Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0017

    P8_TA(2015)0017 Miżuri relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni) (COM(2014)0318 – C8-0016/2014 – 2014/0164(COD)) P8_TC1-COD(2014)0164 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta’ salvagwardja (kodifikazzjoni)

    ĠU C 310, 25.8.2016, p. 88–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/88


    P8_TA(2015)0017

    Miżuri relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni) (COM(2014)0318 – C8-0016/2014 – 2014/0164(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

    (2016/C 310/14)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0318),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0016/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0032/2014),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


    P8_TC1-COD(2014)0164

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta’ salvagwardja (kodifikazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/477.)


    Top