Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0341

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni)

    /* COM/2014/0341 final - 2014/0174 (COD) */

    52014PC0341

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0341 final - 2014/0174 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

    Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

    2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

    3.           Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

    Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

    Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit‑22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 3286/94 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

    ê 3286/94 (adattat)

    2014/0174 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-proċeduri Ö tal-Unjoni Õ fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet Ö tal-Unjoni Õ skond ir-regoli internazzjonali tal‑kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal‑Organizzazzjoni Dinjija tal‑Kummerċ (Kodifikazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li Ö kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b'mod partikolari Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    ê

    (1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94[6] ġie emendat kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    ê 3286/94 premessa 1

    (2)       Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun mibnija fuq prinċipji uniformi, b'mod partikolari fir-rigward ta' difiża kummerċjali.

    ê 3286/94 premessa 4 (adattat)

    (3)       Jidher li hemm il-ħtieġa, li jiġu Ö previsti proċeduri għall-Unjoni Õ sabiex jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir-regoli internazzjonali tal‑kummerċ.

    ê 3286/94 premessa 5 (adattat)

    (4)       Ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ huma primarjament dawk stabbiliti taħt l‑awspiċji tal- Ö Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Õ WTO) u stabbiliti fl‑Annessi tal-Ftehim tal-WTO, iżda jistgħu jkunu wkoll dawk stabbiliti fi kwalunkwe ftehim ieħor li l- Ö Unjoni Õ tkun parti minnu u li jfassal regoli applikabbli għall‑kummerċ bejn Ö l-Unjoni Õ u pajjiżi terzi, u billi huwa xieraq li jingħata ħjiel ċar tat-tipi ta' ftehim li għalihom jirreferi t-terminu “regoli internazzjonali tal‑kummerċ”.

    ê 3286/94 premessa 6 (adattat)

    (5)       Il-proċeduri tal- Ö Unjoni Õ msemmija hawn fuq għandhom ikunu bażati fuq mekkaniżmu legali taħt il-liġi tal- Ö Unjoni Õ li tkun trasparenti għal kollox, u tiżgura li d-deċiżjoni li tinvoka d-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ tittieħed fuq il-bażi ta' informazzjoni fattwali eżatta u ta' analiżi legali.

    ê 3286/94 premessa 7 (adattat)

    (6)       Dan il-mekkaniżmu għandu l-għan li jipprovdi l-mezzi ta' proċedura sabiex issir talba lill-istituzzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ biex jagħmlu reazzjoni għall-ostakoli fil‑kummerċ addottat jew mantenut minn pajjiżi terzi li jagħmlu ħsara jew inkella jaffetwaw b'mod ħażin il-kummerċ, sakemm ikun jeżisti d-dritt għal azzjoni, fir‑rigward ta' ostakoli bħal dawn, taħt ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ applikabbli.

    ê 3286/94 premessa 8 (adattat)

    (7)       Id-dritt tal-Istati Membri li jirrikorru għal dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tagħhom li jqajjmu l-istess materja jew materja simili bi proċeduri eżistenti oħra tal- Ö Unjoni Õ , u b'mod partikolari quddiem il-kumitat stabbilit bl-Artikolu Ö 207(3) Õ tat-Trattat.

    ê 3286/94 premessa 9 (adattat)

    (8)       Għandu jingħata każ tas-sehem istituzzjonali tal-kumitat stabbilit b′ Artikolu Ö 207(3) Õ tat-Trattat fil-formulazzjoni ta' parir għall-istituzzjonijiet tal‑Ö Unjoni Õ dwar l-oqsma kollha tal-politika kummerċjali; billi, għalhekk, dak il-kumitat għandu jinżamm infurmat bl-iżvillupi ta' każijiet individwali, sabiex ikun jista jikkunsidra l-implikazzjoni wiesgħa tal-politika tagħhom.

    ê 3286/94 premessa 11 (adattat)

    (9)       Huwa xieraq li jiġi Ö previst Õ li l- Ö Unjoni Õ taġixxi f’konformità ma’ l‑obbligi internazzjonali tagħha u, fejn obbligi bħal dawn jirriżultaw minn ftehim, iżżomm il-bilanċ tad-drittijiet u tal-obbligi li dawk il-ftehim għandhom l-għan li jistabbilixxu.

    ê 3286/94 premessa 12 (adattat)

    (10)     Huwa wkoll xieraq li jiġi Ö provdut Õ li kwalunkwe miżuri meħuda taħt il‑proċeduri msemmija għandhom jikkonformaw ukoll mal-obbligi internazzjonali tal‑Ö Unjoni Õ , kif ukoll ikunu mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra f'każijiet mhux koperti b'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu addotati direttament skond Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat.

    ê 3286/94 premessa 13 (adattat)

    (11)     Ir-regoli ta' proċeduri li għandhom jiġu segwiti waqt il-proċedura ta' eżaminazzjoni li prevista f'dan ir-Regolament għandhom jiġu Ö previsti Õ wkoll, b'mod partikolari fl-oqsma tad-drittijiet u obbligi tal-awtoritajiet tal- Ö Unjoni Õ u l-partijiet involuti, u l-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet interessati jista’ jkollhom aċċess għal informazzjoni u jistgħu jistaqsu sabiex ikunu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li joħorgu mill-proċedura ta' eżaminazzjoni.

    ê 3286/94 premessa 14 (adattat)

    (12)     Filwaqt li taġixxi bi qbil ma’ dan ir-Regolament Ö l-Unjoni Õ għandha żżomm f'moħħha l-ħtieġa għal azzjoni veloċi u effettiva permezz tal-applikazzjoni ta' proċeduri għal teħid ta' deċiżjonijiet Ö previsti f'dan irÕ-Regolament.

    ê 3286/94 premessa 15 (adattat)

    (13)     Huwa d-dmir tal-Kummissjoni li Ö taġixxi Õ fir-rigward ta' ostakoli għall-kummerċ addottat jew mantenut minn pajjiżi terzi, fi ħdan l-istruttura tad-drittijiet u l-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ , biss fejn l-interessi tal- Ö Unjoni Õ jitolbu għal intervent, u billi, meta jiġu meqjusa interessi bħal dawn, il-Kummissjoni Ö għandha tagħti Õ kas xieraq Ö tal-Õfehmiet tal-partijiet kollha fil-proċeduri.

    ê 37/2014 Art. 1, u l-Anness, pt. 4 (adattat)

    (14)     L-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' eżami previsti f' Ö dan Õ ir-Regolament titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar it-twettiq ta' dawk il‑proċeduri ta' eżami u l- miżuri li jirriżultaw minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill[8].

    (15)     Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' eżaminazzjonijiet li għadhom għaddejjin minħabba l- effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi.

    (16)     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu informati bl-iżviluppi taħt dan ir-Regolament, sabiex ikunu jistgħu jqisu l-implikazzjonijiet ta' politika usa' tagħhom.

    (17)     Barra minn hekk, f'każijiet fejn ftehim ma' pajjiż terz jidher li jista’ jkun l-aktar mod xieraq biex tiġi solvuta tilwima li tiġi minn xkiel għall-kummerċ, in-negozjati għal dan il-għan għandhom isiru f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl- Artikolu 207 tat‑Trattat,

    ê 3286/94 (adattat)

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ö Suġġett Õ

    Dan ir-Regolament Ö jipprovdi għal Õ proċeduri tal- Ö Unjoni Õ fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċitazzjoni tad-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir‑regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal‑Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Ö (WTO) Õ li, soġġetti għall-konformità ma' l‑obbligi internazzjonali u proċedurali, huma mmirati lejn:

    (a)          li jirrispondu għall-ostakoli għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq tal‑Ö Unjoni Õ , bil-ħsieb li titneħħa l-ħsara li tkun ġejja minnhom;

    (b)          li jirrispondu għall-ostakoli għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq ta' pajjiż terz, bil-ħsieb li titneħħa l-ħsara għall-kummerċ li tirriżulta minnhom.

    Dawn il-proċeduri jiġu applikati b'mod partikolari fil-bidu, matul u fit-tmiem ta' proċeduri f'arranġamenti f'tilwim internazzjonali f'dak li għandu x’ “jaqsam ma” politika kummerċjali komuni.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1. Għall-għanijiet ta' dan ir-RegolamentÖ japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin Õ:

    (a)          “ostakoli għall-kummerċ” Ö tfisser Õ kwalunkwe prattiċi tal-kummerċ addottati jew mantenuti minn pajjiż terz fejn ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ jistabbilixxu dritt għal azzjoni. Dritt għal azzjoni bħal dan jeżisti meta r-regoli internazzjonali tal-kummerċ jew jipprojbixxu l-prattiċi għal kollox, jew jagħtu lill‑parti l-oħra affettwata bil-prattiċi, id-dritt li tfittex li telimina l-effett tal-prattiċi msemmija;

    (b)          “id-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ dawk id-drittijiet internazzjonali tal‑kummerċ li Ö l-Unjoni Õ tista’ tagħmel użu minnhom taħt ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ. F’dan il-kuntest, “regolamenti internazzjonali tal‑kummerċ” huma primarjament dawk stabbiliti taħt l-awspiċju tal-WTO u kif stabbilit mill-Annessi tal-Ftehiem tal-WTO, iżda jistgħu jkunu wkoll dawk stabbiliti fi kwalunkwe ftehim ieħor, li l- Ö Unjoni Õ tkun parti minnu, u li jkun fih regoli applikabbli għall-kummerċ bejn Ö l-Unjoni Õ u pajjiżi terzi;

    (c)          “ħsara” Ö tfisser Õ kwalunkwe ħsara materjali li jikkawża jew li jista’ jikkawża l‑ostakolu għall-kummerċ, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodott jew ma' servizz, għal industrija tal- Ö Unjoni Õ fis-suq tal- Ö Unjoni Õ ;

    (d)          “effetti kontra għall-kummerċ” Ö tfisser Õ dawk Ö l-effetti kontra Õ li ostaklu għal kummerċ jikkawża jew li jhedded li jikkawża, fir-rigward ta' prodott jew ta' servizz, lil intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ f'suq ta' pajjiż terz, u li għandhom impatt materjali fuq l-ekonomija tal- Ö Unjoni Õ jew ta' reġjun tal- Ö Unjoni Õ , jew fuq settur ta' attività ekonomika fiha. Il-fatt li l-kwerelant ibati minn dawn l-effetti kontra ma għandux jitqies biżżejjed sabiex jiġġustifika, waħdu, li l-istituzzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ jipproċedu bi kwalunkwe azzjoni;

    (e)          “Industrija tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ:

    (i)      il-produtturi jew fornituri Ö fl-Unjoni Õ , rispettivament:

    – ta' prodotti jew servizzi identiċi jew simili għall-prodott jew servizz li huwa s-suġġett ta' ostakolu għal kummerċ, jew

    – ta' prodotti jew servizzi li jikkompetu direttament mal-prodott jew servizz, jew

    – li huma konsumaturi jew proċessuri tal-prodott jew konsumaturi jew dawk li jużaw is-servizz li huwa s-suġġett ta' ostakolu għall-kummerċ;

    jew

    (ii)     kull produttur jew fornitur li l-prodott kombinat tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal- Ö Unjoni Õ tal-prodotti jew servizzi msemmija; iżda:

    – meta produtturi jew fornituri jkollhom x'jaqsmu mal-esportaturi jew mal‑importaturi jew ikunu huma stess l-importaturi tal-prodott jew tas‑servizz li allegatament ikun is-suġġett ta' ostakolu għal kummerċ, it‑terminu “industrija tal- Ö Unjoni Õ ” tista' tiġi interpretata li tirreferi għall-bqija tal-produtturi jew tal-fornituri,

    – f'ċirkostanzi partikolari, il-produtturi jew fornituri f'reġjun tal‑Ö Unjoni Õ jistgħu jiġu meqjusa bħala l-industrija tal‑Ö Unjoni Õ jekk il-prodott kollettiv tagħhom jikkostitwixxi l-akbar proporzjon tal-prodott jew servizz imsemmi fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri li fih/fihom ikun jinsab ir-reġjun sakemm l-effett tal-ostakolu għall-kummerċ ikun ikkonċentrat f'dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri;

    (f)          “intrapriża tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ kumpanija jew ditta kummerċjali iffurmata skond il-liġi tal-Istat Membru u li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, l‑amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju ġewwa l‑Ö Unjoni Õ, Ö li hija Õ direttament konċernata fil-produzzjoni ta' oġġetti jew il-forniment ta' servizzi li huma s-suġġett tal-ostakoli għall-kummerċ;

    (g)          “servizzi” Ö tfisser Õ dawk is-servizzi li għalihom jistgħu jiġu konklużi ftehim internazzjonali mill- Ö Unjoni Õ fuq il-bażi ta' Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat.

    2. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “fornituri ta' servizzi” fil-kuntest kemm tat-terminu “industrija tal- Ö Unjoni Õ ” kif imfisser fil-paragrafu 1(e), u kemm tat‑terminu “intrapriża tal‑Ö Unjoni Õ” kif imfisser fil-paragrafu 1(f), huwa mingħajr preġudizzju għan-natura mhux kummerċjali li l-forniment ta' kwalunkwe servizz jista’ jkollu għal servizz partikolari skond il-liġi jew ir-regolament ta' Stat Membru.

    Artikolu 3

    Ilment f'isem l-industrija tal- Ö Unjoni Õ

    1. Kull persuna naturali jew legali, jew kull assoċjazzjoni li ma għandhiex personalità legali, li taġixxi f'isem xi industrija tal- Ö Unjoni Õ li tħoss li tkun ġarbet xi ħsara b’konsegwenza ta' ostakoli għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq tal- Ö Unjoni Õ tista’ tagħmel ilment bil-miktub.

    2. L-ilment għandu jkollu evidenza biżżejjed tal-eżistenza tal-ostakoli għall-kummerċ u tal‑ħsara li tkun ġejja minnhom. Għandha tingħata prova tal-ħsarat fuq bażi tal-lista illustrattiva tal-fatturi indikati f'Artikolu 11, fejn applikabbli.

    Artikolu 4

    Ilment f'isem intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ

    ê 125/2008 Art. 1 (adattat)

    1. Kull intrapriża tal- Ö Unjoni Õ , jew kull assoċjazzjoni li għandha jew li ma għandhiex personalità legali, li taġixxi f’isem intrapriża waħda jew aktar tal- Ö Unjoni Õ, li tikkonsidra li intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ bħal dawn ġarrbu effetti kummerċjali kontra bħala riżultat ta’ ostakoli għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq ta’ pajjiż terz, tista’ tagħmel ilment bil-miktub.

    ê 3286/94 (adattat)

    2. L-ilment għandu jkollu evidenza biżżejjed tal-eżistenza tal-ostakoli għall-kummerċ u tal‑effetti kummerċjali ta' ħsara, li jirriżultaw minnhom. Fejn ikun applikabbli, għandha tingħata evidenza tal-effetti kummerċjali ta' ħsara fuq il-bażi tal-lista illustrattiva ta' fatturi indikati f'Artikolu 11.

    Artikolu 5

    Proċeduri ta' lment

    1. L-ilment Ö imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 Õ għandu jiddaħħal għand il-Kummissjoni, li għandha tibgħat kopja tiegħu lill-Istati Membri.

    2. L-ilment jista’ jiġi rtirat, f'liema każ il-proċeduri jistgħu jiġu terminati sakemm terminazzjoni bħal din ma tkunx fl-interess tal- Ö Unjoni Õ .

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness, pt. 4(1) (adattat)

    3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru Ö meta Õ tiddeċiedi li l-ilment ma' jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.

    ê 3286/94 (adattat)

    4. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr dwar il-ftuħ ta' proċedura ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ wara kwalunkwe ilment magħmul skond Artikoli 3 jew 4. Id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 45 ġurnata mill-preżentazzjoni tal-ilment. Dan il-perjodu jista’ jiġi diferit fuq talba, jew bi ftehim, ma’ dak li jagħmel l-ilment, sabiex tkun tista’ fornuta informazzjoni kumplimentari li jista’ jkun hemm bżonn tagħha sabiex il-validità tiġi valutata b'mod sħiħ il-każ ta' min jagħmel l-ilment.

    Artikolu 6

    Ö Talba Õ minn Stat Membru

    1. Kull Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda l-proċeduri li hemm riferenza għalihom f'Artikolu 1.

    2. Ö L-Istat Membru Õ għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'evidenza biżżejjed sabiex jappoġġja t-talba tiegħu, fir-rigward ta' ostakoli għall-kummerċ u ta' kwalunkwe effett li jirriżulta minnhom. Fejn evidenza ta' ħsara jew ta' effetti kummerċjali kontra tkun xierqa, fejn ikun applikabbli, din għandha tingħata fuq il-bażi tal-lista illustrattiva ta' fatturi indikati f'Artikolu 11.

    3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra bit-talbiet mingħajr dewmien.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness pt. 4(2) (adattat)

    4. Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru Ö meta Õ tiddeċiedi li Ö t‑talba Õma' tipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.

    ê 3286/94 (adattat)

    5. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr dwar il-ftuħ ta' proċedura ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ wara kwalunkwe Ö talba Õmagħmula minn Stat Membru skond Ö dan Õ l-Artikolu .Id-deċizjoni għandha tittieħed fi żmien 45 ġurnata Ö mit-talba Õ. Ö Dak Õil-perjodu jista’ jiġi sospiż fuq talba ta', jew bi ftehim ma’, l-Istat Membru li jagħmel ir-riferenza, sabiex tkun tista’ tiġi fornuta l-informazzjoni kumplimentari li jista’ jkun hemm bżonn tagħha sabiex tiġi valutata b'mod sħiħ il-validità tal-każ ippreżentat mill-Istat Membru li jagħmel ir-riferenza.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness, pt. 4(3) (adattat)

    Artikolu 7

    Proċedura ta' kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall‑Kummerċ, (il‑Kumitat). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3. Fejn issir referenza għal dan il- paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Ö Artikolu 8 Õ

    Ö Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-KunsillÕ

    Il-Kummissjoni għandha tirreferi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jqisu kwalunkwe implikazzjoni usa' għall-politika kummerċjali komuni.

    ê 3286/94 (adattat)

    Artikolu 9

    Il-proċedura ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness . 4(4) (adattat)

    1. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċedura ta' eżami u li tkun meħtieġa fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha:

    (a)          tħabbar il-bidu ta' proċedura ta' eżami f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din it-tħabbira għandha tindika l-prodott jew servizz u l-pajjiżi kkonċernati, tagħti ġabra qasira tal-informazzjoni riċevuta, u tipprevedi li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Hija għandha tħabbar il-perijodu li matulu l-partijiet interessati jistgħu japplikaw biex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 5;

    (b)          uffiċjalment tinnotifika lir-rappreżentanti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li huma s-suġġett tal-proċedura, ma’liema, fejn xieraq, jistgħu jinżammu konsultazzjonijiet;

    (c)          twettaq l-eżami fuq il-livell tal-Unjoni, billi taġixxi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri Ö meta Õtiddeċiedi li l-ilment jipprovdi biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.

    ê 3286/94 (adattat)

    2. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha:

    (a)          tfittex l-informazzjoni li tħoss li tkun meħtieġa u tipprova tiċċekkja din l‑informazzjoni ma’ l-importaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, u organizzazzjonijiet, sakemm l-intrapriżi u l‑organizzazzjonijiet konċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.

    (a)          twettaq investigazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiżi terzi, sakemm il-gvernijiet tal-pajjiżi jkunu ġew uffiċjalment innotifikati u ma Ö qajjmet l-ebda oġġezzjoni Õ f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita fl-inkjesta minn uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin isiru l-kontrolli, sakemm l-Istat Membru msemmi jitlob hekk.

    3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha neċessarja għall-eżaminazzjoni, skont l-arranġamenti dettaljati stabbiliti mill-Kummissjoni.

    4. Dawk li jagħmlu l-ilment u l-esportaturi u l-importaturi konċernati, u r-rappreżentanti tal‑pajjiż jew pajjiżi konċernati, jistgħu:

    (a)          jeżaminaw l-informazzjoni kollha magħmula disponibbli lill-Kummissjoni ħlief għal dokumenti nterni għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjoniet, sakemm informazzjoni bħal din tkun rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi tagħhom, u ma tkunx kunfidenzjali fit-tifsira ta' Artikolu 10 u li tiġi użata mill-Kummissjoni fil‑proċedura tal-eżaminazzjoni tagħha. Il-persuni konċernati għandhom jindirizzaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni, li fiha jindikaw l-informazzjoni meħtieġa;

    (b)          jitolbu li jiġu informati dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet prinċipali li jirriżultaw mill-proċedura ta' eżaminazzjoni.

    5. Il-Kummissjoni tista “tisma” lill-partijiet konċernati. Għandha tismagħhom jekk kemm-il darba, fil-perjodu ta' żmien preskritt fl-avviż maħruġ fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ö Ewropea Õ , jagħmlu talba bil-miktub għal seduta fejn juru li huma parti primarjament konċernata mir-riżultat tal-proċedura.

    6. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tagħti opportunità lill-partijiet primarjament konċernati sabiex jiltaqgħu, sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati fehmiet opposti u kwalunkwe argument kontra jkun jista’ jiġi ppreżentat. Waqt li tipprovdi għal din l-opportunità, il-Kummissjoni għandha tagħti kas tax-xewqat tal-partijiet u tal-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq kwalunkwe parti sabiex tattendi laqgħa u n-nuqqas milli tagħmel hekk ma għandux ikun ta' preġudizzju għall-każ tal-parti.

    7. Ö Fejn Õl-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ma tiġix fornuta f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew l-investigazzjoni tiġi mfixkla b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru osservazzjonijiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

    8. Meta tkun ikkonkludiet l-eżaminazzjoni tagħha il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat.Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat fi żmien ħames xħur mit-tħabbira tal-bidu tal-proċeduri, sakemm il-kumplessità tal-eżaminazzjoni ma tkunx tali li l-Kummissjoni testendi l-perjodu għal sebgħa xhur.

    Artikolu 10

    Kunfidenzjalità

    1. L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tiġi użata biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet mitluba.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness. 4(5)

    2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni ta' natura kunfidenzjali riċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal proċedura ta' eżami, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni.

    ê 3286/94 (adattat)

    Kull talba għal trattament kunfidenzjali għandha tindika “l-għaliex din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u għandha tkun akkompanjata b'taqsira mhux kunfidenzjali, jew dikjarazzjoni tar-raġunijiet il-għala l-informazzjoni mhiex suxxettibli għal taqsira bħal din.”

    3. L-informazzjoni għandha normalment tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar x'aktarx li jkollu effett sinnifikanti kontra fuq min jipprovdi jew fuq is-sors ta' informazzjoni bħal din.

    4. Ö Fejn Õikun jidher li ma jkunx hemm garanzija għal talba għal kunfidenzjalità u jekk min jgħaddi l-informazzjoni ma jixtieqx li jagħmel l-informazzjoni pubblika jew li jawtorizza l-iżvelar tagħha f’forma ġenerali jew sommarja, l-informazzjoni msemmija tista’ ma tiġix meqjusa.

    5. Dan l-Artikolu ma jipprekludix l-iżvelar ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal‑Ö Unjoni Õ u b'mod partikolari tar-raġunijiet li fuqhom ittieħdu id-deċiżjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Żvelar bħal dan għandu jagħti kas tal-interess leġittimu tal-partijiet konċernati li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma Ö għandhomx Õjiġu żvelati.

    Artikolu 11

    Evidenza

    1. Eżaminazzjoni ta' ħsara għandha tinvolvi, fejn ikun applikabbli, il-fatturi segwenti:

    (a)          il-volum ta' importazzjonijiet jew esportazzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ konċernati, b'mod partikolari fejn kien hemm żjieda jew tnaqqis sinifikanti, jew f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni jew konsum fis-suq imsemmi;

    (b)          il-prezzijiet tal-kompetituri tal-industrija tal- Ö Unjoni Õ , b'mod partikolari sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm, jew Ö fl-Unjoni Õ jew fis-swieq ta' pajjiżi terzi, traħħis sinnifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal- Ö Unjoni Õ ;

    (c)          l-impatt konsegwenti fuq l-industrija tal- Ö Unjoni Õ u kif indikat mit-tendenzi f'ċerti oqsma ekonomiċi bħal: produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċità, stokks, bejgħ, sehem tas-suq, prezzijiet, (jiġiferi twaqqieħ fil-prezzijiet jew impediment ta' żjieda fil-prezzijiet kif kieku kien normalment jiġri), profitti, qliegħ fuq il-kapital, investiment, impjieg.

    2. Fejn ikun hemm l-allegazzjoni ta' theddida ta' ħsara, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk jistax jiġi mbassar b'mod ċar li sitwazzjoni partikolari tista’ tiżviluppa fi ħsara attwali. F'dan ir-rigward, għandha ssir stima tal-fatturi bħalma huma:

    (a)          ir-rata ta' żjieda fl-esportazzjoni għas-suq fejn tkun qegħda sseħħ il-kompetizzjoni ma’ prodotti tal- Ö Unjoni Õ ;

    (b)          il-kapaċità ta' esportazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini jew ta' esportazzjoni, li tkun diġà eżistenti jew li sejra tibda taħdem fil-futur qrib, u l-probabbilità li l-esportazzjonijiet li jirriżultaw minn dik il-kapaċità jkunu lejn is-suq kif hemm riferenza f'punt (a).

    3. Ħsara kkawżata minn fatturi oħra li, jew individwalment jew magħqudin ma’ affarijiet oħra, ikunu qegħdin jaffetwaw b'mod ħażin l-industrija tal- Ö Unjoni Õ m'għandhomx jiġu attribwiti għall-prattiċi kunsidrati.

    4. Fejn ikun hemm allegazzjonijiet ta' effetti kummerċjali kontra, il-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt ta' dawn l-effetti ħżiena fuq l-ekonomija tal- Ö Unjoni Õ jew ta' reġjun tal- Ö Unjoni Õ , jew fuq settur ta' attività ekonomika fih. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tqis, fejn rilevanti, il-fatturi ta' tip elenkat fil-paragrafi 1 u 2. Effetti kummerċjali kontra jistgħu jseħħu, inter alia, f'sitwazzjonijiet li fihom iċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ li jikkonċernaw prodott jew servizz ma jitħallewx, jiġu mwaqqfa jew dirottati b'konsegwenza ta' kwalunkwe ostaklu għall-kummerċ, jew minn sitwazzjonijiet fejn l-ostakoli għall-kummerċ ikunu affettwaw materjalment il-fornitura jew dħul, Ö pereżempju Õ partijiet u komponenti jew materja prima għall-intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ . Fejn ikun hemm allegazzjoni ta' theddida ta' effetti kummerċjali kontra, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk jistax jiġi mbassar b’mod ċar li sitwazzjoni partikolari tista’ tiżviluppa fi ħsara attwali.

    5. Il-Kummissjoni għandha wkoll, fl-eżaminazzjoni tal-evidenza fuq effetti kummerċjali kontra, tikkonsidra d-dispożizzjonijiet, prinċipji u prattiċi li jirregolaw id-dritt ta' azzjoni skont ir-regoli internazzjonali rilevanti li hemm riferenza għalihom f'Artikolu 2(1)(a).

    6. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll kull evidenza rilevanti li tkun tinsab fl-ilment jew fit-Ö talba Õ. F'dan ir-rigward, il-lista ta' fatturi u l-indikazzjonijiet imniżżla fil‑paragrafu 1 sa 5 mhiex eżawrjenti, lanqas ma fattur wieħed jew bosta minn dawn il-fatturi jew indikazzjonijiet, neċessarjament ma jagħtu gwida deċiżiva dwar l-eżistenza ta' ħsara jew ta' effetti kummerċjali kontra.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness. 4(6) (adattat)

    Artikolu 12

    Terminazzjoni u sospensjoni tal-proċedura

    1. Meta jinstab, b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 9, li l‑interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(3).

    2. Meta, wara proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2).

    Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-applikazzjoni ta' ÖdawkÕ il-miżuri, fejn ikun xieraq fuq l-informazzjoni fornuta f′ intervalli, li hija tista' titlob mill-pajjiżi terzi konċernati u tivverifika skont il-bżonn.

    Meta l-miżuri meħuda mill-pajjiż jew pajjiżi terzi konċernati jkunu ġew irrevokati, sospiżi, jew mhux implimentati sewwa jew fejn il-Kummissjoni ikollha raġunijiet biex temmen li dan ikun il-każ jew, finalment, fejn Ö l-informazzjoni mitlubaÕ mill-Kummissjoni Öskont it‑tieni subparagrafu ma tkunx ġiet mgħoddija Õ , il-Kummissjoni għandha tinforma lill‑Istati Membri, u fejn neċessarju u ġġustifikat mir-riżultati tal-investigazzjoni u l-fatti ġodda disponibbli, għandha tittieħed kwalunkwe miżura disponibbli skont Artikolu 14(2).

    3. Fejn, wara proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 9, jew f'xi ħin qabel, waqt jew wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), u n-negozjati għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat.

    ê 3286/94 (adattat)

    Artikolu 13

    L-addozzjoni ta' miżuri ta' politika kummerċjali

    1. Fejn jinstab li b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni, sakemm is-sitwazzjoni fattwali u legali tkun tali li ma jkunx hemm bżonn ta' proċedura ta' eżaminazzjoni dik l‑azzjoni hija neċessarja fl-interessi tal- Ö Unjoni Õ sabiex tiżgura li jiġu eżerċitati d‑drittijiet tal- Ö Unjoni Õ skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, bil-ħsieb li titneħħa l-ħsara jew l-effetti kummerċjali kontra li jirriżultaw minn ostakoli għall-kummerċ addottati jew mantenuti minn pajjiżi terzi, il-miżuri xierqa għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċeduri Ö previsti Õfl-Artikolu 14.

    2. Fejn l-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ jeħtieġu t-tneħħija ta' proċedura internazzjonali għal konsultazzjoni jew li tilwim jiġi solvut, għandha tittieħed deċiżjoni fuq il‑miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 3 biss wara li proċedura bħal din tiġi terminata, u wara li jiġu meqjusa r-riżultati tal-proċedura B'mod partikolari, fejn Ö l‑Unjoni Õ tkun talbet lil xi korp internazzjonali ta' soluzzjoni ta' tilwim sabiex jindika u jawtorizza il-miżuri li huma xierqa għall-implimentazzjoni tar-riżultati ta' proċedura internazzjonali ta' soluzzjoni ta' tilwim, il-miżuri tal-politika kummeċjali tal- Ö Unjoni Õ li jistgħu jkunu meħtieġa bħala konsegwenza ta' awtorizzazzjoni bħal din għandhom ikunu skont ir-rakkomandazzjonijiet ta' korp internazzjonali ta' soluzzjoni ta' tilwim.

    3. Tista’ tittieħed kull miżura ta' politika kummerċjali li tkun kompatibbli mal-obbligi u proċeduri internazzjonali eżistenti, b'mod partikolari:

    (a)          is-sospensjoni jew irtirar ta' kwalunkwe konċessjoni li tirriżulta min-negozjati ta' politika kummerjali;

    (b)          iż-żjieda fid-dazji doganali eżistenti jew l-introduzzjoni ta' kull ħlas ieħor fuq importazzjonijiet;

    (c)          l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi jew kull miżura oħra li timmodifika l‑kondizzjonijiet ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni jew li taffetwa b'mod ieħor il‑kummerċ mal-pajjiż terz konċernat.

    4. Id-deċiżjonijiet li jikkorispondu għandhom jagħtu r-raġunijiet fuq x'hiex ikunu bażati u għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ö Ewropea. Õ Il‑pubblikazzjoni għandha titqies ukoll li tkun tikkostitwixxi notifikazzjoni lill-pajjiżi u lill‑partijiet primarjament konċernati.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness. 4(7) (adattat)

    Artikolu 14

    Proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet

    1. Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta' lment b'mod konformi mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, jew ta' referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri internazzjonali formali ta' konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim, id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it‑tmiem ta' tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri Ö meta Õtiddeċiedi li tibda, twettaq jew ittemm proċeduri internazzjonali formali ta' konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim.

    2. Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet f'konformità mal-Artikolu 13(2), ikollha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 12(2) jew l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l‑Artikolu 207 tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura Ö oħra Õapplikabbli.

    ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness,. 4(8)

    Artikolu 15

    Rapport

    Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir‑rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[9].

    ê 3286/94 (adattat)

    Artikolu 16

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika f'każijiet koperti minn regoli eżistenti fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni. Għandu jaħdem billi jikkomplimenta:

    (a)          ir-regoli li tistabbilixxi l-organizzjoni komuni tas-swieq agrikoli u d‑dispożizzjonijiet implimentattivi tagħhom, u

    (b)          ir-regoli speċifiċi addottati magħmula skont Artikolu Ö 352 Õ tat-Trattat, applikabbli għal oġġetti proċessati minn prodotti agrikoli.

    Għandu jkun mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu skont Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat, kif ukoll għal proċeduri tal- Ö Unjoni Õ rigward materji li jikkonċernaw ostakoli għall-kummerċ mqajjma mill-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit b'Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat.

    ê 356/1995 Art. 1 (adattat)

    Artikolu 17

    Ö Tħassir Õ

    Ö Ir- Õ Regolament (KE) Nru Ö 3286/94 Õ huwa Ö mħassar Õ .

    Referenzi għar-Regolament Ö li ġie mħassar Õ Ö għandhom jinftiehmu Õ bħala referenzi għal dan ir-RegolamentÖ u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl‑Anness IIÕ.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl- Ö fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil‑Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaÕ.

    ê

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    [1]               COM(87) 868 PV.

    [2]               Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3]               Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2014.

    [4]               Ara I-Anness I għal din il-proposta.

    [5]               ĠU C […], […], p. […].

    [6]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal‑Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal‑Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l‑awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71)

    [7]               Ara Anness I.

    [8]               Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p 13).

    [9]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

    é

    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71) || ||

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 356/95 (ĠU L 41, 23.2.1995, p. 3) ||

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 125/2008 (ĠU L 40, 14.2.2008, p. 1) ||

    Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Punt 4 biss tal-Anness

    _____________

    ANNESS II

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 3286/94 || Dan ir-Regolament

    Artikolu 1 || Artikolu 1

    Artikolu 2(1) || Artikolu 2(1), kliem introduttorju u punt (a)

    Artikolu 2(2) || Artikolu 2(1), punt (b)

    Artikolu 2(3) || Artikolu 2(1), punt (c)

    Artikolu 2(4) || Artikolu 2(1), punt (d)

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel parti tad-daħla || Artikolu 2(1)(e), daħla

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni parti tad-daħla || Artikolu 2(1)(e)(i), daħla

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), it-tieni inċiż

    Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), it-tielet inċiż

    Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, daħla || Artikolu 2(1)(e)(ii), daħla

    Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, punt (a) || Artikolu 2(1)(e)(ii), l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, punt (b) || Artikolu 2(1)(e)(ii), it-tieni inċiż

    Artikolu 2(6) || Artikolu 2(1)(f)

    Artikolu 2(7) || Artikolu 2(2)

    Artikolu 2(8) || Artikolu 2(1)(g)

    Artikoli 3 sa 6 || Artikoli 3 sa 6

    Artikolu 7(1)(a) || Artikolu 7(1)

    Artikolu 7(1)(b) || Artikolu 7(2)

    Artikolu 7(1)(c) || Artikolu 7(3)

    Artikolu 7(2) || Artikolu 8

    Artikolu 8(1) || Artikolu 9(1)

    Artikolu 8(2)(a) || Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, daħla, u punt (a)

    Artikolu 8(2)(b) || Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (b)

    Artikolu 8(2)(c) || Artikolu 9(2), second subparagraph

    Artikolu 8(3) || Artikolu 9(3)

    Artikolu 8(4)(a) || Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (a)

    Artikolu 8(4)(b) || Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (b)

    Artikolu 8(5) sa (8) || Artikolu 9(5) to (8)

    Artikolu 9(1) || Artikolu 10(1)

    Artikolu 9(2)(a) || Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 9(2)(b) || Artikolu 10(2), tieni subparagrafu

    Artikolu 9(3), (4) u (5) || Artikolu 10(3), (4) u (5)

    Artikolu 10 || Artikolu 11

    Artikolu 11(1) || Artikolu 12(1)

    Artikolu 11(2)(a) || Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 11(2)(b) || Artikolu 12(2), tieni subparagrafu

    Artikolu 11(2)(c) || Artikolu 12(2), tielet subparagrafu

    Artikolu 11(3) || Artikolu 12(3)

    Artikolu 12 || Artikolu 13

    Artikolu 13 || Artikolu 14

    Artikolu 13a || Artikolu 15

    Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, daħla || Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, daħla

    Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż || Article 16, l-ewwel paragrafu, punt (a)

    Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż || Article 16, l-ewwel paragrafu, punt (b)

    Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu || Article 16, it-tieni paragrafu

    Artikolu 15(2), l-ewwel sentenza || Artikolu 17, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 15(2), it-tieni sentenza || Artikolu 17, it-tieni paragrafu

    Artikolu 16 || Artikolu 18

    __ || Anness I

    __ || Anness II

    _____________

    Top