EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0518

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

/* COM/2014/0518 final - 2014/0238 (NLE) */

52014PC0518

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu /* COM/2014/0518 final - 2014/0238 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tinnegozja, f’isem l-Unjoni Ewropea, it-tiġdid tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1981, u Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata magħhom. Wara dawn in-negozjati, fil-25 ta’ April 2014 in-negozjaturi inizjalaw abbozz ta’ Ftehim ġdid u abbozz ta’ Protokoll. Il-Ftehim il-ġdid iħassar u jieħu post il-Ftehim eżistenti u jkopri perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu u jiġġedded b’mod taċitu. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu stipulata fl-Artikolu 12 tiegħu, jiġifieri mid-data meta l-Partijiet jiffirmawh.–

L-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat, li jqis il-prijoritajiet tal-politika komuni tas-sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha, bil-għan li tinħoloq sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal fil-qasam tas-sajd.

L-għan tal-Protokoll huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tas-Senegal filwaqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, b’mod speċjali dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), u skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni, li saret minn esperti esterni, dwar jekk għandhomx jiġu konklużi Ftehim ġdid u Protokoll. L-għan huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal sabiex jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

-           28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;

-           8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief;

-           2 bastimenti tat-tkarkir (li jintużaw għas-sajd għall-merluzz l-iswed, li huwa speċi ta’ ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond).

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed tipproponi li, bil-kunsens tal-Parlament, il-Kunsill jadotta Deċiżjoni li twassal għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim il-ġdid u ta’ dan il-Protokoll il-ġdid.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati fil-kuntest tal-valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jintlaħaq ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal. Saru konsultazzjonijiet ukoll mal-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ħareġ li jkun ta’ benefiċċju li jiġġedded il-Ftehim dwar is-Sajd mar-Repubblika tas-Senegal u li jiġi konkluż Protokoll tas-Sajd magħha.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proċedura qed tinbeda b’mod parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll ma’ dawk marbutin mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali hija ta’ EUR 1 808 000 għall-ewwel sena, ta’ EUR 1 738 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’ EUR 1 668 000 għall-ħames sena, abbażi ta’:

a) tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata għat-tonn u ammont awtorizzat ta’ qbid ta’ 2 000 tunnellata għall-merluzz l-iswed, u l-ammonti marbutin ma’ dan l-aċċess huma ta’ EUR 1 058 000 għall-ewwel sena, ta’ EUR 988 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’ EUR 918 000 għall-ħames sena; u

b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tas-Senegal li jammonta għal EUR 750 000 fis-sena. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd u b’mod partikulari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika tas-Senegal fir-rigward tal-appoġġ għar-riċerka xjentifika, għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali u għas-sajd fuq skala żgħira, fosthom għar-riabilitazzjoni ta’ ekosistemi li jkunu ġew iddegradati sabiex l-istokkijiet ta’ ħut li jkun għadu qed jikber ikunu jistgħu jirkupraw.

2014/0238 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u (7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

(1)       L-Unjoni ffirmat Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli mas-Senegal li jkopri perjodu ta’ ħames snin u jiġġedded b’mod taċitu u Protokoll ta’ Implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim li wkoll ikopri perjodu ta’ ħames snin, biex tagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li jaqgħu fis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Senegal f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd.

(2)       Dan il-Ftehim u dan il-Protokoll ġew iffirmati fil-[…] skont id-Deċiżjoni 2014/…/UE[2] u japplikaw fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom.

(3)       Il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu approvati f’isem l-Unjoni.

(4)       Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li jkun inkarigat mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, skont il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċertu emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tapprovahom permezz ta’ proċedura ssimplifikata, b’ċertu kundizzjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) b’dan huma approvati f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim u dak tal-Protokoll huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Annessi I u II rispettivament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuni li għandhom is-setgħa jagħmlu n-notifiki previsti fl-Artikolu 16 tal-Ftehim u fl-Artikolu 13 tal-Protokoll rispettivament, f’isem l-Unjoni, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim u bil-Protokoll tiegħu.

Artikolu 3

Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ikun adotta.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU C , , p. .

[2]               ĠU L , , p. .

Anness I

FTEHIM

ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

R-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL, minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-Senegal”,

minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u s-Senegal, speċjalment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar u l-Ftehim tal-1995 dwar l-Istokkijiet ta’ Ħut Transżonali,

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħudin mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Mġiba dwar is-Sajd Responsabbli li ġie adottat mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) fl-1995,

DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta’ sajd responsabbli biex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-konservazzjoni fit-tul tagħhom,

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tissejjes fuq il-kumplimentarjetà tal-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqin kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet billi jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sinerġija tal-isforzi,

DEĊIŻI, għall-finijiet ta’ kooperazzjoni bħal din, li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu d-djalogu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd tas-Senegal billi jinvolvu lill-operaturi tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikulari lill-industrija tas-sajd,

ĦERQANA biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal, minn naħa waħda, u li jirregolaw l-appoġġ mogħti mill-Unjoni għall-iżvilupp tas-sajd sostenibbli f’dawk l-ilmijiet, min-naħa l-oħra;

DEĊIŻI li jikkooperaw mill-qrib mil-lat ekonomiku fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha billi jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji miż-żewġ Partijiet,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1 – Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

a)      “l-awtoritajiet tas-Senegal” tfisser il-Ministeru tar-Repubblika tas-Senegal li huwa responsabbli għall-qasam tas-sajd;

b)      “l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

c)      “attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;

d)      “bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment jew dgħajsa oħra użata għas-sajd jew mgħammra biex tintuża għal hekk, jew li tkun ta’ tip li s-soltu jintuża għal hekk skont il-liġijiet tas-Senegal;

e)      “bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE u li huwa rreġistrat fl-Unjoni;

f)       “ilmijiet tas-Senegal” tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tas-Senegal;

g)      “Ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu;

h)      “forza maġġuri” tfisser avvenimenti li jseħħu f’daqqa waħda, li ma jistgħux jiġu previsti u li ma jistgħux jiġu evitati, li jistgħu jipperikolaw jew jipprevjenu l-attivitajiet normali tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal.

Artikolu 2 - Is-suġġett

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

(a) il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli;

(b) il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-għan li jiġi promoss is-sajd sostenibbli fl-ilmijiet tas-Senegal u li jiġi żviluppat is-settur tas-sajd tas-Senegal;

(c) il-kooperazzjoni dwar il-metodi ta’ kontroll tas-sajd fl-ilmijiet tas-Senegal sabiex jiġu żgurati l-konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

Artikolu 3 – Prinċipji

1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet tas-Senegal skont il-Kodiċi ta’ Mġiba dwar is-Sajd Responsabbli tal-FAO.

2. Is-Senegal jintrabat li ma joffrix kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk previsti f’dan il-Ftehim lil partijiet minn flotot barranin oħrajn li jkun hemm fl-ilmijiet tiegħu li l-bastimenti tagħhom ikollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk imsemmija f’dan il-Ftehim u li jkunu qed jistadu għall-istess speċijiet.

3. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.

4. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont skont il-prinċipji tal-amministrazzjoni ekonomika u soċjali t-tajba, u b’mod li titħares il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd.

5. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali fuq il-post tax-xogħol tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan għandu x’jaqsam l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u mal-professjoni.

6. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4 – Aċċess għall-ilmijiet tas-Senegal

7. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim u ma jistgħu jwettqu l-ebda attività oħra tas-sajd li mhix fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

8. L-awtoritajiet tas-Senegal jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim biss u dawn il-bastimenti ma tista’ tinħarġilhom l-ebda awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b’mod partikulari fil-forma ta’ liċenzji privati.

Artikolu 5 – Il-liġi applikabbli u implimentazzjoni

9. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti f’dan il-Ftehim, l-attivitajiet tas-sajd regolati minn dan il-Ftehim għandhom jaqgħu taħt il-liġijiet tas-Senegal.

10. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni bi kwalunkwe emenda fil-liġijiet li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet għandhom japplikaw għal dawn il-bastimenti mis-sittin jum minn meta l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika.

11. Is-Senegal jintrabat li jieħu l-passi x-xierqa kollha biex jiżgura li l-miżuri ta’ kontroll tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim jiġu applikati b’mod effettiv. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-Senegal li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dawn il-kontrolli.

12. L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-leġiżlazzjoni tas-Senegal rilevanti.

13. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tas-Senegal bi kwalunkwe emenda fil-liġijiet li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6 – Kontribuzzjoni finanzjarja

14. Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lis-Senegal sabiex:

(a) tiffinanzja parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal, irrispettivament mill-parti mill-ispejjeż tal-aċċess li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti;

(b) issaħħaħ il-kapaċità tas-Senegal li jfassal u jimplimenta politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali.

15. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha tkun separata mill-ħlasijiet marbutin mal-ispejjeż tal-aċċess. Din tiddependi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal skont il-proċeduri previsti fil-Protokoll ta’ dan l-Ftehim u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni u tiġi stabbilita abbażi ta’ dan.

16. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni jista’ jinbidel fil-każijiet li ġejjin:

(c) f’każ ta’ forza maġġuri;

(d) f’każ ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’mod partikulari huma u jiġu applikati miżuri ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, li jitqiesu bħala meħtieġa għall-konservazzjoni u għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(e) f’każ ta’ żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jekk il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(f) f’każ ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali, meta r-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati mill-Partijiet jiġġustifikaw dan;

(g) f’każ li dan il-Ftehim jiġi sospiż skont l-Artikolu 13 tiegħu;

(h) f’każ li dan il-Ftehim jintemm skont l-Artikolu 14 tiegħu.

Artikolu 7 – Kumitat Konġunt

17. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tas-Senegal, li jkollu r-responsabbiltà jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jadotta emendi għall-Protokoll, għall-Anness u għall-Appendiċi.

18. Sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq b’mod partikulari dan li ġej:

(i) għandu jimmonitorja t-twettiq ta’ dan il-Ftehim u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu u, b’mod partikulari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;

(j) għandu jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(k) iservi ta’ forum sabiex jissolvew b’mod amikevoli l-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

19. Ir-rwol ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jikkonsisti fl-approvazzjoni tal-emendi għall-Protokoll ta’ dan il-Ftehim u għall-Anness u l-Appendiċi tiegħu li għandhom x’jaqsmu ma’ dan li ġej:

(l) ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u b’hekk tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;

(m) il-proċeduri tal-appoġġ settorjali;

(n) il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens u għandhom jitniżżlu f’anness mal-minuti tal-laqgħa.

20. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd.

21. Dan il-Kumitat għandu jiltaqa’ tal-inqas darba f’sena, sena fis-Senegal u s-sena ta’ wara fl-Unjoni, jew f’post ieħor magħżul bi ftehim reċiproku, u għandu jkun presedut mill-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Dan għandu jiltaqa’ b’mod straordinarju fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Artikolu 8 - Kooperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

Il-Partijiet jintrabtu li jikkollaboraw mill-qrib fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat sabiex ikun hemm sajd responsabbli u sostenibbli.

Artikolu 9 – Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza

22. Il-Partijiet se jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza sabiex ikun żgurat monitoraġġ aħjar tal-qagħda tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fl-ilmijiet tas-Senegal.

23. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, l-iktar fi ħdan grupp ta’ ħidma konġunta xjentifika, kif ukoll fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bil-għan li jsaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Oċean Atlantiku, u li jikkooperaw b’rabta mar-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 10 – Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet professjonali tas-sajd, is-settur privat u s-soċjetà ċivili

24. Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ekonomika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi marbutin miegħu. Huma jistgħu jikkonsultaw bejniethom sabiex jiffaċilitaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti li jistgħu jiġu previsti għal dan il-għan.

25. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

26. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment. Meta jkun xieraq, huma għandhom jippromwovu t-twaqqif ta’ kumpaniji konġunti.

Artikolu 11 – Iż-żona ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet previsti f’dak it-Trattat, minn naħa waħda, u għas-Senegal, min-naħa l-oħra.

Artikolu 12 - It-tul ta’ żmien

Dan il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta’ ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ u għandu jiġġedded b’mod taċitu sakemm ma jintemmx skont l-Artikolu 14.

Artikolu 13 - Sospensjoni

27. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet li ġejjin:

(o) f’każ ta’ forza maġġuri;

(p) f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew l-implimentazzjoni tiegħu;

(q) f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim minn waħda mill-Partijiet, b’mod partikulari tal-Artikolu 3(3) dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

28. Għandha tintbagħat notifika bil-miktub dwar is-sospensjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal in-notifika tas-sospensjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jibqgħu għaddejjin anki wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa’ jibda jiġi implimentat mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 14 – Terminazzjoni

29. Dan il-Ftehim jista’ jintemm b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet li ġejjin:

(r) f’każ ta’ forza maġġuri;

(s) f’każ ta’ degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli disponibbli;

(t) f’każ ta’ nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni;

(u) f’każ ta’ ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

30. Għandha tintbagħat notifika bil-miktub dwar it-terminazzjoni tal-Ftehim lill-Parti l-oħra u t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom hekk kif tasal in-notifika tat-terminazzjoni sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni fi żmien sitt xhur. Jekk tinstab soluzzjoni amikevoli għal din is-sitwazzjoni, il-Ftehim jerġa’ jibda jiġi implimentat mingħajr dewmien u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 15 – Tħassir

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Senegal u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd lil hinn mill-kosta tas-Senegal li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1981 b’dan qed jitħassar.

Artikolu 16 – Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim qed jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat. bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.

Dan jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Artikolu 17 – Applikazzjoni provviżorja

L-iffirmar ta’ dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Anness II Protokoll

PROTOKOLL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal

Artikolu 1 Il-kamp ta’ applikazzjoni

31. Qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni:

–  għall-ispeċijiet tal-ħut li jpassi ħafna (imniżżlin fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar), ħlief għall-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT):

(a)  28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża;

(b) 8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief;

–   għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond:

(c)  2 bastimenti tat-tkarkir.

Dan il-paragrafu għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

32. L-opportunitajiet tas-sajd deskritti fl-ewwel paragrafu għandhom x’jaqsmu biss maż-żoni tas-sajd tas-Senegal li l-koordinati ġeografiċi tagħhom huma mogħtija fl-Anness.

Artikolu 2 It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ il-Protokoll, jew minn meta dan jibda jiġi applikat b’mod provviżorju.

Artikolu 3 Kontribuzzjoni finanzjarja

33. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2, il-valur totali stmat tal-Protokoll huwa ta’ EUR 13 930 000. Dan l-ammont huwa mqassam kif ġej:

33.1. EUR 8 690 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, li għandhom jiġu allokati kif ġej:

(2) ammont annwali ta’ EUR 1 058 000 għall-ewwel sena, ta’ EUR 988 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’ EUR 918 000 għall-ħames sena bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għar-riżorsi, inkluż ammont ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna;

(3) ammont speċifiku ta’ EUR 750 000 fis-sena għal ħames snin bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tas-Senegal;

33.2. EUR 5 240 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin huwa u jiġi applikat l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fil-punt 3 tal-Kapitolu II.

34. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim.

35. Is-Senegal għandu jiżgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tiegħu sabiex tkun żgurata ġestjoni xierqa tat-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 1.1(1) għall-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna u tal-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet ta’ ħut tal-qiegħ imniżżlin fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness ta’ dan il-Protokoll, filwaqt li jqis il-qagħda tal-istokkijiet u kwalunkwe ammont żejjed disponibbli. Huwa u jwettaq dan il-monitoraġġ, is-Senegal għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Unjoni hekk kif il-livell ta’ qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu jinsabu fiż-żoni tas-sajd tiegħu jilħaq it-80% tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew it-80% tal-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha.

36. Malli l-livell ta’ qabdiet jilħaq it-80% tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew it-80% tal-qabdiet totali permissibbli stabbiliti għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ, is-Senegal għandu jiżgura l-monitoraġġ ta’ kull xahar tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu jseħħ kuljum ladarba tiġi implimentata s-sistema ta’ rappurtar elettroniku msemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Unjoni malli jintlaħaq il-livell tat-tunnellaġġ ta’ referenza jew tal-qabdiet totali permissibbli msemmi hawn fuq. Malli tirċievi din in-notifika, l-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri tagħha biha wkoll.

37. Jekk il-kwantità annwali tal-ispeċijiet ta’ ħut li jpassi ħafna maqbudin mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-Senegal taqbeż il-livell annwali tat-tunnellaġġ ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1.1(1), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b’55 Euro għall-ewwel sena, b’50 Euro għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u b’45 Euro għall-ħames sena għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.

38. Il-qabdiet totali permissibbli għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ imniżżlin fl-iskeda teknika korrispondenti mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness ta’ dan il-Protokoll jikkorrispondu għall-ammont massimu tal-qabdiet ta’ dawn l-ispeċijiet awtorizzati. Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet ta’ dawn l-ispeċijiet taqbeż il-limitu permissibbli, l-imposta mniżżla fl-iskeda teknika li s-sidien tal-bastimenti biss iridu jħallsu għandha tiżdied b’50% għall-qabdiet li jaqbżu l-limitu.

39. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 1.1(1). Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ dan l-ammont, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

40. L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1) għall-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għar-riżorsi tas-sajd tas-Senegal sa mhux aktar tard minn disgħin (90) jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta’ wara.

41. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(1) għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku tas-Senegal. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.1(2) u maħsuba għall-appoġġ settorjali għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd Marittimu f’kont tad-depożitu miftuħ fil-kotba tat-Teżor Pubbliku. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jgħarrfu kull sena lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet tal-bank rilevanti.

Artikolu 4 Appoġġ settorjali

42. Sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew, fejn ikun applikabbli, wara li jibda japplika b’mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali kif ukoll fuq il-proċeduri ta’ implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikulari fuq dan li ġej:

(2) il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1.1)(2);

(3) il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet imsemmija mis-Senegal fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħrajn marbutin mal-istabbiliment ta’ sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd artiġjanali u tas-sorveljanza, tal-kontroll u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tas-Senegal fis-settur tas-sajd;

(4) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji.

43. Il-Kumitat Konġunt għandu jidentifika l-għanijiet u għandu jagħmel valutazzjoni tal-impatt li l-proġetti mistennija jkollhom sabiex japprova l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali min-naħa tas-Senegal.

44. Kull sena, is-Senegal għandu jibgħat rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt, fil-forma ta’ rapport annwali tar-riżultati miksubin. Is-Senegal għandu jagħmel ukoll rapport finali qabel ma jiskadi l-Protokoll.

45. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir f’serje ta’ ħlasijiet parzjali, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni. L-Unjoni tista’ tissospendi parti mill-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(1.1)(2) ta’ dan il-Protokoll, jew tissospendih kollu kemm hu, fil-każijiet li ġejjin:

45.1. meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt iwettaq evalwazzjoni;

45.2. f’każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax skont il-programmazzjoni maqbula.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim bejniethom, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 4 jiġġustifikawh. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(1.1)(2) ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt (6) xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

46. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali.

Artikolu 5 Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza

47. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, fil-livell tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, il-kooperazzjoni b’ rabta mas-sajd responsabbli. Il-Partijiet jintrabtu li jħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u li jqisu l-pariri xjentifiċi ta’ organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti oħrajn bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF).

48. Il-Partijiet jintrabtu li jlaqqgħu b’mod regolari u meta jkun hemm bżonn il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta sabiex jeżamina kull kwistjoni xjentifika li għandha x’taqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta.

49. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, bħal dak tas-CECAF u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri biex tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Artikolu 6 Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

50. Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u l-opinjonijiet tas-CECAF jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut imsemmija f’dan il-Protokoll u suġġetti għal validazzjoni mill-grupp ta’ ħidma xjentifika.

51. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(1.1)(1) għandha tiġi riveduta b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Unjoni ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 3(1.1)(1).

Artikolu 7 Opportunitajiet ġodda tas-sajd u sajd sperimentali

52. F’każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex tinħareġ awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, jemenda dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

53. L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attivitajiet ġodda tas-sajd għandha tinħareġ filwaqt li jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi u, fejn ikun xieraq, abbażi tar-riżultati ta’ kampanji xjentifiċi vvalidati mill-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta.

54. Wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt jista’ jawtorizza kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq talba tas-Senegal, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-kundizzjonijiet li jkun stabbilixxa l-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta.

Artikolu 8 Sospensjoni

L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 13 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Artikolu 9 Terminazzjoni

Dan il-Protokoll jista’ jintemm b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Artikolu 10 Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji

55. Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

56. Il-verżjoni elettronika ta’ kwalunkwe dokument f’kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

57. Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b’mod awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom.

Artikolu 11 Il-kunfidenzjalità tad-dejta

58. Is-Senegal u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li jittrattaw f’kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.

59. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd l-oħrajn. Id-dejta li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tas-sorveljanza.

Artikolu 12 Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju minn meta ż-żewġ Partijiet jiffirmawh.

Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

ANNESS TAL-PROTOKOLL

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAS-SENEGAL

Kapitolu I – Dispożizzjonijiet ġenerali

60. Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika tas-Senegal (is-Senegal) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

- għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn ikun applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fis-Senegal;

- għar-Repubblika tas-Senegal: il-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi.

61. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta’ dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet tas-Senegal.

62. Żoni tas-sajd

Iż-żoni tas-sajd tas-Senegal huma l-partijiet mill-ilmijiet tas-Senegal li fihom is-Senegal jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 5.1 tal-Ftehim.

62.1. Il-koordinati ġeografiċi taż-żoni tas-sajd tas-Senegal u tal-linji ta’ bażi huma mogħtija fl-Appendiċi 4 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

62.2. Bl-istess mod, iż-żoni li fihom ma jistax isir sajd skont il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ, bħall-parks nazzjonali, iż-żoni protetti tal-baħar u ż-żoni ta’ trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir huma mogħtija fl-Appendiċi 4 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

62.3. Is-Senegal għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinati taż-żoni tas-sajd u taż-żoni pprojbiti meta joħorġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

62.4. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla f’dawn iż-żoni tal-inqas xahrejn qabel ma din tibda tapplika.

63. Perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont dan il-Protokoll għandhom iħarsu kwalunkwe perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal.

64. Ħatra ta’ destinatarju

Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrasbordah f’port tas-Senegal għandu jiġi rrappreżentat minn destinatarju li jkun residenti fis-Senegal.

65. Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti

Qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll, is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE bid-dettalji tal-kont tat-Teżor pubbliku li fih għandhom jiġu ddepożitati l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-UE għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Sidien il-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż marbutin ma’ dawn it-trasferimenti bankarji.

66. Kuntatti

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, kif ukoll dawk tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) tas-Senegal huma mogħtija fl-Appendiċi 7.

Kapitolu II – Awtorizzazjonijiet tas-sajd

1.         Prerekwiżiti biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd – il-bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u li jkunu ntlaħqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fis-Senegal skont il-Ftehim.

2.         Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

67. L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom iressqu, b’mod elettroniku, talba għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Ftehim, lill-Ministeru għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, u jibagħtu kopja tagħha lid-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal, mill-inqas għoxrin (20) jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub. L-awtoritajiet kompetenti tal-UE se jibagħtu t-talbiet oriġinali direttament lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM) permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.

68. It-talbiet għandhom jintbagħtu lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fuq formoli mfasslin skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 1.

69. Kull talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

– prova li tħallas l-avvanz b’rata fissa għall-perjodu tal-validità tagħha;

– ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, meħud mill-ġenb.

70. Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tal-imposta.

3.         Imposta b’rata fissa/avvanzi

71. L-ammont tal-imposta għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ huwa mniżżel fl-iskeda teknika mogħtija fl-Appendiċi 2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li l-avvanz indikat f’din l-iskeda teknika jkun tħallas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

72. L-imposta għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief, f’Euro għal kull tunnellata ta’ ħut maqbuda fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, għandha tkun kif ġej:

EUR 55 għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni;

EUR 60 għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni;

EUR 65 għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni;

EUR 70 għall-ħames sena ta’ applikazzjoni.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-imposti b’rata fissa li ġejjin:

-         għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:

-           EUR 13 750 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 250 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 15 000 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 250 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 16 250 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 250 tunnellata fis-sena għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 17 500 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 250 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-        għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief:

-           EUR 8 250 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 9 000 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 9 750 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

-           EUR 10 500 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

73. L-ammont tal-imposta b’rata fissa jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.

74. Meta l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun ta’ inqas minn sena, b’mod partikulari minħabba perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-ammont tal-imposta b’rata fissa għandu jiġi adattat b’mod proporzjonat għall-perjodu ta’ validità mitlub.

4.         Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu

75. Ladarba jirċievi t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-paragrafi 2.2 u 2.3, is-Senegal għandu jistabbilixxi, fi żmien ħamest ijiem, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu.

76. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.

77. L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqin, is-Senegal jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu u jibgħat kopja lill-UE.

78. Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati jistadu hekk kif jitniżżlu fil-lista provviżorja. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom.

79. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal mid-Direttorat tas-Sajd Marittimu fi żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 2.3.

80. Fl-istess ħin, sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-possibbiltà tal-bastimenti li jistadu fiż-żona, għandha tintbagħat kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti b’mezzi elettroniċi. Din il-kopja tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja se titqies bħala ekwivalenti għall-oriġinal.

81. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr ħsara għall-punti 4 u 6 ta’ din it-Taqsima.

5.         Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

82. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita.

83. Madankollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, b’mod partikulari f’każ ta’ telf ta’ bastiment jew ta’ nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas imposta ġdida.

84. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.

85. Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Senegal.

86. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.         Perjodu ta’ validità tal-liċenzja

87. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief jinħarġu għal perjodu ta’ sena. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ tliet xhur.

88. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

89. Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd:

– “perjodu ta’ sena” għandha tfisser, matul l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa; u fl-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data meta jiskadi l-Protokoll;

– “perjodu ta’ tliet xhur” għandha tfisser, meta jidħol fis-seħħ il-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u d-data meta jibda l-perjodu ta’ tliet xhur ta’ wara, li dejjem jibda fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April, fl-1 ta’ Lulju u fl-1 ta’ Ottubru; wara, kull perjodu sħiħ ta’ tliet xhur; u fi tmiem l-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn tmiem l-aħħar perjodu sħiħ ta’ tliet xhur u d-data meta jiskadi l-Protokoll.

7.         Bastimenti ta’ appoġġ

90. Fuq talba tal-UE, is-Senegal għandu jawtorizza l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ.

91. It-tali appoġġ la jista jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trasbord tal-qabdiet.

92. Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd.

93. Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-Kapitolu II, safejn din tkun tapplika għalihom.

94. Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.

Kapitolu III – Miżuri tekniċi

Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd, marbutin maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u mal-qabdiet inċidentali, huma ddefiniti fl-iskeda teknika mogħtija fl-Appendiċi 2.

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT.

Kapitolu IV – Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza

Taqsima 1: Skema tar-rappurtar tal-qabdiet

1.         Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

95. Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3a u 3b ta’ dan l-Anness.

96. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tas-Senegal.

97. Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll meta ma jinqabad xejn minnha.

98. Jekk ikun il-każ, fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb ukoll kuljum il-kwantitajiet ta’ kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali.

99. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

100. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.         Rappurtar tal-qabdiet

101. Il-kaptan għandu jirrapporta l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lis-Senegal il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal.

102. Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta’ din it-Taqsima, il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

i. meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tas-Senegal, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tas-Senegal, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument;

        ii.  meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żoni tas-sajd tas-Senegal mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tas-Senegal, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat:

(a) bil-posta elettronika, fil-forma ta’ dokument skennjat, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mis-Senegal. Is-Senegal għandu jikkonferma minnufih li rċieva dan id-dokument permezz ta’ tweġiba mibgħuta bil-posta elettronika;

jew, f’każijiet eċċezzjonali:

(b) permezz ta’ feks, lin-numru mogħti mis-Senegal; jew

(c) permezz ta’ ittra mibgħuta bil-posta lis-Senegal fi żmien 14-il jum mill-wasla fil-port, u f’kull każ fi żmien 45 jum mill-ħruġ miż-żona tas-Senegal.

103. Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lill-UE. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

(i)      l-IRD (l-“Institut de recherche pour le développement”);

(ii)     l-IEO (l-“Instituto Español de Oceanografía”); jew

(iii)    l-INIAP (l-“Instituto Nacional de Investigaçao Agrária y das Pescas”); kif ukoll liċ-ċentru li ġej:

(v)     il-CRODT (“Centre de Recherche Océanographique de Dakar Thiaroye”).

104. Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tas-Senegal fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal rappurtar ġdid tal-qabdiet.

105. F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, is-Senegal jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qabdiet li jkun nieqes u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, is-Senegal jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

106. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

3.         Rappurtar kull tliet xhur tal-qabdiet fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir

Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 4 ta’ din it-Taqsima, il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, bil-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tat-tkarkir fil-perjodu ta’ tliet xhur ta’ qabel, billi tuża l-mudell mogħti fl-Appendiċi 3c ta’ dan l-Anness.

4.         Tranżizzjoni għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS)

Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiżguraw it-tranżizzjoni għal sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ddefiniti fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li jiddefinixxu l-proċeduri komuni sabiex din it-tranżizzjoni tkun tista’ sseħħ malajr kemm jista’ jkun. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE hekk kif jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni. Ġie maqbul perjodu ta’ xahrejn mid-data meta tintbagħat din l-informazzjoni sabiex matulu ssir kompletament operattiva.

5.         Kalkolu tal-imposti għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn

107. Dikjarazzjoni annwali

107.1. Għandha tintbagħat dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet ibbażata fuq il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd u fuq l-informazzjoni mogħtija mill-kaptan lill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq għall-validazzjoni.

107.2. Ladarba tiġi vvalidata, din id-dikjarazzjoni tintbagħat lid-Direttorat tas-Sajd Marittimu, lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd u lis-CRODT għall-verifika.

107.3. Is-Senegal jgħarraf malajr lill-UE bir-riżultat ta’ din il-verifika.

107.4. L-UE se tikkuntattja lill-istituti xjentifiċi tagħha jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki, u mbagħad tgħaddi dawn il-kjarifiki lis-Senegal. Dawn in-notifiki għandhom isiru b’mezzi elettroniċi.

107.5. Jekk ikun hemm bżonn, jiltaqa’ wkoll il-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta.

107.6. Jistgħu jinbdew aktar diskussjonijiet dwar il-proċess ta’ verifika jekk ikun hemm bżonn u, f’każ ta’ bżonn, tista’ ssir laqgħa wkoll li fiha jieħdu sehem l-istituti xjentifiċi kollha.

108. Kalkolu finali

108.1. Abbażi tar-rappurtar tal-qabdiet tiegħu kkonfermat miċ-ċentru u mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn, l-UE għandha tistabbilixxi kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

108.2. L-UE għandha tibgħat dan il-kalkolu finali lis-Senegal u lil sid il-bastiment qabel il-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet.

108.3. Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b’rata fissa prevista mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lis-Senegal qabel it-30 ta’ Awwissu tas-sena li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.

Taqsima 2: Dħul fl-ilmijiet tas-Senegal u ħruġ minnhom

1.           Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal, tal-inqas sitt (6) sigħat bil-quddiem, li huma jkun beħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet tas-Senegal jew joħorġu minnhom.

2.           Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul tagħhom fl-ilmijiet tas-Senegal jew il-ħruġ tagħhom minnhom, il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-qabdiet li diġà jkollhom maqbudin u miżmumin abbord, identifikati bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 6. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika jew permezz ta’ feks fl-indirizzi mogħtija fl-Appendiċi 7.

3.           Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tas-Senegal għandu jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd u għalhekk jistgħu jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali.

4.           L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Taqsima 3: Trasbord u ħatt l-art

109. Il-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom iħottu l-art il-ħut li jkunu qabdu fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal fil-port ta’ Dakar u jistgħu jbigħuhom lill-intrapriżi lokali bi prezzijiet tas-suq internazzjonali ddefiniti abbażi ta’ negozjati bejn l-operaturi.

110. Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jopera fl-ilmijiet tas-Senegal fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll li jagħmel operazzjoni ta’ trasbord fl-ilmijiet tas-Senegal għandu jagħmel dan fil-port ta’ Dakar, bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tas-Senegal.

111. Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti li jħottu l-ħut l-art jew jittrasbordawh, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal tal-inqas 72 siegħa bil-quddiem, it-tagħrif li ġej:

111.1. isem il-bastimenti tas-sajd li se jħottu l-ħut l-art jew jittrasbordawh;

111.2. isem il-bastimenti tal-merkanzija jew isem il-port tal-ħatt l-art;

111.3. it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jiġi ttrasbordat jew li jkun se jinħatt l-art;

111.4. il-jum tat-trasbord jew tal-ħatt l-art;

111.5. id-destinazzjoni tal-qabdiet li jkunu se jiġu ttrasbordati jew li jkunu se jinħattu l-art.

112. It-trasbord u l-ħatt l-art jitqiesu bħala ħruġ mill-ilmijiet tas-Senegal. Il-bastimenti għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Senegal ir-rapporti dwar il-qabdiet tagħhom u javżawhom jekk humiex beħsiebhom ikomplu jistadu fl-ilmijiet tas-Senegal, jew jekk humiex beħsiebhom joħorġu minnhom.

113. Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasbord jew ta’ ħatt l-art ta’ qabdiet li mhix imsemmija fil-punti t’hawn fuq hija pprojbita fl-ilmijiet tas-Senegal. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni jistgħu jsirulha s-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti tas-Senegal li jkunu fis-seħħ.

Taqsima 4: Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)

1.         Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

114. Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull sagħtejn, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

115. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni:

i.       għandu jinkludi:

(d) l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(e) il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99%;

(f) id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(g) il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa;

ii.      għandu jiġi kkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 5 ta’ dan l-Anness.

116. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-Senegal għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-Senegal, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

117. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.         Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

118. Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

119. F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien xahar. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal.

120. Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta’ feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha mniżżla fil-paragrafu 1.2(i) ta’ din it-Taqsima.

3.         Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal

121. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tas-Senegal. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

122. It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tas-Senegal għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

123. Iċ-ĊMS tas-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE minnufih b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żoni tas-sajd tas-Senegal.

4.         Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

124. Is-Senegal għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli.

125. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

126. Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ.

5.         Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

127. Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, is-Senegal jista’ jistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull siegħa għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni.

128. Is-Senegal għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE.

129. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lis-Senegal skont il-frekwenza mnaqqsa.

130. Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, is-Senegal għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.

6.         Validità tal-messaġġ tal-VMS f’każ ta’ tilwim

Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS biss għandha titqies bħala awtentika f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet.

Taqsima 5: Osservaturi

131. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

131.1. Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

131.2. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).

132. Bastimenti u osservaturi magħżulin

132.1. Meta joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bil-bastimenti li fuqhom ikun irid jittella’ abbord osservatur, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment.

132.2. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE u lil sid il-bastiment li fuqu jkun irid jittella’ abbord osservatur, jew lid-destinatarju tiegħu, b’isem l-osservatur magħżul għal dak il-bastiment sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark. Is-Senegal għandu jgħarraf minnufih lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lid-destinatarju tiegħu, bi kwalunkwe bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.

132.3. Is-Senegal għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jtellgħu abbord osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk tas-Senegal.

132.4. Għall-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond, iż-żmien tal-osservatur abbord ma jistax jaqbeż xahrejn. L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

133. Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa

133.1. Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta annwali, is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta’ EUR 400 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi.

133.2. Meta jibagħtu l-ħlas tal-imposta ta’ kull tliet xhur, sidien il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jibagħtu wkoll somma fissa ta’ EUR 100 għal kull bastiment lid-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd għall-funzjonament tajjeb tal-programm tal-osservaturi.

134. Il-paga tal-osservatur

Is-Senegal għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.

135. Il-kundizzjonijiet tal-imbark

135.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju tiegħu u s-Senegal.

135.2. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

135.3. Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.

135.4. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

135.5. L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikulari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu.

136. L-obbligi tal-osservatur

136.1. Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

136.2. jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

136.3. jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

136.4. jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.

137. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur

137.1. L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul minn sid il-bastiment.

137.2. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lis-Senegal, b’perjodu ta’ notifika ta’ għaxart ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.

137.3. Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu.

137.4. Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tas-Senegal, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn is-Senegal mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.

138. Kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

138.1. josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

138.2. jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd tiegħu;

138.3. jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programm xjentifiku;

138.4. jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

138.5. jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal u li jkunu rrappurtati fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;

138.6. jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet mormija lura l-baħar;

138.7. jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, b’feks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, inkluż il-kwantità ta’ qabdiet ewlenin u inċidentali abbord.

139. Ir-rapport tal-osservatur

139.1. Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

139.2. L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lis-Senegal, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-iżbark tal-osservatur.

Taqsima 6: Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port

140. Spezzjoni fuq il-baħar

140.1. L-ispezzjoni fuq il-baħar, fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tas-Senegal li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

140.2. Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tas-Senegal għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

140.3. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

140.4. Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-UE tieħu sehem fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur.

140.5. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tas-Senegal u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.

140.6. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tas-Senegal għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

140.7. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment. Is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni.

141. Spezzjoni fil-port

141.1. L-ispezzjoni fil-port ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jħottu l-art jew jittrasbordaw, fl-ilmijiet ta’ port tas-Senegal, qabdiet li huma jkunu għamlu fiż-żona tas-Senegal, għandha ssir minn spetturi awtorizzati.

141.2. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tas-Senegal għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment, fuq il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u fuq il-merkanzija.

141.3. Is-Senegal jista’ jawtorizza lill-UE tieħu sehem fl-ispezzjoni fil-port bħala osservatur.

141.4. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jiffaċilita xogħol l-ispetturi tas-Senegal.

141.5. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jfassal rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

141.6. Malli tintemm l-ispezzjoni, l-ispettur tas-Senegal għandu jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni. Is-Senegal għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni.

Taqsima 7: Ksur tar-regoli

142. Trattament tal-ksur

142.1. Kull ksur imwettaq minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mill-aktar fis possibbli.

142.2. L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur.

143. Detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni

143.1. Meta l-leġiżlazzjoni tas-Senegal li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn il-port ta’ Dakar, f’każ li jkun qed ibaħħar.

143.2. Is-Senegal għandu jinnotifika lill-UE fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Din in-notifika għandu jkollha magħha evidenza dokumentata tal-ksur allegat.

143.3. Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, is-Senegal għandu jorganizza, fuq talba tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

144. Pieni għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

144.1. Is-Senegal għandu jistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ.

144.2. Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn is-Senegal u l-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

144.3. Rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-UE jistgħu jieħdu sehem f’din il-proċedura ta’ kompromess.

145. Proċeduri legali - Garanzija bankarja

145.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mis-Senegal, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mis-Senegal, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali.

145.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:

– a) kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

– b) skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

145.3. Is-Senegal għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċeduri legali fi żmien tmint ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

146. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

Taqsima 8: Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU)

147. L-għan

Bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza tas-sajd fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom javżaw bil-preżenza ta’ kull bastiment fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal li ma jkunx fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fis-Senegal mogħtija mis-Senegal.

148. Il-proċedura

2.1. Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-UE josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jista’ jiġbor l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli dwar din l-osservazzjoni.

148.1. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih u fl-istess ħin lill-awtoritajiet tas-Senegal u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni li din tkun għażlet.

148.2. Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Senegal.

149. Reċiproċità

Is-Senegal għandu jibgħat lill-UE, mill-aktar fis possibbli, kull rapport ta’ osservazzjoni li jkollu fil-pussess tiegħu dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żoni tas-sajd tas-Senegal.

Kapitolu V – Imbark tal-baħrin

1.           Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom jimpjegaw ċittadini mill-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

-        għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, mill-inqas 20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP;

-        għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief, mill-inqas 20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP;

-        għall-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond, mill-inqas 20% tal-baħrin li jittellgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Senegal għandhom ikunu ġejjin mis-Senegal jew possibbilment minn pajjiż AKP.

2.           Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal.

3.           Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan għandu x’jaqsam l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.

4.           Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal u mill-pajjiżi AKP, li kopja tagħhom għandha tintbagħat lill-firmatarji tagħhom u lill-Aġenzija nazzjonali tal-Affarijiet Marittimi, għandhom jiġu stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin, il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti.

5.           Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin m’għandhomx ikunu agħar minn dawk tal-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fi kwalunkwe każ, m’għandhomx ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO.

6.           Kull baħri impjegat mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dan il-baħri abbord.

Appendiċijiet

1 – Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2 – L-iskeda teknika

3 – Mudelli tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u tar-rappurtar tal-qabdiet

4 – Koordinati ġeografiċi taż-żoni tas-sajd

5 – Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lis-Senegal – format tad-dejta tal-VMS - rapport dwar il-pożizzjoni

6 – Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS)

7 – Id-dettalji ta’ kuntatt tas-Senegal

Appendiċi 1

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA U S-SENEGAL

TALBA GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

I- L-APPLIKANT

1.     Isem sid il-bastiment: ...................................................Nazzjonalità: ........................................................................

2.     Indirizz ta’ sid il-bastiment: ........................................................................................................................

3.     Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant ta’ sid il-bastiment: .....................................................................

3.     Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant ta’ sid il-bastiment: ................................................................

4.     Numru tat-telefown:...................................................   Numru tal-feks: ................................... Indirizz tal-posta elettronika: ……………

5.     Isem il-kaptan: ......................................... Nazzjonalità: ................. Indirizz tal-posta elettronika: …………………………

II- IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU

1.     Isem il-bastiment: ...............................................................................................................................................

2.     Pajjiż tal-bandiera: .......................................................................................................................

3.     Numru tar-reġistrazzjoni estern: …………....................................................................................

4.     Port tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI: ………….……Numru tal-OMI:…….…….…

5.     Id-data li fiha nkisbet il-bandiera attwali: ........../........./.............. Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm): ………...

6.     Sena u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi…………........ Sinjal tas-sejħa bir-radju: ...............................

7.     Frekwenza tas-sejħa bir-radju: ………….............. Numru tat-telefown bis-satellita: ……………..…………...……

8.     Tip ta’ buq:   tal-azzar ¨           tal-injam ¨       tal-poliester ¨       ta’ materjal ieħor ¨ …………………………….

III- KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U TAT-TAGĦMIR

1.     It-tul totali: ..................................................  Il-wisa’: ....................................... Il-fundar tal-baħar:….

2.     Tunnellaġġ gross (mogħti f’TG): ..................................            Tunnellaġġ nett: ……………….……………

3.     Qawwa tal-magna ewlenija f’KW: .......................Ditta: .................................           Tip: ….....................

4.     Tip ta’ bastiment: ¨ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni ¨Bastiment tas-sajd bil-qasab u x-xlief   ¨Bastiment tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond

5.     Irkaptu tas-sajd: ......................................

6.     Żoni tas-sajd: ………………………………………  

7.     Speċijiet fil-mira: ……………………………….

8.     Port magħżul għall-ħatt l-art: ………………………………….………………………

9.     Għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord: ....................................................................................................................

10.   Metodu ta’ konservazzjoni abbord:      Żamma għall-frisk ¨         Żamma fil-friġġ ¨       Metodu mħallat ¨  Żamma fil-friża ¨

11.   Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati): .................Kapaċità tal-istivi: ............... Għadd: .....

12.        Transponder tal-VMS:

            Manifattur: …………………… Mudell: ………………….  Numru tas-serje: …………………

            Verżjoni tas-softwer: ...........................................................  Operatur tas-satellita: ………………..

Jien, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f’din it-talba huwa veru u ġenwin.

           

Magħmul fi ..............................................., il-......................................

Firma tal-applikant ...................................................................

Appendiċi 2

L-iskeda teknika għall-ispeċijiet tal-ħut li jgħix f’baħar fond

(1) Speċijiet fil-mira:

L-ispeċijiet fil-mira huma l-ispeċijiet tal-merluzz l-iswed imsejħin Merluccius senegalensis u Merluccius polli. (2) Żona tas-sajd:

Iż-żona tas-sajd awtorizzata hija ddefinita kif ġej[1]: a) fil-Punent tal-lonġitudni 016° 53' 42" W bejn il-fruntiera tas-Senegal mal-Mawritanja u l-latitudni 15° 40' 00" N; b) lil hinn minn 15-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza ta’ bejn il-latitudni 15° 40' 00" N u l-latitudni 15° 15' 00" N; c) lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja ta’ referenza tal-latitudni 15° 15' 00" N sal-latitudni 15° 00' 00" N; d) lil hinn minn 8 mili nawtiċi mil-linji ta’ referenza tal-latitudni 15° 00' 00" N sal-latitudni 14° 32' 30" N; e) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 30' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 32' 30" N u l-latitudni 14° 04' 00" N; f) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 22' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-latitudni 14° 04' 00" N u l-fruntiera tat-Tramuntana tas-Senegal mal-Gambja; g) fil-Punent tal-lonġitudni 017° 35' 00" W, fiż-żona ta’ bejn il-fruntiera tan-Nofsinhar tas-Senegal mal-Gambja u l-latitudni 12° 33' 00" N; h) fin-Nofsinhar tal-ażimut 137° impenġi mill-punt P9 (li jinsab fi 12° 33' 00" N u 017° 35' 00'' W) sal-intersezzjoni mal-ażimut 220° impenġi minn Cabo Roxo, sabiex jitqies il-ftehim ta’ ġestjoni u kooperazzjoni bejn is-Senegal u l-Ginea Bissaw.

(3) Irkaptu awtorizzat:

Xbieki tat-tkarkir konvenzjonali tal-qiegħ jew xbieki tat-tkarkir għall-merluzz, b’daqs minimu tal-malji ta’ 70 mm. L-użu ta’ kwalunkwe mezz jew tagħmir ieħor li jimblokka l-malji tax-xbieki jew li jnaqqas l-azzjoni selettiva tagħhom huwa pprojbit. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbieki jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu biss sottovesti ta’ protezzjoni magħmulin mix-xibka jew minn materjal ieħor taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta' quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki tat-tkarkir, jista’ jintuża apparat ta’ protezzjoni biss jekk dan ikun magħmul minn biċċa waħda tax-xibka biss, magħmula mill-istess materjal tal-manka, li l-malji tagħha jkunu tal-anqas ta’ 300 mm meta d-drapp ikun stirat. Mhux permess l-irduppjar tal-ħajt sempliċi jew immaljat tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir.

(4) Qabdiet inċidentali[2]:

7% ta’ ċefalopodi, 7% ta’ krustaċji u 15% ta’ speċijiet oħrajn ta’ ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond. Il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu kkalkulati fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, skont il-piż totali tal-qabda, skont ir-regolamenti tas-Senegal. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħażna u l-bejgħ tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes kollu jew parti minnu li huwa protett minn miżuri ta’ protezzjoni meħudin fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar, kif ukoll fil-qafas ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd kompetenti – b’mod partikulari tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), tat-tawru seta (Carcharhinus falciformis), tal-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), tal-pixxiplamtu (Lamna nasus), tal-pixxivolpi t’għajnu kbira (Alopias superciliosus), tal-ixkatlu komuni (Squatina squatina), tal-manta ġganta (Manta birostris) u tal-ispeċijiet tal-familja tal-kurazza komuni (Sphyrnidae). Meta bi żball jinqabdu speċijiet tal-ħut qarmuċ tas-sottoklassi Chondrichthyes li ma jistgħux jinżammu abbord, m’għandhiex issirilhom ħsara. Il-ħut minn dawn l-ispeċijiet maqbud għandu jintefa’ lura l-baħar minnufih.

(5) Qabdiet totali permissibbli/Imposti:

Ammont ta’ qabdiet awtorizzat: || 2 000 tunnellata fis-sena

Imposta: || EUR 90 għal kull tunnellata

L-imposta għandha tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dak il-perjodu. Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta’ EUR 500 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tal-imposta u li għandu jitħallas fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

– Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || 2 bastimenti

– Tip ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || Bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ li jgħix f’baħar fond

– Imbark ta’ baħrin li jkunu ġejjin mis-Senegal jew minn pajjiżi AKP oħrajn || 20% tal-ekwipaġġ

– Perjodu annwali ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi || Mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju[3]

Appendiċi 3a

Speċijiet tal-ħut li jpassi ħafna: ġurnal ta’ abbord tas-sajd – mudell stabbilit mill-ICCAT ||

|| || Konz Lixka ħajja Purse seine Xibka tat-tkarkir Irkaptu ieħor ||

||

|| || || || || || || || || || ||

Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross:          …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || ||

Pajjiż tal-bandiera:         ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (f’TM): ……………………………………………........ || || || || || || ||

||

Numru tar-reġistrazzjoni:   ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || ||

Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ:         ….…………………………………………………........................ || || || || || || || ||

Indirizz: ………………………………………………………………………….... || Data tar-rapport: ………………………………………………...... || || ||

|| (Awtur tar-rapport):       ………………………………………………................................. || Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: || || Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: || || Numru tas-sajda: || ||

||

||

|| ||

Data || Żona || Temperatura ta’ wiċċ il-baħar (fi °C) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Capturas (Qabdiet) || Isco usado na pesca (Lixka użata) ||

Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonn isfar Thunnus albacares || (Tonn obeż) Thunnus Obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Qabdiet imħalltin) || Ammont totali ta’ kuljum (il-piż f’kg biss) || Kastardella || Klamari || Lixka ħajja || (Lixka oħra) ||

|| || || || || || Għadd || Il-piż f’kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || Għadd || kg || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

IL-KWANTITAJIET LI NĦATTU L-ART (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Kummenti || || || || ||

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 2 - “Jum” tfisser il-jum li fih jintrama l-konz. || 4 - L-aħħar ringiela (il-kwantitajiet li nħattu l-art) m’għandhiex timtela qabel ma tintemm is-sajda. Għandu jingħata l-piż reali fil-mument tal-ħatt l-art. || ||

|| || 3 - Iż-żona tas-sajd tirreferi għall-pożizzjoni tal-bastiment. Agħti l-minuti sal-eqreb minuta sħiħa u indika l-grad tal-latitudni u tal-lonġitudni. Qis li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 5 - L-informazzjoni kollha mogħtija hawnhekk se tibqa’ strettament kunfidenzjali. || || ||

Appendiċi 3b Speċijiet tal-ħut li jgħix f’baħar fond: ġurnal ta’ abbord tas-sajd – mudell stabbilit mill-UE (l-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 404/2011)[4]

Numru......... || ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-SAJD TAL-UNJONI EWROPEA || Jum Xahar Siegħa Sena, 20-- , Tluq (4Ì 1-------1 1----------1 1---------1 minn 1-------------------------1 Ritorn (5) 1--------1 1---------1 1----------1 lejn 1 -------------------------1 Ħatt l-art (6) 1---------1 1----------1 1----------1        fi           1--------1

Isem il-bastiment(i) (1)                   Marki ta’ identifikazzjoni esterni (2) _______________________________            __________________________ Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)         (1) || Isem il-kaptan(i) (3)       --------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------1 Indirizz(i) 1----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------1

Irkaptu (8)               Daqs tal-malji (9)                        Daqs (10) 1------------------1         1-------------------1        1-----------------1 ||         F’każ ta’ trasbord (7)            Jum 1--------1              Xahar 1------------------1 1----------1 || Isem u sinjal tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)----------------------------- Marki ta’ identifikazzjoni esterni----------------------------------------------------------- Nazzjonalità tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jirċievi l-ħut---------------------------------------

Data (11) || Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd (12) || Ħin ta’ sajd (13) || Pożizzjoni (14) || Qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew fl-għadd ta’ unitajiet (15)²

|| || || Rettangolu statistiku || Żona tal-ICES/ tan-NAFO/ tas-CECAF/ tal-GFCM || Żona tas-sajd ta’ stati li mhumiex Stati Membri tal-UE || || || || || || || || || || || || Agħti l-piż tal-unità f’piż ħaj tal-ispeċi kkonċernata || Inizjali

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || ||

Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) Preżentazzjoni tal-ħut (17) Kwantità (19) || Żona tal-ICES/ tan-NAFO/ tas-CECAF/ tal-GFCM (22) || Żona tas-sajd ta’ stati li mhumiex Stati Membri tal-UE (22) || || || || || || || || || || || || Stima tal-ħut kollu mormi lura l-baħar (16)

Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art/tat-trasbord (*) / (18) f’kilogrammi jew fl-unità użata: daqs …………….. kilogrammi

|| || || || || || || || || || || || || Firma Kaptan/Aġent Π (20) Isem l-aġent u l-indirizz tiegħu (fejn applikabbli) (21) Isem l-aġent u l-indirizz tiegħu (fejn applikabbli) (21)

|| || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || ■ || || || ||

(*) Ħassar liema ma tapplikax skont il-bżonn.

Appendiċi 3c

Appendiċi 4

Koordinati ġeografiċi

Żoni tas-sajd u żoni li fihom ma jistax isir sajd fis-Senegal

Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, is-Senegal għandu jinnotifika l-koordinati taż-żoni tas-sajd tiegħu u l-koordinati taż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir u sajd.

Appendiċi 5

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIS-SENEGAL

FORMAT TAD-DEJTA TAL-VMS - RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Mingħand || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166)

Stat tal-bandiera || FS || O || Detall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru.

Numru tar-reġistrazzjoni estern: || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni || LT || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GG.ggg (WGS84)

Lonġitudni || LG || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GGG.ggg (WGS84)

Rotta || CO || O || Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad

Veloċità || SP || O || Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

It-trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1;

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ;

kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//);

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-dejta;

il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ;

l-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.

Appendiċi 6

Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS)

1. Dispożizzjonijiet ġenerali

(1) Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika, minn hawn ’il quddiem imsejħa “s-sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat dejta marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “dejta tal-ERS”, kull meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tas-Senegal.

(2) Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet tas-Senegal biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fihom.

(3) Id-dejta tal-ERS tintbagħat skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru għas-Sorveljanza tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ĊSS”) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni tad-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) tas-Senegal.

(4) L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jiżguraw li ċ-ĊSS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS fil-format XML u li dawn għandhom proċedura ta’ salvagwardja li kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f’forma li tista’ tinqara minn kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin.

(5) It-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”).

(6) L-Istat tal-bandiera u s-Senegal għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt.

(a) Il-korrispondenti tal-ERS għandhom jinħatru għal perjodu minimu ta’ sitt xhur.

(b) Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊSS tas-Senegal għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-feks u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom) qabel ma l-fornitur jibda jipproduċi s-sistemi ERS.

(c) Għandha ssir notifika minnufih dwar kull emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS.

2. Produzzjoni u trażmissjoni tad-dejta tal-ERS

(7) Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:

(a) jibagħtu d-dejta tal-ERS kuljum għal kull jum li jqattgħu fl-ilmijiet tas-Senegal;

(b) jirreġistraw, għal kull operazzjoni tas-sajd, il-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar;

(c) jiddikjaraw ukoll, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mis-Senegal, meta ma jinqabad xejn minn dik l-ispeċi;

(d) jidentifikaw kull speċi bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha;

(e) jagħtu l-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;

(f) jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew li nħattu l-art;

(g) jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, kull darba li jidħlu fl-ilmijiet tas-Senegal u kull darba li joħorġu minnhom (fil-messaġġ COE u fil-messaġġ COX rispettivament), messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa mis-Senegal, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ kull dħul/ħruġ;

(h) jibagħtu kuljum id-dejta tal-ERS liċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera, fil-format mogħti fil-punt (4) tal-paragrafu 1 t’hawn fuq, sa mhux aktar tard min-23:59 UTC.

(8) Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u mibgħuta.

(9) Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS liċ-ĊSS tas-Senegal.

(10) Iċ-ĊSS tas-Senegal għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.

3. Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera

(11) L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b’kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment jew b’xi nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera.

(12) L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lis-Senegal bin-nuqqas innutat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

(13) F’każ ta’ ħsara fis-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li s-sistema ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem. Jekk il-bastiment jidħol f’xi port matul dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, huwa ma jkunx jista’ jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tas-Senegal sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem b’mod perfett, ħlief jekk is-Senegal jagħtih awtorizzazzjoni biex jagħmel dan.

(a) Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma s-sistema ERS tiegħu tkun qed taħdem mill-ġdid, b’mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera tiegħu u lis-Senegal, jew

(b) sakemm ma jirċevix awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu. F’dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lis-Senegal bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq mill-port.

(14) Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet tas-Senegal b’sistema ERS difettuża għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard min-23:59 UTC, id-dejta kollha tal-ERS liċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊSS tas-Senegal.

(15) Id-dejta tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-Senegal permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊSS tas-Senegal miċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor elettroniku maqbul b’mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni.

(16) Jekk iċ-ĊSS tas-Senegal ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment għal tlett ijiem konsekuttivi, is-Senegal jista’ joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f’port magħżul mis-Senegal għall-investigazzjoni.

4. Nuqqas min-naħa taċ-ĊSS - Iċ-ĊSS tas-Senegal ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS

(17) Meta ĊSS ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊSS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu sabiex tiġi solvuta l-problema.

(18) Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊSS tas-Senegal għandhom jaqblu b’mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b’kull emenda fihom.

(19) Meta ċ-ĊSS tas-Senegal javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊSS tas-Senegal u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie nnutat in-nuqqas.

(20) Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊSS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li tkun nieqsa liċ-ĊSS tas-Senegal billi juża wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3.

(21) Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux miċ-ĊSS tas-Senegal bħala bastimenti li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊSS.

5. Manutenzjoni ta’ ĊSS

(22) ĊSS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta’ manutenzjoni taċ-ĊSS l-ieħor (programm ta’ manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-dejta tal-ERS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b’indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta’ żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊSS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.

(23) Matul l-operazzjoni ta’ manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista’ titpoġġa fi stat ta’ stennija sakemm is-sistema terġa’ ssir operattiva. Imbagħad, id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa’ titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’ manutenzjoni.

(24) Jekk l-operazzjoni ta’ manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊSS l-ieħor b’wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (5) tal-paragrafu 3.

(25) Is-Senegal għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS.

Appendiċi 7

ID-DETTALJI TA’ KUNTATT TAS-SENEGAL

1. Id-Direttorat tas-Sajd Marittimu (DPM)

Indirizz: Place du Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar

Indirizz tal-posta elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com

Numru tat-telefown: + 221 338230137

Numru tal-feks: + 221 338214758

2. Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd

Indirizz: Place du Tirailleur, 1 rue Joris, BP 289 Dakar

Indirizz tal-posta elettronika: infos@dpm.sn; cjpmanel@gmail.com

Numru tat-telefown: + 221 338230137

Numru tal-feks: + 221 338214758

3. Id-Direttorat għall-Protezzjoni u għas-Sorveljanza tas-Sajd (DPSP) u n-notifika ta’ dħul u ħruġ

Isem iċ-ĊSS (il-kodiċi tas-sejħa): Papa Sierra

Dettalji tar-radju:

            VHF: F1 l-istazzjon 16; F2 l-istazzjon 71

            HF: F1 5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ

Indirizz:

Indirizz tal-posta elettronika: crrsdpsp@gmail.com

Indirizz tal-posta elettronika (alternattiv): surpeche@hotmail.com

Numru tat-telefown: + 221 338602465

Numru tal-feks: + 221 338603119

4. Iċ-Ċentru ta’ riċerka oċeanografika ta’ Dakar Thiaroye (CRODT)

Indirizz: Pôle de Recherches de Hann Sis au Laboratoire National d'Elevage et de Recherches vétérinaires (PRH/LNERV)

BP 2241 Dakar

Indirizz tal-posta elettronika: massal.fall@gmail.com

Numru tat-telefown: + 221 773339289 / 776483936

Numru tal-feks: + 221 338328265

           

ANNESS III Kundizzjonijiet speċifiċi tal-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea biex tapprova ċerti emendi tal-Ftehim

1.           L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea biex tapprova l-emendi tal-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim isir bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Anness.

2.           L-emendi tal-Protokoll jikkonċernaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

a)      ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 6 u 7 tal-Protokoll;

b)      id-deċiżjonijiet dwar il-proċeduri tal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll;

c)      l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċedui li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Kumitat Konġunt skont l-Anness tal-Protokoll.

3.           Fi ħdan il-Kumitat Konġunt, l-Unjoni għandha:

a)      taġixxi skont l-għanijiet li hija ssegwi fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tas-sajd;

b)      tikkonforma mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd;

c)      tippromwovi pożizzjonijiet li huma kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

4.           Meta jkun previst li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi tal-Protokoll imsemmija fil-paragrafu 2 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li tintqal f’isem l-Unjoni tkun tqis id-dejta tal-istatistika, bijoloġika u dwar aspetti oħra l-iktar riċenti mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea.

Għal dan il-għan u abbażi ta’ din id-dejta, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibagħtu lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, biżżejjed żmien qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt rilevanti, dokument li jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “id-dokument ta’ tħejjija”), għall-analiżi u l-approvazzjoni tiegħu.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b’maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonax għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. F’każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.

Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

5.           Il-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

[1]               Fejn ikun xieraq, iż-żona tas-sajd tista’ tiġi ddefinita permezz ta’ koordinati li jistabbilixxu l-konfini tal-poligonu li fih huwa permess is-sajd. L-awtoritajiet tas-Senegal għandhom jibagħtu dawn il-koordinati lill-Kummissjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll.

[2]               Din id-dispożizzjoni se tiġi analizzata mill-ġdid sena wara li tibda tiġi applikata.

[3]               Il-perjodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, l-istess bħal miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni oħrajn, se jiġi evalwat sena wara li l-Protokoll jibda jiġi implimentat, u ’l quddiem jista’ jiġi adattat, fuq rakkomandazzjoni tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta, sabiex titqies il-qagħda tal-istokkijiet.

[4]               L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 jistabbilixxi l-istruzzjonijiet mogħtija lill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-UE biex iniżżlu l-informazzjoni meħtieġa fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

Top