This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0395
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING DECISION authorising Italy to apply, in determined geographical areas, reduced rates of taxation on gas oil and LPG used for heating purposes in accordance with Article 19 of Directive 2003/96/EC
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Italja tapplika, f'żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użat għal raġunijiet ta’ tisħin skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Italja tapplika, f'żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użat għal raġunijiet ta’ tisħin skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
/* COM/2014/0395 final - 2014/0200 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Italja tapplika, f'żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użat għal raġunijiet ta’ tisħin skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE /* COM/2014/0395 final - 2014/0200 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA ·
Ir-raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha It-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija
u l-elettriku fl-UE hija rregolata bid-Direttiva
tal-Kunsill 2003/96/KE ([1])
(minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Direttiva dwar it-Tassazzjoni
tal-Enerġija” jew id-“Direttiva”). Skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva,
flimkien mad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 15 u 17,
il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista'
jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jintroduċi iktar
eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazji tas-sisa għal kunsiderazzjonijiet
politiċi speċifiċi. L-għan ta' din il-proposta huwa li
tawtorizza lill-Italja biex tapplika, f’ċerti żoni partikolarment
żvantaġġati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-gażolju u
l-gass likwifikat miż-żejt (LPG) użati għal raġunijiet
ta’ tisħin biex parzjalment ipaċu l-ispejjeż għoljin
għat-tisħin tar-residenti f’dawk iż-żoni
ġeografiċi. L-ispejjeż tat-tisħin huma għolja jew
minħabba l-kundizzjonijiet severi ħafna tal-klima jew minħabba
l-kundizzjonjiet severi tal-klima jew insularità ta' dawn iż-żoni
flimkien ma' akkwist tal-fjuwil diffiċli. ·
Kuntest Ġenerali B’ittra ddatata
l-31 ta' Mejju 2012, l-awtoritajiet Taljani talbu
l-awtorizzazzjoni biex japplikaw, f’ċerti żoni ġeografiċi
partikolarment żvantaġġati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq
il-gażolju u l-LPG użati għal raġunijiet ta’ tisħin
permezz ta’ tiġdid tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/318/KE
tas-7 ta' April 2008 li tawtorizza lill-Italja biex tapplika,
fiż-żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’
tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użati għal raġunijiet
ta’ tisħin skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE ([2]). Din
id-Deċiżjoni tawtorizza lill-Italja biex
sal-31 ta’ Diċembru 2012, tapplika f’ċerti żoni
partikolarment żvantaġġati rati mnaqqsa ta' dazju tas-sisa fuq
il-fjuwil domestiku u l-LPG użati għat-tisħin. Barra minn hekk
l-awtoritajiet Taljani inkludew fit-talba tagħhom estensjoni tal-ambitu
tal-awtorizzazzjoni għall-muniċipalitajiet li huma parti minn
provinċji fejn aktar minn 70 % tal-muniċipalitajiet huma
kklassifikati fiż-żona klimatika F iżda fejn huma stess ma
jaqgħux fiż-żona klimatika F. Informazzjoni addizzjonali u
kjarifiki ġew ipprovduti mill-awtoritajiet Taljani fl-4 ta’ Diċembru 2012,
is-16 ta’ Lulju 2013,
il-31 ta’ Diċembru 2013,
it-22 ta’ Jannar 2014. B’ittra ddatata
d-19 ta’ Marzu 2014, l-awtoritajiet Taljani infurmaw
lill-Kummissjoni li huma qed jitolbu tiġdid tal-awtorizzazzjoni
mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/318/KE għal
perjodu ġdid ta’ sitt snin mingħajr ma jżidu mal-lista
l-muniċipalitajiet il-ġodda kif mitlub inizjalment. Biex tiġġustifika t-talba
tagħha għal deroga, l-Italja tiġbed l-attenzjoni
għad-diversità tat-territorju tagħha li għandu klima u kundizzjonijiet
ġeografiċi varjabbli. Il-livelli nazzjonali ta’ dazju tas-sisa fuq
il-gażolju u l-LPG użati għat-tisħin fl-Italja huma
relattivament għolja. Sabiex tevita piż żejjed fuq ċerti
konsumaturi partikolarment dipendenti fuq it-tisħin, l-Italja introduċiet
rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni f’ċerti partijiet tat-territorju tagħha
u tixtieq tkompli tapplika l-istess tnaqqis kif introdott fl-2006. It-tnaqqis
tat-taxxa jammonta għal EUR 129,11 kull 1 000 litru fil-każ
tal-gażolju (b’hekk ir-rata tat-taxxa applikabbli titniżżel
għal EUR 274,10 kull 1 000 litru) u ta’
EUR 159,07 kull 1 000 kg ta’ LPG (b’hekk ir-rata ta’ taxxa
applikabbli titniżżel għal EUR 30,87 kull
1 000 kg). Ir-rati ta’ taxxa applikabbli huma ogħla mill-livelli
minimi tat-tassazzjoni stipulati fid-Direttiva. It-tnaqqis tat-taxxa huwa applikabbli
f’żoni ġeografiċi li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: Skont l-Artikolu 8(10) tal-Liġi
Taljana Nru 448/1998, il-vantaġġ japplika għal provvisti
tal-fjuwils inkwistjoni (il-gażolju u l-LPG) użati f’muniċipalitajiet: ·
klassifikati fiż-żona klimatika F,
kif imsemmi fid-Digriet Presidenzjali Nru 412
tas-26 ta' Awwissu 1993; ·
li ma għandhomx netwerk tal-provvista tal-gass
u huma klassifikati fiż-żona klimatika E, kif imsemmi
fid-Digriet Presidenzjali 412/1993 imsemmi hawn fuq. F’dan il-każ,
kif previst fl-Artikolu 8(10)(c) punt 4) tal-Liġi
Nru 448/1998, il-vantaġġ jiġi rtirat malli
l-muniċipalità tiġi konnessa ma’ netwerk tal-provvista tal-gass. ·
fir-reġjun ta' Sardinja u l-gżejjer
iż-żgħar, sakemm ma jkunx sar disponibbli netwerk tal-gass
naturali fil-komun konċernat; din il-parti tar-reġimi tkopri
l-gżejjer Taljani kollha ħlief Sqallija. Il-vantaġġ tat-taxxa ma jistax
jiġi kombinat ma’ tnaqqis ieħor fid-dazju tas-sisa. Skont l-awtoritajiet Taljani, id-divrenzjar
fit-taxxa huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u huwa maħsub
biex jiżguraw kontinwità ġeografika mal-bqija tat-territorju Taljan,
jiġifieri għandu l-għan li jqiegħed il-popolazzjoni
taż-żoni eliġibbli fuq livell iktar komparabbli mal-bqija
tal-popolazzjoni Taljana billi jnaqqas l-ispejjeż għoljin b'mod
sproporzjonat tat-tisħin tagħhom. L-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa huwa
l-istess għall-utenti kollha; għandu biss l-għan li jtaffi
parzjalment l-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin
għall-popolazzjoni taż-żoni eliġibbli li jirriżultaw
minn klima kiesħa jew diffikultajiet fl-akkwist tal-fjuwil. Skont l-awtoritajiet Taljani l-ispejjeż
addizzjonali fir-reġjuni muntanjużi għat-trasport tal-LPG huma
120 % ogħla mill-bqija tal-pajjiż u għall-gass 132 %
ogħla. Skont l-awtoritajiet Taljani,
għaż-żoni klimatiċi E u F, it-tnaqqis fit-taxxa għandu
medja ta’ 11-12 % tal-prezz tal-gażolju u tal-LPG użati
għal raġunijiet ta’ tisħin. Dawn iċ-ċifri jridu jitqabblu
mal-ispejjeż medji tat-tisħin: dawn huma, minħabba l-kundizzjonijiet
klimatiċi, 90 % ogħla mill-medja nazzjonali fiż-żona
klimatika E u 170 % ogħla mill-medja nazzjonali
fiż-żona klimatika F. Il-partikolarità tal-gżejjer hija
fil-fatt li minħabba l-partikolaritajiet ġeografiċi
tagħhom, il-forniment tal-fjuwil huwa limitat fl-ambitu u dan iwassal biex
ikun ogħla minn dawk fl-Italja kontinentali minħabba l-ispejjeż
addizzjonali tat-trasport. L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li t-tnaqqis
tat-taxxa ma jirriżultax f’kumpens żejjed u ma jaffettwax
il-prezzijiet b'mod li dawk tal-LPG u l-gażolju jkunu orħos minn
fl-Italja kontinentali. Fir-rigward tal-applikazzjoni tas-sussidju
fil-gżejjer iż-żgħar, fil-lokalitajiet inkwistjoni l-katina
tal-loġistika hija inevitabbilment aktar għalja minn dik fl-Italja
kontinentali. L-ispejjeż ogħla huma r-riżultat ta’ nuqqas ta’
loġistika primarja, li jwassal għal spejjeż tad-distribuzzjoni
ogħla. L-ispejjeż huma ogħla wkoll minħabba li
l-aċċess bit-toroq ta' spiss huwa problematiku, spejjeż
tal-fjuwil tal-vetturi ogħla minn dawk kontinentali, l-ispejjeż
tat-trasport għall-aċċess tal-gżejjer
iż-żgħar u l-kwantitajiet limitati tal-provvisti individwali.
L-awtoritajiet Taljani estimaw dawn spejjeż ogħla għal madwar
10-15 % ogħla mill-ispejjeż korrispondenti fl-Italja
kontinentali. L-awtoritajiet Taljani jispjegaw li matul
l-aħħar tliet snin il-miżura naqqset il-prezz tal-akkwist
aħħari tal-LPG u tal-gażolju għat-tisħin b’madwar
10 %. L-awtoritajiet Taljani jispjegaw li ma hemmx
żvilupp ta’ netwerk tal-gass naturali f’dawk iż-żoni, li huwa
żvantaġġ addizzjonali għal dawn il-komuni muntanjużi,
Sardinja u l-gżejjer iż-żgħar. L-infiq baġitarju fis-sena tal-miżura huwa ta’ madwar
EUR 230 miljun. ·
Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam
tal-proposta Id-Direttiva
tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li
tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta'
enerġija u elettriku u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/318/KE
tas-7 ta’ April 2008 li tawtorizza lill-Italja sabiex tapplika,
fiż-żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq
il-gażolju u l-LPG użat għal finijiet ta’ tisħin skont
l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. Konsistenza mal-bqija tal-politiki u
l-għanijiet tal-Unjoni Kull talba għal deroga skont
l-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija trid tiġi
eżaminata mill-Kummissjoni li għandha tqis it-tħaddim tajjeb
tas-suq intern, il-bżonn li tiġi żgurata l-kompetizzjoni
ġusta u l-politiki tal-UE tas-saħħa, l-ambjent, l-enerġija
u t-trasport. Id-differenzjazzjoni tat-taxxa ttaffi
parzjalment l-ispejjeż addizzjonali għat-tisħin
taċ-ċittadini f’ċerti żoni ġeografiċi tal-Italja
li huma partikolarment żvantaġġati meta mqabbla mal-bqija
tat-territorju u li għalihom, għalhekk, ir-rata standard tat-taxxa
applikabbli għal-LPG u l-gażolji użati għal raġunijiet
ta’ tisħin twassal għal piż tat-taxxa eċċessiv.
L-iżvantaġġ ġeografiku jfisser spejjeż addizzjonali
tat-tisħin minħabba kundizzjonijiet klimatiċi severi jew
l-insularità ta’ dawn iż-żoni, flimkien ma’ nuqqas ta’ disponibilità
ta’ riżorsi alternattivi għat-tisħin, b’mod partikolari nuqqas
ta’ disponibbiltà ta' aċċess għan-netwerk tal-gass naturali. Ir-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni kemm
għall-gażolju kif ukoll għal-LPG tibqa’ ogħla mil-livelli
minimi ta’ tassazzjoni tal-UE stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni
tal-Enerġija u ttaffi l-ispejjeż addizzjonali għat-tisħin
fiż-żona ġeografika inkwistjoni b'mod parzjali biss. B’hekk jista’ jiġi kkunsidrat li
t-tnaqqis huwa kompatibbli mal-mira li jingħata inċentiv tat-taxxa
bil-għan tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Ma nstabx li
l-miżura mhijiex kompatibbli mal-politiki rilevanti tal-UE dwar l-ambjent
u l-enerġija. Barra minn hekk, il-miżura hija
aċċettabbli mill-aspett tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u
l-ħtieġa li tkun żgurata kompetizzjoni ġusta.
Il-miżura tipprova biss ittaffi parzjalment l-ispejjeż addizzjonali
tat-tisħin assoċjati mal-kundizzjonijiet oġġettivi
taż-żoni kkonċernati. It-tnaqqis tat-taxxa mhu kumulativ
mal-ebda tip ieħor ta’ tnaqqis ta' taxxa u ma japplikax għal użu
ieħor tal-fjuwil tat-tisħin ħlief għat-tisħin
tal-ispazji. L-Artikolu 19(2) tad-Direttiva dwar
it-Taxxa tal-Enerġija jipprevedi wkoll li l-miżuri adottati skont
id-dispożizzjonijiet tagħha jridu jkunu limitati biż-żmien,
u jistabbilixxi perjodu massimu ta' sitt snin, bil-possibilità ta' tiġdid.
Il-fehim tal-Kummissjoni huwa li peress li din hija miżura tat-taxxa ta’
natura temporanja l-estensjoni tagħha għandha tipprovdi lill-Italja
biżżejjed żmien biex tagħmel valutazzjoni tal-effett ambjentali
tal-miżura iżda wkoll biex toħloq inċentivi biex titjieb
l-effiċjenza tal-enerġija u tevalwahom. L-estensjoni tal-miżura
għandha tipprovdi lill-awtoritajiet Taljani biżżejjed żmien
biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għal tali valutazzjoni.
Din se tkun ukoll sinjal li fil-futur l-enfasi jkun fuq miżuri
għall-iffrankar tal-enerġija aktar immirati sabiex tittejjeb
l-effiċjenza enerġetika u li jkollhom effett pożittiv fuq
l-ambjent. Għal dawn ir-raġunijiet fl-istadju attwali, jidher xieraq
li tingħata l-awtorizzazzjoni għal tliet snin. Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat Ir-rati tat-taxxa mnaqqsa ta' EUR 274,10
kull 1 000 litru għall-gażolju u EUR 30.87 kull
1 000 kg għal-LPG użati għat-tisħin previsti
mill-awtoritajiet Taljani huma aktar mil-limiti minimi tal-UE
għat-tassazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/96/KE.
Il-miżura għalhekk hija koperta mill-Artikolu 25 tar-Regolament 800/2008/KE ([3]) (“ir-Regolament
għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa”) u għalhekk
titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’
notifika. Il-perjodu ta’ validità tar-Regolament għal Eżenzjoni
Ġenerali Sħiħa kien oriġinarjament limitat
sal-31 ta’ Diċembru 2013 iżda kien estiż
bir-Regolament tal-Kummissjoni 1224/2013/UE ([4])
sat-30 ta’ Ġunju 2014. Fil-każ li l-Kummissjoni
tadotta regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat qabel
id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar din il-proposta, l-obbligi ta’ notifika
jkollhom jiġu rivalutati skont ir-regoli l-ġodda. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT · Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Din il-proposta tikkonċerna lill-Italja biss. · Ġbir u l-użu tal-għarfien espert Ma kienx hemm ħtieġa ta’ għarfien espert estern. · Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tikkonċerna awtorizzazzjoni lil Stat Membru individwali fuq talba tiegħu stess. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Il-proposta għandha l-għan li
tawtorizza lill-Italja tidderoga mid-dispożizzjonijiet ġenerali
tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE u biex tapplika rati mnaqqsa ta’
tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użati għat-tisħin. Bażi ġuridika L-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill
2003/96/KE. Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-qasam tat-tassazzjoni indiretta kopert
mill-Artikolu 113 TFUE mhuwiex fih innifsu fil-kompetenza esklussiva
tal-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 3 TFUE. Madankollu, l-eżerċizzju tal-Istati
Membri tal-kompetenzi tagħhom f’dan il-qasam huwa regolat u limitat
ħafna mil-liġi eżistenti tal-UE. F'konformità
mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE, il-Kunsill għandu biss
is-setgħa li jawtorizza Stat Membru jintroduċi eżenzjonijiet jew
tnaqqis ulterjuri skont it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni. L-Istati
Membri ma jistgħux jieħdu post il-Kunsill. Il-proposta għalhekk tirrispetta
l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tirrispetta l-prinċipju
tal-proporzjonalità. It-tnaqqis fit-taxxa ma jeċċedix dak li hu
neċessarju biex jintlaħaq l-għan inkwistjoni (ara
l-kunsiderazzjonijiet dwar l-aspetti tas-suq intern u l-kompetizzjoni
ġusta, hawn fuq). Għażla tal-istrumenti Strument(i) propost(i): Deċiżjoni
ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill. L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96
jipprovdi għal din it-tip ta’ miżura biss. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-miżura ma timponix piż
finanzjarju jew amministrattiv fuq l-Unjoni. Il-proposta għalhekk ma
għandhiex impatt fuq il-baġit tal-Unjoni. 2014/0200 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Italja tapplika,
f'żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq
il-gażolju u l-LPG użat għal raġunijiet ta’ tisħin
skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva
tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li
tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’
enerġija u elettriku ([5]),
u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Skont l-Artikolu 19(1)
tad-Direttiva 2003/96/KE, l-Italja kienet awtorizzata tapplika
f’ċerti żoni partikolarment żvantaġġati rati mnaqqsa
tad-dazju tas-sisa fuq il-gażolju u l-LPG użati
għat-tisħin. L-awtorizzazzjoni ngħatat
sal-31 ta' Diċembru 2012 mid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2008/318/KE tas-7 ta' April 2008 li tawtorizza
lill-Italja sabiex tapplika, fiż-żoni ġeografiċi
determinati, rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użat
għal finijiet ta’ tisħin skont l-Artikolu 19
tad-Direttiva 2003/96/KE ([6]). (2) Permezz ta’ ittra ddatata
l-31 ta’ Mejju 2012, l-awtoritajiet Taljani talbu
awtorizzazzjoni biex japplikaw f’ċerti żoni partikolarment
żvantaġġati ġeografikament, rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni
fuq il-gażolju u l-LPG użati għal raġunijiet ta’
tisħin permezz ta’ estensjoni ta’ prattika segwita taħt
id-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq f’xi żoni, u dan
qabel ma tiskadi. Informazzjoni addizzjonali u kjarifiki ġew ipprovduti
mill-awtoritajiet Taljani fl-4 ta’ Diċembru 2012,
fis-16 ta’ Lulju 2013,
fil-31 ta’ Diċembru 2013 u
fit-22 ta’ Jannar 2014. Permezz ta’ ittra ddatata
d-19 ta’ Marzu 2014, l-awtoritajiet Taljani talbu tiġdid
tal-awtorizzazzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2008/318/KE mingħajr bidliet fl-ambitu territorjali
tagħha. L-awtorizzazzjoni ġiet mitluba għall-perjodu
mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
(3) L-Italja għandha
territorju li jvarja ħafna b'kundizzjonijiet klimatiċi u
ġeografiċi varjabbli. L-Italja qieset il-partikolaritajiet
tat-territorju tagħha u introduċiet rati mnaqqsa ta' tassazzjoni fuq
il-gażolju u l-LPG bil-ħsieb li tpaċi parzjalment l-ispejjeż
disproporzjonalment għoljin tat-tisħin tar-residenti ta’ ċerti
żoni ġeografiċi. (4) Id-divrenzjar fit-taxxa huwa
bbażat fuq kriterji oġġettivi u għandu l-għan li
jqiegħed il-popolazzjoni taż-żoni eliġibbli fuq bażi
aktar komparabbli mal-bqija tal-popolazzjoni Taljana permezz ta’ tnaqqis tal-spejjeż
disproporzjonalment għoljin tat-tisħin tagħhom minħabba
l-kundizzjonijiet klimatiċi severi jew id-diffikultajiet fl-akkwist
tal-fjuwil meta mqabbel mal-bqija tat-territorju Taljan. (5) It-tnaqqis tat-taxxa huwa
applikabbli f’żoni ġeografiċi li jissodisfaw il-kriterji li
ġejjin: i) l-aktar kundizzjonijiet klimatiċi severi fit-territorju
Taljan (communes li jaqgħu fiż-żona F kif definit fid-digriet
Presidenzjali Nru 412 tal-1993 ([7])),
kundizzjonijiet klimatiċi severi flimkien ma' diffikultajiet fl-akkwist
tal-fjuwil (communes li jaqgħu fiż-żona E kif definit
fid-digriet Presidenzjali Nru 412 tal-1993 sakemm in-netwerk tal-gass
naturali ma jkunx sar disponibbli fil-commune), iżolament ġeografiku
flimkien ma akkwist tal-fjuwil għali u diffikultuż: Sardinja u
gżejjer żgħar. Billi l-iżvilupp tan-netwerk tal-gass
naturali, sa ċertu punt importanti jnaqqas l-ispejjeż addizzjonali
tat-tisħin u jwassal għal diversità akbar fil-provvista tal-fjuwil,
fejn ikun xieraq, l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa hija ristretta sakemm
jitlesta n-netwerk tal-gass naturali fil-communes konċernati. (6) Il-miżura ġiet
eżaminata mill-Kummissjoni u nstab li ma tikkawżax distorsjoni
tal-kompetizzjoni jew ittellef l-operat tas-suq intern u ma titqiesx
inkompatibbli mal-politika tal-UE dwar l-ambjent, l-enerġija u t-trasport.
Ir-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni kemm għall-gażolju kif ukoll
għal-LPG tibqa’ ogħla mil-livelli minimi ta’ tassazzjoni tal-UE
stabbiliti fid-Direttiva 2003/96/KE u ttaffi l-ispejjeż addizzjonali
għat-tisħin fiż-żona ġeografika inkwistjoni b'mod
parzjali biss. (7) Il-miżura
kkonċernata tapplika biss għal għanijiet ta' tisħin ta'
spazji (kemm għall-individwi privati kif ukoll għan-negozji); ma
tapplikax għal forom oħra ta’ użu kummerċjali ta' dawn
il-prodotti. Skont l-awtoritajiet Taljani l-ammont ta' vantaġġ
tat-taxxa għall-utenti kummerċjali, huwa f'kull każ partikulari
kopert bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni
tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għall-għajnuna de minimis ([8]). Madankollu, jekk
il-benefiċċju għal xi impriża singola jeċċedi
l-limitu stabbilit f'dak ir-Regolament, għandu jiġi notifikat
lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 734/2013
tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni
tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE ([9]). (8) Meta wieħed iqis
l-effetti ambjentali potenzjali tal-miżura, jidher xieraq li tingħata
l-awtorizzazzjoni għal tliet snin. Dan il-perjodu ta’ applikazzjoni
jipprovdi lill-awtoritajiet Taljani b’biżżejjed żmien biex
jivvalutaw l-effett ambjentali tal-miżura u se jindika wkoll li fil-futur
jeħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri
għall-iffrankar tal-enerġija aktar immirat sabiex titjieb
l-effiċjenza tal-enerġija u jiġi żgurat effett
pożittiv fuq l-ambjent, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Italja hija b’dan awtorizzata tapplika rati
mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-gażolju u l-LPG użati għal
raġunijiet ta’ tisħin fiż-żoni ġeografikament
żvantaġġati li ġejjin: 1.
Il-communes li jaqgħu fiż-żona
klimatika F kif stabbilit bid-Digriet Presidenzjali
tas-26 ta’ Awwissu 1993 Nru 412. 2.
Il-communes li jaqgħu fiż-żona
klimatika E kif stabbilit bid-Digriet Presidenzjali tas-26 ta’ Awwissu 1993
Nru 412. 3.
Il-communes ta' Sardinja u l-gżejjer
żgħar ([10]). Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kumpens
żejjed, it-tnaqqis ma jridx ikun iktar mill-ispejjeż addizzjonali
tat-tisħin taż-żoni kkonċernati. Fil-każ partikolari
ta’ Sardinja u l-gżejjer żgħar, bħala konsegwenza,
it-tnaqqis tat-taxxa ma jridx irendi l-prezz inqas mill-prezz tal-istess fjuwil
fl-Italja kontinentali. Ir-rata mnaqqsa tkun konformi
mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, u b’mod
partikolari l-livelli minimi ta’ tassazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9 ta'
dik id-Direttiva. Artikolu 2 L-eliġibbiltà taż-żoni
ġeografiċi msemmija fl-Anness taħt il-punt 2 u 3 tiddependi fuq
in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ netwerk tal-gass naturali fil-commune. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum
tan-notifika tagħha. Tiskadi tliet snin wara. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lir-Repubblika tal-Italja. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ([1]) Id-Direttiva
tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma
l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u
elettriku (ĠU L 283 tal-31.10.2003 p. 51; Id-Direttiva kif
emendata l-aħħar bid-Direttivi 2004/74/KE u 2004/75/KE (ĠU
L 157, 30.4.2004, p. 87 u p.100). ([2]) ĠU
L 109, 19.4.2008, p. 27–29. ([3]) Ir-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008
tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’
għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni
tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3. ([4]) ĠU
L 320, 30.11.2013. ([5]) ĠU
L 283, 31.10.2003, p. 51, id-Direttiva kif emendata l-aħħar
bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100). ([6]) ĠU
L 109, 19.4.2008, p. 27–29. ([7]) Id-digriet
Presidenzjali Nru 412 tal-1993 jaqsam it-territorju Taljan f’sitt
żoni klimatiċi (A sa F). Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq
l-unità “gradi kull jum” li tirrappreżenta l-ammont ta’ jiem kull sena li
t-temperatura ta’ barra ma tkunx l-ottimu ta' 20 °C u b’hekk ikun
meħtieġ it-tisħin. ([8]) ĠU
L 352 of 24.12.2013, p. 1. ([9]) ĠU
L 204 of 31.7.2013, p. 15. ([10]) Il-gżejjer
Taljani kollha ħlief Sqallija.