This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0560
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with Point 13 of the Interinstitutional Agreement of 2 December 2013 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline, on cooperation in budgetary matters and on sound financial management (application EGF/2014/006 FR/PSA)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA)
/* COM/2014/0560 final */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA) /* COM/2014/0560 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA 1. Ir-regoli li japplikaw
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti
fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1]
(ir-'Regolament tal-FEG'). 2. L-awtoritajiet
Franċiżi ressqu l-applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA għal kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG, wara s-sensji li ngħataw f’Peugeot Citroën
Automobiles (minn hawn 'il quddiem 'PSA') fi Franza. 3. Din l-applikazzjoni fiha xi
nuqqasijiet, li huma stabbiliti fil-paragrafi 32 u 33 ta’ dan
il-Memorandum. Minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta
l-applikazzjoni minn Franza. Wara l-valutazzjoni tagħha ta’ din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont id-dispożizzjonijiet
kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-kundizzjonijiet
għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI Applikazzjoni tal-FEG: || EGF/2014/006 FR/PSA Stat Membru: || Franza Reġjun(i) kkonċernat(i) (il-livell NUTS 2): || L-Ile de France (FR10) Il-Bretanja (FR52) Data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni: || 25 ta’ April 2014 Data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni: || 7 ta’ Mejju 2014 Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali: || 8 ta’ Mejju 2014 Data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali: || 19 ta' Ġunju 2014 Data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni: || 11 ta' Settembru 2014 Kriterju ta’ intervent: || L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG Intrapriża primarja: || Peugeot Citroën Automobile (PSA) Settur(i) tal-attività ekonomika (Diviżjoni ta’ NACE Rev. 2)[2]: || Diviżjoni 29 ('Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers') Numru ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni: || 0 Perjodu ta’ referenza (erba’ xhur): || 1 ta’ Ottubru 2013 - 31 ta’ Jannar 2014 Numru ta’ sensji jew waqfiet ta’ attivitajiet matul il-perjodu ta’ referenza (a): || 1 989 Numru ta’ sensji jew waqfiet ta’ attivitajiet qabel u wara l-perjodu ta’ referenza (b): || 4 131 Numru totali ta’ sensji (a + b): || 6 120 Numru totali stmat ta’ benefiċjarji fil-mira: || 2 357 Numru ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs): || 0 Baġit għas-servizzi personalizzati (EUR) || 21 133 946 Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG[3] (EUR) || 40 396 Baġit totali (EUR) || 21 174 342 Kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR) || 12 704 605 VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI Proċedura 4. Fil-25 ta’ April 2014,
l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2014/006
FR/PSA fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha l-kriterji ta’
intervent stabbiliti fil-paragrafi minn 6 sa 8 hawn taħt ġew
issodisfati. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fi
żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni,
fis-7 ta’ Mejju 2014 u talbet informazzjoni addizzjonali mingħand
l-awtoritajiet Franċiżi fil-jum ta’ wara
(it-8 ta’ Mejju 2014). Din l-informazzjoni addizzjonali
ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba.
L-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta li
fiha l-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha
tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’
kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fil-11 ta’ Settembru 2014. Eliġibbiltà tal-applikazzjoni L-intrapriżi u l-benefiċjarji
kkonċernati 5. L-applikazzjoni
tikkonċerna 6 120 ħaddiem li ngħataw is-sensja f’PSA.
L-intrapriża topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt
id-diviżjoni 29 ta’ NACE Rev. 2 ('Manifattura ta' vetturi
bil-mutur, trejlers u semitrejlers'). Is-sensji jirrigwardaw prinċipalment
l-impjant ta' Aulnay (li ngħalaq) fir-reġjun tal-livell NUTS[4]2 tal-Ile de France
(FR10) u l-impjant ta' Rennes (fejn twettqet il-biċċa l-kbira
tas-sensji) fil-Bretanja (FR52). Kriterji ta’ intervent 6. L-awtoritajiet
Franċiżi ssottomettew l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent
tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li
tal-inqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja jew li titwaqqaf
l-attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’
referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi
l-ħaddiema li jingħataw is-sensja fost il-fornituri u l-produtturi
fl-istadju aħħari tal-produzzjoni tagħha. 7. Il-perjodu
ta’ referenza ta’ erba’ xhur huwa mill-1 ta’ Ottubru 2013
sal-31 ta’ Jannar 2014. 8. L-applikazzjoni
tikkonċerna 1 989 ħaddiem li ngħataw is-sensja[5] f’PSA matul il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Kalkolu tas-sensji u tal-waqfiet
tal-attività 9. It-total ta' 1 989
sensja ġie kkalkolat mid-data tan-notifika individwali tal-impjegatur dwar
it-tkeċċija jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-impjieg
tal-ħaddiem. Benefiċjarji eliġibbli 10. Minbarra l-1 989
ħaddiem li diġà ssemmew, il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu
4 131 ħaddiem li ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu
ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Dawn il-ħaddiema ngħataw is-sensja wara
t-tħabbira ġenerali tas-sensji mbassra
fil-25 ta’ Lulju 2012. Tista’ tiġi stabbilita rabta
kawżali ċara mal-avveniment li wassal għas-sensji matul
il-perjodu ta’ referenza. 11. Għaldaqstant, in-numru
totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 6 120. Rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali
ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni 12. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet
kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, Franza tikkwota
"L'industrie Automobile Francaise, Analyse et statistiques 2013[6]", u targumenta li
bejn is-snin 2000 u 2012, il-produzzjoni dinjija tal-vetturi żdiedet b’25
miljun unità jew 44 %. Minkejja l-effetti tal-kriżi finanzjarja u
ekonomika globali, it-tkabbir tal-produzzjoni fil-livell globali ssokta (u
għadu għaddej) b'aktar minn 3 % fis-sena. 13. Fi ħdan dan it-tkabbir
kontinwu, tfaċċaw inugwaljanzi kbar bejn il-pajjiżi fejn
il-produzzjoni tal-vetturi bil-mutur ilha li ġiet stabbilita, u
l-produtturi aktar reċenti. Għalhekk, matul l-istess perjodu
(mill-2000 sal-2012), il-produzzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika naqset bi
11 %, dik fl-Ewropa tal-Punent b’25 % u dik fil-Ġappun bi
2 %. Fl-istess waqt, il-produzzjoni fil-Korea t’Isfel, iċ-Ċina,
it-Turkija, l-Indoneżja, l-Iran, il-Malasja, it-Tajlandja u l-Amerika
t’Isfel kibret b’mod sinifikanti u issa tikkostitwixxi 47 %
tal-produzzjoni dinjija tal-vetturi ('il fuq minn 15 % fl-2000). Skont
l-istatistika tal-OICA[7],
l-UE-27 immanifatturat 16,2 miljun vettura fl-2013, minn total dinji ta’ 87,3
miljuni (18,54 %), inqas mis-17,1 miljun vettura mmanifatturati mill-UE-15
fis-sena 2000, minn total dinji ta’ 58,3 miljuni (29,41 %). 14. "L'industrie Automobile
Francaise, Analyse et statistiques 2013" tiddikjara wkoll li,
min-naħa tad-domanda, l-UE issa saret suq matur bi tkabbir relattivament
bil-mod, filwaqt li s-sehem tal-pajjiżi BRIC fid-domanda dinjija totali żdied
minn 8,4 % fl-2000 għal 33,5 % fl-2010. Il-manifatturi
bbażati fl-UE mhumiex f’pożizzjoni tajba biex jibbenefikaw minn dan
it-tkabbir fid-domanda. Anki fi ħdan l-UE, il-manifatturi ta’ pajjiżi
terzi qegħdin jieħdu sehem dejjem akbar mis-suq. 15. Sal-lum, is-settur tal-karozzi
kien is-suġġett ta’ 21 applikazzjoni tal-FEG, li 12 minnhom huma
bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 9 fuq
il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Avvenimenti li wasslu għas-sensji u
l-waqfien tal-attivitajiet 16. L-avvenimenti li wasslu
għas-sensji fil-PSA huma telf li jammonta għal
EUR 560 miljun fi ħdan il-grupp fl-2012, minħabba tnaqqis
fid-domanda, pressjoni tal-prezzijiet u s-sospensjoni f’Marzu 2012
tal-attivitajiet ta' PSA fl-Iran (dan minħabba sanzjonijiet
internazzjonali u tal-UE). Fl-2011, il-bejgħ fl-Iran kien jammonta
għal 12 % tal-bejgħ globali, u għalhekk dan l-avveniment
kellu impatt negattiv sinifikanti fuq il-grupp. It-terremot u t-tsunami
fil-Grigal tal-Ġappun f’Marzu 2011 ġab miegħu wkoll xi
diffikultajiet ta’ provvista għall-inputs għal xi vetturi diżil
tal-Grupp. 17. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Grupp
tal-2009, biex itejjeb il-prestazzjoni u jikseb il-kompetittività, kien segwit
fl-2012 minn pjan komplementari mmirat lejn it-tnaqqis fl-ispejjeż,
inkluża t-tkeċċija tal-persunal. 18. L-impjant tal-produzzjoni
f’Aulnay (l-Ile de France) se jingħalaq għal kollox fl-2014, filwaqt
li f’Rennes (il-Bretanja), it-tnaqqis tal-persunal qed iseħħ flimkien
ma’ investimenti ġodda. F'impjanti oħra, il-kumpanija talbet
għal sensji volontarji. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-ekonomija u l-impjieg lokali, reġjonali jew nazzjonali 19. Is-sensji għandhom impatt
negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali u reġjonali fiż-żoni
milquta. Bi ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi relevanti, il-kumpanija
wettqet studji tal-impatt reġjonali għaż-żoni madwar
l-impjanti ta' Aulnay u Rennes. Fil-komun tiegħu, l-impjant ta' Aulnay
kien it-tmien l-akbar impjegatur, u s-sensji jnaqqsu l-għadd ta’ persuni
impjegati fiż-żona bi 13,6 %. It-tnaqqis huwa inqas qawwi
f'Rennes, iżda għandu jiġi nnutat li din iż-żona
diġà ntlaqtet minn tnaqqis ekonomiku ġenerali, li wassal biex
l-għadd ta’ persuni qiegħda fil-Bretanja b'mod ġenerali
jirdoppja f'dawn l-aħħar ħames snin. 20. Il-liġi
Franċiża tistipula li l-kumpanija li tat is-sensji, jekk tissodisfa
ċerti kriterji minimi, trid twettaq sensiela ta’ miżuri biex
tiżgura li n-nisġa ekonomika tar-reġjuni milquta terġa'
tieħu l-ħajja bl-għajnuna tagħha. Fis-27 ta' Settembru 2013
ġie ffirmat pjan għal dan l-għan bejn l-Istat Franċiż
u Peugeot Citroën Automobiles (PSA). Għaldaqstant, pereżempju,
il-kumpanija qed tittama li tattira impjegaturi ġodda għas-siti li
qed tiżvojtja, bl-għan li l-ħaddiema preċedenti tagħha
jsibu impjiegi ġodda hemmhekk. Qed tgħin ukoll lill-ħaddiema
biex ibiddlu r-residenza tagħhom sabiex jaċċettaw offerti ta’
xogħol f’impjanti ta’ produzzjoni oħra tal-PSA jew ma’ impjegaturi
oħra. Qed tipprovdi fondi għall-iżvilupp lokali u reġjonali
tan-negozju, kif ukoll qed tipprovdi taħriġ u parir espert dwar
in-negozju. Barra minn hekk, hu previst xi appoġġ
għall-fornituri tagħha. Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet
proposti Benefiċjarji fil-mira 21. It-tqassim tal-ħaddiema
fil-mira skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif
ġej: Kategorija || Għadd ta' benefiċjarji fil-mira Sess: || Irġiel: || 1 896 || (80,44 %) || Nisa: || 461 || (19,56 %) Nazzjonalità: || Ċittadini tal-UE: || 2 135 || (90,58 %) || Mhux ċittadini tal-UE: || 222 || (9,42 %) Grupp ta’ età: || bejn 15 u 24 sena: || 2 || (0,08 %) || bejn 25 u 29 sena: || 47 || (1,99 %) || bejn 30 u 54 sena: || 921 || (39,08 %) || bejn 55 u 64 sena: || 1 387 || (58,85 %) || iktar minn 64 sena: || 0 || (0,00 %) 22. L-għadd stmat ta’
ħaddiema li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa ta'
2 357. Eliġibbiltà tal-azzjonijiet
proposti 23. Is-servizzi
personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw
is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin. –
Ċentru ta’ akkoljenza u għajnuna
individwali: L-awtoritajiet Franċiżi se
jkunu responsabbli għal 23 "espaces de mobilite et de developpement
professionnel (EMDP)" u żewġ "poles de mobilite
professionnel (PMP)" f’Aulnay u f'Rennes. Dawn iċ-ċentri se
jiggwidaw u jagħtu pariri lill-ħaddiema u jgħinuhom
bil-pjanijiet ta’ karriera tagħhom. Il-funzjoni tagħhom hija li
jagħtu konsulenza lill-ħaddiema, jipprovdulhom l-għażliet
disponibbli u jippreparawhom bil-ħiliet meħtieġa
għat-tiftitx tax-xogħol. Dawn iċ-ċentri huma ggwidati minn
struttura globali li tiżgura li dawn jiffunzjonaw b’mod ikkoordinat. Se
tiġi żviluppata websajt interna, b’diversi testi ta’ referenza, kif
ukoll fatti u ċifri. –
Esperti esterni u konsulenti biex jiggwidaw lill-ħaddiema fil-pjanijiet speċifiċi
tagħhom. –
Sessjonijiet ta' ħidma tematiċi, eż. kif titħejja CV, tekniki tal-intervisti, eċċ. –
Informazzjoni regolari
għall-ħaddiema miċ-ċentri ta’ akkoljenza u mill-assistenti
(websajts u mezzi oħra). –
Spejjeż tat-taħriġ: Bl-għajnuna tal-parir riċevut, il-ħaddiema se jaqblu
dwar il-perkors tat-taħriġ biex jiksbu l-pjanijiet individwali
tal-karriera tagħhom u jibdew dan it-taħriġ. –
Allowances għat-taħriġ: Dawn l-allowances ("allocations dans le cadre du conge de
reclassement") jitħallsu biss mill-kumpanija li tat is-sensji
għall-ewwel erba’ xhur u huma parti mill-applikazzjoni għall-FEG
għax-xhur ta’ wara (mill-ħames xahar sa total ta’ 12-il xahar).
Il-Kummissjoni vverifikat li dawn l-allowances jibqgħu fi ħdan
il-limitu ta’ 35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat
ta’ servizzi personalizzati, kif speċifikat fl-Artikolu 7(1)
tar-Regolament tal-FEG. –
Għotjiet għall-ħolqien ta’
negozju: Il-ħaddiem eliġibbli jista'
jagħżel il-parir, it-taħriġ u l-gwida rilevanti, segwit
minn bidu ta' negozju, jew hu/hi jista'/tista' jibda/tibda n-negozju
mingħajr aktar pariri u gwida, jekk diġà jeżisti pjan u
l-ħaddiem ikun imħejji biżżejjed. L-għotjiet
jitħallsu mal-preżentazzjoni tad-dokumenti rilevanti li juru
l-ispejjeż tal-ħolqien ta’ negozju. –
L-awtoritajiet Franċiżi jippjanaw ukoll
li jagħtu self mingħajr imgħax għall-ħolqien ta’
negozji ġodda. Għal sostenn possibbli ma’ dan, huma jistgħu
jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-Faċilità Ewropea ta’
Mikrofinanzjament. 24. L-azzjonijiet
proposti, deskritti hawnhekk, jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti
fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jiħdux
post il-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali. 25. L-awtoritajiet
Franċiżi pprovdew l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet
li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz
tal-liġi nazzjonali jew skont l-arranġamenti kollettivi. Huma
kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se tieħu post
azzjonijiet bħal dawn. Baġit stmat 26. L-ispejjeż totali stmati
huma ta’ EUR 21 174 342, li jinkludu nefqa għal servizzi
personalizzati ta’ EUR 21 133 946 u nefqa għal attivitajiet
preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u
rapportar ta’ EUR 40 396. 27. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 12 704 605
(60 % tal-ispejjeż totali). Fit-tabella ta'
hawn taħt, l-ispiża stmata għal kull ħaddiem ġiet
imqarrba sal-eqreb Euro sħiħ. Azzjonijiet || Numru stmat ta’ parteċipanti || Spiża stmata għal kull parteċipant (f’EUR) || Spejjeż totali stmati (f’EUR) Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG) Iċ-ċentru ta' akkoljenza u t-trattament tal-fajls (structures d'accueil et traitement des dossiers) || 2 357 || 461 || 1 086 275 Esperti esterni u konsulenti (cabinets de conseil) || 2 041 || 982 || 2 003 278 Sessjonijiet ta' ħidma tematiċi (ateliers thematiques) || 148 || 243 || 35 925 Informazzjoni regolari tal-ħaddiema (information des salaries) || 2 357 || 11 || 26 600 Spejjeż tat-taħriġ (depenses des formations) || 1 075 || 3 129 || 3 363 675 Għotjiet għall-ħolqien ta' negozju (aides a la creation d'entreprises -- primes) || 1 120 || 6 448 || 7 221 312 Subtotal (a): || – || 13 737 065 (65 %) Allowances u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG) Allowances għat-taħriġ || 1 075 || 6 881 || 7 396 881 Subtotal(b): || – || 7 396 881 (35 %) Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament FEG 1. Attivitajiet preparatorji || – || 0 2. Ġestjoni || – || 10 396 3. Informazzjoni u pubbliċità || – || 0 4. Kontroll u rapportar || – || 30 000 Subtotal (c): || – || 40 396 (0,19 % ) Spejjeż totali (a + b + c): || – || 21 174 342 Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali) || – || 12 704 605 28. L-ispejjeż
tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet
skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux
il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi
personalizzati. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li dawn
l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji
fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew taħriġ. 29. L-awtoritajiet
Franċiżi kkonfermaw li l-ispejjeż tal-investimenti
għall-impjieg indipendenti, il-bidu ta’ negozji u l-akkwiżizzjoni
minn impjegati mhumiex se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull
benefiċjarju. Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa 30. L-awtoritajiet
Franċiżi bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati
lill-benefiċjarji fil-mira fit-3 ta’ Ġunju 2013.
Għaldaqstant, in-nefqa fuq l-azzjonijiet imsemmija fil-punt 24
għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG
mit-3 ta’ Ġunju 2013 sal-25 ta’ April 2016. 31. L-awtoritajiet
Franċiżi bdew iġarrbu n-nefqa amministrattiva biex jimplimentaw
il-FEG fit-2 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, in-nefqa
għal attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u
pubbliċità, kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli
għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG
mit-2 ta’ Jannar 2014 sal-25 ta’ Ottubru 2016. Komplementarjetà ma’ azzjonijiet
iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni 32. Is-sorsi ta’ prefinanzjament
jew ta’ kofinanzjament nazzjonali ma ġewx ikkomunikati mill-awtoritajiet
Franċiżi la fl-applikazzjoni tagħhom u lanqas bi tweġiba
għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni. 33. L-awtoritajiet
Franċiżi ddikjaraw li, minbarra l-miżuri li l-intrapriża li
tat is-sensji hi obbligata li tipprovdi għall-ħaddiema bħala
riżultat tal-obbligi ġuridiċi jew tal-ftehimiet kollettivi,
l-uniċi miżuri oħra favur il-ħaddiema li ngħataw
is-sensja se jkunu dawk ipprovduti bl-appoġġ tal-FEG. Huma żiedu
l-informazzjoni dwar id-diversi azzjonijiet li qiegħda twettaq
l-intrapriża li tat is-sensji sabiex tgħin fir-rivitalizzazzjoni
industrijali tar-reġjuni milquta. Proċeduri għall-konsultazzjoni
tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew
l-imsieħba soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali 34. L-awtoritajiet
Franċiżi indikaw li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati
tfassal b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira
u mal-imsieħba soċjali. Bejn it-12 ta' Lulju 2012 u
Diċembru 2013 saru bosta laqgħat bejn il-maniġment ta' PSA
u rappreżentanti tat-trejdjunjins u l-kunsilli tax-xogħol f’diversi
livelli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex jissalvagwardjaw
l-impjiegi. Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll 35. L-applikazzjoni tinkludi
deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika
r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Franza nnotifikat lill-Kummissjoni li
l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mid-Délégation générale à l’emploi
et à la formation professionnelle (DGEFP, id-Delegazzjoni Ġenerali
għall-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali) tal-Ministeru
tax-Xoghol, l-Impjiegi u s-Saħħa. Il-pagamenti se jkunu ġestiti
mill-Mission des Affaires Financieres (MAFI -- Missjoni għal Kwistjonijiet
Finanzjarji) fi ħdan is-Subdirettorat għall-Finanzi u
l-Modernizzazzjoni tal-istess Ministeru. Iċ-ċertifikazzjoni se
tiġi pprovduta mill-Pôle de Certification (iċ-Ċentru
taċ-Ċertifikazzjoni) tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi
f'Nantes. Impenji pprovduti mill-Istat Membru
kkonċernat 36. L-awtoritajiet
Franċiżi pprovdew il-garanziji kollha meħtieġa rigward dawn
li ġejjin: –
il-prinċipji ta’ ugwaljanza tat-trattament u
n-nondiskriminazzjoni ser jiġu rrispettati fl-aċċess
għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom; –
ir-rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi
ġew irrispettati; –
l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu
appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra
tal-Unjoni u se jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju; –
l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari
mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; –
il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se
tikkonforma mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar
l-għajnuna mill-Istat. Billi PSA ssoktat bl-attivitajiet
tagħha wara li tat is-sensji, l-awtoritajiet Franċiżi
żguraw ukoll lill-Kummissjoni li hija rrispettat l-obbligi
ġuridiċi tagħha li jirregolaw l-għoti tas-sensji u
pprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dan. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Proposta baġitarja 37. Il-FEG ma għandux
jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[8]. 38. Wara li eżaminat
l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset in-numru ta’
benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati,
il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat il-FEG għall-ammont ta’
EUR 12 704 605, li jirrappreżenta 60 %
tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta
kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni. 39. Id-deċiżjoni proposta
biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b’mod konġunt
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja,
dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja
tajba[9]. Atti relatati 40. Filwaqt li tippreżenta
din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat
il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta’
EUR 12 704 605 fl-intestatura baġitarja rilevanti. 41. Filwaqt li tadotta din
il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG,
il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja,
permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ
fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw
id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina
baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar
ġestjoni finanzjarja tajba
(applikazzjoni EGF/2014/006 FR/PSA) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE)
Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[10],
u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura stabbilita fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni
f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[11], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex
jipprovdi appoġġ lil ħaddiema li jingħataw is-sensja u
persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba
bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba
l-globalizzazzjoni, b'riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u
ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009[12], jew minħabba
kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida u biex jassistihom
fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-FEG ma għandux
jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014-2020[13]. (3) Franza ssottomettiet
applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji[14] f’Peugeot Citroën
Automobiles fi Franza, fil-25 ta’ April 2014 u ssupplimentatha
b’informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8.3 tar-Regolament
(UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti
għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit
fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. (4) Għaldaqstant, il-FEG
għandu jiġi mmobilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni
finanzjarja li tammonta għal EUR 12 704 605
għall-applikazzjoni ssottomessa minn Franza, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-FEG għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 12 704 605
f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u pagament. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [3] Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7
tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. [4] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE)
Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’
klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika
(NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi
għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012,
p. 34). [5] Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
tal-FEG. [6] http://www.ccfa.fr/IMG/pdf/ccfa_ra2012_fr_web-2.pdf [7] http://www.oica.net/category/production-statistics/ [8] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [9] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [10] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [11] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [12] ĠU L 167, 29.6.2009, p.26. [13] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [14] Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
tal-FEG.