This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014TA1210(25)
Report on the annual accounts of the European Union Agency for Network and Information Security for the financial year 2013, together with the Agency’s replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217–227
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/217 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
(2014/C 442/25)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ENISA”), li tinsab f’Ateni u f'Heraklion (1), inħolqot permezz tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li, wara emendi differenti ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (3). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprevieni u li tirrispondi għal problemi li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq sforzi nazzjonali u tal-Unjoni (4). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
11. |
Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 94 %, li jitfisser prinċipalment mill-fatt li fondi addizzjonali mitluba mingħand il-Kummissjoni għall-finanzjament tar-rinnovament tal-uffiċċju l-ġdid f'Ateni ġew approvati biss f'Novembru 2013. F'dan il-kuntest, ammont ta' Eur 0,5 miljun li ma kienx għadu impenjat fi tmiem is-sena ġie riportat wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. |
12. |
B'kollox, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati u dawk impenjati riportati għall-2014 ammontaw għal EUR 1,2 miljun (jew għal 13,5 % tal-approprjazzjonijiet totali). Dan kien prinċipalment jikkonċerna t-Titolu II (nefqa amministrattiva) b'EUR 0,8 miljun jew b'59 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu II. Dan il-livell għoli jitfisser prinċipalment mir-riport ta' EUR 0,5 miljun imsemmi fil-paragrafu 11 u mir-riporti addizzjonali ta' EUR 0,3 miljun sabiex jiġu ffinanzjati l-għamara u t-tagħmir tan-netwerking għall-uffiċċju f'Ateni li kienu ordnati lejn tmiem is-sena. |
KUMMENTI OĦRA
13. |
Il-persunal operazzjonali tal-ENISA ġie rilokat f'Ateni fl-2013, filwaqt li l-persunal amministrattiv baqa' f'Heraklion. X'aktarx li li l-ispejjeż amministrattivi setgħu jitnaqqsu li kieku l-persunal kollu ġie ċentralizzat f'lok wieħed. |
14. |
Skont il-ftehim tal-kiri bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u sid il-kera, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi. Din il-kera titħallas kontinwament b'dewmien ta' bosta xhur li huwa riskju ta' kontinwità tan-negozju u riskju finanzjarju għall-Aġenzija: l-operazzjonijiet tagħha jkunu affettwati, u l-investimenti tagħha fit-tagħmir u fir-rinnovament tal-uffiċċju jkunu mitlufa, li kieku sid il-kera kellu jikkanċella l-ftehim tal-kiri minħabba dan id-dewmien fil-ħlas. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
15. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) Il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija ġie rilokat f’Ateni f’Marzu 2013. Il-persunal amministrattiv tagħha baqa' f'Heraklion.
(3) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(4) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(5) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(7) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(8) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(9) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Il-Qorti identifikat il-ħtieġa li titjieb id-dokumentazzjoni tal-assi fissi. Ix-xiri ta’ assi fissi huma reġistrati fil-livell tal-fattura u mhux tal-partita. Meta bosta assi ġodda huma koperti minn fattura waħda unika, hemm biss entrata waħda għall-assi kollha mixtrija u l-ammont totali. |
Ikkompletata |
2012 |
Filwaqt li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni korrispondenti jipprevedu inventarju fiżiku tal-assi fissi mill-inqas kull tliet snin, l-Aġenzija ma wettqitx inventarju fiżiku komprensiv mill-2009 'l hawn. |
Għadha għaddejja |
ANNESS II
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (Ateni u Heraklion)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.” (L-Artikolu 114 TFUE) Ir-responsabbiltà għas-suq intern hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. (L-Artikolu 4(2)(a) TFUE). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Aġenzija (Kwotati mir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Għanijiet
Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord tat-Tmexxija Il-Bord tat-Tmexxija huwa magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, u żewġ rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti kollha għandhom id-dritt tal-vot. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu supplent biex jirrappreżenta lill-membru fil-każ ta' assenza. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandhom jiġu maħtura fid-dawl tal-konoxxenza tagħhom tal-kompiti u l-għanijiet tal-Aġenzija, b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta' membru tal-Bord tat-Tmexxija. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom huwa ta' erba' snin. Il-mandat huwa tali li jista' jiġi mġedded. Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati Il-Bord tat-Tmexxija, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jaħtar Grupp Permanenti ta’ Partijiet Interessati magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, bħall-industrija tal-ICT, fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, gruppi rappreżentattivi tal-konsumatur, esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u rappreżentanti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali nnotifikati taħt id-Direttiva 2002/21/KE kif ukoll ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza. Il-mandat tal-membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati huwa ta’ sentejn u nofs. Il-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati jagħti pariri lill-Aġenzija fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tagħha. B'mod partikolari, huwa jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma. Direttur Eżekuttiv Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti, għal mandat ta' ħames snin li jista' jiġi mġedded. Bord Eżekuttiv Il-Bord Eżekuttiv jikkonsisti minn ħames membri maħtura minn fost il-membri tal-Bord tat-Tmexxija. Huwa jrid jinkludi l-President tal-Bord tat-Tmexxija, li jista' jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv, u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni. Awtorità ta' kwittanza Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012) |
Baġit Finali EUR 9,7 miljun (8,2 miljun) li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 93 % (100 %) Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013 47 (44) post previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 43 (42) Postijiet oħra okkupati: 13 (12)-il aġent kuntrattwali, 3 (4) esperti nazzjonali sekondati. Total tal-persunal: 59 (58), li jwettqu l-kompiti li ġejjin: operazzjonali: 42 (40) amministrattivi: 17 (18) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013 (2012) |
WS (1) 1 – Ambjent b'riskju li qed jevolvi u opportunitajiet L-għan ta’ dan il-fluss ta' xogħol kien li jiġu identifikati t-theddidiet li qed jevolvu l-aktar importanti li huma rilevanti għall-infrastruttura kritika u s-servizzi fiduċjarji. Dan sar permezz tal-monitoraġġ ta' sorsi disponibbli għall-pubbliku li jippubblikaw data relatata mat-theddidiet u permezz ta' valutazzjoni regolari ta’ din id-data. Ibbażati fuq l-analiżi mwettqa, l-ENISA pproponiet prattiki tajbin u linji gwida għall-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji. Ix-xogħol ġie mwettaq b’mod kollaborattiv ma’ partijiet interessati involuti u ntużaw sorsi ta’ informazzjoni eżistenti kull fejn possibbli. Jintlaħqu l-għanijiet u riżultati li ġejjin:
Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 7 (7) WS2 – It-titjib tas-CIIP Pan-Ewropew (2) u r-Reżiljenza Il-Protezzjoni ta’ Infrastrutturi ta’ Informazzjoni Kritika (CIIP) hija prijorità ewlenija għall-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-industrija (l-operaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-manifatturi). Billi ffaċilitat il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, l-ENISA kompliet f’dan il-fluss ta' xogħol biex tappoġġa lil dawn il-partijiet interessati kollha fl-iżvilupp ta' tħejjija soda u implimentabbli, strateġiji ta' rispons u ta' rkupru, politiki u miżuri biex jilqgħu l-isfidi ta' ambjent ta' theddid dejjem jevolvi. L-għanijiet u konsegwentement ir-riżultati ta’ dan il-fluss ta' xogħol kienu li:
Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 16 (13) WS 3 – Il-komunitajiet ikunu jistgħu jtejbu s-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (NIS) L-għan ta’ dan il-fluss ta' xogħol kien li jgħin il-komunitajiet li huma strumentali fiIt-titjib tal-NIS biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom permezz tat-titjib tax-xenarji legali u regolatorji li huma għandhom jikkonformaw magħhom. L-ENISA kompliet taħdem ma’ CERTs biex ittejjeb il-kapaċitajiet bażiċi fl-Ewropa. L-Aġenzija kkumplimentat ukoll dan l-approċċ billi indirizzat komunitajiet oħra li huma attivi fIt-titjib tal-NIS tas-sistemi u tal-infrastruttura tagħhom bħal maniġers ta' sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni kif ukoll fornituri ta’ servizzi ta’ sigurtà fi ħdan organizzazzjonijiet individwali (eż. Uffiċjali tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (ISO)). L-għanijiet u r-riżultati ta’ dan il-fluss ta' xogħol kienu:
Għadd ta’ riżultati tanġibbli: 15 (10) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) WS: Fluss ta' xogħol (Work Stream).
(2) CIIP: Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni.
Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.
IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA
11: |
L-Aġenzija tfakkar li l-EUR 0,5 miljun li ġew riportati fit-tmien is-sena kien sar impenn għalihom fl-2014 b’rata ta’ 99,78 %, u ġie kkanċellat biss ammont ta’ EUR 1 100,00. |
12: |
Ir-riport totali tat-Titolu II, li laħaq ir-rata ta’ 59,1 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II għall-2013 jista’ jiġi kkategorizzat aktar b’50,5 % marbuta ma’ proġetti u xiri rilevanti għax-xogħlijiet ta’ rinnovament u t-titjib tal-infrastruttura tal-uffiċċju ta’ Ateni u bi 8,6 % rilevanti għall-proġetti li mhumiex marbuta mal-proġett ta’ rinnovament, bħall-ispejjeż ta’ kuljum tal-utilitajiet. Kien biss fl-4 ta’ Novembru 2013 li ġew approvati l-fondi għax-xogħlijiet ta’ rinnovament. |
13: |
L-Aġenzija tfakkar li l-ħolqien ta’ uffiċċju addizzjonali bbażat f’Ateni, kien kompromess politiku li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-gvern tal-pajjiż ospitanti, sabiex tiżdied l-effiċjenza operattiva tal-Aġenzija u b’mod partikolari tax-xogħol tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Ċentrali. L-ENISA ma setgħet teżerċita l-ebda influwenza f’din id-deċiżjoni. |
14: |
L-Aġenzija taqbel mal-kumment u tfakkar li hi tikkomunika kontinwament il-problemi u r-riskji involuti lis-sieħeb DĠ CNECT u lid-diversi awtoritajiet tal-Gvern Grieg sabiex tiżgura li l-kwistjonijiet relatati mal-ħlas tas-sussidju mill-Gvern Grieg jiġu risolti. S’issa sid il-kera aċċetta d-dewmien attribwit għall-proċeduri tal-Gvern Grieg mingħajr ma impona ebda sanzjoni fuq l-Aġenzija. Sid il-kera ta l-kunsens tiegħu għat-tnedija tax-xogħlijiet ta’ rinnovament, minkejja d-dewmien fil-ħlas tal-kera fl-2014. L-Aġenzija, wara valutazzjoni tar-riskju li qieset il-fatti li ġibdet l-attenzjoni għalihom anke l-Qorti, bdiet ix-xogħlijiet ta' rinnovament f'Ġunju 2014, peress li r-riskju ta’ kanċellazzjoni tal-kuntratt tal-kiri huwa meqjus bħala wieħed baxx. L-Aġenzija tkompli teżerċita u tesplora r-rimedji possibbli kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ħlasijiet tardivi mill-Gvern Grieg. S’issa l-Aġenzija rnexxielha tnaqqas kwalunkwe riskju li jista’ jirriżulta mill-ħlasijiet tardivi. |