)    Fl-Artikolu 152, il-paragrafi 4, 5, u 6 li ġejjin huma miżjuda:

"4.    B’deroga mill-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-limitu massimu għat-total kumulattiv ta’ prefinanzjament u ta' pagamenti interim għandu jkun ta’ 100% tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għall-programmi operazzjonali għall-objettivi ta’ Konverġenza u  a’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi fil-Greċja.

5.    B'deroga mill-Artikoli 53(2) u 77(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u minkejja d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tiffissa r-rata massima u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għal kull programm operazzjonali Grieg u għal kull assi prijoritarju, il-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali għandhom jiġu kkalkolati billi tiġi applikata rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 100% għan-nefqa eliġibbli indikata għall-programmi operazzjonali Griegi għall-objettivi ta’ Konverġenza u ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi taħt kull assi prijoritarju f’kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. L-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 m’għandux japplika għal programmi operazzjonali fil-Greċja.

6.    Il-Greċja għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġi żgurat li ammonti addizzjonali li saru disponibbli bħala riżultat tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jintużaw biss għal pagamenti lil benefiċjarji u għal operazzjonijiet għall-programmi operazzjonali tagħha.

Il-Greċja għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 sal-aħħar tal-2016 u għandha tirrapporta wkoll fir-rapport ta’ implimentazzjoni finali li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

1.7.Il-metodu/i ta' ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 3  

4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

04 02 17 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew — Konverġenza (2007 sa 2013)

04 02 19 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew — Kompetittività reġjonali u impjiegi (2007 sa 2013)

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

11 Affarijiet marittimi u sajd

11 06 60 – Promozzjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi, żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u t-trawwim tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd

13 Politika reġjonali u urbana

13 03 16 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza

13 03 18 – Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 04 02 – Tlestija tal-Fond ta' Koeżjoni (2007 sa 2013)

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 4  

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv/i strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Mhux applikabbli

1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Nru tal-objettiv speċifiku

Mhux applikabbli

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Mhux applikabbli

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa:

Mhux applikabbli

1.6.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2015 sal-31/12/2023

   Impatt finanzjarju fl-2015 - 2020

◻ Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodu/i ta' ġestjoni ppjanat(i) 5  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mis-servizzi tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux applikabbli

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

L-intestaturi baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff 6 .

minn pajjiżi tal-EFTA 7

minn pajjiżi kandidati 8

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1 Tkabbir intelliġenti u inklużiv

04 02 17 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew — Konverġenza (2007 sa 2013)

04 02 19 - Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew — Kompetittività reġjonali u impjiegi (2007 sa 2013)

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 16 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza

13 03 18 – Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 04 02 – Tlestija tal-Fond ta' Koeżjoni (2007 sa 2013)

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

Diff.

LE

LE

LE

LE

2 Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

11 06 60 – Promozzjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi, żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u t-trawwim tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

Ir-rendikont dettaljat annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (Inizjattiva YEI) jibqa’ l-istess.

Il-ħtieġa miżjuda għal approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-prefinanzjament inizjali addizjonali tal-Inizjattiva YEI fl-2015 se tkun koperta mill-appropjazzjonijiet tat-TITOLU 4 (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) tal-baġit tal-2015 għall-FSE u l-Inizjattiva YEI.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ. EMPL, REGIO

2014

2015

2016

2017

2018 9

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

Approprjazzjonijiet operazzjonali

1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni

Impenji

(1)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(2)

0

1,000.000

1,000.000

-1,000.000

0

-1,000.000

0

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 10  

Mhux applikabbli

(3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ EMPL, REGIO

Impenji

=1+1a +3

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=2+2a

+3

0

1,000.000

1,000.000

0

-1,000.000

0

-1,000.000

0






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(5)

0

1,000.000

1000.000

-1000.000

0

-1,000.000

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=5+ 6

0

1,000.000

1,000.000

0

-1,000.000

0

-1,000.000

0

DĠ. MARE

2014

2015

2016

2017

2018 11

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

Approprjazzjonijiet operazzjonali

2: Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

Impenji

(1)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(2)

0

12.8

12.8

-12.8

0

-12.8

0

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 12  

Mhux applikabbli

(3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għal DĠ MARE 

Impenji

=1+1a +3

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=2+2a

+3

0

12.8

12.8

-12.8

0

-12.8

0






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(5)

0

12.8

12.8

-12.8

0

-12.8

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=5+ 6

0

12.8

12.8

-12.8

0

-12.8

0

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

0

1,012.800

1,012.800

0

-1,012.800

0

-1,012.800

0





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

DĠ: <…….>

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

L-AMMONT TOTALI DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

L-AMMONT TOTALI tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

L-AMMONT TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punt deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

IR-RIŻULTATI

Tip 14

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 15

- Riżultat

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 16

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq amministrattiv ieħor

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra l-INTESTATURA 5 17
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

L-AMMONT TOTALI

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

 Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full-Time: FTE) 18

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  19

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

L-AMMONT TOTALI

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva ser teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għal kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament 

AMMONT TOTALI tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 20

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) ĠU C, , p. ;
(2) ĠU C, , p. ;
(3) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(4) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(5) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(6) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(9) F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 il-prefinanzjament għandu jkun ġustifikat (approvat) bin-nefqa tal-Inizjattiva YEI iddikjarata sal-31/12/2018.
(10) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(11) F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 il-prefinanzjament għandu jkun ġustifikat (approvat) bin-nefqa tal-Inizjattiva YEI iddikjarata sal-31/12/2018.
(12) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(13) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(14) Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(15) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”.
(16) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(17) L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(18) AC= Aġent kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(19) Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (linji "BA" preċedenti).
(20) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% għal kostijiet ta’ ġbir.
Top