This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014TA1210(30)
Report on the annual accounts of the European Training Foundation for the financial year 2013, together with the Foundation’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260–266
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/260 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni
(2014/C 442/30)
INTRODUZZJONI
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1) (tfassil tar-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi (eż. IPA, FRAME, GEMM) (3). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI OĦRA
11. |
Fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5 miljun f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB). |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI
12. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82).
(3) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(6) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(7) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(8) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
Fl-2012 il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 99,9 %, li jindika li l-impenji saru b’mod f’waqtu. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b’ammont ta’ EUR 0,6 miljun (36,8 %). Ir-raġunijiet prinċipali kienu l-wasla tardiva ta’ fatturi għal servizzi relatati mal-bini li ngħataw fl-2012 (EUR 0,3 miljun) u għadd ta’ xirjiet ta’ hardwer u softwer tal-IT ordnati kif ippjanat matul l-aħħar xhur tal-2012 (EUR 0,3 miljun) iżda li ma twasslux qabel l-2013. |
M/A |
ANNESS II
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 166(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
“L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Fondazzjoni (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90) |
Għan
Kompiti Għall-fini li jinkiseb l-għan, il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord tat-Tmexxija u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord tat-Tmexxija Rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru. Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni. Tliet esperti li ma jivvutawx maħtura mill-Parlament Ewropew. Addizzjonalment, tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi. Direttur Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2013 (2012) |
Baġit EUR 22,0 (20,1) miljun għal impenji u EUR 22,0 (20,1) miljun għal pagamenti, li minnhom EUR 19,9 miljun kienu ffinanzjati minn sussidju tal-Kummissjoni. Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013 96 (96) post temporanju fit-tabella tal-persunal, li minnhom 92 (1) (93) post okkupat. 40 (37) membru ieħor tal-persunal (persunal lokali, persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati) Total tal-persunal: 132 (130), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin: kompiti operazzjonali: 76,5(73) kompiti amministrattivi: 28 (28) + 2 fil-grupp ta' sostituzzjoni fl-ETF skont il-ħtieġa – kompiti ta’ koordinazzjoni korporattiva u ta’ komunikazzjoni: 25,5(29) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi pprovduti matul is-sena finanzjarja 2013 (2012) |
Attivitajiet Il-Fondazzjoni tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, għat-titjib tal-iżvilupp tal-kapital uman (HCD) fi 30 pajjiż imsieħeb maħtur bir-Regolament li jistabbilixxiha u l-Bord tat-Tmexxija tagħha. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma l-appoġġ tal-politiki u l-proġetti tal-UE, il-provvediment ta’ analiżijiet ta’ politika, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza u appoġġ għal bini tal-kapaċità tal-pajjiżi msieħba. Il-valur miżjud tal-Fondazzjoni jiġi mill-bażi ta’ konoxxenza stabbilita tagħha li hija newtrali, mhux kummerċjali u unika u li tikkonsisti minn kompetenza esperta fl-iżvilupp tal-kapital uman u r-rabtiet tagħha mal-impjegaturi. Dan jinkludi kompetenza esperta fl-adattament tal-approċċi għall-iżvilupp tal-kapital uman fl-UE u fl-Istati Membri tagħha għall-kuntest tal-pajjiżi msieħba. Fl-2013, il-Proċess ta' Turin, li kien implimentat f’27 pajjiż imsieħeb tal-ETF bħala analiżi parteċipattiva u bbażata fuq l-evidenza, ta' politiki u sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), ġie vvalidat f'konferenza korporattiva organizzata f'Mejju bit-titolu “Il-Proċess ta' Turin: Immexxu l-Ħiliet 'il Quddiem”. Il-Fondazzjoni ħadmet fuq il-funzjonijiet prinċipali tagħha, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill, kif ġej:
L-outputs ikejlu t-twettiq tar-riżultati ta’ proġett, u jirrelataw il-baġit mal-funzjonijiet u r-riżultati tal-Fondazzjoni. Barra minn dawn il-funzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma tagħha, il-Fondazzjoni wieġbet ukoll għal talbiet diretti mill-Kummissjoni Ewropea matul is-sena.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Inkluża offerta waħda ta' impjieg li ġiet aċċettata, b'bidu mill-1.3.2014
Sors: Anness ipprovdut mill-Fondazzjoni.
IR-RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI
11. |
L-ETF taqbel mas-sejba tal-Qorti u tikkonferma l-intenzjoni tagħha li fl-2014 tipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist konġunt għas-servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni. Kemm-il darba din il-proċedura ta' akkwist ma tirnexxix, l-ETF se tniedi l-akkwist tagħha stess sabiex ikollha kuntratt ma' bank bi klassifikazzjoni tal-kreditu ogħla. Ir-raġuni għalfejn fil-31 ta' Diċembru 2013 kien hemm bilanċ għoli fil-bank hija minħabba li l-ewwel pagament akkont tas-sovvenzjoni tal-2014 tħallas bil-quddiem u minħabba li waslu l-fondi għall-proġetti l-ġodda GEMM u FRAME. |