Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0232

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2015/001 FI/Broadcom)

/* COM/2015/0232 final */

Brussell, 2.6.2015

COM(2015) 232 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2015/001 FI/Broadcom)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.Ir-regoli li japplikaw għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 (Ir-"Regolament FEG").

2.Fit-30 ta’ Jannar 2015, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji 2 fil-Broadcom Communications Finland u żewġ fornituri jew produtturi downstream fil-Finlandja.

3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, u bi qbil mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għotja ta' finanzjament mill-FEG huma sodisfatti.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni tal-FEG

EGF/2015/001 FI/Broadcom

L-Istat Membru

Il-Finlandja

Ir-reġjun ikkonċernat (il-livell NUTS 2)

Ir-reġjuni kollha tal-Finlandja ħlief Åland

Id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni

It-30 ta' Jannar 2015

Id-data ta’ konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni

It-13 ta' Frar 2015

Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali

It-13 ta' Frar 2015

Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali

Is-27 ta’ Marzu 2015

Id-data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni

Id-19 ta’ Ġunju 2015

Il-kriterju ta' intervent

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG



L-intrapriża ewlenija

Broadcom Communications Finland

Is-Settur/i tal-attività ekonomika

(Id-Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2) 3

Id-Diviżjoni 46 (Kummerċ bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi)



Għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni

2

Il-perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):

Il-11 ta’ Awwissu 2014 - il-11 ta’ Diċembru 2014

L-għadd ta' sensji:

568

L-għadd ta' sensji qabel u wara l-perjodu ta’ referenza (b)

0

L-għadd totali ta’ sensji (a + b)

568

L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira eliġibbli

568

L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira

500

L-għadd ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) fil-mira

0

Il-baġit għas-servizzi personalizzati (EUR)

2 172 000

Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG 4 (EUR)

103 000

Il-baġit totali (EUR)

2 275 000

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)

1 365 000

VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI

Proċedura

4.Fit-30 ta' Jannar 2015, il-Finlandja ppreenat applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom fi żmien 12-il ġimgħa tad-data li fiha l-kriterji tal-intervent previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG ġew sodisfati. Il-Kummissjoni tat irċevuta tal-applikazzjoni fi żmien ġimgħatejn tad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, fit-13 ta' Frar 2015, u talbet informazzjoni ulterjuri mill-Finlandja fl-istess data. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. Il-perjodu ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta li fih il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribut finanzjarju jiskadi fid-19 ta’ Ġunju 2015.

Eliġibbiltà tal-applikazzjoni

L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati

5.L-applikazzjoni hija marbuta ma’ 568 ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-Broadcom Communications Finland u żewġ fornituri jew produtturi downstream. L-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 46 tan-NACE Reviżjoni 2 (Kummerċ bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi). Is-sensji mogħtija mill-intrapriża jinsabu fir-reġjuni kollha ta’ NUTS 5 livell 2 tal-Finlandja (minbarra l-Gżejjer Åland), l-iktar reġjun affettwat huwa t-Tramuntana tal-Ostrobothnia (FI1A).

L-intrapriżi u l-għadd ta' sensji matul il-perjodu ta' referenza

Broadcom Communications Finland

563

Nice-Business Solutions Finland

4

Infocare

1



L-għadd totali ta' intrapriżi: 3

L-għadd totali ta' sensji:

568

Il-kriterji ta' intervent

6.L-awtoritajiet Franċiżi ressqu l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li minn tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja jew li titwaqqaf l-attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jingħataw is-sensja mill-fornituri u l-produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni tagħha u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom twaqqfet.

7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur tal-applikazzjoni hu mill-11 ta’ Awwissu 2014 sal-11 ta’ Diċembru 2014.

8.Is-sensji matul il-perjodu ta’ referenza huma kif ġej:

563 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-Broadcom Communications Finland,

5 ħaddiema li ngħataw is-sensja f’żewġ fornituri jew produtturi downstream tal-Broadcom.

Il-kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività

9.Is-sensji matul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati kif ġej:

563 mid-data tal-avviż individwali tal-impjegatur biex ikeċċi jew iwaqqaf il-kuntratt ta’ impjieg tal-ħaddiem;

5 mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt ta’ impjieg jew l-iskadenza tiegħu.

Il-benefiċjarji eliġibbli

10.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 568.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni

11.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji kawżati mill-globalizzazzjoni, il-Finlandja ssostni li fl- 2005, huwa stmat li l-iżvilupp taċ-chipset (il-qasam li fih il-Broadcom Communications Finland kienet attiva) kien jipprovdi impjieg lil xi 5 000 ruħ fl-Ewropa. Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati marbuta mal-iżvilupp tal-prodott fl-industrija żdied globalment (partikolarment fl-Ażja u fl-Istati Uniti), dan kien niżel drastikament fl-Ewropa fejn, sal-2014, kien għad baqa' ftit mijiet ta’ nies.

12.L-iżvilupp u l-bejgħ taċ-chipsets tat-telefown ċellulari huma f’idejn numru żgħir ta’ kumpaniji, fosthom Qualcomm (l-Istati Uniti tal-Amerika) li hija bil-bosta l-akbar (b’sehem mis-suq ta’ madwar 66 % f’Q1/2014 skont Strategy Analytics 6 ). It-tieni l-akbar kumpaniji huma MediaTek fit-Talwan, Spreadtrum fiċ-Ċina u Marvell uIntel fl-Istati Uniti.

13.Is-sensji fil-Broadcom huma marbuta mat-tendenza li taffettwa l-industrija tal-elettronika Finlandiża kollha u laħqu l-quċċata meta fl-2011 n-Nokia ħabbret sensji fuq skala kbira. Fl- 2012, in-Nokia l-ewwel issensjat 1 000 persuna fl-impjant tagħha ta’ Salo (EGF/2012/006 FI/Nokia Salo), segwiti minn 3 700 oħra fi tmiem l-2012 u r-rebbiegħa tal-2013 (EGF/2013/001 FI/Nokia). Programm estensiv ta’ żvilupp tal-prodott kien ġie tterminat u tqaċċat għadd sostanzjali ta’ impjiegi.

14.Fil-bidu tas-snin 2000, staff fl-industrija Finlandiża fuq l-industrija tal-elettronika u tal-elettriku bbażata fil-Finlandja u f’sussidjarji barranin wera żvilupp kostanti, iżda mill-2007, kien hemm bidla ċara bl-għadd barra mill-pajjiż jiżdied filwaqt li l-għadd fil-Finlandja beda jonqos b'mod kostanti.

15.Matul is-snin 2000, l-għadd tal-istaff fis-sussidjarji Finlandiż fil-kontinenti kollha żdied, imbagħad, mis-sena 2004, l-Ażja ħarġet biċ-ċar bħala l-akbar impjegatur fl-industrija tal-elettronika u l-elettriku. Fl-Ewropa, l-għadd tal-istaff kompla jiżdied sal-2008 iżda wara beda jonqos.

16.Sal-lum, id-Diviżjoni 46 tan-NACE Reviżjoni 2 (Kummerċ bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi) kien is-suġġett ta’ żewġ applikazzjonijiet FEG (l-oħra hi EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT), li t-tnejn huma għall-ICT u bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ.

L-avvenimenti li wasslu għas-sensji u għall-waqfien tal-attività

17.L-avveniment li wassal għas-sensji fil-Broadcom hija d-deċiżjoni li jillikwidaw negozju base-band ċellulari tal-kumpanija, deċiżjoni li affettwat 3 000 persuna fid-dinja, li minnhom 600 fil-Finlandja. Il-Broadcom qiegħda twaqqaf l-attivitajiet kollha tagħha fil-Finlandja; Id-disinn taċ-chipsets tal-mobajl qed jiġi delokalizzata mill-Broadcom u hu mistenni li tkompli fl-Istati Uniti u l-Ażja.

18.Fl-2005, kien hemm erba’ manifatturi ewlenin taċ-chipset tal-mowbajls fl-Ewropa. In-Nokia u l-Philips ddiżinjaw iċ-chipsets tagħhom stess, Ericsson Mobile Platforms (EMP) primarjament ddiżinjawhom għal Sony-Ericsson, u Infineon pproduċiethom kummerċjalment għall-manifatturi tal-mobajls. In-Nokia ilha tiddiżinja ċ-chipsets għall-mobajls tagħha stess sa mis-snin tmenin. Il-kumpanija għamlet ħafna mid-disinn tagħha stess, filwaqt l-produzzjoni proprja taċ-chiġset prinċiaplemtn saret fl-impjanti tat-Texas Instruments (TI) u l-STMicroelectronics (STM). In-Nokia ddeċidiet li twaqqaf l-iżvilupp domestiku taċ-chipset fl-2007 u biegħet l-unitajiet tal-iżvilupp tagħha lill-STMicroelectronics.

19.F’dan l-istadju, in-Nokia kompliet tagħmel id-disinn tal-modems bla wajers hi stess u kienet tilliċenzjata r-riżultati lill-manifatturi taċ-chipset, inkluża STM. In-Nokia rrinunzjat għad-disinn tal-modem fl-2010, fis-sena biegħet dawn l-operazzjonijiet lill-Japanese Renesas Mobile Corporation (RMC), sussidjarja tar-Renesas Electronics (REC). B'konnessjoni ma’ dan il-ftehim, xi 1 100 diżinjatur tan-Nokia marru jaħdmu ma' impjegatur ieħor.

20.Minħabba telf ewlieni fit-tul li għamlet l-REC, ttieħdet deċiżjoni li tingħalaq l-RMC fl-2013. Fil-ħarifa tal-2013, l-REC biegħet il-qasam tal-LTE 7 tan-negozju tal-modem tagħha lill-Broadcom (BCM), u madwar 800 persuna li qabel kienu impjegati mill-Renesas issa qed jaħdmu għall-Broadcom. Wara biss ftit xhur, kien imiss lill-Broadcom li tħabbar li n-negozju kollu tas-Cellular Baseband tagħha kellha tingħalaq. F’dan l-istadju, ma setgħux jinstabu xerrejja ġodda.

L-impatt mistenni tas-sensji fuq l-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali

21.Is-sensji għandhom impatt negattiv sinifikanti, b’mod partikolari fuq l-ekonomija reġjonali t-Tramuntana ta’ Ostrobothnia (parti r-reġjun tal-livell NUTS 2 FI1A), fejn 424 mill-568 sensja seħħew. F’dan ir-reġjun, ir-rata tal-qgħad hija konsistentement ftit punti perċentwali ogħla mill-medja nazzjonali. F’Awwissu 2014, filwaqt li r-rata tal-qgħad nazzjonali kienet ta’ 12,2 %, fit-Tramuntana ta' Ostrobothnia kienet ta’ 14,1 % u fil-belt l-aktar affettwata, Oulu, kienet 16,1 %.

22.Bħalissa hemm xi 1 250 unità ta’ attività fis-settur tal-ICT fit-Tramuntana tal-Ostrobothnia, u l-maġġoranza ta’ dawn jinsabu f’Oulu. Is-settur ilu jitħabat mal-effetti tr- reċessjoni ekonomika internazzjonali għal ħafna snin imma, b’mod aktar speċifiku, inlaqat minn bidla strutturali intern sinifikanti fejn kumpaniji kbar fuq quddiem tas-suq irrevedew l-istrateġiji tagħhom, ittrasferew l-operazzjonijiet tagħhom għal żoni oħra tas-suq u rrazzjonalizzaw il-produzzjoni tagħhom bħala reazzjoni għat-tisħiħ tal-kompetizzjoni. Is-settur tal-ICT ilu pedament tal-ekonomija fis-sottoreġjun Oulu għal snin twal. Is-sehem relattiv tas-settur tal-informazzjoni kollu tal-impjiegi fis-sottoreġjun hu madwar 12 %, li fil-Finlandja jitqabbel biss ma' dak fiż-żona metropolitana ta’ Ħelsinki.

23.Id-diffikultajiet li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur u politiki l-ġodda tal-kumpaniji wasslu għal bosta sensji fis-settur privat. Filwaqt li s-settur tal-kumpanniji tal-ICT impjegaw kważi 13 000 persuna fir-reġjun fl-2008, din iċ-ċifra tnaqqset għal madwar 10 500 fl-2012. Minn dak iż-żmien, kien hemm sensji oħra, u l-istima attwali hija inqas minn 10 000. Il-kumpaniji qed jgħaddu minn tranżizzjoni u jimxu mill-manifattura għall-produzzjoni tal-kontenut, u minn industriji kbar globali lejn operazzjoni f’unitajiet iżgħar. Barra l-kumpaniji, is-settur pubbliku huwa wkoll impjegatur sinifikanti tal-esperti tal-ICT. Minħabba l-miri ta’ ffrankar fis-settur pubbliku, m’għadux joffri impjiegi daqs kemm kien joffri qabel, u din it-tendenza se tkompli fil-futur.

24.Karatteristika speċifika tas-sottoreġjun ta' Oulu hija li xi tnejn minn kull tliet persuni qiegħda huma professjonisti b’livell għoli ta’ edukazzjoni u b'standard tajjeb ta’ esperjenza ta’ xogħol. Għal perjodu estiż, is-sottoreġjun ta' Oulu kien settur sinifikanti tar-riċerka tal-ICT u ċentru tal-iżvilupp tal-prodott li kien jimpjega speċjalisti f’diversi oqsma tal-inġinerija u l-ipproċessar tad-dejta.

25.L-istruttura tal-età tas-settur tal-ICT hija żagħżugħa. Nofs dawk li bħalissa huma bla xogħol għandhom anqas minn 40 sena. B’mod partikolari l-ħaddiema anzjani qed jesperjenzaw diffikultajiet biex isibu impjiegi ġodda, u l-qgħad fit-tul qed jiżdied. Mid-diżokkupati bi sfond tal-ICT fit-Tramuntana tal-Ostrobothnia, madwar nofs (450 persuni qiegħda) ilhom bla xogħol għal aktar minn sena; madwar 300 minn dawn qiegħda li qed ifittxu xogħol għanmdhom standard għoli ta’ edukazzjoni.

26.Is-sensji fil-Broadcom jgħollu b’mod sinifikanti ċ-ċifri tal-qgħad f’Oulu. B’mod partikolari, is-sensji se jżiedu l-għadd ta’ esperti anzjani qiegħda. Setturi ġodda ta’ tkabbir qed jiġu żviluppati b'mod attiv fis-sottoreġjun ta' Oulu, u l-inklużjoni tal-esperti tal-ICT bla xogħol għandha tiġi żgurata. Ħafna minnhom għandhom esperjenza tajba fid-disinn u l-iżvilupp tal-prodott, li tista’ tittieħed fil-futur, jew fl-ICT jew f’setturi li japplikaw tal-ICT.

Il-benefiċjarji fil-mira u l-azzjonijiet proposti

Il-benefiċjarji fil-mira

27.L-għadd stmat ta’ ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa 500. Id-disaggregazzjoni ta' dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-età hija kif ġej:

Il-kategorija

L-għadd ta'
benefiċjarji fil-mira

Is-sess:

L-irġiel:

442

(88,4 %)

Nisa:

58

(11,6 %)

Iċ-ċittadinanza:

Ċittadini tal-UE:

487

(97,4 %)

mhux ċittadini tal-UE:

13

(2,6 %)

Grupp ta’ età:

15-24 sena:

1

(0,2 %)

25-29 sena:

19

(3,8 %)

30-54 sena:

470

(94,0 %)

55-64 sena:

10

(2,0 %)

iktar minn 64 sena:

0

(0,0 %)

28.Għaldaqstant, in-numru totali stmat ta’ benefiċjarji fil-mira li huma mistennija jieħdu sehem fil-miżuri huwa 500.

L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti

29.Il-Finlandja qed tippjana tliet tipi ta’ miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u koperti minn din l-applikazzjoni, (i) għajnuna biex jittrasferixxu għal xogħol ġdid, (ii) għajnuna biex jiftħu n-negozju tagħhom stess, u (iii) l-għoti ta' taħriġ jew edukazzjoni. Il-miżuri kollha li ġejjin jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu l-għan li jintegra mill-ġdid fl-impjieg il-ħaddiema li ngħataw is-sensja:

30.Il-kowċing u miżuri oħra ta’ tħejjija Il-ħaddiema qiegħda jistgħu jiġu megħjuna f’tekniki tat-tfittxija tax-xogħol, b’pariri u gwida, żjarat f’fieri tax-xogħol, għajnuna bl-applikazzjonijiet għall-impjiegi u s-CVs. Dan is-servizz se jingħata lil gruppi ta’ daqsijiet varji. Skont il-grupp, it-taħriġ se jingħata għal bejn ħamsa u 20 jum. Tingħata wkoll gwida dettaljata dwar il-karrieri lil gruppi, b’iffukar fuq l-interazzjoni u l-prattika tax-xogħol. Dan l-ikkowċjar jista’ jdum sa 40 jum. Individwi jew gruppi jistgħu jingħataw kowċis tal-impjiegi, li jistgħu jaġixxu bħala "msieħba fit-taħriġ" waqt it-tiftix għall-impjieg u bħala mentors kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati matul l-ewwel perjodi ta’ impjieg ġdid. Jistgħu jingħataw sa 50 siegħa ta’ taħriġ fis-sena lil kull persuna li qed tfittex ix-xogħol.

31.Il-ħaddiema jistgħu jibbenefikaw ukoll minn firxa ta’ valutazzjonijiet tal-esperti. Dawn, pereżempju, jistgħu jevalwaw il-kapaċità individwali għax-xogħol, inklużi l-aspetti relatati mas-saħħa, il-kompetenza u l-ħiliet vokazzjonali, jew il-ħiliet intraprenditorjali u l-potenzjal tal-ħaddiem.

32.Impjiegi u servizzi tan-negozju f’Punt ta’ Servizz: Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja qed jingħataw b'mod individwali Punti ta' Servizz maħtura jieħdu ħsiebhom matul il-fażi tal-implimentazzjoni. Il-Punti ta’ servizz ġew stabbiliti biex jagħtu pariri lill-ħaddiema affettwati mill-bidu nett billi jipprovdulhom servizz ħafna aktar personali u fil-fond minn dak li l-uffiċċju pubbliku tal-impjiegi normalment ikun jista' jipprovdi. Jekk il-grupp fil-mira ma jistax isib impjiegi ġodda f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jinħatar mentor li jkollu għarfien tajjeb tas-settur tal-ICT. Il-mentor se jkun kapaċi jgħin lill-ħaddiema jew b'tekniki speċifiċi tat-tfittxija tax-xogħol jew jgħinhom joħolqu l-intrapriża tagħhom stess.

33.Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: L-għan tal-miżuri ta’ taħriġ huwa l-akkwist ta’ kwalifika bażika jew vokazzjonali fi ħdan industrija b’rata għolja tal-impjiegi, jew bħala taħriġ kontinwu jew edukazzjoni ogħla permezz tat-tisħiħ ta’ kompetenzi eżistenti, jew bħala gwida/taħriġ ta’ tħejjija għas-suq tax-xogħol għal persuni li ma għandhom l-ebda pjan futur għall-karriera. It-taħriġ jitfassal apposta skont il-grupp fil-mira, u l-korsijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, l-espansjoni tal-kompetenzi fis-settur tal-ICT; il-ġestjoni tal-kwalità u dik finanzjarja tal-proġetti, u l-iżvilupp ta’ ħiliet tan-negozju. Taħriġ estensiv dwar l-iżvilupp tal-kumpanija (l-hekk imsejjaħ taħriġ KEKO) jista' jattrezza persuna biex tmexxi proġett ta’ żvilupp ta' kumpanija partikolari.

34.Jista' jitħallas inċentiv finanzjarju (sussidju tal-paga) mill-fornituri tas-servizz bħala parti mis-salarju ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg stabbilita għal kull ħaddiem fil-mira. Mill-2015, is-sussidju tal-paga se jkun bejn it-30 ul-50 % tal-ispejjeż rilevanti tal-pagi, skont għal kemm tul ta' żmien il-persuna se jiġi impjegat fuq is-sussidju dam bla xogħol. It-tul ta’ żmien il-perjodu sussidjat se jkun iddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet individwali tal-persuna kkonċernata (eż. kompetenza għal impjieg ġdid).

35.Id-direzzjoni lejn l-intraprenditorija u servizzi għal intraprendituri ġodda: Passi marbuta mal-promozzjoni tal-intraprenditorija jiġu implimentati bħala taħriġ tat-tip tal-inkubatur tan-negozju u taħriġ imprenditorjali marbut mal-politika tax-xogħol. Barra minn hekk, intraprendituri ġodda jingħataw konsulenza, konsultazzjoni u appoġġ. Il-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda se jiġi appoġġat permezz ta’ netwerks ta’ servizzi kummerċjali subreġjonali u l-ippjanar tan-negozju għall-klijenti tal-MEE Corporation. Il-kunċett tal-inkubatur tan-negozju se jintużw biex jiġi implimentat t-taħriġ diversifikat fis-suq tax-xogħol, b’eżerċizzji ta' ħidma f’tim taħt il-gwida tal-organizzazzjoni tat-taħriġ.

36.Għotja biex jinbeda negozju: L-għotja tal-bidu tiżgura dħul għal intraprenditur aspiranti matul iż-żmien li hu stmat li hu meħtieġ biex jitnieda u jitwaqqaf negozju full-time, sa massimu ta’ 18-il xahar. Għotja tal-bidu tikkonsisti f’żewġ partijiet, l-allowance bażika u suppliment. Fl-2014, l-allowance bażika kienet tammonta għal EUR 32,66 għal kull ġurnata. Is-suppliment, fl-ogħla livell tiegħu, huwa 60 % tal-allowance bażika. Il-medja tal-għotja tal-bidu hija stmata għal EUR 6 000, iżda l-ammont għal kull benefiċjarju se jkun determinat skont każ li jkun.

37.Allowances għall-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ġarr: Persuna li qed tfittex ix-xogħol tista’ tingħata allowance għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni li jinġarrbu fit-fittxija tal-impjieg u l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u l-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’taħriġ immirat lejn il-promozzjoni tal-impjiegi, u kumpens għall-ispejjeż ta’ ġarr meta jaċċetta impjieg barra miż-żona tal-ivvjaġġar tagħha. Bl-għajnuna ta’ dawn il-benefiċċji, il-benefiċjarji se jkunu mħeġġa jfittxu xogħol fuq żona ġeografika wiesgħa.

38.Stħarriġ tal-intrapriża u żjarat: Il-proġett għandu l-għan li jibni aktar għarfien dwar is-settur tal-ICT billi jipproduċi informazzjoni li tipprevedi dwar is-settur reġjonali tal-ICT permezz ta’ stħarriġ u żjarat. Din se tintuża biex jiġiu ppjanati servizzi mfassla speċifikament għal dan il-grupp fil-mira u biex jittejbu l-ħiliet fix-xiri tas-servizzi li jappoġġaw l-impjieg tal-grupp fil-mira. L-informazzjoni li tipprevedi tas-settur tal-ICT se jagħti indikazzjonijiet lil dawk li qed ifittxu xogħol li qed jaħsbu li jiftħu negozju. Dawn l-isforzi jkomplu l-ħidma mwettaq f'każ preċedenti tal-FEG (EGF/2013/001 FI/Nokia) li għaqqad flimkien rapporti u statistika msejsa fuq intervisti bit-telefon mal-intrapriżi.

39.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jieħdux post il-miżuri passivi tal-protezzjoni soċjali.

40.L-awtoritajiet Finlandiċi pprovdew l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont l-arranġamenti kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix dawn l-azzjonijiet.

Il-baġit stmat

41.L-ispejjeż totali stmati huma EUR 2 275 000,magħmula min-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 172 000 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, amministrazzjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 103 000.

42.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 1 365 000 (60 % tal-ispejjeż totali).



L-aonijiet

L-għadd stmat ta’ parteċipanti

L-ispiża stmata għal kull parteċipant
(f’EUR)

L-ispejjeż totali stmati

(f’EUR)

Is-servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)

Il-kowċing u miżuri oħra ta’ tħejjija

222

400

88 800

L-impjiegi u s-servizzi tan-negozju f’punt ta’ servizz

500

600

300 000

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid

145

5 000

725 000

Id-direzzjoni lejn l-intraprenditorija u servizzi għal intraprendituri ġodda:

13

5 000

65 000

Għotja biex jinbeda negozju

19

6 000

114 000

Stħarriġ tal-intrapriża u żjarat

424

1 179 8

500 000

Subtotal (a):

Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati

1 792 800

(82,54 %)

Benefiċċji u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)

Sussidju tal-paga

62

6 000

372 000

Benefiċċji għall-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ġarr

48

150

7 200

Subtotal (b):

Il-perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati

379 200

(17,46 %)

L-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG

1 Attivitajiet preparatorji

8 000

2 Ġestjoni

70 000

3 Informazzjoni u reklamar

20 000

4 Kontroll u rapportar

5 000

Subtotal (c):

Perċentwal tal-ispejjeż totali:

103 000

(4,53 %)

Spejjeż totali (a + b + c):

2 275 000

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)

1 365 000

43.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. Il-Finlandja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ;

44.L-awtoritajiet Finlandiżi kkonfermaw li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjoni minn impjegati mhumiex ser jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.

Il-perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa

45.L-awtoritajiet tal-Finlandja bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fil-11 ta’ Awwissu 2014. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet imsemmijin fil-punti 29 sa 39 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-11 ta' Awwissu 2014 sat-30 ta' Jannar 2017, bl-eċċezzjoni għall-edukazzjoni għolja, għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-11 ta' Awwissu 2014 sat-30 ta' Lulju 2017.

46.L-awtoritajiet tal-Finlandja bdew iġarrbu n-nefqa amministrattiva sabiex jimplimentaw il-FEG fil-11 ta' Awwissu 2014. Għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta' tħejjija, ta’ ġestjoni, ta' informazzjoni u pubbliċità u ta' kontroll u rappurtar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-11 ta’ Awwissu 2014 sas-30 ta’ Lulju 2017.

Il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati b'fondi nazzjonali jew tal-Unjoni

47.Is-sorsi tal-prefinanzjament jew il-kofinanzjament nazzjonali huma primarjament mil-linja tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija. Xi servizzi se jkunu finanzjati mill-ispejjeż operazzjonali taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent (Ċentri ELY) u l-Uffiċċji għall-Iżvilupp Ekonomiku u tal-Impjiegi. Kompiti ta’ appoġġ tekniku se jkunu finanzjati mill-ispejjeż operazzjonali tal-Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija u ċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent. Se jsir ukoll sforz mill-awtoritajiet Finlandiżi biex jipprovdu prefinanzjament għall-azzjonijiet u l-kompiti kollha, biex jippermetti li jitnedew attivitajiet dwar l-appoġġ tal-FEG kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti.

48.Bħalissa l-Finlandja qed tħejji applikazzjoni għall-FEG fil-kuntest tas-sensji sussegwenti fil-Microsoft. Bl-istess mod għal dawk li ngħataw is-sensja mill-Broadcom, il-persuni ssensjati mill-Microsoft kienu qabel impjegati min-Nokia, u bbażati fl-istess postijiet: Oulu, Tampere, Salo u ż-Żona Metropolitana ta' Ħelsinki. Se jsir sforz biex jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ proġetti.

49.Il-proġett tal-FEG għall-Broadcom se jikkooperaw ukoll mal-Mobilità tal-Forza tax-Xogħol fl-Ewropa 2014-2020, li huwa proġett għall-iżvilupp tas-servizzi nazzjonali tal-EURES. Dan il-proġett jitnieda fil-bidu tal-2015 bl-għajnuna tal-finanzjament tal-FSE, u ser jiġu kkoordinat miċ-Ċentru għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent (Ċentru ELY) tal-Karelja ta’ Fuq.

50.Qed jitħejja pakkett ta’ miżuri nazzjonali bit-titolu "Mudelli bejn il-kumpanija li qed tirrekluta u l-kumpanija li qed tnaqqas in-nies" fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid tal-FSE. L-objettiv ta’ dan il-pakkett ta’ miżuri huwa li jissupplimenta u jiżviluppa attivitajiet relatati mal-bidliet strutturali nazzjonali u s-sigurtà fil-bidla. Dan hu intiż li iwassal għall-iżvilupp konġunt tal-prodotti, biex jiġu identifikati prattiki tajba u ħżiena, biex tittejjeb il-komunikazzjoni u biex ir-riżultati tajba tal-proġetti jibqgħu fit-tul.

51.L-awtoritajiet tal-Finlandja indikaw li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhumiex se jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja minn strumenti finanzjarji oħrajn.

Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali

52.Il-Finlandja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira u mal-imsieħba soċjali. Saret diskussjoni fl-1 ta’ Ottubru 2014 bl-għan li jiġu ppjanati l-miżuri li jridu jiġu inklużi fi proġetti reġjonali tal-FEG. Ir-rappreżentanti kemm tal-benefiċjarji fil-mira u kif ukoll tal-kumpanija li tat is-sensji ħadu sehem flimkien ma’ ħafna partijiet oħra kkonċernati. Minn din il-laqgħa ħarġu suġġerimenti għal proġetti tal-FEG fir-reġjun ta' Oulu li ddaħħlu fl-applikazzjoni.

53.Il-Ministeru tax-Xogħol u tal-Ekonomija sejjaħ grupp wiesa’ ta’ partijiet kkonċernati li indirizzat is-sensji fil-Broadcom u ħa sehem fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni tal-FEG. Dan il-grupp ta’ ħidma jinkludi rappreżentanti rilevanti ċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent (iċ-Ċentri ELY), li huma responsabbli għall-implimentazzjoni reġjonali u l-kompiti tal-iżvilupp tal-gvern ċentrali, kif ukoll l-imsieħba soċjali, ir-rappreżentanti tal-Broadcom u partijiet kkonċernati oħra.

54.Iċ-ċentru għas-servizz tal-klijent tal-amministrazzjoni tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku, u ċ-ċentri għall-iżvilupp ekonomiku, it-trasport u l-ambjent jikkooperaw ma’ partijiet kkonċernati oħra. Din il-kooperazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-implimentazzjoni, l-ippjanar u l-iżvilupp tal-impjieg pubbliku u s-servizzi tan-negozju. Għal dan l-għan, kunsill konsultattiv dwar l-impjiegi u s-servizzi tan-negozju (il-kunsill konsultattiv TY) jaħdem b’konnessjoni mal-uffiċċju tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku.

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

55.L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribut finanzjarju se jkun ġestit mill-Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija, li jimmaniġġa wkoll il-fondi tal-FSE. L-istess Ministeru jaġixxi bħala l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni. Hemm separazzjoni stretta tad-dmirijiet u ta' relazzjonijiet ta' rappurtaġġ bejn id-dipartimenti responsabbli għal dawn iż-żewġ funzjonijiet. Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni għall-FEG ġew assenjati lid-dipartiment tal-Impjiegi u tal-Intraprenditorija, filwaqt li dawk għall-FSE ngħataw lid-dipartiment reġjonali. Il-funzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għaż-żewġ Fondi huma f'idejn l-Unità tar-Riżorsi Umani u tal-Amministrazzjoni. Il-Ministeru ħejja manwal li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti.

56.Fir-rigward tal-awditjar, il-korp responsabbli huwa l-Unità tal-Verifika Interna indipendenti, li jopera taħt is-Segretarju Permanenti tal-istess Ministeru. Il-funzjonijiet relatati mal-monitoraġġ u l-awditjar huma inklużi wkoll fil-firxa ta’ funzjonijiet tal-awtoritajiet tal-ġestjoni u taċ-ċertifikazzjoni.

L-impenji mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat

57.L-awtoritajiet Finlandiċi pprovdew il-garanziji kollha meħtieġa rigward dawn li ġejjin:

il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta' nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar sensji kollettivi;

il-Broadcom Communications Finland, li kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tat is-sensji, irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw l-issensjar u tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi;

l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;

l-azzjonijiet proposti jkunu kumplimentari ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Proposta baġitarja

58.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 9 .

59.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset in-numru ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat il-FEG għall-ammont ta’ EUR 1 365 000, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.

60.Id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stipulat fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta'  Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba 10 .

Atti relatati

61.Filwaqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta’ EUR 1 365 000 fl-intestatura baġitarja rilevanti.

62.Filwaqt li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni fuq kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2015/001 FI/Broadcom)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 11 , u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 12 , u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 13 .

(3)Fit-30 ta’ Jannar 2015, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fil-Broadcom Communications Finland u żewġ fornituri jew produtturi downstream fil-Finlandja. Din kienet supplementata b’informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

(4)Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 1 365 000 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja,

(5)Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa mobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 1 365 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan japplika minn [the date of its adoption]*.

14Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-FEG.
(3) Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(4) Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).
(6) https://www.strategyanalytics.com/default.aspx?mod=pressreleaseviewer&a0=5482
(7) LTE, taqsira għal Evoluzzjoni fit-Tul, huwa standard għall-komunikazzjoni bla fili ta’ dejta b’veloċità għolja għat-telefon ċellulari u t-terminals tad-dejta.
(8) Ċifri għat-tond.
(9) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(10) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(11) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(12) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(13) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(14)  Għandha tiddaħħal id-data mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.
Top