Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0334

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Aness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

    COM/2015/0334 final - 2015/0147 (NLE)

    Brussell, 10.7.2015

    COM(2015) 334 final

    2015/0147(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
    fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Aness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
    (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġenità meħtieġa tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE fil-Ftehim ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħha.

    2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-għan li jemenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE sabiex jinkorpora d-Direttiva 2009/30/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE 1

    Peress li l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE qed jitolbu adattamenti li jidderogaw mill-acquis tal-UE u jintroduċu bidliet li huma aktar minn aġġustamenti tekniċi sempliċi, kif previst fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94, il-pożizzjoni tal-UE tiġi adottata mill-Kunsill.

    In-naħa tal-EFTA tipprovdi l-kjarifika li ġejja għall-adattamenti mitluba:

    Artikolu 2(5):

    L-Artikolu 2(5) jiddefinixxi "Stati Membri b'temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf" għall-finijiet tad-Direttiva 98/70/KE. L-Islanda u n-Norveġja għandhom jiġu inklużi f'dan il-grupp. Għalhekk, l-adattament (a) jistipula l-inklużjoni tagħhom skont l-Artikolu 2(5).

    Artikolu 3(4):

    Proċedura ġdida għall-produzzjoni ta' metanol rinnovabbli ġiet żviluppata fl-Islanda. It-taħlit tal-metanol rinnovabbli mal-petrol jipprovdi għażla għas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili u d-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwils tat-trasport fl-Islanda. Id-Direttiva 98/70/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE, tippermetti kontenut ta' metanol ta' 3%, v/v, fil-petrol.

    It-taħlit ta' petrol b'alkoħol jirriżulta fi pressjoni tal-fwar ogħla tal-fjuwil. Id-Direttiva 2009/30/KE tirrappreżenta dan fir-rigward tal-etanol billi tipprovdi deroga għal limiti massimi tal-pressjoni tal-fwar. Din id-deroga tappoġġa l-iżvilupp ta' suq tal-bijofjuwils. Deroga simili għall-petrol b'kontenut ta' metanol ta' 3% v/v, hija meħtieġa biex tippermetti t-tqegħid fis-suq Islandiż fix-xhur tas-sajf tal-petrol imħallat ma' metanol rinnovabbli.

    Skont id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta għad-Direttiva 2009/30/KE 2 , "il-limitu massimu tal-pressjoni tal-fwar tal-petrol fis-sajf huwa rregolat mid-Direttiva 98/70 biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' Komposti Organiċi Volatili (VOCs). L-emissjonijiet ta' VOCs huma ta' tħassib peress li (1) huma prekursuri tal-ħolqien tal-ożonu li jagħmel ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem; u (2) ċerti idrokarburi, bħalma hi l-benzina jippreżentaw riskju speċifiku għas-saħħa".

    L-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi ("NMVOC") fl-Islanda naqsu; l-emissjonijiet fl-2009 kienu 58% anqas mil-livell tal-1990. Il-valuri mmirati għall-ożonu bil-għan tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (medja massima ta' kuljum fuq tmien (8) sigħat ta' 120 µg/m3) stabbiliti mid-Direttiva 2002/3/KE u implimentati bir-Regolament Islandiż Nru 745/2003, ma jinqabżux fl-Islanda fil-perjodu tas-sajf. It-taħlit ta' metanol fil-petrol iżid il-metanol mal-emissjonijiet VOC mill-fjuwil. L-indiċi tal-POCP (Potenzjal ta' Ħolqien ta' Ożonu Fotokimiku) għall-metanol (20,5) huwa aktar baxx minn dak tal-petrol (61), li jista' jkun mistenni li jpatti għall-effett ta' żieda fil-pressjoni tal-fwar fuq il-formazzjoni tal-ożonu.

    Fir-rigward tar-riskji għas-saħħa, analiżi kritika tal-letteratura evalwata bejn il-pari dwar it-tossiċità ta' fwar tal-metanol li jittieħed bin-nifs ma pproduċiet l-ebda evidenza li fuqha tista' tiġi bbażata l-konklużjoni li l-esponiment għal livelli baxxi ta' fwar tal-metanol se jirriżulta f'effetti negattivi fuq is-saħħa. It-temperatura medja fl-Islanda matul it-tliet xhur tas-sajf hija inqas minn 11 °C. Tqabbil tat-temperaturi sajfin medji fl-ibliet Ewropej u klassijiet adottati tal-volatilità tal-petrol juri li petrol bi pressjoni tal-fwar ogħla minn 80 kPa huwa użat fi bliet Ewropej f'xhur meta t-temperatura medja taqbeż it-12 °C.

    L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ("JCD") għalhekk jipprevedi adattament li jiddikjara li l-Islanda tista', matul il-perjodu tas-sajf, tippermetti t-tqegħid fis-suq ta' petrol li fih l-etanol jew il-metanol bi pressjoni massima tal-fwar ta' 70 kPa, bil-kundizzjoni li l-etanol użat ikun bijofjuwil jew li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-użu ta' metanol jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 7b(2).

    Artikolu 7b(6):

    Din id-dispożizzjoni tirreferi għal parti speċifika tal-Politika Agrikola Komuni ("PAK") tal-UE. Billi l-PAK ma tagħmilx parti mill-Ftehim ŻEE, test ta' adattament li jħassar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7b(6) ġie inkluż fl-abbozz tal-JCD.

    Applikazzjoni tal-Artikoli 7a sa 7e għal-Liechtenstein:

    Fil-Liechtenstein ma hemm l-ebda fornituri, kif definiti fl-Artikolu 2(8) tad-Direttiva. Skont l-Att Svizzeru dwar it-Taxxa fuq iż-Żejt Minerali tal-21 ta' Ġunju 1996, li huwa applikabbli fil-Liechtenstein bis-saħħa tal-unjoni doganali bejn il-Liechtenstein u l-Iżvizzera, l-importatur jew is-sid ta' ħażniet tal-fjuwil għandu jħallas it-taxxi għall-importazzjoni ta' fjuwils. Ma hemm l-ebda importazzjonijiet diretti ta' petrol u diżil fil-Liechtenstein. Għal dik ir-raġuni, peress li l-ebda fornitur ma jista' jiġi assenjat l-obbligi tal-Artikolu 7a sa 7e, dawn l-Artikoli jistgħu għalhekk ma japplikawx għal-Liechtenstein u test ta' adattament korrispondenti ġie inkluż fl-abbozz tal-JCD.

    3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jistipula li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn, fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

    2015/0147 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
    fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Aness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 3 , u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 4 ("il-Ftehim taż-ŻEE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE.

    (3)Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (4)L-Anness II u l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (5)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1) Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.
    (2) SEC(2007) 55.
    (3) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
    (4) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
    (5) Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.
    Top

    Brussell, 10.7.2015

    COM(2015) 334 final

    ANNESSI

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015
    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni)
    u l-Anness XX (Ambjent)
    tal-Ftehim ŻEE

    ta' [...]

    proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
    fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Aness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
    (Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil)


    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru .../2015


    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni)

    u l-Anness XX (Ambjent)
    tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE 1 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)Id-Direttiva 2009/30/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE 2 , li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b'hekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)Għalhekk, l-Annessi II u XX tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    "-32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).

    2.It-test li ġej jiżdied fil-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    "(c)Fl-Artikolu 2(5), il-kelma "Iżlanda" tiddaħħal wara l-kelma "Finlandja" u l-kelma "Norveġja" tiġi miżjuda wara l-kelma "Litwanja".

    (d)Fl-Artikolu 3(4) is-subparagrafu li ġej huwa inserit wara l-ewwel subparagrafu:

    "L-Iżlanda tista' tippermetti t-tqegħid fis-suq matul il-perjodu tas-sajf ta' petrol li jkun fih l-etanol jew il-metanol bi pressjoni massima tal-fwar ta' 70 kPa, bil-kundizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant jew li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-użu tal-metanol jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 7b(2)."

    (e)L-Artikoli 7a sa 7e ma japplikawx għal-Liechtenstein.

    (f)L-Artikolu 7b(6) ma japplikax għall-Istati tal-EFTA."

    3.It-test tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE) jitħassar.

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

    "-32009 L 0030: Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88)."

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva 2009/30/KE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE*.

    3Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

       Il-President
       
       
       
       Is-Segretarji
       għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
       

    (1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.
    (2) ĠU L 74, 27.3.1993, p. 81.
    (3) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
    Top