Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0375

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)

    /* COM/2014/0375 final - 2014/0191 (COD) */

    52014PC0375

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0375 final - 2014/0191 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

    Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

    2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

    3.           Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

    Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

    Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r‑Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l‑emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit‑22 lingwa uffiċjali kollha tar-Regolament (KE) Nru 1616/2006 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il‑korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

    ê 1616/2006 (adattat)

    2014/0191 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r‑Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li Ö kkunsidraw Õ it-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu,

    Wara li Ö kkunsidraw Õ il-proposta mill-Kummissjoni Ö Ewropea Õ,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    ê

    (1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006[6] ġie emendat[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    ê 1616/2006 premessa 1 (adattat)

    (2)       Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (Ö FSA Õ ”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006 Ö u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009 Õ .

    ê 1616/2006 (adattat)

    (3)       Hu meħtieġ li jiġu stipulati l-proċeduri sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet ta’ l- Ö FSA Õ.

    (4)       L- Ö FSA Õ Ö jistipula Õ li prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Albanija jistgħu jiġu impurtati fl- Ö Unjoni Õ b’dazju doganali mnaqqas, sal-limiti tal-kwoti tat‑tariffi. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġestjoni ta’ Ö dawk Õ il-kwoti tariffarji.

    (5)       Fejn isiru meħtieġa miżuri ta’ ħarsien tan-negozju dawn għandhom jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[8], Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009[9], Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[10] jew, skont il-każ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009[11].

    (6)       Fejn Stat Membru jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' frodi jew nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva, il-leġiżlazzjoni Ö tal-Unjoni Õ rilevanti għandha tapplika, b'mod partikolari r-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 515/97[12].

    (7)       Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl‑Artikolu 285 tar- Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill[13].

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (adattat)

    (8)       L-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal- Ö FSA Õ titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar‑Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

    (9)       Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikolu 39(4) tal- Ö FSA Õ, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jitolbu dan,

    ê 1616/2006 (adattat)

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta’ regoli ddetaljati għall‑implimentazzjoni ta’ ċerti diposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika’ ta’ l‑Albanija (aktar 'il quddiem imsejjaħ l-“ Ö FSA Õ.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (1) (adattat)

    Artikolu 2

    Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

    Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal‑Artikolu 28(1) tal-FSA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, f'konformità mal-proċedura ta' eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir‑Regolament.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 3

    Tnaqqis tat-Tariffi

    1. Suġġetti għal paragrafu 2, ir-rati tad-dazju preferenzjali għandhom jitnaqqsu sa l-ewwel punt deċimali.

    2. Fejn ir-riżultat tal-kalkolu tar-rata Ö ta’ Õ dazju preferenzjali Ö skont il- Õ paragrafu 1 huwa wieħed milli ġejjin, ir-rata preferenzjali għandha tiġi kkunsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:

    (a)          1 % jew anqas fil-każ ta' dazji skont il-valur; jew

    (b)          EUR 1 jew anqas għal kull ammont individwali fil-każ ta' dazji speċifiċi.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (2) (adattat)

    Artikolu 4

    Adattamenti tekniċi

    Emendi u adattazzjonijiet tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament li jkunu neċessarji wara tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta’ ftehimiet, protokolli, skambji ta’ ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u l-Albanija għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3).

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (3) (adattat)

    Artikolu 5

    Klawżola ta’ salvagwardja ġenerali

    Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 38 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir‑Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 38 tal-FSA.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (4) (adattat)

    Artikolu 6

    Klawżola ta’ nuqqas

    Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 39 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir‑Regolament.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 7

    Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

    Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jew kritiċi jinqalgħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 39(4) ta’ l‑Ö FSA Õ , il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati kif previst fl-Artikolu 39 ta’ l‑Ö FSA Õ .

    Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu d-deċiżjoni f'dan ir‑rigward fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (5) (adattat)

    Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) Ö ta' dan ir-Regolament Õ, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 9(4) Ö ta' dan ir-Regolament Õ.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 8

    Klawżola ta' salvagwardja għal prodotti agrikoli u tas-sajd

    1. Minkejja l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament, fejn Ö l‑Unjoni Õ teħtieġ tieħu miżura ta' salvagwardja kif previst fl-Artikolu 38 ta' l‑Ö FSA Õ dwar prodotti agrikoli u tas-sajd, il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa wara li, fejn applikabbli, tkun għamlet rikors għall-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 38 ta' l‑Ö FSA Õ .

    Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha:

    (a)          fi żmien tliet ijiem ta' ħidma wara li tirċievi t-talba fejn il-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 38 ta' l- Ö FSA Õ ma tapplikax; jew

    (b)          fi żmien tliet ijiem mit-tmiem tal-perjodu ta' tletin jum imsemmi fl-Artikolu 38(5)(a) ta' l- Ö FSA Õ fejn tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 38 ta' l‑Ö FSA Õ .

    Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bil-miżuri li hi tkun iddeċidiet.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (6)

    2. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 9(4).

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (7) (adattat)

    Artikolu 9

    Proċedura ta' kumitat

    1. Għall-fini tal-Artikoli 2, 4 u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Għall-finijiet tal-Artikoli 5 sa 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ö dwar is-Salvagwardja Õ stabbilit Ö mill-Artikolu 4(1) tar Õ -Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 10

    Dumping u Sussidji

    Fil-każ ta’ prattika li tiġġustifika l-applikazzjoni Ö mill-Unjoni Õ tal-miżuri previsti fl‑Artikolu 37(2) ta’ l- Ö FSA Õ , l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping u/jew miżuri li jikkumpensaw għandhom jiġu deċiżi skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir‑Regolament (KE) 1225/2009 Ö u/ Õ jew ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 rispettivament.

    Artikolu 11

    Kompetizzjoni

    1. Fil-każ ta’ xi prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill- Ö Unjoni Õ tal-miżuri previsti fl-Artikolu 71 ta’ l- Ö FSA Õ , il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq l‑inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-Ö FSA Õ.

    Il-miżuri previsti fl-Artikolu 71(9) ta’ l- Ö FSA Õ , ser jiġu adottati fil-każi ta’ għajnuna skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 597/2009 u f’każi oħrajn skont il‑proċedura stabbilita fl-Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat.

    2. Fil-każ ta’ prattika li twassal għall-applikazzjoni ta' miżuri fuq Ö l-Unjoni Õ mill‑Albanija, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 71 ta’ l- Ö FSA Õ , il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fl‑Ö FSA Õ . Fejn ikun meħtieġ, Ö il-Kummissjoni Õ tieħu d-deċizjonijiet xierqa fuq il‑bażi ta’ kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 101, 102 u 107 tat-Trattat.

    Artikolu 12

    Frodi jew nuqqas li tkun provduta kooperazzjoni amministrattiva

    Fil-każ fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni provduta minn xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 ta' l- Ö FSA Õ huma sodisfatti, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien indebitu:

    (a)          tinforma lill-Kunsill;

    (b)          tinnotifika lill-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bis-sejba tagħha flimkien ma’ informazzjoni oġġettiva, u tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    Kwalunkwe pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 43(5) ta’ l- Ö FSA Õ għandha Ö titwettaq Õ mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, punt 13 (8) (adattat)

    Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura konsultattiva ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 43(4) ta' l-FSA.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 13

    Notifika

    In-notifika lill-Kunsill ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni, rispettivament, kif meħtieġ Ö mill- Õ Ö FSA Õ għandha tkun ir-responsabbiltà tal‑Kummissjoni, li taġixxi f’isem Ö l-Unjoni Õ .

    ê

    Artikolu 14

    Tħassir

    Regolament (KE) Nru 1616/2006 huwa mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    ê 1616/2006 (adattat)

    Artikolu 15

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- Ö għoxrin Õ jum Ö wara dak Õ tal‑pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    [1]               COM(87) 868 PV.

    [2]               Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3]               Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2014.

    [4]               Ara l-Anness I għal din il-proposta.

    [5]               ĠU C […], […], p. […].

    [6]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija (ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1).

    [7]               Ara l-Anness I.

    [8]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall‑importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

    [9]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1).

    [10]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

    [11]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

    [12]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejnhom u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji ta' dwana u agrikoltura (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

    [13]             Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    [14]             Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    é

    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 (ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1) || ||

    Regolament (UE) Nru 37/2014 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Punt 13 biss tal-Anness

    _____________

    ANNESS II

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 1616/2006 || Dan ir-Regolament

    Artikoli 1 sa 8 || Artikoli 1 sa 8

    Artikolu 8a || Artikolu 9

    Artikolu 9 || Artikolu 10

    Artikolu 10 || Artikolu 11

    Artikolu 11 || Artikolu 12

    Artikolu 13 || Artikolu 13

    __ || Artikolu 14

    Artikolu 14 || Artikolu 15

    __ || Anness I

    __ || Anness II

    _____________

    Top