EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XG1202(03)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/863/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1276/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

ĠU C 432, 2.12.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/863/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1276/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

(2014/C 432/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/863/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1276/2014 (2) dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Fl-4 ta’ Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni dwar it-tliet persuni fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 30 u 32 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014).

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 0853B

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax. +1 2129631300

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/2127/

B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni nominati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014. Ir-raġunijiet li għalihom ġew elenkati l-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 346, 2.12.2014, p. 52.

(2)  ĠU L 346, 2.12.2014, p. 19.


Top