This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AE0105
Opinion of the European Economic and Social Committee on the development of the governance system proposed in the context of the 2030 climate and energy framework (exploratory opinion requested by the European Commission)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp tas-sistema ta’ governanza proposta fil-kuntest tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030” (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp tas-sistema ta’ governanza proposta fil-kuntest tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030” (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea)
ĠU C 291, 4.9.2015, p. 8–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp tas-sistema ta’ governanza proposta fil-kuntest tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Kummissjoni Ewropea)
(2015/C 291/02)
Relatur: |
Richard ADAMS |
Korelatur: |
Ulla SIRKEINEN |
Nhar is-16 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
L-iżvilupp tas-sistema ta’ governanza proposta fil-kuntest tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030
(Opinjoni esploratorja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ April 2015.
Matul il-507 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ April 2015 (seduta tat-23 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’152 vot favur, 6 voti kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija huwa bbażat fuq leġislazzjoni preċedenti sustanzjali, xi ftit minnha mhux trasposta għal kollox u implimentata b’mod ineffettiv. It-twettiq tal-Unjoni tal-Enerġija ser jeħtieġ aktar leġislazzjoni u, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni rigoruża tagħha. Qafas ta’ governanza robust huwa vitali. Il-leġislazzjoni hija biss il-bidu – il-governanza hija l-mezz biex jinkiseb suċċess. L-implimentazzjoni tal-politika teħtieġ impenn, involviment, u rieda tajba mill-partijiet interessati kollha. L-aktar tip effikaċi ta’ governanza huwa fejn il-metodi ta’ qbil għad-determinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-objettiv ikunu meqjusa bħala intrapriża konġunta li tinvolvi l-partijiet interessati kollha. Il-KESE, għaldaqstant, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
2. Introduzzjoni
2.1. |
L-iżvilupp ta’ Unjoni tal-Enerġija fl-UE u l-importanza ta’ taħditiet dwar Ftehim dwar il-Klima f’Pariġi fi tmiem l-2015 jitolbu mekkaniżmi effettivi ta’ governanza dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija. Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030, il-Kunsill Ewropew approvaha u qabel ukoll dwar l-iżvilupp ta’ sistema ta’ governanza trasparenti u affidabbli biex tgħin tiżgura li l-UE tilħaq l-għanijiet tal-politika tagħha tal-enerġija. Il-Qafas għall-2030 ippropona qafas ġdid ta’ governanza bbażat fuq il-pjani nazzjonali għal enerġija sikura, sostenibbli u kompetittiva kif ukoll ġabra ta’ indikaturi ewlenin biex jiġi evalwat il-progress maż-żmien. Qafas bħal dan għandu jippermetti l-kisba tal-miri għall-2030 u jiffaċilita koerenza fil-livell tal-UE, filwaqt li joffri flessibbiltà fil-livell nazzjonali. Proċess ta’ governanza b’saħħtu għandu jipprovdi wkoll mudell u eżempju inkoraġġanti fil-kuntest tan-negozjati globali dwar il-klima. |
2.2. |
Il-ħtieġa għal governanza effettiva ma tistax tiġi enfasizzata żżejjed. Jekk ma jintlaħqux l-iskadenzi tat-tielet pakkett tal-enerġija, imfassla biex jikkompletaw suq uniku tal-enerġija b’saħħtu fl-UE, dan jista’ jkun fil-biċċa l-kbira tiegħu attribwit għal dgħufijiet fil-governanza. L-interessi nazzjonali kienu prevalenti meta ma kinux allinjati ma’ talbiet li ser isaħħu l-UE kollha kemm hi. Proċess ta’ governanza ġdid għandu jegħleb dan. |
2.3. |
Inizjalment għandhom jiġu definiti l-objettivi nazzjonali u jiġi ssuġġerit proċess iterattiv, kemm għall-iżvilupp intern ta’ dawn il-pjani kif ukoll għall-koordinazzjoni f’qafas koerenti tal-UE li jilħaq il-miri tal-UE li ntlaħaq qbil dwarhom. Huma previsti tliet passi:
|
2.4. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha esperjenza estensiva tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strutturi ta’ governanza, esperjenza li qed tapplika għal dan is-sett ta’ kwistjonijiet ta’ politika. Din l-opinjoni tappoġġja l-approċċ stabbilit hawn fuq iżda jeħtieġ li dan jiġi segwit b’mod rigoruż u b’konvinzjoni, b’perjodi qosra ta’ żmien għall-proċess iterattiv u analiżi inċiżiva u kuraġġuża fit-tfassil ta’ rapporti annwali. Kif imsemmi fl-Opinjoni tiegħu dwar “Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perijodu ta’ bejn l-2020 u l-2030” (1), il-KESE jenfasizza t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jirreaġixxu b’mod pożittiv għal proċedura effettiva u b’saħħitha ta’ governanza u biex, flimkien mal-Kummissjoni u s-soċjetà ċivili, jiddeterminaw kif tista’ tiġi implimentata b’mod sħiħ. |
2.5. |
Il-KESE jemmen li dan il-qafas għandu jkun permess u msaħħaħ billi jiġi ġġenerat u kkontrollat appoġġ wiesa’ minn partijiet interessati inklużi l-imsieħba soċjali – min iħaddem u trejdjunjins – permezz ta’ Djalogu Ewropew dwar l-Enerġija strutturat. |
3. In-natura tal-proċess ta’ governanza
3.1. |
Il-proċess ta’ governanza għandu jkun konsistenti mal-qafas legali li fih jopera. Il-qafas legali jistipula l-objettivi u l-metodi sabiex jintlaħqu l-miri u għandu jwassal għal ċertezza ta’ politika fit-tul u kontinwità, b’mod partikolari għall-investimenti, it-taħriġ u l-impjiegi. Dan għandu jipprovdi wkoll indikaturi korrispondenti rilevanti. Il-proċess ta’ governanza, li għandu jkun komprensiv u inklużiv tal-leġislazzjoni tal-enerġija relatata kollha, għandu jkun f’pożizzjoni li jsolvi kwistjonijiet li huma kemm kumplessi kif ukoll fejn jeżistu d-differenzi ta’ perspettiva u interessi konfliġġenti. Il-governanza għandha tappoġġja u tissupplimenta l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet filwaqt li toffri flessibbiltà biex tiġi ttrattata bidla rapida. Essenzjalment il-governanza għandha tkunu kapaċi wkoll tirrispondi għall-perċezzjonijiet soċjetali, it-teknoloġija, il-ġeopolitika u s-suq. |
3.2. |
Is-sistema ta’ governanza għandha tippermetti wkoll espressjoni kontinwa ta’ opinjonijiet, preferenzi, perċezzjonijiet u valuri bbilanċjati u rappreżentattivi, u mod li bih dawn kontinwament jinfurmaw id-deċiżjonijiet u l-perfezzjonament tal-politika. Il-governanza għandha tiffaċilita l-adattabilità, mhux permezz ta’ bidliet frekwenti ta’ proċedura, iżda permezz ta’ antiċipazzjoni ta’ oqsma ta’ differenzi u l-ħolqien ta’ dinamika konsistenti u inklużiva. |
3.3. |
Dawn huma rekwiżiti impenjattivi u jeħtieġ li jiġi indirizzat ix-xettiċiżmu li qed jiżdied dwar il-kapaċità tal-UE li trendi tranżizzjoni tal-enerġija ekwitabbli u effettiva. Għaldaqstant, il-proċess ta’ governanza nnifsu jeħtieġ qafas ċar, aċċettat mill-parteċipanti. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li proċess ta’ governanza konvenzjonali mhux se jkun kapaċi jwassal l-għanijiet imsemmija hawn fuq mingħajr l-involviment u l-appoġġ tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa. Dan huwa rikonoxxut fil-viżjoni għall-Unjoni tal-Enerġija: “L-aktar importanti, il-viżjoni tagħna hija waħda ta’ Unjoni tal-Enerġija biċ-ċittadini fil-qofol tagħha, fejn iċ-ċittadini jieħdu s-sjieda tat-tranżizzjoni tal-enerġija” (2). Għalhekk l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ twettiq affidabbli u trasparenti għall-għanijiet tal-enerġija u l-klima u l-Unjoni tal-Enerġija għandu jseħħ b’mod parallel ma’ proċess ibbażat fuq id-djalogu f’diversi livelli li jiffoka fuq l-infurmar u l-involviment tal-partijiet interessati kollha. Dan huwa vitali u, biex tkun ġusta, it-tranżizzjoni tal-enerġija għandha tieħu kunsiderazzjoni tat-tibdil fid-dinja tax-xogħol u tevita konsegwenzi soċjali negattivi. |
3.4. |
Fil-fehma tal-KESE, il-governanza ma tfissirx żieda fil-burokrazija iżda l-adozzjoni ta’ approċċ vigoruż ibbażat fuq il-prinċipji, li jiffoka fuq il-politika, u li jimmira lejn il-kisba tal-miri tal-UE li sar qbil dwarhom. Il-governanza għandha tkun mifruxa fil-livelli kollha u tibbenefika mill-integrazzjoni tal-għarfien speċjalizzat u ta’ kuljum. L-UE hija mibnija fuq il-valuri tal-paċi, id-demokrazija, id-dinjità tal-bniedem, il-pluraliżmu, it-tolleranza u s-solidarjetà. Dawn il-valuri, li jeħtieġ li jiġu tradotti fi prinċipji ta’ etika ċari, jipprovdu l-bażi għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet kritiċi fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jistgħu jipprovdu bażi universali għal qbil. L-isfida hija biex dawn il-prinċipji jinbidlu fi proċess infurzabbli u effiċjenti li jqis l-aspettattivi tas-soċjetà. |
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-valuri soċjetali bażiċi relatati mal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jeħtieġu aktar enfasi f’dan il-proċess ta’ governanza. Meta ċ-ċittadini jħossu li l-valuri u l-fehmiet tagħhom qed jiġu rikonoxxuti u diskussi f’forum li jinkorpora perspettiva kompletament Ewropea, dan ser iżid benefiċċju sinifikanti, jippermetti aktar koerenza politika u jiżviluppa fiduċja akbar filwaqt li jilqa’ kontra tibdil ta’ politika mhux previst. Id-djalogu għandu jidentifika dawk il-fatturi li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet meħuda minn pajjiż dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija. Dawn ta’ spiss ikunu ġejjin mill-valuri ta’ dik is-soċjetà, pereżempju fir-rigward tal-ambjent, apparti l-kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’mod partikolari peress li l-fehmiet nazzjonali, reġjonali, lokali u personali dwar l-enerġija ser ivarjaw, appell għal perspettiva konsistenti, komuni jew Ewropea jista’ jilħaq lil hinn minn tendenza għal interess personali, lokali, fil-qosor jew dak nazzjonali. |
3.6. |
B’mod speċifiku, id-djalogu f’diversi livelli jinvolvi l-komunikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji lill-partijiet interessati kollha u jistabbilixxi qafas li fih dawn jistgħu jiġu diskussi u fejn jiġu solvuti l-kwistjonijiet, fejn ikun possibbli, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u fil-livell ta’ pajjiżi ġirien. Dan mhuwiex proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni, għalkemm dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom jisimgħu u jkunu miftuħa għall-kontribuzzjonijiet, u l-parteċipanti għandhom jifhmuh dan. |
4. Id-djalogu f’diversi livelli bħala element essenzjali ta’ governanza
4.1. |
Il-politiki tal-enerġija nazzjonali u tal-UE għandhom impatt dirett u sinifikanti fuq il-ħajja taċ-ċittadini. Madankollu, il-kontenut u l-ġustifikazzjoni ta’ dawn il-politiki spiss ma jkunux ċari għall-pubbliku ġenerali u jistgħu jinftiehmu ħażin mis-soċjetà ċivili. Dan iwassal għal appoġġ pubbliku ġeneralment dgħajjef jew kunċetti żbaljati li jinvolvu aspetti essenzjali tal-iżvilupp futur tal-UE. Isegwu konsegwenzi negattivi, u hemm ħafna każijiet fejn is-soċjetà ċivili ma tingħatax l-informazzjoni u ma tkunx involuta fil-politika tal-enerġija la f’dik nazzjonali u lanqas tal-UE u dan iwassal għal nuqqas ġenerali ta’ fiduċja u għal politiki li mhux dejjem jilħqu r-riżultati mixtieqa. |
4.2. |
Sabiex jiġi żgurat li dan ikun proċess inklużiv, iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u t-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet tal-enerġija jeħtieġ li jieħdu sehem, permezz ta’ djalogu, fl-assistenza tal-mekkaniżmu ta’ governanza propost. Din il-fergħa ser tgħaqqad il-perspettivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej bil-ħsieb li ġġib valur miżjud operattiv fit-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni: azzjonijiet li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali/reġjonali, iżda jqisu l-istampa (Ewropea) aktar wiesgħa. |
4.3. |
Dan il-proċess ta’ djalogu ser jiffoka fuq l-enerġija bħala element kritiku sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta u sostenibbli u sabiex titwettaq politika li tirrispetta l-klima. Għandu jirrikonoxxi l-bżonnijiet tal-iżvantaġġjati u l-firxa wiesgħa ta’ tħassib soċjali u ambjentali marbuta mal-enerġija. Id-Djalogu Ewropew dwar l-Enerġija (DEE), inklużi l-kwistjonijiet relatati mal-klima, ser jifformula approċċ volontarju u fehim – definiti bħala kuntratt soċjali dwar l-enerġija – li jistgħu jintużaw minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet bħala qafas sostantiv soċjalment rilevanti. Id-djalogu kontinwu ser ikun attiv fl-implimentazzjoni ta’ miżuri prattiċi taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati. Fuq medda qasira ta’ żmien, għal raġunijiet ta’ effiċjenza u l-ħtieġa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-proċess ta’ governanza, id-DEE għandu jikkonċentra fuq inizjattivi ta’ politika li għandhom ammont sostanzjali ta’ kwistjonijiet ta’ aċċettabilità u ta’ sjieda. |
4.4. |
Proċess bħal dan ser jippermetti wkoll koerenza akbar ta’ politika u konsolidazzjoni tal-għarfien f’oqsma speċifiċi – pereżempju l-ħtiġijiet speċjali tal-gżejjer u r-relazzjonijiet tal-enerġija ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. |
5. Rabta mill-qrib mal-proċess ta’ governanza
5.1. |
B’mod ġenerali, il-qafas għall-klima u l-enerġija huwa definit bħala dak iggwidat minn objettivi. Dan jimplika orjentazzjoni mill-ġdid mill-Istati Membri tal-istrateġiji dwar it-taħlita ta’ enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom b’mod li tinżamm is-sovranità nazzjonali filwaqt li jkunu wkoll komplementari mal-ġirien u jikkonverġu fuq objettivi miftiehma fil-livell tal-UE. Id-deskrizzjoni tal-istruttura ta’ governanza (ara 2.3) tikkonsisti f’qafas ta’ linji gwida ġenerali li qed jiġi propost mill-Kummissjoni segwit minn diskussjonijiet reġjonali, preżentazzjoni, valutazzjoni u reviżjoni ta’ programmi nazzjonali u aġġustament kontinwu sakemm tintlaħaq konklużjoni sodisfaċenti. |
5.2. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ dan l-approċċ għax jemmen li hu konsistenti mal-ħtieġa urġenti li tiġi provduta provvista tal-enerġija iktar sikura, kompetittiva u ekoloġika fl-Ewropa kollha. L-istruttura ta’ governanza għandha tgħin ukoll biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-rekwiżiti tar-rappurtar u l-burokrazija relatata. Jeħtieġ li din tagħti kas kif xieraq tal-karatteristiċi transkonfinali u reġjonali li huma rilevanti ħafna u li qed jiżdiedu, tal-attivitajiet tal-enerġija. Madankollu, l-effettività ta’ approċċ bħal dan ser teħtieġ rieda politika koeżiva u din għandha tinbena minn konverġenza tal-attitudnijiet taċ-ċittadini f’kull wieħed mit-28 Stat Membru. |
5.3. |
Il-KESE jqis li d-DEE jaqdi rwol formattiv f’dan il-proċess u jkompli għaddej f’termini ta’ implimentazzjoni u appoġġ tal-partijiet interessati ladarba jintlaħaq qbil. Għaldaqstant m’għandu jinħela l-ebda ħin fit-twaqqif tad-DEE, permezz ta’ tmexxija politika b’saħħitha, bħala proċess fundamentali marbut, speċjalment peress li l-pjani nazzjonali huma antiċipati bħallikieku ntlaħaq ftehim dwarhom u li ser jibdew joperaw qabel l-2020. Il-Kumitat kien diġà rrakkomanda l-inklużjoni tad-djalogu dwar l-enerġija fil-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija u huwa inkoraġġanti li dan ġie inkluż: “- involviment ta’ djalogu dwar l-enerġija ma’ partijiet interessati għat-tfassil tal-politika u l-appoġġ għall-involviment attiv fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija.” (3). Huwa jinnota li għad mhemm l-ebda identifikazzjoni ta’ punt ta’ azzjoni speċifiku fir-rigward tal-governanza li jista’ jipprovdi l-approvazzjoni meħtieġa biex jinbnew l-istrutturi ta’ appoġġ tad-DEE u jħeġġeġ biex dan jiġi rimedjat mill-Kunsill u l-Parlament billi jadottaw il-miżuri dwar id-djalogu proposti fit-taqsima 6 ta’ din l-Opinjoni. |
5.4. |
Proċess ta’ governanza jinsab fil-punt ta’ kuntatt bejn il-politika u l-implimentazzjoni. Fil-każ tal-enerġija dan għandu jiffaċilita soluzzjonijiet dwar firxa wiesgħa ta’ kompromessi li, fil-ħajja reali, ser ikunu meħtieġa. Il-Kumitat iqis il-proposta tiegħu ta’ Djalogu Ewropew dwar l-Enerġija bħala lubrikant vitali f’dan il-proċess. It-tranżizzjoni tal-enerġija tinvolvi moviment, bidla u, inevitabbilment, ċertu ammont ta’ frizzjoni. Id-DEE jista’ jnaqqas il-frizzjoni bejn il-partijiet interessati fil-livelli kollha u bejn l-Istati Membri. |
5.5. |
Id-djalogu Ewropew dwar l-Enerġija (DEE) ser ikun proċess ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija billi jippermetti lill-partijiet interessati kollha biex jiskambjaw l-informazzjoni, jesprimu fehmiet u jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika dwar kwistjonijiet tal-enerġija. Id-DEE ser jippromovi l-fehim tal-kompromessi meħtieġa, is-sjieda tal-viżjoni, il-kontribut għas-soluzzjonijiet u l-aċċettazzjoni tagħhom, u fl-aħħar mill-aħħar il-bidla fl-imġiba favur il-miżuri politiċi li jirfdu l-Unjoni tal-Enerġija. DEE wiesa’ ser jippermetti biex preferenzi nazzjonali tal-enerġija jitwasslu u jiġu kkunsidrati b’mod aktar ċar fil-livell tal-UE u jkunu ta’ benefiċċju għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Id-DEE ser iwassal għal:
|
6. Rotta possibbli ta’ implimentazzjoni
6.1. |
Bħal fil-każ tal-proċess ta’ governanza formali, id-DEE, minkejja li għandu natura pan-Ewropea, ser jeħtieġ li jiġi stabbilit f’kull Stat Membru, jirrikonoxxi l-inizjattivi eżistenti ta’ djalogu nazzjonali tal-enerġija iżda jinkorpora bħala miri l-għanijiet tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija. Fejn id-djalogi nazzjonali diġà qed iseħħu, l-integrazzjoni mad-DEE tkun ta’ benefiċċju reċiproku u tipprovdi mekkaniżmu strutturat iżda aktar flessibbli li jappoġġja r-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-elementi tal-pjan nazzjonali u joffri fokus biex jinforma lill-konsumaturi. Dan jgħin lill-fornituri tal-enerġija biex jimpenjaw ruħhom u jibnu l-fiduċja u jipprovdu mezz biex jiġi espress ħafna mit-tħassib ta’ gruppi differenti dwar is-sigurtà tal-enerġija, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà. Fil-qosor, ser ikunu meħtieġa dawn il-passi:
|
6.2. |
Spjegazzjoni aktar dettaljata tad-DEE ġiet adottata mill-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar Bżonnijiet u mezzi għall-involviment tal-pubbliku fil-qasam tal-politika tal-enerġija (4). Id-DEE huwa previst bħala “djalogu” permanenti, deskritt b’mod aktar sħiħ bħala proċess indipendenti, li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha u juża l-aħjar prattika ta’ involviment u jaqdi rwol ta’ fiduċja li huwa kontinwu fl-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-KESE huwa impenjat bis-sħiħ għal din l-inizjattiva u ser jassumi rwol ta’ tmexxija u, flimkien ma’ oħrajn, ser jipprovdi appoġġ attiv. |
7. Kummenti finali
7.1. |
Il-KESE jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (5) li tindika li l-istruttura ta’ governanza għandha tiġi żviluppata billi jitqiesu l-fehmiet tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-partijiet interessati. L-appoġġ u l-ftehim vokali tas-soċjetà ċivili jwittu t-triq biex jinkisbu miri li joffru sfida. Permezz ta’ konnessjoni mal-ħajja u t-tħassib tan-nies, proċess ta’ governanza li jibbaża fuq DEE ser jgħin biex l-Unjoni tal-Enerġija tkun allinjata mal-aspettattivi taċ-ċittadini. Dan ser jiggarantixxi fehim tal-isfidi tal-enerġija u l-għażliet ta’ kompromess, u jtejjeb l-aċċettabbiltà u l-fiduċja – mhux l-inqas billi juri l-kapaċità li jisma’ u jinvolvi l-partijiet interessati. |
7.2. |
Barra minn hekk ser ikun hemm tnaqqis sinifikanti fl-ispiża politika fit-tul peress li ser jiġi stabbilit proċess li fih il-partijiet interessati kollha jkunu involuti fit-tfassil ta’ tranżizzjoni enerġetika li jriduha maġġoranza ta’ nies u li hija prammatika u orjentata lejn il-futur. Din hija kwistjoni li għandha impatt fuq kulħadd u tista’ twassalhom biex jivvalutaw mill-ġdid b’mod pożittiv il-perċezzjoni tagħhom tal-UE u l-proċessi tagħha u jagħrfu l-valur miżjud u l-governanza miftuħa tal-UE. |
Brussell, it-23 ta’ April 2015.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 424, 26.11.2014, p. 39.
(2) COM(2015) 80 final.
(3) COM(2015) 80 final p. 18.
(5) Komunikazzjoni, Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2030 (COM(2014) 15 final).