Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0613

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

    /* COM/2014/0613 final - 2014/0284 (NLE) */

    52014PC0613

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond /* COM/2014/0613 final - 2014/0284 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-istokkijiet tal-baħar fond huma stokkijiet ta’ ħut li jinqabdu f’ilmijiet lil hinn miż-żoni ewlenin tas-sajd ta’ blajjet kontinentali. Jinsabu mqassmin fuq ix-xaqlibiet kontinentali jew huma assoċjati ma’ muntanji fil-baħar. Il-maġġoranza ta' dawn l-ispeċijiet jikbru bil-mod u jgħixu fit-tul, u minħabba dan huma partikolarment vulnerabbli għall-attività tas-sajd. Element importanti ieħor fil-vulnerabbiltà ta’ speċi tal-baħar fond għas-sajd huwa jekk tistax tiġi mmirata f’aggregazzjonijiet lokali, partikolarment waqt iż-żmien tar-riproduzzjoni. Dan huwa l-każ tal-mera tal-Atlantiku, il-linarda u l-alfonsinos. Bħalma huwa l-każ għall-istokkijiet kollha ta’ ħut salvaġġ, jekk is-sajd fil-baħar fond jitħalla jsir mingħajr restrizzjonijiet, jasal li jkun hemm tiġrija minn azjendi tas-sajd biex jieħdu pussess ta’ riżorsa b’xejn, mingħajr ma jqisu biżżejjed il-livell sostenibbli tal-isfruttar. Bla dubju, dan ġara fil-każ ta' xi speċijiet tal-baħar fond qabel ma l-Unjoni Ewropea bdiet tirregola dawn l-istokkijiet fl-2003. Pereżempju, l-istokkijiet prezzjużi tal-mera tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Majjistral u tal-paġella tal-garġi fil-Bajja ta’ Biscay issa huma eżawriti. Għalhekk, il-limitazzjoni tal-attività tas-sajd hija intervent pubbliku meħtieġ biex tkun evitata l-erożjoni tad-dħul finanzjarju tas-sajjieda, biex ikun żviluppat l-isfruttar lejn rendiment ogħla tas-sajd fit-tul, u biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ekosistema u s-sistema alimentari bħala konsegwenza tat-tnaqqis f’daqqa fid-daqs f’ċerti popolazzjonijiet ta’ ħut. Fil-każ tal-ispeċijiet tal-baħar fond, l-intervent pubbliku huwa ta’ importanza partikolari minħabba l-fatt li l-irkupru mit-tnaqqis jista’ jieħu ħafna żmien u jista’ ma jirnexxix. Kull sentejn, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jipprovdi analiżi dettaljata tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet tal-baħar fond. Il-parir l-aktar riċenti tal-ICES ingħata f’Mejju 2014. Din il-proposta għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd hija bbażata fuq aktar analiżi magħmula mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f’Ġunju 2014, wara x-xogħol tal-ICES. Il-parir kemm mill-ICES kif ukoll mill-STECF jindika li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond jinħasdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu iktar sakemm l-evoluzzjoni tal-istokkijiet turi xejra pożittiva.  Dan jipprovdi s-sisien għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ stokkijiet tal-baħar fond skont il-prinċipju inkorporat fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li, skontu, it-teħid tad-deċiżjonijiet skont il-Politika Komuni tas-Sajd għandu jkun iggwidat, fost oħrajn, minn parir xjentifiku.

    Kuntest ġenerali Is-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ġie rregolat mill-UE mill-2003 ’l hawn skont il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għal kull speċi u żona, u skont l-isforz massimu tas-sajd li jsir fil-Grigal tal-Atlantiku. Għall-2013 u l-2014 il-qabdiet totali permissibbli ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond kienu stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1262/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012, li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond[1]. L-iffissar u l-qsim tal-opportunitajiet tas-sajd jaqgħu esklussivament fil-kompetenza tal-Unjoni. L-obbligi fir-rigward tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin huma stabbiliti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B’mod partikolari, l-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd (kif definit fl- Artikolu 4(1)(8) tiegħu) u jipprevedi li l-politika komuni tas-sajd għandha timmira li tikseb lura u tibqa' żżomm rendiment massimu sostenibbli (MSY). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(4) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati skont l-għanijiet tal- Artikolu 2(2). Barra minn hekk, opportunitajiet tas-sajd fil-baħar fond bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti skont ftehimiet internazzjonali, fost l-oħrajn il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna [“il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut tal-1995”) B’mod partikolari, ċerta huwa importanti li tintwera ċerta kawtela meta l-informazzjoni tkun inċerta, mhux affidabbli jew inadegwata. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut tal-1995, in-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta’ konservazzjoni jew ġestjoni. It-TACs proposti isegwu wkoll il-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008, li kienu kkonfermati minn għadd ta' Riżoluzzjonijiet suċċessivi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (Ir-Riżoluzzjonijiet 61/105 fl-2007, 64/72 fl-2009, u l-aktar riċenti, 66/231 fl-2011). Filwaqt li għadd ta’ stokkijiet tal-baħar fond huma sfruttati wkoll minn nazzjonijiet oħra tas-sajd, partikolarment min-Norveġja, l-Islanda, il-Gżejjer Faroe u r-Russja, u filwaqt li jeħtieġ li jinkiseb ftehim dwar miżuri armonizzati ta’ ġestjoni flimkien ma’ dawk in-nazzjonijiet tas-sajd jew, fir-rigward tal-istokkijiet li jgħammru f’ilmijiet internazzjonali, fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) jeħtieġ ikun hemm miżuri unilaterali applikabbli għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea sakemm jintlaħqu dawk il-ftehimiet. Dawn se jevitaw il-konsegwenzi negattivi ta’ sajd mhux regolat u t-tnaqqis tal-istokkijiet tal-ħut, kif deskritt hawn fuq.

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta huma stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 u japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014. Dawn huma marbuta mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond[2].

    Il-konsistenza ma’ politiki u miri oħra tal-Unjoni Il-miżuri proposti huma mfassla skont l-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

    2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-proposta ġiet żviluppata abbażi tal-prinċipji u l-gwida stipulati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward ta' Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2015 (COM(2014)388 finali), li fiha l-Kummissjoni spjegat il-fehmiet u l-intenzjonijiet tagħha dwar il-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd fl-2015 għall-istokkijiet kollha. Fil-kuntest ta' dik il-Kommunikazzjoni, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati, is-soċjetà ċivili, l-Istati Membri u l-pubbliku inġenerali.

    Spjegazzjoni ddettaljata tal-proposta

    Fl-istokkijiet kollha koperti b'din il-proposta, bl-eċċezzjoni ta' stokk wieħed tar-roundnose grenadier, l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix lix-xjenzati jevalwaw b’mod sħiħ l-istat tal-istokk, la skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-ħut u lanqas skont ir-rata tal-mortalità mis-sajd. Hemm diversi raġunijiet għal dan: dawn l-ispeċijiet sikwit jgħixu fit-tul u jikbru bil-mod, ħaġa li tagħmilha diffiċli ħafna biex l-istokk ikun strutturat fi klassijiet skont l-età u biex ikun ivvalutat l-effett tas-sajd fuq l-istokk permezz tat-tibdiliet fit-tul jew fl-istruttura tal-età tal-qabdiet. Mhix magħrufa l-frekwenza tar-reklutaġġ ta’ ħut ta’ eta żgħira fl-istokkijiet. L-istokkijiet huma mferrxa f’wesgħat fil-fond li huwa diffiċli li jkunu eżaminati għal raġunijiet prattiċi. Id-dejta mill-istħarriġ xjentifiku sikwit ma tkunx disponibbli minħabba l-importanza kummerċjali mnaqqsa ta’ dawn l-istokkijiet, jew ma tkunx tkopri ż-żona kollha fejn huma mifruxa. L-attivitajiet tas-sajd xi kultant qed jikkonċentraw biss parzjalment fuq dawn l-ispeċijiet, u xi wħud minnhom għandhom storja relattivament qasira.

    Il-limiti tal qabda proposti huma skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd tal-Unjoni permezz tar-rendiment massimu sostenibbli (COM(2006)360 finali).  Huma wkoll koerenti mal-prinċipji tal-hekk imsejjaħ proċess ta’ antiċipazzjoni li huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib fil-konsultazzjoni dwar il-ġestjoni tas-sajd Komunitarju (COM(2006)246 finali) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2015 msemmija hawn fuq. Din l-aħħar Komunikazzjoni tistabbilixxi l-fehmiet tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd, u dawn ir-regoli ġew segwiti fl-iżvilupp ta’ din il-proposta fir-rigward tat-22 annotazzjoni tat-TAC li fiha, kif ġej:

    · It-TACs għandhom jiġu stabbiliti skont il-parir xjentifiku meta dan ikun ipprovdut abbażi ta' dejta komprensiva, analiżi kwantitattiva u tbassir kwantitattiv skont il-“qafas tal-MSY" tal-ICES. Dan huwa l-każ għall-annotazzjoni proposta tat-TAC għar-roundnose grenadier fl-Ilmijiet tal-Majjistral.

    · Meta jingħata parir xjentifiku indikattiv abbażi ta’ analiżi kwalitattiva tal-informazzjoni disponibbli (anke jekk din ma tkunx kompluta jew ikun fiha ġudizzju espert), dan għandu jintuża bħala bażi għad-deċiżjonijiet tat-TAC. Għaldaqstant, il-proposta fiha ħames każijiet ta' tnaqqis fit-TAC, erba' każijiet ta' żidiet fit-TAC u żewġ każijiet ta' tiġdid fit-TAC.

    · Meta l-parir xjentifiku jkun limitat u ma jkun jista' jingħata l-ebda parir kwantitattiv dwar il-qabdiet, ikun jinħtieġ li jittieħed l-approċċ prekawzjonarju li ġej: sitt TACs huma kkonċernati f'din il-proposta, inklużi tlieta li għalihom ġiet iffissata TAC prekawzjonali ta' żero.

    · Fl-aħħar nett, l-STECF għad irid jipprovdi l-parir tiegħu dwar stokk wieħed ta' ċinturin iswed. Għall-klieb il-baħar tal-baħar fond, il-parir xjentifiku tal-ICES mhux se jingħata qabel Ottubru tal-2014. Għalhekk, tliet annotazzjonijiet tat-TAC għall-klieb il-baħar tal-baħar fond u stokk wieħed ta’ ċinturin iswed huma mmarkati bħala “pm” f’din il-proposta, u se jiġu aġġornati wara l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-STECF hu tal-parir li l-miżuri maniġerjali adegwati għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar tal-baħar fond għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-firxa sħiħa ta' dawn l-istokkijiet,[3]  u għalhekk qed jiġi propost li ż-żona tat-TAC għall-klieb il-baħar tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX jiġu estiżi biex ikopru l-ilmijiet tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) madwar Madeira, i.e. l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.

    Finalment, il-pariri xjentifiċi u d-diskussjonijiet riċeni fin-NEAFC indikaw li xi qabdiet sinifikanti tar-roundnose grenadier setgħu ġew irrappurtati bi żball bħala speċijiet oħra ta' grenadier, l-aktar bħala roughhead grenadier. M'hemm ebda limitu fuq is-sajd tar-roughhead grenadier fis-seħħ. F'dan il-kuntest huwa f'loku li tiġi estiża l-kopertura tat-TACs tar-roundnose grenadier biex tkopri wkoll il-qabdiet tar-roughhead grenadier, kif ukoll l-obbligu li jiġu rrappurtati l-qabdiet ta' kull speċi separatament. Dan itejjeb l-għarfien dwar il-qabdiet reali taż-żewġ speċijiet u jippermetti li f'emendi ulterjuri ta' dan l-abbozz tar-regolament jew f'regolamenti oħra fil-futur jiġu stabbiliti limiti aktar adegwati fuq il-qabdiet.

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    It-TFUE jistabbilixxi, skont l-Artikolu 43(3), li l-Kunsill għandu jadotta miżuri "dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd" fuq proposta tal-Kummissjoni. Din il-proposta hija limitata għall-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-kundizzjonijiet li huma marbuta b’mod funzjonali mal-użu ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd.

    Għalhekk, din il-proposta tipproponi, permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, il-limitazzjonijiet tal-qbid għall-flotot tas-sajd tal-UE fir-rigward tal-ispeċijiet tal-baħar fond l-aktar importanti mil-lat kummerċjali fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Grigal tal-Atlantiku, biex jinkiseb l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huma sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. Il-proposta hija fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

    B'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri huma ħielsa li jallokaw opportunitajiet tas-sajd, meta dawn ma jkunux suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, fost ir-reġjuni jew l-operaturi, skont l-Artikolu 16(7) u l-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 17. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom l-ispazju biex jimmanuvraw meta jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament huwa adottat mill-Kunsill kull sentejn, u l-mezzi pubbliċi u privati biex ikun implimentat diġà jinsabu lesti.

    2014/0284 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

    (2)       Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd [4]jesiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli inkluż, fejn rilevanti, rapporti min-naħa tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (3)       Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif jixraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva għal kull Stat Membru fl-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta’ sajd u wara li jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4)       Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, u b’mod partikolari l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

    (5)       L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu skont ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna tal-1995[5], u skont il-prinċipji dettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd f’Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008, li skonthom, b’mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.

    (6)       Il-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-STECF jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond għadhom jinħasdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu iktar sakemm l-evoluzzjoni tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES jagħti wkoll il-parir li ma għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-mera tal-Atlantiku fiż-żoni kollha u għal ċerti stokkijiet tal-paġella tal-garġi u tar-roundnose grenadier.

    (7)       Fir-rigward tal-erba' ħażniet tar-roundnose grenadier, il-pariri xjentifiċi u d-diskussjonijiet riċenti fil-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) jindikaw li l-qabdiet ta' din l-ispeċi jistgħu jiġu rrappurtati b'mod żbaljat bħala qabdiet tar-roughhead grenadier. F'dan il-kuntest, hemm bżonn tiġi stabbilita TAC li tkopri ż-żewġ speċijiet filwaqt li jkun possibbli li jsir rappurtar separat għal kull waħda minnhom.

    (8)       Minħabba n-natura migratorja tal-klieb il-baħar tal-baħar fond u l-firxa kbira tagħhom madwar l-Atlantiku tal-Grigal, l-STECF irrakkomanda li l-miżuri maniġerjali għal dawn l-ispeċi jiġu estiżi għall-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali u tal-Lvant) madwar Madeira.

    (9)       L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond[6] jiġu deċiżi fuq bażi biannwali. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-arġentina silus u l-istokkijiet tal-linarda. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, is-sajd ewlieni tal-linarda huwa marbut man-negozjati annwali man-Norveġja; fl-interess tas-simplifikazzjoni, it-TACs kollha għal-linarda għandhom jiġu stabbiliti skont dan u fi ħdan l-istess test legali. Għalhekk, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-arġentina silus u tal-linarda msemmija hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti f’regolament annwali rilevanti ieħor li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd.

    (10)     Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti[7] l-istokkijiet li huma suġġetti għal diversi miżuri msemmija hawnhekk għandhom jiġu identifikati. It-TACs ta’ prekawzjoni għandhom japplikaw għal stokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena li fiha qed jiġu ffissati t-TACs; it-TACs analitiċi għandhom japplikaw għall-każijiet l-oħrajn. Fid-dawl tal-pariri mill-ICES u l-STECF għall-istokkijiet tal-baħar fond, dawk l-istokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għandhom ikunu soġġetti għal TACs ta’ prekawzjoni f’dan ir-Regolament.

    (11)     Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1 Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd annwali għas-snin 2015 u 2016 disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fejn huma meħtieġa l-limiti tal-qbid.

    Artikolu 2 Definizzjonijiet

    (1) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "bastiment tas-sajd tal-Unjoni" tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

    (b) "ilmijiet tal-Unjoni" tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ħlief ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

    (c) "qabda totali permissibbli" (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk ta’ ħut kull sena;

    (d) "kwota" tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni Ewropea jew lil Stat Membru;

    (e) "ilmijiet internazzjonali" tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat.

    (2) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

    (a) iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009[8];

    (b) Iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009[9].

    Artikolu 3 TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' TACs bħal dawn fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali, fejn jixraq, huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

    (1) L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

    (a) skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (b) tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009[10] jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008[11];

    (c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (d) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    (2) Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li huma suġġetti għal TAC ta' prekawzjoni, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li huma suġġetti għal TAC analitika.

    Artikolu 5 Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

    Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti t-TACs għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

    Artikolu 6 Trasmissjoni tad-dejta

    Meta l-Istati Membri jippreżentaw dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu nqabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.

    [2]               ĠU L 351, 28/12/2002, p. 6–11.

    [3]               Rapport mis- 46 Laqgħa Plenarja li saret f'Lulju 2014:  http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/2014-07_STECF+PLEN+14-02_Final+Report_JRCxxx.pdf

    [4]               ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.

    [5]               Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal- 10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).

    [6]               ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

    [7]               ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    [8]               Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku‑ (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

    [9]               Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

    [10]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    [11]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).

    ANNESS

    tal-proposta

    għal Regolament tal-Kunsill

    li jiffissa għall-2015 u l-2016, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    PARTI 1 Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet

    1.           Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet ta’ ħut jissemmew skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi; l-uniku eċċezzjoni huma l-klieb il-baħar tal-baħar fond, li tqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva t’hawn taħt ta’ ismijiet komuni u ta’ ismijiet bil-Latin:

    Isem komuni || Kodiċi Alpha-3 || Isem xjentifiku

    Ċinturin iswed || BSF || Aphanopus carbo

    Alfonsinos || ALF || Beryx spp.

    Roundnose grenadier || RNG || Coryphaenoides rupestris

    Roughhead grenadier || RHG || Macrourus berglax

    Mera tal-Atlantiku || ORY || Hoplostethus atlanticus

    Paġella tal-garġi || SBR || Pagellus bogaraveo

    Lipp Abjad || GFB || Phycis blennoides

    2.           Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,"klieb il-baħar tal-baħar fond" tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:

    Isem komuni || Kodiċi Alpha-3 || Isem xjentifiku

    Gattarelli tal-baħar fond || API || Apristurus spp.

    Frilled shark || HXC || Chlamydoselachus anguineus

    Żagħrun || CWO || Centrophorus spp.

    Mazzola Portugiża || CYO || Centroscymnus coelolepis

    Longnose velved dogfish || CYP || Centroscymnus crepidater

    Mazzola sewda || CFB || Centroscyllium fabricii

    Mazzola munqar l-għasfur || DCA || Deania calcea

    Murruna sewda || SCK || Dalatias licha

    Mazzola tal-fanal maġġuri || ETR || Etmopterus princeps

    Mazzola tal-fanal || ETX || Etmopterus spinax

    Mouse catshark || GAM || Galeus murinus

    Murruna b’sitt garġi || SBL || Hexanchus griseus

    Sailfin roughshark (Sharpback shark) || OXN || Oxynotus paradoxus

    Knifetooth dogfish || SYR || Scymnodon ringens

    Kelb il-baħar tal-Groenlandja || GSK || Somniosus microcephalus

    PARTI 2 Opportunitajiet tas-sajd annwali appikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn it-TACs jeżistu skont l-ispeċi u skont iż-żona (f’tunnellati ta’ piż ħaj)

    || || || || || || ||

    Speċi: || Klieb il-baħar tal-baħar fond || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX  l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2

    || || || || || (DWS/ 56789-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja || pm || pm || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Estonja || pm || pm || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Irlanda || pm || pm || || || || ||

    Spanja || pm || pm || || || || ||

    Franza || pm || pm || || || || ||

    Il-Litwanja || pm || pm || || || || ||

    Il-Polonja || pm || pm || || || || ||

    Il-Portugall || pm || pm || || || || ||

    Ir-Renju Unit || pm || pm || || || || ||

    L-Unjoni || pm || pm || || || || ||

    TAC || pm || pm || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Klieb il-baħar tal-baħar fond || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

    || || || || || (DWS/10-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Il-Portugall || pm || pm || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Unjoni || pm || pm || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    TAC || pm || pm || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Klieb il-baħar tal-baħar fond, Deania hystricosa u Deania profundorum || Żona: || L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII ||

    || || || || || (DWS/12INT-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Irlanda || pm || pm || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Spanja || pm || pm || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Franza || pm || pm || || || || ||

    Ir-Renju Unit || pm || pm || || || || ||

    L-Unjoni || pm || pm || || || || ||

    TAC || pm || pm || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Ċinturin iswed || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

    || Aphanopus carbo || || || (BSF/1234-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC ta' prekawzjoni || ||

    Il-Ġermanja ||  3 ||  3 || || || || ||

    Franza ||  3 ||  3 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  3 ||  3 || || || || ||

    L-Unjoni ||  9 ||  9 || || || || ||

    TAC ||  9 ||  9 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Ċinturin iswed || || Żona: || L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

    || Aphanopus carbo || || || (BSF/56712-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja ||  37 ||  29 || || || || ||

    L-Estonja ||  18 ||  14 || || || || ||

    L-Irlanda ||  91 ||  73 || || || || ||

    Spanja ||  180 ||  144 || || || || ||

    Franza || 2 538 || 2 030 || || || || ||

    Il-Latvja ||  118 ||  94 || || || || ||

    Il-Litwanja ||  1 ||  1 || || || || ||

    Il-Polonja ||  1 ||  1 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  180 ||  144 || || || || ||

    Oħrajn (1) ||  9 ||  8 || || || || ||

    L-Unjoni || 3 173 || 2 538 || || || || ||

    TAC || 3 173 || 2 538 || || || || ||

    (1) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota. || || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Ċinturin iswed || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X ||

    || Aphanopus carbo || || || (BSF/8910-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Spanja ||  10 ||  9 || || || || ||

    Franza ||  25 ||  22 || || || || ||

    Il-Portugall || 3 165 || 2 737 || || || || ||

    L-Unjoni || 3 200 || 2 768 || || || || ||

    TAC || 3 200 || 2 768 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Ċinturin iswed || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tas-CECAF 34.1.2. ||

    || Aphanopus carbo || || || (BSF/C3412-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC ta' prekawzjoni || ||

    Spanja || pm || pm || || || || ||

    Il-Portugall || pm || pm || || || || ||

    L-Unjoni || pm || pm || || || || ||

    TAC || || || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Alfonsinos || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV ||

    || Beryx spp. || || || || (ALF/3X14-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    L-Irlanda ||  9 ||  9 || || || || ||

    Spanja ||  63 ||  63 || || || || ||

    Franza ||  17 ||  17 || || || || ||

    Il-Portugall ||  182 ||  182 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  9 ||  9 || || || || ||

    L-Unjoni ||  280 ||  280 || || || || ||

    TAC ||  280 ||  280 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Roundnose grenadier u roughhead grenadier || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u IV ||

    || Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax || || || (RNG/124-) għar-roundnose grenadier (RHG/124-) għar-roughhead grenadier || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC ta' prekawzjoni || ||

    Danimarka ||  1 ||  1 || || || || ||

    Il-Ġermanja ||  1 ||  1 || || || || ||

    Franza ||  10 ||  10 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  1 ||  1 || || || || ||

    L-Unjoni ||  13 ||  13 || || || || ||

    TAC ||  13 ||  13 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Roundnose grenadier u roughhead grenadier || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III

    || Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax || || || (RNG/03-) għar-roundnose grenadier (RHG/03-) għar-roughhead grenadier || (1) ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC ta' prekawzjoni || ||

    Danimarka ||  412 ||  329 || || || || ||

    Il-Ġermanja ||  2 ||  2 || || || || ||

    L-Isvezja ||  21 ||  17 || || || || ||

    L-Unjoni ||  435 ||  348 || || || || ||

    TAC ||  435 ||  348 || || || || ||

    (1) Fiż-żona IIIa tal-ICES ma għandu jsir ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier sakemm isiru l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u n-Norveġja. || || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Roundnose grenadier u roughhead grenadier || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

    || Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax || || || (RNG/5B67-) għar-roundnose grenadier;

    (RHG/5B67-) għar-roughhead grenadier ||

    Sena || 2015(1) || 2016(1) || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja ||  7 ||  7 || || || || ||

    L-Estonja ||  56 ||  57 || || || || ||

    L-Irlanda ||  246 ||  250 || || || || ||

    Spanja ||  61 ||  62 || || || || ||

    Franza || 3 126 || 3 178 || || || || ||

    Il-Litwanja ||  72 ||  73 || || || || ||

    Il-Polonja ||  36 ||  37 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  183 ||  187 || || || || ||

    Oħrajn (2) ||  7 ||  7 || || || || ||

    L-Unjoni || 3 794 || 3 858 || || || || ||

    TAC || 3 794 || 3 858 || || || || ||

    (1) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-). ||

    (2) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota. || || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Roundnose grenadier u roughhead grenadier || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV

    || Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax || || || (RNG/8X14-) għar-roundnose grenadier;

    (RHG/8X14-) għar-roughhead grenadier ||

    Sena || 2015(1) || 2016(1) || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja ||  17 ||  13 || || || || ||

    L-Irlanda ||  4 ||  3 || || || || ||

    Spanja || 1 851 || 1 482 || || || || ||

    Franza ||  85 ||  68 || || || || ||

    Il-Latvja ||  30 ||  24 || || || || ||

    Il-Litwanja ||  4 ||  3 || || || || ||

    Il-Polonja ||  579 ||  463 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  8 ||  6 || || || || ||

    L-Unjoni || 2 578 || 2 062 || || || || ||

    TAC || 2 578 || 2 062 || || || || ||

    (1) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/*5B67-). || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Mera tal-Atlantiku || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI

    || Hoplostethus atlanticus || || || (ORY/06-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    L-Irlanda ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Spanja ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Franza ||  0 ||  0 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  0 ||  0 || || || || ||

    L-Unjoni ||  0 ||  0 || || || || ||

    TAC ||  0 ||  0 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Mera tal-Atlantiku || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII

    || Hoplostethus atlanticus || || || (ORY/07-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    L-Irlanda ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Spanja ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Franza ||  0 ||  0 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  0 ||  0 || || || || ||

    Oħrajn ||  0 ||  0 || || || || ||

    L-Unjoni ||  0 ||  0 || || || || ||

    TAC ||  0 ||  0 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Mera tal-Atlantiku || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

    || Hoplostethus atlanticus || || || (ORY/1CX14) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    L-Irlanda ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Spanja ||  0 ||  0 || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Franza ||  0 ||  0 || || || || ||

    Il-Portugall ||  0 ||  0 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  0 ||  0 || || || || ||

    Oħrajn ||  0 ||  0 || || || || ||

    L-Unjoni ||  0 ||  0 || || || || ||

    TAC ||  0 ||  0 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Paġella tal-garġi || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

    || Pagellus bogaraveo || || || (SBR/678-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    L-Irlanda ||  4 ||  3 || || || || ||

    Spanja ||  115 ||  92 || || || || ||

    Franza ||  6 ||  5 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  14 ||  11 || || || || ||

    Oħrajn (1) ||  4 ||  3 || || || || ||

    L-Unjoni ||  143 ||  114 || || || || ||

    TAC ||  143 ||  114 || || || || ||

    (1) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota. || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Paġella tal-garġi || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX

    || Pagellus bogaraveo || || || (SBR/09-) || ||

    Sena || 2015(1) || 2016(1) || || TAC Analitika || ||

    Spanja ||  236 ||  90 || || || || ||

    Il-Portugall ||  64 ||  25 || || || || ||

    L-Unjoni ||  300 ||  115 || || || || ||

    TAC ||  300 ||  115 || || || || ||

    (1) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/*678-). || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Paġella tal-garġi || || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

    || Pagellus bogaraveo || || || (SBR/10-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Spanja ||  5 ||  4 || || || || ||

    Il-Portugall ||  600 ||  392 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  5 ||  4 || || || || ||

    L-Unjoni ||  610 ||  400 || || || || ||

    TAC ||  610 ||  400 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Lipp abjad || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

    || Phycis blennoides || || || (GFB/1234-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja ||  9 ||  9 || || || || ||

    Franza ||  9 ||  9 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  16 ||  16 || || || || ||

    L-Unjoni ||  34 ||  34 || || || || ||

    TAC ||  34 ||  34 || || || || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Lipp abjad || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

    || Phycis blennoides || || || (GFB/567-) || ||

    Sena || 2015(1) || 2016(1) || || TAC Analitika || ||

    Il-Ġermanja ||  11 ||  11 || || || || ||

    L-Irlanda ||  287 ||  287 || || || || ||

    Spanja ||  649 ||  649 || || || || ||

    Franza ||  393 ||  393 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  899 ||  899 || || || || ||

    L-Unjoni || 2 239 || 2 239 || || || || ||

    TAC || 2 239 || 2 239 || || || || ||

    (1) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/*89-). || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Lipp abjad || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

    || Phycis blennoides || || || (GFB/89-) || ||

    Sena || 2015(1) || 2016(1) || || TAC Analitika || ||

    Spanja ||  267 ||  267 || || || || ||

    Franza ||  17 ||  17 || || || || ||

    Il-Portugall ||  11 ||  11 || || || || ||

    L-Unjoni ||  295 ||  295 || || || || ||

    TAC ||  295 ||  295 || || || || ||

    (1) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII (GFB/*567-). || ||

    || || || || || || ||

    Speċi: || Lipp abjad || || Żona: || L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII

    || Phycis blennoides || || || (GFB/1012-) || ||

    Sena || 2015 || 2016 || || TAC Analitika || ||

    Franza ||  10 ||  10 || || || || ||

    Il-Portugall ||  40 ||  40 || || || || ||

    Ir-Renju Unit ||  10 ||  10 || || || || ||

    L-Unjoni ||  60 ||  60 || || || || ||

    TAC ||  60 ||  60 || || || || ||

    Top